Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Dacogen (decitabine) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L01BC08

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaDacogen
Kodiċi ATCL01BC08
Sustanzadecitabine
ManifatturJanssen-Cilag International N V  

1 ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Dacogen 50 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

2 GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett ta’ trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni fih 50 mg decitabine.

Wara rikostituzzjoni b’10 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet, kull ml ta’ konċentrat ikun fih 5 mg ta’ decitabine.

Eċċipjenti b’effett magħruf

Kull kunjett fih 5 mmol ta’ potassium (E340) u 0.29 mmol ta’ sodium (E524).

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3 GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (trab għal infużjoni).

Trab lajofilizzat abjad sa kważi abjad.

4 TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Dacogen huwa indikat għall-kura ta’ pazjenti adulti b’lewkimja majelojde akuta (AML - acute myeloid leukaemia) de novo jew sekondarja, skont il-klassifikazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas- Saħħa (WHO - World Health Organisation) li ma jistgħux jieħdu kimoterapija standard ta’ induzzjoni.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

L-għoti ta’ Dacogen għandu jinbeda taħt is-superviżjoni ta’ tobba b’esperjenza fl-użu ta’ prodotti mediċinali kimoterapewtiċi.

Pożoloġija

Fiċ-ċiklu ta’ kura, Dacogen jingħata f’doża ta’ 20 mg/m2 ta’ erja tas-superfiċje tal-ġisem permezz ta’ infużjoni fil-vini fuq perijodu ta’ siegħa ripetuta kuljum għal ħamest ijiem konsekuttivi (jiġifieri, total ta’ 5 dożi kull ċiklu ta’ kura). Id-doża totali ta’ kuljum m’għandhiex taqbeż l-20 mg/m2 u d-doża totali għal kull ċiklu ta’ kura m’għandhiex taqbeż il-100 mg/m2. Jekk tinqabeż doża, il-kura għandha terġa’ tinbeda kemm jista’ jkun malajr. Iċ-ċiklu għandu jiġi ripetut kull 4 ġimgħat skont ir-rispons kliniku tal-pazjent u t-tossiċità osservata. Huwa rrakkomandat li l-pazjenti jiġu kkurati għal minimu ta’ 4 ċikli; madankollu, kontroll sħiħ jew parzjali tal-marda jista’ jdum aktar minn 4 ċikli biex jinkiseb. Il-kura tista’ titkompla sakemm il-pazjent jibqa’ juri rispons, ikompli jibbenefika jew juri marda stabbli, jiġifieri, fin-nuqqas ta’ avvanz fid-dieher tal-marda.

Jekk wara 4 ċikli, il-valuri ematoloġiċi tal-pazjent (eż., l-għadd tal-plejtlits jew in-numru assolut ta’ newtrofils), ikun għadhom ma rritornawx lura għal-livelli ta’ qabel il-kura jew jekk ikun hemm avvanz tal-marda (l-għadd tal-blasts periferali jkun qed jiżdied jew l-għadd tal-blasts tal-mudullun tal-għadam ikun qed imur għall-agħar), il-pazjent jista’ jitqies bħala persuna li ma rrispondietx għall-kura u għażliet terapewtiċi alternattivi għal Dacogen għandhom jiġu kkunsidrati.

Medikazzjoni minn qabel biex tilqa’ kontra d-dardir u r-rimettar mhijiex irrakkomandata bħala rutina iżda tista’ tingħata jekk tkun meħtieġa.

Immaniġġar ta’ majelosoppressjoni u kumplikazzjonijiet assoċjati

Majelosoppressjoni u każijiet avversi marbuta mal-majelosoppressjoni (tromboċitopenija, anemija, newtropenija u newtropenija bid-deni) huma komuni kemm fil-pazjenti kkurati u dawk mhux ikkurati li għandhom AML. Kumplikazzjonijiet ta’ majelosoppressjoni jinkludu infezzjonijiet u fsada. Il-kura tista’ tiġi posposta skont kif jidhirlu li hemm bżonn it-tabib li qed jikkura, jekk il-pazjent ikollu kumplikazzjonijiet assoċjati ma’ majelosoppressjoni, bħal dawk deskritti hawn taħt:

Newtropenija bid-deni (temperatura ≥ 38.5°C u għadd assolut tan-newtrofils < 1,000/µL)

Infezzjoni attiva ikkawżata minn virusis, batterji jew fungi (jiġifieri, teħtieġ mediċini antiinfettivi mill-vini jew kura estensiva ta’ sostenn)

Emorraġija (gastrointestinali, ġenitoawrinarja, pulmonari bi plejtlits < 25,000/µL jew kwalunkwe emorraġija fis-sistema nervuża ċentrali)

Kura b’Dacogen tista’ titkompla ladarba dawn il-kondizzjonijiet jitjiebu jew ġew stabilizzati b’kura xierqa (terapija antiinfettiva, trasfużjonijiet, jew fatturi ta’ tkabbir).

Fi studji kliniċi, madwar terz tal-pazjenti li rċevew Dacogen kellhom bżonn li d-doża tingħata iktar tard. Tnaqqis fid-doża mhuwiex irrakkomandat.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Dacogen fit-tfal li għandhom < 18-il sena għadhom ma ġewx determinati s’issa. M’hemm l-ebda data disponibbli.

Indeboliment tal-fwied

Ma sarux studji f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied. Il-bżonn ta’ aġġustament fid-doża ta’ pazjenti b’indeboliment tal-fwied ma ġiex stmat. Jekk jiġri li l-funzjoni tal-fwied tmur għall-agħar, il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati b’attenzjoni (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Indeboliment tal-kliewi

Ma sarux studji f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi. Il-bżonn ta’ aġġustament fid-doża ta’ pazjenti b’indeboliment tal-kliewi ma ġiex stmat (ara sezzjoni 4.4 u 5.2).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Dacogen jingħata permezz ta’ infużjoni fil-vini. Kateter ġo vina ċentrali mhuwiex meħtieġ.

Għal istruzzjonijiet fuq ir-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali qabel jingħata, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għal decitabine jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

Treddigħ (ara sezzjoni 4.6)

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Majesoppressjoni

Majelosoppressjoni u kumplikazzjonijiet ta’ majelosoppressjoni, inklużi infezzjonijiet u fsada li jseħħu f’pazjenti b’AML, jistgħu jiġu aggravati b’kura b’Dacogen. Għalhekk pazjenti huma f’riskju akbar ta’ infezzjonijiet severi (minħabba kwalunkwe patoġenu bħal batteriku, fungali u virali), b’konsegwenzi li jistgħu jkunu fatali (ara sezzjoni 4.8). Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorati għal sinjali u sintomi ta’ infezzjoni u għandhom jiġu ttrattati minnufih.

Fi studji kliniċi, il-maġġoranza tal-pazjenti kellhom majelosoppressjoni ta’ grad 3/4 fil-linja bażi. F’pazjenti b’anormalitajiet ta’ grad 2 fil-linja bażi, aggravazzjoni ta’ majelosoppressjoni dehret fil- maġġoranza tal-pazjenti u iktar frekwenti minn f’pazjenti b’anormalitajiet ta’ grad 1 jew 0 fil-linja

bażi. Majelosoppressjoni kkawżata b’Dacogen hija riversibbli. Għadd sħiħ tad-demm u tal-plejtlits għandu jsir b’mod regolari, kif ikun indikat b’mod kliniku u qabel kull ċiklu ta’ kura. Fil-preżenza ta’ majelosoppressjoni jew il-kumplikazzjonijiet tagħha, kura b’Dacogen tista’ titwaqqaf għal ftit żmien u/jew jinbdew miżuri ta’ sostenn (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.8).

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Każijiet ta’ mard tal-interstizju tal-pulmun (ILD, interstitial lung disease) (inklużi infiltrati fil-pulmun, pulmonite sistematizzata u fibrożi fil-pulmun) mingħajr sinjali ta’ etjoloġija infettiva ġew irrappurtati f’pazjenti li kienu qed jirċievu decitabine. Għandha ssir valutazzjoni b’attenzjoni tal-pazjent b’sintomi fil-pulmuni b’bidu akut jew li jmorru għall-agħar mingħajr spjegazzjoni biex jiġi eskluż ILD. Jekk ILD jiġi kkonfermat, għandu jinbeda trattament xieraq (ara sezzjoni 4.8).

Indeboliment tal-fwied

L-użu f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied għadu ma ġiex stabbilit. Għandu jkun hemm kawtela fl- għoti ta’ Dacogen lil pazjenti b’indeboliment tal-fwied u l-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati mill- qrib (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Indeboliment tal-kliewi

L-użu f’pazjenti b’indeboliment qawwi tal-kliewi għadu ma ġiex studjat. Għandu jkun hemm kawtela fl-għoti ta’ Dacogen lil pazjenti b’indeboliment qawwi tal-kliewi (Tneħħija tal-Krejatinina [CrCl] <30 ml/min) u dawn il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib (ara sezzjoni 4.2).

Mard kardijaku

Pazjenti bi storja ta’ insuffiċjenza konġestiva qawwija tal-qalb jew mard kardijaku mhux klinikament stabbli ġew esklużi mill-istudji kliniċi u għalhekk is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Dacogen f’dawn il- pazjenti ma ġietx stabbilita.

Eċċipjenti

Din il-mediċina fiha 0.5 mmol ta’ potassium f’kull kunjett. Wara r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tas-soluzzjoni għall-infużjoni ġol-vina, din il-mediċina jkun fiha inqas minn 1 mmol (39 mg) ta’ potassium f’kull doża, i.e. hija essenzjalment ‘ħielsa mill-potassium’.

Din il-mediċina fiha 0.29 mmol ta’ sodium f’kull kunjett. Wara r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tas-soluzzjoni għall-infużjoni ġol-vina, din il-mediċina jkun fiha bejn 0.6-6 mmol sodium f’kull doża skont il-fluwidu tal-infużjoni għad-dilwazzjoni. Dan għandu jittieħed in konsiderazzjoni minn pazjenti fuq dieta bl-ammont ta’ konsum tal-potassium ikkontrollat.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma sar l-ebda studju kliniku formali dwar interazzjonijiet ta’ mediċini ma’ decitabine.

Hemm potenzjal ta’ interazzjoni ta’ bejn il-mediċini ma’ aġenti oħra li li jiġu attivati huma wkoll b’fosforilazzjoni sekwenzjali (permezz tal-attivitajiet intraċellulari ta’ phosphokinase) u/jew li huma mmetabolizzati b’enżimi implikati fil-inattivazzjoni ta’ decitabine (e.ż. cytidine deaminase). Għalhekk, wieħed għandu joqgħod attent jekk dawn is-sustanzi attivi jiġu kkombinati ma’ decitabine.

Impatt fuq decitabine ta’ prodotti mediċinali mogħtija flimkien miegħu

Interazzjonijiet metaboliċi tal-mediċina medjati miċ-ċitokroma (CYP) 450 mhumiex mistennija minħabba li l-metaboliżmu ta’ decitabine mhuwiex medjat minn din is-sistema iżda minn deaminazzjoni ossidattiva.

Impatt ta’ decitabine fuq prodotti mediċinali mogħtija flimkien miegħu

Meta wieħed iqis il-livell baxx tal-irbit tiegħu mal-proteini tal-plażma in vitro (< 1%), decitabine x’aktarx li ma jihux post prodotti mediċinali mogħtija flimkien miegħu mill-irbit tagħhom mal-proteini tal-plażma. Decitabine ntwera li huwa impeditur dgħajjef tat-trasport medjat minn P-gp in vitro u għalhekk mhuwiex mistenni li jaffettwa t-trasport medjat minn P-gp tal-prodotti mediċinali mogħtija flimkien miegħu (ara sezzjoni 5.2).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Nisa f’età li jista’ jkollhom it-tfal/Kontraċezzjoni fl-irġiel u fin-nisa

Nisa li jista’ jkollhom it-tfal għandhom jużaw miżuri ta’ kontraċezzjoni effettiva biex jevitaw li joħorġu tqal waqt li jkunu qed jiġu kkurati b’Dacogen. Il-perijodu ta’ żmien wara kura b’Dacogen fejn mhuwiex meqjus ta’ periklu li toħroġ tqila mhuwiex magħruf. L-irgiel għandhom jużaw miżuri effettivi ta’ kontraċezzjoni u għandhom jiġu mwissija biex ma jkollhomx tfal waqt li jkunu qed jieħdu Dacogen, u għal 3 xhur wara li jtemmu l-kura (ara sezzjoni 5.3).

L-użu ta’ decitabine ma' kontraċettivi tal-ormoni ma ġiex studjat.

Tqala

M’hemmx biżżejjed dejta dwar l-użu ta’ Dacogen f’nisa tqal. Studji urew li decitabine huwa teratoġeniku fil-firien u fil-ġrieden (ara sezzjoni 5.3). Ir-riskju li jista’ jkun hemm għall-bnedmin mhuwiex magħruf. Minn riżultati minn studji fuq l-annimali u kif jaħdem, Dacogen m’għandux jintuża waqt it-tqala u f’nisa f’eta` li jista’ jkollhom it-tfal jekk mhumiex qed jużaw kontraċezzjoni effettiva. Jekk Dacogen jintuża waqt it-tqala, jew jekk pazjenta toħroġ tqila waqt li tkun qed tieħu dan il-prodott mediċinali, il-pazjenta għandha tiġi mgħarrfa dwar il-periklu li jista’ jkun hemm għall-fetu.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk decitabine jew il-metaboliti tiegħu jiġux eliminati mill-ħalib tas-sider fil-bniedem. Dacogen huwa kontraindikat waqt it-treddigħ; għalhekk jekk tkun meħtieġa kura b’din il-mediċina, it- treddigħ għandu jitwaqqaf (ara sezzjoni 4.3).

Fertilità

M’hemm l-ebda dejta fil-bnedmin dwar l-effett ta’ decitabine fuq il-fertilità. Fi studji mhux kliniċi fl- annimali, decitabine jibdel il-fertilità fl-irġiel u jikkawża tibdil fil-ġeni. Minħabba l-possibbiltà ta’ infertilità bħala konsegwenza ta’ terapija b’Dacogen, l-irġiel għandhom ifittxu parir dwar il- preservazzjoni tal-isperma u pazjenti nisa f’età li jista’ jkollhom it-tfal għandhom ifittxu konsultazzjoni dwar il-krijopreservazzjoni tal-ooċiti qabel il-bidu tal-kura.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Dacogen għandu influwenza moderata fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Il-pazjenti għandhom jiġu mgħarrfa li jista’ jkollhom effetti mhux mixtieqa bħal anemija waqt il-kura. Għalhekk, huwa rrakkomandat li persuna toqgħod attenta meta tiġi biex issuq jew tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

L-aktar reazzjonijiet avversi komuni għall-mediċina (≥ 35%) rrappurtati huma deni, anemija u tromboċitopenija.

L-aktar reazzjonijiet avversi komuni tal-Grad 3/4 għall-mediċina (≥ 20%) kienu jinkludu pulmonite, tromboċitopenija, newtropenija, newtropenija bid-deni u anemija.

Fi studji kliniċi, 30% tal-pazjenti ikkurati b’Dacogen u 25% tal-pazjenti ikkurati fil-fergħa tal- komparatur kellhom avvenimenti avversi b’eżitu ta’ mewt waqt it-trattament jew fi żmien 30 ġurnata wara l-aħħar doża tal-mediċina tal-istudju.

Fil-fergħa tal-grupp ikkurati b’Dacogen, kien hemm inċidenza ogħla ta’ twaqqif ta’ trattament minħabba avvenimenti avversi f’nisa meta mqabbla ma’ l-irġiel (43% kontra 32%).

Lista ta’ reazzjonijiet avversi għall-mediċina miġbura f’tabella

Reazzjonijiet avversi għall-mediċina rrappurtati f’293 pazjent b’AML ikkurati b’Dacogen huma mniżżla fil-qosor f’Tabella 1. It-tabella li jmiss turi dejta minn studji kliniċi u minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq ta’ AML. Ir-reazzjonijiet avversi għall-mediċina huma elenkati skont il- kategorija ta’ frekwenza. Il-kategoriji ta’ frekwenza huma ddefiniti kif ġej: Komuni ħafna (≥ 1/10),

komuni (≥ 1/100 sa < 1/10), mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100), rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000), rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-dejta disponibbli).

F’kull grupp ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi għall-mediċina huma ppreżentati skont kemm huma serji, b’dawk l-aktar serji mniżżlin l-ewwel.

Tabella 1: Reazzjonijiet Avversi għall-Mediċina Identifikati b’Dacogen

 

Frekwenza

 

Frekwenza

 

 

Il-Gradi

 

Klassi tas-Sistemi u

(il-Gradi

Reazzjoni Avversa għall-

Kollhaa

Gradi 3-4a

tal-Organi

kollha)

Mediċina

(%)

(%)

Infezzjonijiet u

Komuni ħafna

pulmonite*

infestazzjonijiet

 

 

 

 

 

infezzjoni fl-apparat tal-

 

 

awrina

 

 

 

 

Kull infezzjoni oħra

 

 

(virali, batterika, fungali)*,

 

 

 

 

b, c, d

 

 

 

 

 

 

 

 

Komuni

xokk settiku*

 

 

sepsis*

 

 

sinożite

Disturbi tad-demm u

Komuni ħafna

newtropenija bid-deni*

tas-sistema limfatika

 

newtropenija

 

 

tromboċitopenija*, e

 

 

anemija

 

 

lewkopenija

 

Mhux komuni

panċitopenija*

< 1

< 1

Disturbi fis-sistema

Komuni

sensittività eċċessiva

< 1

immuni

 

inkluża reazzjoni

 

 

 

 

anafilattikaf

 

 

Disturbi fis-sistema

Komuni ħafna

uġigħ ta’ ras

nervuża

 

 

 

 

Disturbi respiratorji,

Komuni ħafna

epistassi

toraċiċi u medjastinali

 

 

 

 

Mhux

Mard tal-interstizju tal-

Mhux

Mhux

 

 

magħruf

pulmun

magħruf

magħruf

Disturbi

Komuni ħafna

dijarea

gastrointestinali

 

rimettar

 

 

nawsja

< 1

 

Komuni

stomatite

 

 

 

 

 

 

Mhux

enterokolite, inkluż kolite

Mhux

Mhux

 

magħruf

newtropenika, ċekite*

magħruf

magħruf

Disturbi fil-ġilda u fit-

Mhux komuni

dermatożi newtrofilika

< 1

NA

tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

akuta bid-deni (sindromu

 

 

 

 

ta’ Sweet)

 

 

Disturbi ġenerali u

Komuni ħafna

deni

kondizzjonijiet ta’

 

 

 

 

mnejn jingħata

 

 

 

 

aKriterji għat-Terminoloġiji Komuni għall-Agħar Gradi ta’ Każijiet Avversi tal-Istitut Nazzjonali tal-Kanċer.

bLi teskludi pnewmonja, infezzjoni fil-passaġġ tal-awrina, sepsis, xokk settiku u sinusite.

c“Infezzjonijiet oħra” li kienu l-aktar irrapportati fl-istudju DACO-016 kienu herpes orali, kandidijasi orali, farinġite, infezzjoni tal-passaġġ respiratorju ta’ fuq, ċellulite, bronkite, nasofarinġite.

dInkluża, enterokolite infettiva.

eInkluża emorraġija assoċjata ma’ tromboċitopenija, inklużi każijiet fatali.

fInklużi termini preferiti sensittività eċċessiva, sensittività eċċessiva għall-mediċina, reazzjoni anafilattika, xokk

anafilattiku, reazzjoni anafilaktojda, xokk anafilaktojdu. * Tinkudi każijiet b’riżultat fatali.

NA=Mhux applikabbli (Not applicable)

Deskrizzjoni ta’ għażla ta’ reazzjonijiet avversi għall-mediċina

Reazzjonijiet ematoloġiċi avversi għall-mediċina

L-aktar reazzjonijiet ematoloġiċi avversi għall-mediċina rrappurtati b’mod komuni assoċjati ma’ kura b’Dacogen kienu jinkludu newtropenija bid-deni, tromboċitopenija, newtropenija, anemija u lewkopenija.

Reazzjonijiet avversi serji għall-mediċina marbuta mal-fsada, li xi wħud minnhom iwasslu għal mewt, bħal emorraġija fis-sistema nervuża ċentrali (CNS) (2%) u emorraġija gastrointestinali (GI) (2%), fil- kuntest ta’ tromboċitopenija qawwija, kienu rrappurtati f’pazjenti li kienu qed jieħdu decitabine.

Reazzjonijiet ematoloġiċi avversi għall-mediċina għandhom jiġu mmaniġġati permezz ta’ monitoraġġ ta’ rutina tal-għadd sħiħ tad-demm u għoti ta’ kuri ta’ sostenn mill-bidu kif meħtieġ. Kuri ta’ sostenn jinkludu, għoti ta’ antibijotiċi profilattiċi u/jew sostenn b’fattur ta’ tkabbir (eż. G-CSF) għal newtropenija u trasfużjonijiet għal anemija jew tromboċitopenija skont il-gwidi instituzzjonali. Għal sitwazzjonijiet fejn l-għoti ta’ decitabine għandu jiġi pospost, ara sezzjoni 4.2.

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet bħala reazzjonijiet avversi għall-mediċina

Infezzjonijiet bħala reazzjonijiet avversi serji għall-mediċina jistgħu jwasslu għal konsegwenzi fatali, bħal xokk settiku, sepsis, pulmonite u infezzjonijiet oħra (virali, batteriċi u fungali) ġew irrappurtati f’pazjenti li kienu qed jieħdu decitabine.

Disturbi gastrointestinali

Każijiet ta’ enterokolite, inkluż kolite newtropenika, ċekite kienu rrapurtati waqt kura b’decitabine. Enterokolite tista’ twassal għal kumplikazzjonijiet settiċi u tista’ tkun assoċjata ma’ riżultat fatali.

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Każijiet ta’ mard tal-interstizju tal-pulmun inklużi infiltrati fil-pulmun, pulmonite sistematizzata u fibrożi fil-pulmun mingħajr sinjali ta’ etjoloġija infettiva ġew irrappurtati f’pazjenti li kienu qed jirċievu decitabine.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Ma hemm l-ebda esperjenza diretta ta’ doża eċċessiva fil-bnedmin u ma hemm l-ebda antidot speċifiku. Madankollu, dejta minn studji kliniċi tal-bidu f’letteratura ppubblikata b’dożi aktar minn 20 darba ogħla mid-doża terapewtika ta’ bħalissa, irrappurtat żieda fil-majelosoppressjoni inklużi newtropenija u tromboċitopenija għal tul ta’ żmien. It-tossiċità x’aktarx li tintwera bħala aggravar tar- reazzjonijiet avversi għall-mediċina, l-aktar majelosoppressjoni. Il-kura għal doża eċċessiva għandha tkun ta’ sostenn.

5 PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Sustanzi antineoplastiċi, antimetaboliti, analogi ta’ pyrimidine; Kodiċi ATC: L01BC08

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Decitabine (5-aza-2’-deoxycytidine) huwa analogu ta’ cytidine deoxynucleoside li jimpedixxi b’mod selettiv il-methyltransferases tad-DNA f’dożi baxxi, li jwassal għal hypomethylation tal-promutur tal- ġene li tista’ twassal għall-attivazzjoni mill-ġdid tal-ġeni li jrażżnu t-tumur, induzzjoni tad-divrenzjar taċ-ċelluli jew xjuħija taċ-ċellula segwit minn mewt programmat taċ-ċellula.

Esperjenza klinika

L-użu ta’ Dacogen ġie studjat fi studju tal-Fażi 3 open-label, każwali, b’ħafna ċentri (DACO-016) f’individwi li kienet għadhom kemm saritilhom id-dijanjosi ta’ AML de novo jew sekondarja skont il- klassifikazzjoni tal-WHO. Dacogen (n = 242) tqabbel ma’ kura magħżula (TC, n = 243) li kienet tikkonsisti f’kura li għażel il-pazjent bil-parir tat-tabib li jew kienet kura ta’sostenn waħedha

(n = 28, 11.5%) jew inkella 20 mg/m2 ta’ cytarabine taħt il-ġilda darba kuljum għal għaxart ijiem konsekuttivi rrepetut kull 4 ġimgħat (n = 215, 88.5%). Dacogen ingħata bħala infużjoni ta’ 20 mg/m2 fuq perijodu ta’ siegħa minn ġol-vina darba kuljum għal ħamest ijiem konsekuttivi irrepetut kull

4 ġimgħat.

Individwi li kienu kkunsidrati li jistgħu jieħdu kimoterapija standard ta’ induzzjoni ma ġewx inklużi fl-istudju kif jidher mill-karatteristiċi fil-linja bażi li ġejjin. L-età medjana għall-popolazzjoni bl- intenzjoni li tiġi kkurata (ITT) kienet ta’ 73 sena (tvarja minn 64 sa 91 sena). Sitta u tletin fil-mija tal- individwi kellhom ċitoġenetika ta’ riskju batut fil-linja bażi. Il-kumplament tal-individwi kellhom ċitoġenetika ta’ riskju intermedju. Pazjenti b’ċitoġenetika favorevoli ma ġewx inklużi fl-istudju . Ħamsa u għoxrin fil-mija tal-individwi kellhom stat ta’ ħila ta’ ECOG ta’ ≥2. Wieħed u tmenin fil- mija tal-individwi kellhom komorbiditajiet sinifikanti (eż. infezzjoni, indeboliment tal-qalb, indeboliment tal-pulmuni). In-numru ta’ pazjenti kkurati b’Dacogen skont ir-razza kienu Bojod 209 (86.4%) u Asjatiċi 33 (13.6%).

L-iskop finali primarju tal-istudju kien sopravivenza globali. L-iskop finali sekondarju kien ir-rata ta’ kontroll sħiħ tal-mard li kienet stmata permezz ta’ analiżi mill-ġdid minn espert indipendenti. Is- sopravivenza mingħajr avvanz tal-marda u s-sopravivenza mingħajr effetti kienu skopijiet finali terzjarji.

Is-sopravivenza medjana globali fil-popolazzjoni ITT kienet ta’ 7.7 xhur f’individwi kkurati b’Dacogen meta mqabbla ma’ 5.0 xhur għal individwi fil-fergħa TC (proporzjon ta’ periklu 0.85; 95% CI: 0.69, 1.04, p = 0.1079). Id-differenza ma laħqitx sinifikat statistiku, madankollu, kien hemm tendenza ta’ titjib fis-sopravivenza bi tnaqqis ta’ 15% fir-riskju ta’ mewt għall-individwi fil-fergħa ta’ Dacogen (Figura 1). Meta minn dan tneħħew persuni li ħadu terapija sussegwenti li setgħet immodifikat il-marda (jiġifieri, kimoterapija ta’ induzzjoni jew sustanza hypomethylating) l-analiżi għas-sopravivenza globali uriet tnaqqis ta’ 20% fir-riskju ta’ mewt għal individwi fil-fergħa ta’ Dacogen [HR = 0.80, (95% CI: 0.64; 0.99), valur p = 0.0437)].

Figura 1. Sopravivenza globali (popolazzjoni ITT).

Sopravivenza Globali

(L-Istudju DACO-016, Analiżi tas-Sett bl-Intenzjoni li Jiġu Kkurati)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Mewt (%)

Medjan

95% CI

 

 

 

DACOGEN

197 (81)

7.7

(6.2, 9.2)

 

 

 

Total TC

199 (82)

5.0

(4.3, 6.3)

 

 

 

 

 

 

 

 

Perċentwal ta’ Individwi Ħajjin

 

 

HR (95% CI):

0.85 (0.69, 1.04)

 

 

 

 

 

 

 

Logrank valur p:

0.1079

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Żmien (Xhur)

Nru. ta’ Individwi f’Riskju

 

 

 

 

 

 

DACOGEN

Total TC

F’analiżi b’sena addizzjonali ta’ dejta matura ta’ sopravivenza, l-effett ta’ Dacogen fuq is-sopravivenza globali wera titjib kliniku meta tqabbel mal-fergħa TC (7.7 xhur vs. 5.0 xhur, rispettivament, proporzjon ta’ periklu = 0.82, 95% CI: 0.68, 0.99, valur p nominali = 0.0373, Figura 2).

Figura 2. Analiżi ta’ dejta matura ta’ sopravivenza globali (popolazzjoni ITT).

Sopravivenza Globali

(L-Istudju DACO-016, Analiżi tas-Sett bl-Intenzjoni li Jiġu Kkurati)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

DACOGEN

N

Mewt (%)

Medjan

95% CI

 

 

 

 

 

219 (90)

7.7

(6.2, 9.2)

 

 

 

 

 

Total TC

227 (93)

5.0

(4.3, 6.3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Perċentwal ta’ Individwi Ħajjin

 

 

 

HR (95% CI):

0.82 (0.68, 0.99)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Logrank valur p:

0.0373

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Żmien (Xhur)

Nru. ta’ Individwi f’Riskju

 

 

 

 

 

 

 

 

DACOGEN

Total TC

Addendum tar-Rapport tal-Istudju Kliniku, il-punt kliniku fejn spiċċa kien id-29 t’Ottubru

Abbażi tal-analiżi tal-bidu fil-popolazzjoni ITT, inkisbet differenza statistikament sinifikanti fir-rata ta’ kontroll sħiħ tal-marda (CR + CRp) favur l-individwi fil-fergħa ta’ Dacogen, 17.8% (43/242) meta mqabbla mal-fergħa TC, 7.8% (19/243); differenza fil-kura ta’ 9.9% (95% CI: 4.07; 15.83),

p = 0.0011. Iż-żmien medjan għall-aħjar rispons u t-tul ta’ żmien medjan tal-aħjar rispons f’pazjenti li kisbu CR jew CRp kienu 4.3 xhur u 8.3 xhur, rispettivament. Is-sopravivenza mingħajr avvanz tal- marda kien itwal b’mod sinifikanti għal individwi fil-fergħa ta’ Dacogen, 3.7 xhur (95% CI: 2.7; 4.6) meta mqabbla ma’ individwi fil-fergħa TC, 2.1 xhur (95% CI: 1.9; 3.1); proporzjon ta’ periklu 0.75 (95% CI: 0.62; 0.91), p = 0.0031. Dawn ir-riżultati kif ukoll skopijiet finali oħra qed jintwerew f’Tabella 2.

Tabella 2: Punti aħħarin oħra ta’ effikaċja għall-istudju DACO-016 (popolazzjoni ITT)

 

 

 

TC (grupp

 

 

Dacogen

 

flimkien)

 

Riżultati

n = 242

 

n = 243

Valur p

CR + CRp

43 (17.8%)

 

19 (7.8%)

0.0011

 

 

 

 

 

 

 

OR = 2.5

 

 

 

(1.40; 4.78)b

 

CR

38 (15.7%)

 

18 (7.4%)

-

EFSa

3.5

 

2.1

0.0025

 

(2.5; 4.1)b

 

(1.9; 2.8)b

 

 

 

 

 

 

 

 

HR = 0.75

 

 

 

(0.62; 0.90)b

 

PFSa

3.7

 

2.1

0.0031

 

(2.7; 4.6)b

 

(1.9; 3.1)b

 

 

 

 

 

 

 

 

HR = 0.75

 

 

 

(0.62; 0.91)b

 

CR = (complete remission) kontroll sħiħ tal-marda; CRp = (complete remission with incomplete platelet recovery) kontroll sħiħ tal-marda bi rkuprar mhux sħiħ tal-plejtlits, EFS = (event-free survival) sopravivenza mingħajr effetti,

PFS = (progression-free survival) sopravivenza mingħajr avvanz tal-marda, OR = (odds ratio) proporzjon ta’ probabbiltà, HR = (hazard ratio) proporzjon ta’ periklu

- = Ma setax jiġi stmat

aIrrappurtat bħala xhur medjani

bIntervalli ta’ kunfidenza 95%

Sopravivenza globali u rati ta’ kontroll sħiħ tal-marda f’sottogruppi speċifikati minn qabel marbuta mal-marda (ie, ir-riskju ċitoġeniku, il-Punteġġ tal-Koperattiva tal-Grupp tal-Onkoloġija tal-Lvant [ECOG-Eastern Cooperative Oncology Group], l-età, it-tip ta’ AML, u l-linja bażi tal-għadd tal-blasts fil-mudullun tal-għadam) kienu konsistenti mar-riżultati għall-popolazzjoni globali tal-istudju.

Is-soġġetti li ġew ikkurati b’Dacogen (11%, 24/233) kellhom deterjorament ta’ ipergliċemija meta mqabbel mas-suġġetti fil-fergħa TC (6%, 13/212).

L-użu ta’ Dacogen bħala terapija tal-bidu ġie ukoll stmat fi studju tal-Fażi 2, open-label, b’fergħa waħda (DACO-017) f’55 individwu ta’ > 60 sena b’AML skont il-klassifikazzjoni tal-WHO. L-iskop primarju fit-tmien tal-istudju kien ir-rata ta’ kontroll sħiħ tal-marda (CR) li ġiet stmata permezz ta’ analiżi mill-ġdid minn espert indipendenti. L-iskop sekondarju fit-tmiem tal-istudju kien is- sopravivenza globali. Dacogen ingħata bħala infużjoni ta’ 20 mg/m2 fuq perijodu ta’ siegħa minn ġol- vina darba kuljum għal ħamest ijiem konsekuttivi u ġie rrepetut kull 4 ġimgħat. Fl-analiżi ITT, rata ta’ CR ta’ 23.6% (95% CI: 13.2,37) ġiet osservata fi 13/55 individwu kkurat b’Dacogen. Iż-żmien medjan sa CR kien ta’ 4.1 xhur, u ż-żmien medjan ta’ CR kien 18.2 xahar. Il-medjan tas-sopravivenza globali fil-poplazzjoni ITT kien ta’ 7.6 xhur (95% CI: 5.7, 11.5).

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ Dacogen ma ġietx stmata f’pazjenti b’lewkimja promajeloċitika akuta jew lewkimja tas-CNS.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ddiferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’Dacogen f’wieħed jew iktar kategoriji tal-popolazzjoni pedjatrika fit-trattament ta’ lewkimja majelojde akuta (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-parametri farmakokinetiċi tal-popolazzjoni (PK) ta’ decitabine nġabru minn 3 studji kliniċi fuq 45 pazjent b’AML jew b’sindrome majelodisplatiku (MDS) li użaw l-iskeda ta’ għoti għal ħamestijiem. F’kull studju, il-PK ta’ decitabine ġiet stamata fil-ħames jum tal-ewwel ċiklu ta’ kura.

Distribuzzjoni

Il-farmkokinetika ta’ decitabine wara għoti minn ġol-vina bħala infużjoni ta’ siegħa ġew deskritti permezz ta’ mudell lineari b’żewġ kompartimenti, kienet ikkaratterizzata bit-tneħħija malajr mill- kompartiment ċentrali u d-distribuzzjoni relattivament bil-mod mill-kompartiment periferali. Għal pazjenti tipiku (piż ta’ 70 kg/1.73 m2 erja tas-superfiċje tal-ġisem) il-parametri farmakokinetiċi ta’ decitabine huma elenkati fit-Tabella 3 hawn taħt.

Tabella 3: Sommarju tal-analiżi tal-PK tal-popolazzjoni għal pazjent tipiku li jirċievi infużjonijiet ta’ siegħa ta’ 20 mg/m2 ta’ Dacogen kuljum fuq perijodu ta’ 5 ijiem kull

4 ġimgħat

Parametrua

Valur Imbassar

95% CI

Cmax (ng/ml)

88.5

- 129

AUCcum (ng.siegħa/ml)

480 - 695

t1/2 (min)

68.2

54.2

– 79.6

Vdss (L)

84.1

– 153

CL (L/siegħa)

249 - 359

a Id-doża totali f’kull ċiklu kienet ta’ 100 mg/m2

Decitabine juri PK lineari u wara l-infużjoni ġol-vina, konċentrazzjonijiet tal-istat fiss jintlaħqu fi żmien 0.5 sigħat. Abbażi ta’ simulazzjoni b’mudell, il-parametri PK kienu indipendenti mill-ħin (jiġifieri, ma nbidlux minn ċiklu għal ieħor) u ma kienet osservata l-ebda akkumulazzjoni b’din l- iskeda ta’ għoti ta’ dożi. L-irbit ta’ decitabine mal-proteini tal-plażma huwa insinifikanti (<1%). Il- Vdss ta’ decitabine f’pazjenti bil-kanċer huwa kbir, li jindika distribuzzjoni fit-tessuti periferali. Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ dipendenza fuq l-età, it-tneħħija tal-krejatinina, il-bilirubin totali, jew mard.

Bijotrasformazzjoni

Ġewwa ċ-ċellula, decitabine jiġi attivat b’fosforilazzjoni sekwenzjali permezz ta’ attivitajiet ta’ phosphokinase għat-triphosphate ekwivalenti, li mbagħad jiġi inkorporat mill-polymerase tad-DNA. Dejta ta’ metaboliżmu in vitro u r-riżultati tal-istudju tal-bilanċ tal-massa fil-bniedem indikaw li s- sistema taċ-ċitokroma P450 mhijiex involuta fil-metaboliżmu ta’ decitabine. Ir-rotta primarja tal- metaboliżmu x’aktarx hija permezz ta’ deaminazzjoni permezz ta’ cytidine deaminase fil-fwied, fil- kilwa, fl-epitelju tal-musrana u fid-demm. Riżultati mill-istudju tal-bilanċ tal-massa fil-bniedem urew li decitabine mhux mibdul fil-plażma jirrapreżenta madwar 2.4% tar-radjuattivita totali fil-plażma. Il- metaboliti prinċipali fiċ-ċirkulazzjoni mhux maħsuba li huma attivi b’mod farmakoloġiku. Il-preżenza ta’ dawn il-metaboliti fl-awrina flimkien mat-tneħħija totali tal-biċċa l-kbira mill-ġisem u t-tneħħija żgħira mill-awrina ta’ decitabine mhux mibdul fl-awrina (~4% tad-doża) tindika li decitabine jiġi mmetabolizzat b’mod konsiderevoli in vivo. Studji in vitro juru li decitabine la jimpedixxi u lanqas jinduċi enzimi CYP 450 sa aktar minn 20 darba l-ogħla konċentrazzjoni terapewtika osservata fil- plażma (Cmax). Għaldaqstant; mhumiex mistennija interazzjonijiet metaboliċi tal-mediċina medjati minn CYP, u decitabine mhuwiex mistenni li jkollu interazzjoni ma’ sustanzi mmetabolizzati permezz ta’ dawn ir-rotot. Barra dan, dejta in vitro turi li decitabine huwa sustrat dgħajjef ta’ P-gp.

Eliminazzjoni

It-tneħħija medja mill-plażma wara għoti fil-vina f’individwi bil-kanċer kienet ta’ > 200 L/siegħa b’tendenza ta’ varjazzjoni moderata bejn individwu u ieħor (koeffiċjent ta’ varjazzjoni (CV) huwa madwar 50%). It-tneħħija tal-mediċina mhux mibdula tidher li għandha biss rwol żgħir fit-tneħħija ta’ decitabine.

Riżultati minn studju tal-bilanċ tal-massa b’decitabine radjutikkettat b’14C f’pazjenti bil-kanċer urew li 90% tad-doża ta’ decitabine mogħtija (4% tal-mediċina mhux mibdula) titneħħa fl-awrina.

Aktar informazzjoni fuq popolazzjonijiet speċjali

L-effetti ta’ indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied, tas-sess, tal-età jew tar-razza fuq il-farmakokinetika ta’ decitabine għadhom ma ġewx studjati b’mod formali. Informazzjoni dwar popolazzjonijiet speċjali inkisbet minn dejta farmakokinetika mit-tliet studji msemmija hawn fuq, u minn studju wieħed tal- Fażi I f’individwi b’MDS (N = 14; 15 mg/m2 għal tlitt sigħat kull tmin sigħat għal tlitt ijiem).

Anzjani

Analiżi tal-farmakokinetika tal-popolazzjoni uriet li l-farmakokinetika ta’ decitabine mhijiex dipendenti fuq l-età (ġiet studjata medda ta’ etajiet bejn 40 u 87 sena; medjan ta’ 70 sena).

Sess

Analiżi tal-farmakokinetika tal-popolazzjoni ta’ decitabine ma wrietx xi differenza klinikament relevanti bejn l-irġiel u n-nisa.

Razza

Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti li ġew studjati kienu Kawkażiċi. Madankollu, l-analiżi tal-farmakokinetika tal-popolazzjoni ta’ decitabine indikat li r-razza ma kellha l-ebda effett li jidher fuq l-esponiment għal decitabine.

Indeboliment tal-fwied

Il-PK ta’ decitabine ma kinitx studjata b’mod formali f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied. Riżultati minn studju tal-bilanċ tal-massa fil-bnedmin u esperimenti in vitro msemmijin hawn fuq indikaw li l- enzimi CYP x’aktarx li mhumiex involuti fil-metaboliżmu ta’ decitabine. Barra dan, id-dejta limitata mill-analiżi PK tal-popolazzjoni ma indikat l-ebda dipendenzi sinifikanti ta’ parametri PK fuq il- konċentrazzjoni tal-bilirubin totali minkejja varjazzjoni kbira ta’ livelli ta’ bilirubin totali. Għaldaqstant, esponiment għal decitabine x’aktarx li mhuwiex affettwat f’pazjenti b’indeboliment fil- funzjoni tal-fwied.

Indeboliment tal-kliewi

Il-PK ta’ decitabine ma kinitx studjata b’mod formali f’pazjenti b’insuffiċjenza tal-kliewi. L-analiżi tal-PK tal-popolazzjoni ta’ dejta limitata dwar decitabine ma indikat l-ebda dipendenzi sinifikanti ta’ parametri PK fuq it-tneħħija normalizzata tal-krejatinina, li hija indikazzjoni tal-funzjoni tal-kliewi.

Għaldaqstant, esponiment għal decitabine x’aktarx li mhuwiex affettwat f’pazjenti b’funzjoni indebolita tal-kliewi.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Ma sarux studji formali b’decitabine dwar karċinoġeniċità. Evidenza mill-litteratura turi li decitabine jista’ jikkaġuna kanċer. Id-dejta disponibbli minn studji in vitro u in vivo tipprovdi evidenza biżżejjed li decitabine jista’ jikkaġuna tossiċità fil-ġeni. Dejta mill-litteratura tindika wkoll li decitabine għandu effetti avversi fuq l-aspetti kollha taċ-ċiklu ta’ riproduzzjoni, inkluż il-fertilità, l-iżvilupp tal-embriju u tal-fetu u l-iżvilupp wara t-twelid. Studji fil-firien u fil-fniek dwar tossiċità minn dożi ripetuti f’ħafna ċikli urew li t-tossiċità primarja kienet majelosoppressjoni, inklużi effetti fuq il-mudullun, li kienet riversibbli meta twaqqfet il-kura. Tossiċità gastrointestinali kienet osservata wkoll u fl-irġiel, atrofija tat-testikoli li fil-perijodi ta’ rkupru skedati ma reġgħetx lura għal dak li kienet qabel. L-għoti ta’ decitabine lill-firien tat-twelid/żgħażagħ wera profil ta’ tossiċità ġenerali jixbah lil dak ta’ firien akbar fl-età. L-iżvilupp ta’ mġieba newroloġika u l-kapaċità riproduttiva ma kienux affettwati meta firien li għadhom jitwieldu/ġovanili kienu ttrattati f’livelli ta’ doża li tinduċi majelosoppressjoni.

6 TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Potassium dihydrogen phosphate (E340)

Sodium hydroxide (E524)

Hydrochloric acid (għal aġġustament tal-pH)

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Kunjett mhux miftuħ 3 snin.

Soluzzjoni rrikostitwita u ddilwita

Fi żmien 15-il minuta minn wara r-rikostituzzjoni, il-konċentrat (f’10 ml ta’ ilma sterili għall-injezzjoni) għandu jiġi ddilwit aktar bi fluwidi tal-infużjoni mkessħin (2°C - 8°C). Din is- soluzzjoni ddilwita li tiġi ppreparata għal infużjoni ġol-vina għandha tinħażen f’temperatura ta’ 2°C - 8°C għal mhux aktar minn 3 sigħat, u tista’ imbagħad tinħażen f’temperatura tal-kamra (20°C - 25°C) sa siegħa qabel ma tingħata.

Mill-aspett mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża fil-perijodi ta’ żmien irrakkomandati hawn fuq. Hija r-responsabbiltà tal-utent li jsegwi l-ħinijet tal-ħażna u l-kondizzjonijiet irrakkomandati u li jaċċerta ruħu li r-rikostituzzjoni tkun saret f’kondizzjonijiet asettiċi.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Għal kundizzjonijiet tal-ħażna tal-prodott mediċinali rrikostitwit u ddilwit, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett ċar ta’ 20 ml tal-ħġieġ tat-Tip I trasparenti u bla kulur, issiġillat b’tapp tal-gomma butyl u siġill tal-aluminju b’għatu li jinqala’ b’daqqa ta’ saba’ li fih 50 mg ta’ decitabine.

Daqs tal-pakkett: kunjett 1.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

Rakkomandazzjonijiet għal imanniġġar bla periklu

Kuntatt tas-soluzzjoni mal-ġilda għandu jiġi evitat u għandhom jintlibsu ingwanti bħala protezzjoni. Għandhom jiġu adottati l-proċeduri standard ta’ kif wieħed jitratta prodotti mediċinali ċitotossiċi.

Proċedura tar-rikostituzzjoni

It-trab għandu jiġi rrikostitwit b’mod asettiku b’10 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet. B’din ir- rikostituzzjoni, kull ml jkun fih madwar 5 mg ta’ decitabine f’pH ta’ 6.7 sa 7.3. Fi ħdan 15-il minuta wara r-rikostituzzjoni, is-soluzzjoni trid tiġi ddilwita aktar bi fluwidi tal-infużjoni mkessħin (soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml [0.9%] jew soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 5% glucose) għal konċentrazzjoni finali ta’ 0.1 sa 1.0 mg/ml. Għat-tul ta’ żmien kemm idum tajjeb u l-prekawzjoni tal-ħażna wara r-rikostituzzjoni, ara sezzjoni 6.3.

Dacogen m’għandux jingħata bħala infużjoni mill-istess aċċess/pajp ta’ ġol-vini ma’ prodotti mediċinali oħra.

Rimi

Dan il-prodott mediċinali qiegħed biex jintuża darba biss. Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7 DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Janssen-Cilag International NV

Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse

Il-Belġju

8 NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/12/792/001

9 DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 20 Settembru 2012

Data tal-aħħar tiġdid:

10 DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati