Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Cuprymina (copper (64Cu) chloride) - V

Updated on site: 06-Oct-2017

Cuprymina

copper (64Cu) chloride

Dan huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta' Valutazzjoni (EPAR) għal Cuprymina. Huwa jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ivvaluta l-mediċina sabiex wasal għall-opinjoni favorevoli tiegħu li tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u r- rakkomandazzjonijiet tiegħu fuq il-kondizzjonijiet ta' użu għal Cuprymina.

X'inhu Cuprymina?

Cuprymina hija soluzzjoni li fiha s-sustanza radjuattiva copper (64Cu) chloride. 64Cu hija forma radjuattiva ta' ram.

Għal xiex jintuża Cuprymina?

Cuprymina ma jintużax waħdu iżda jintuża għar-radjutikkettar ta' mediċini oħrajn. Ir-radjutikkettar huwa teknika li permezz tagħha, sustanza tiġi radjutikkettata b'kompost radjuattiv. Ladarba s-sustanza tiġi radjutikkettata b'Cuprymina, imbagħad din iġġorr ir-radjuattività sa fejn din tkun meħtieġa fil- ġisem.

Cuprymina jintuża biex isir radjitikkettar ta' mediċini li ġew żviluppati apposta għall-użu b'copper (64Cu) chloride.

Mediċini li għandhom jiġu radjutikkettjati b'Cuprymina jistgħu jinkisbu biss b’riċetta tat-tabib.

Kif jintuża Cuprymina?

Cuprymina jintuża biss minn speċjalisti li għandhom esperjenza fir-radjutikkettar. Cuprymina qatt ma jingħata direttament lill-pazjent. Ir-radjutikkettar ta' mediċina jseħħ barra mill-ġisem f'ambjent ta'

© European Medicines Agency, 2012. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

laboratorju. Il-mediċina radjotikkettata mbagħad tingħata lill-pazjent skont l-istruzzjonijiet fis- sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott tal-mediċina (SmPC).

Kif jaħdem Cuprymina?

Is-sustanza attiva f'Cuprymina, copper (64Cu) chloride, hija kompost radjuattiv li jemetti tip ta' radjazzjoni magħrufa bħala radjazzjoni beta. Meta mediċina tiġi radjutikkettata b'Cuprymina, il- mediċina ġġorr ir-radjazzjoni lejn is-sit partikolari jew it-tip ta' ċellola tal-ġisem li tkun fil-mira tal- mediċina. L-effett intenzjonat tar-radjazzjoni jiddependi fuq in-natura tal-mediċina li tkun ġiet radjutikkettata.

Kif ġie studjat Cuprymina?

Il-kumpanija ppreżentat informazzjoni mil-litteratura xjentifika dwar l-użu potenzjali ta' Cuprymina. Parti mil-litteratura xjentifika ppreżentata uriet kif ir-radjutikkettar b'forom radjuattivi ta' Ram,

inkluż 64Cu, intużaw flimkien ma' tekniki ta' 'imaging' sabiex jikxfu l-post fejn jinsab u l-firxa tat-tumuri u kif dan jista' jintuża potenzjalment biex jikkura tipi varji ta' kanċer.

Liema benefiċċju wera Cuprymina waqt l-istudji mwettqa?

L-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija uriet li Cuprymina jista' jintuża għal radjutikkettar ta' mediċini b'64Cu, b'utilità potenzjali għall-kxif tal-post fejn jinsabu t-tumuri u l-firxa ta' tumuri.

X’inhu r-riskju assoċjat ma’ Cuprymina?

L-effetti sekondarji b'Cuprymina jiddependu fil-parti l-kbira tagħhom fuq il-mediċina li Cuprymina jkun intuża għar-radjutikkettar tagħha u sejrin jiġu deskritti fil-fuljett ta' tagħrif ta' dik il-mediċina. Cuprymina nfisha hija radjuattiva u għalhekk, l-użu tagħha fir-radjutikkettar jista' jġorr miegħu riskju ta' kanċer u difetti ereditarji. It-tabib sejjer jiżgura li r-riskji relatati mal-espożizzjoni radjuattiva huma aktar baxxi mir-riskji mill-marda stess.

Cuprymina ma għandu jingħata direttament lil ebda pazjent. Ma għandux jintuża f'persuni li huma sensittivi żżejjed (allerġiċi) għal copper (64Cu) chloride jew għal kwalunkwe sustanza oħra tiegħu. Ma għandux jintuża f'nisa li huma magħrufin li huma jew li jistgħu jkunu tqal. Aktar informazzjoni dwar ir- restrizzjonijiet fuq l-użu tal-mediċini radjutikkettati b'Cuprymina tista' tinstab fil-fuljetti ta' tagħrif tagħhom.

Għaliex ġie approvat Cuprymina?

Minħabba r-riskji magħrufin sew tal-espożizzjoni għal radjazzjoni permezz ta' radjutikkettar, il-Kumitat iddeċieda li Cuprymina għandu jitnuża biss jekk dan ikun iġġustifikat mill-benefiċċju mediku probabbli. Is-CHMP qies li ma hemm ebda tħassib maġġuri mil-lat ta' sigurtà fir-rigward tat-tossiċità potenzjali tar-ram, minħabba li Cuprymina jintuża f'dożi baxxi ħafna. Għaldaqstant, is-CHMP iddeċieda li l- benefiċċji ta’ Cuprymina huma akbar mir-riskji tiegħu u rrakkomanda li jingħata awtorizzazzjoni għat- tqegħid fis-suq.

Cuprymina

Informazzjoni oħra dwar Cuprymina

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal Cuprymina fil-23 ta' Awwissu 2012.

L-EPAR sħiħ għal Cuprymina jista’ jinstab fis-sit tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni dwar kura bi Cuprymina, aqra l-fuljett ta’ tagħrif (parti mill-EPAR ukoll) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar fi 08-2012.

Cuprymina

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati