Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Dafiro HCT (amlodipine besylate / valsartan / hydrochlorothiazide) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - C09DX01

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaDafiro HCT
Kodiċi ATCC09DX01
Sustanzaamlodipine besylate / valsartan / hydrochlorothiazide
ManifatturNovartis Europharm Limited

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Dafiro HCT 5 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita

Dafiro HCT 10 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita

Dafiro HCT 5 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Dafiro HCT 10 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Dafiro HCT 10 mg/320 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Dafiro HCT 5 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 5 mg ta’ amlodipine (bħala amlodipine besylate), 160 mg ta’ valsartan, u 12.5 mg ta’ hydrochlorthiazide.

Dafiro HCT 10 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg ta’ amlodipine (bħala amlodipine besylate), 160 mg ta’ valsartan, u 12.5 mg ta’ hydrochlorthiazide.

Dafiro HCT 5 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 5 mg ta’ amlodipine (bħala amlodipine besylate), 160 mg ta’ valsartan, u 25 mg ta’ hydrochlorthiazide.

Dafiro HCT 10 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg ta’ amlodipine (bħala amlodipine besylate), 160 mg ta’ valsartan, u 25 mg ta’ hydrochlorthiazide.

Dafiro HCT 10 mg/320 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha 10 mg ta’ amlodipine (bħala amlodipine besylate), 320 mg ta’ valsartan, u 25 mg ta’ hydrochlorthiazide.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita (pillola)

Dafiro HCT 5 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita

Pilloli bojod, b’forma ovali, konvessi fuq iż-żewġ naħat, bix-xifer tasturat, imnaqqxin b’“NVR” fuq naħa waħda u b’“VCL” fuq in-naħa l-oħra.

Dafiro HCT 10 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita

Pilloli sofor ċari, b’forma ovali, konvessi fuq iż-żewġ naħat, bix-xifer tasturat, imnaqqxin b’“NVR” fuq naħa waħda u b’“VDL” fuq in-naħa l-oħra.

Dafiro HCT 5 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Pilloli sofor, b’forma ovali, konvessi fuq iż-żewġ naħat, bix-xifer tasturat, imnaqqxin b’“NVR” fuq naħa waħda u b’“VEL” fuq in-naħa l-oħra.

Dafiro HCT 10 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Pilloli kannella fl-isfar, b’forma ovali, konvessi fuq iż-żewġ naħat, bix-xifer tasturat, imnaqqxin b’“NVR” fuq naħa waħda u b’“VHL” fuq in-naħa l-oħra.

Dafiro HCT 10 mg/320 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Pilloli kannella fl-isfar, b’forma ovali, konvessi fuq iż-żewġ naħat, bix-xifer tasturat, imnaqqxin b’“NVR” fuq naħa waħda u b’“VFL” fuq in-naħa l-oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura ta’ pressjoni għolja essenzjali bħala terapija ta’ sostituzzjoni f’pazjenti adulti li għandhom il- pressjoni tagħhom ikkontrollata b’mod xieraq b’taħlita ta’ amlodipine, valsartan u hydrocholorthiazide (HCT) li qegħdin jittieħdu jew bħala tliet pilloli separati li kull waħda minnhom fiha mediċina waħda jew bħala żewġ pilloli li waħda minnhom ikun fiha taħlita ta’ żewġ mediċini.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-doża ta’ Dafiro HCT rrakkomandata hija ta’ pillola waħda kuljum, li għandha tittieħed preferibbilment filgħodu.

Qabel ma jibdew jieħdu Dafiro HCT l-pazjenti għandhom ikunu kkontrollati b’dożi stabbli ta’ monokomponenti meħudin fl-istess ħin. Id-doża ta’ Dafiro HCT għandha tkun skont id-dożi tal- komponenti individwali fit-taħlita sa dakinhar li ssir il-bidla.

L-ogħla doża rrakkomandata ta’ Dafiro HCT hija ta’ 10 mg/320 mg/25 mg.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment renali

Minħabba l-komponent hydrochlorthiazide, Dafiro HCT huwa kontraindikat għall-użu f’pazjenti b’nuqqas ta’ produzzjoni ta’ awrina (ara sezzjoni 4.3) u f’pazjenti b’indeboliment renali sever (rata tal- filtrazzjoni fil-glomeruli (GFR)<30 ml/min/1.73 m2) (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.2).

M’hemmx bżonn li jkun hemm aġġustamenti tad-doża tal-bidu għall-pazjenti li jkollhom indeboliment renali ħafif għal moderat (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Indeboliment tal-fwied

Minħabba l-komponent valsartan, Dafiro HCT huwa kontraindikat f’pazjenti b’indeboliment epatiku sever (ara sezzjoni 4.3). F’pazjenti b’indeboliment tal-fwied ħafif jew moderat mingħajr kolestażi, l- ogħla doża rrakkomandata ta’ valsartan hija ta’ 80 mg u għalhekk Dafiro HCT mhuwiex tajjeb għal dan il-grupp ta’ pazjenti (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.2). Ma ġiex stabbilit reġim ta’ doża ta’ amlodipine għal pazjenti b’indeboliment epatiku ħafif sa moderat. Meta pazjenti eliġibbli bi pressjoni għolja (ara sezzjoni 4.1) li għandhom indeboliment epatiku jinqalbu għal Dafiro HCT, għandha tintuża l-inqas doża disponibbli tal-komponent ta’ amlodipine.

Insuffiċjenza tal-qalb u mard tal-arterji koronarji

Teżisti esperjenza limitata fejn jidħol l-użu ta’ Dafiro HCT, b’mod partikulari fejn tidħol id-doża massima, f’pazjenti b’insuffiċjenza tal-qalb u b’mard tal-arterji koronarji. Hija rrakkomandata kawtela f’pazjenti b’insuffiċjenza tal-qalb u b’mard tal-arterji koronarji, b’mod partikulari meta tingħata l- ogħla doża ta’ Dafiro HCT, 10 mg/320 mg/25 mg.

Pazjenti anzjani (età 65 sena jew aktar)

Hija rrakkomandata kawtela, fosthom li wieħed jiċċekkja l-pressjoni aktar ta’ spiss, f’pazjenti anzjani, b’mod partikulari bl-ogħla doża ta’ Dafiro HCT, 10 mg/320 mg/25 mg, minħabba li teżisti dejta limitata f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti. Meta pazjenti eliġibbli anzjani bi pressjoni għolja (ara sezzjoni 4.1) jinqalbu għal Dafiro HCT, għandha tintuża l-inqas doża disponibbli tal-komponent ta’ amlodipine.

Popolazzjoni pedjatrika

Dafiro HCT fil-popolazzjoni pedjatrika (pazjenti taħt it-18-il sena) m’għandux użu rilevanti fl- indikazzjoni ta’ pressjoni għolja essenzjali.

Metodu ta’ kif għandu jingħata Użu orali

Dafiro HCT jista’ jittieħed mal-ikel jew mingħajr ikel.

Il-pilloli għandhom jinbelgħu sħaħ bi ftit ilma, fl-istess ħin tal-ġurnata u l-aħjar filgħodu.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanzi attivi, għal derivattivi ta’ sulfonamid oħra, għal derivati ta’ diidropiridina, jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

It-tieni u t-tielet trimestri tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.6).

Indeboliment tal-fwied minn ħafif għal qawwi, ċirrożi tal-marrara jew kolestażi.

Indeboliment renali qawwi (GFR <30 ml/min/1.73 m2), anurija u pazjenti b’dijalisi.

L-użu fl-istess ħin ta’ Dafiro HCT ma’ prodotti li jkun fihom aliskiren f’pazjenti b’dijabete mellitus jew indeboliment tal-kliewi (GFR <60 ml/min/1.73 m2) (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

Ipokalimja refrattorja, iponatrimija, iperkalċimija, u iperuriċemija sintomatika.

Pressjoni baxxa severa.

Xokk (inkluż xokk kardjoġeniku).

Imblokk tal-passaġġ ta’ tfigħ ’il barra tal-ventrikolu tax-xellug (eż. kardjomijopatija ipertrofika ostruttiva u stenosi aortika ta’ grad għoli).

Insuffiċjenza tal-qalb emodinamikament instabbli wara infart mijokardijaku akut.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ amlodipine fi kriżi ta’ pressjoni għolja ma ġietx stabbilita.

Pazjenti nieqsa mis-sodju u/jew volum

Pressjoni baxxa eċċessiva, li tinkludi pressjoni baxxa mal-waqqaf, dehret f’1.7% tal-pazjenti kkurati bl-ogħla doża ta’ Dafiro HCT (10 mg/320 mg/25 mg) meta mqabbla ma’ 1.8% tal-pazjenti fuq valsartan/hydrochlorthiazide (320 mg/25 mg), 0.4% tal-pazjenti fuq amlodipine/valsartan

(10 mg/320 mg), u 0.2% tal-pazjenti fuq hydrochlorthiazide/amlodipine (25 mg/10 mg) fi prova kkontrollata f’pazjenti bi pressjoni minn moderata sa qawwija mhux ikkumplikata.

F’pazjenti nieqsa mis-sodju/jew nieqsa mill-volum, bħalma huma dawk li qed jirċievu dożi qawwijia ta’ dijuretiċi, tista’ taqa’ l-pressjoni b’mod sintomatiku wara t-tnedija tat-trattament b’Dafiro HCT. Dafiro HCT għandu jintuża biss wara li ssir korrezzjoni ta’ nuqqas eżistenti minn qabel ta’ sodju u/jew tal-volum.

Jekk b’Dafiro HCT l-pressjoni taqa’ ħafna, il-pazjent għandu jitqiegħed mimdud wiċċu ’l fuq u, jekk ikun meħtieġ, jingħata infużjoni fil-vina b’saline normali. Il-kura tista’ titkompla meta l-pressjoni tkun stabbli.

Tibdiliet fl-elettroliti tas-serum

Amlodipine/valsartan/hydrochlorthiazide

Fil-prova kkontrollata ta’ Dafiro HCT, l-effetti kontra xulxin li valsartan 320 mg u hydrochlorthiazide 25 mg għandhom fuq il-potassju fis-serum bejn wieħed u ieħor ibbilanċjaw lill-xulxin f’ħafna mill- pazjenti. F’pazjenti oħra l-effett wieħed jew l-ieħor jista’ jkun dominanti. Għandu jsir kejl perjodiku f’intervalli xierqa tal-elettroliti fis-serum biex jiġi nnutat xi żbilanċ li jista’ jkun hemm fl-elettroliti.

Għandu jsir kejl perjodiku f’intervalli xierqa b’mod partikulari tal-elettroliti fis-serum u l-potassju biex jiġi nnutat xi żbilanċ li jista’ jkun hemm fl-elettroliti, l-aktar f’pazjenti b’fatturi oħrajn ta’ riskju bħalma huma insuffiċjenza fil-funzjoni renali, ikkurati bi prodotti mediċinali oħrajn jew bi storja ta’ żbilanċi fl-elettroliti fl-imgħoddi.

Valsartan

L-użu flimkien ma’ supplimenti ta’ potassju, dijuretiċi li ma jitilfux potassju, sostitwenti tal-melħ li fihom il-potassju, jew prodotti mediċinali oħra li jistgħu jżidu l-livelli tal-potassju (eparina, eċċ.) mhux irrakkomandat. Sorveljanza tal-potassju għandha ssir skont il-bżonn.

Hydrochlorthiazide

It-trattament b'Dafiro HCT għandu jibda biss wara li ssir korrezzjoni tal-ipokalimija u ta’ kwalunkwe ipomanjesimija koeżistenti. Id-djuretiċi thiazide jistgħu jrażżnu milli jkun hemm qawmien ġdid ta' ipokalimja jew iżidu ipokalimja eżistenti minn qabel. Id-dijuretiċi thiazide għandhom jingħataw b’kawtela lil pazjenti b’kundizzjonijiet li jinvolvu telfien imsaħħaħ tal-potassju, ngħidu aħna nefropatiji li jwasslu għal telf ta’ melħ u indeboliment prerenali (kardjoġeniku) tal-funzjoni tal-kliewi. Jekk l-ipokalimja tiżviluppa waqt it-terapija b’hydrochlorothiazide, Dafiro HCT għandu jitwaqqaf sakemm ikun hemm stabilità korretta fil-bilanċ tal-potassju.

Id-dijuretiċi thiazide jistgħu jrażżnu qawmien ġdid ta’ iponatrimija u alkolożi ipokloremika jew iżidu iponatrimija eżistenti minn qabel. Kien hemm iponatrimija, akkumpanjata b’sintomi newroloġiċi (dardir, diżorjentazzjoni progressiva, apatija). It-trattament b’hydrochlorothiazide għandu jinbeda biss wara li ssir korrezzjoni ta’ iponatremijia eżistenti minn qabel. Fil-każ li tiżviluppa iponatremija gravi jew malajr waqt it-terapija b’Dafiro HCT, it-trattament għandu jitwaqqaf sakemm in-natremija ma terġax lura għan-normal.

Il-pazjenti kollha mogħtija d-dijuretiċi thiazide għandhom ikunu mmonitorjati minn żmien għal żmien minħabba żbilanċi fl-elettroliti, b’mod partikulari fil-potassju, fis-sodju u fil-manjesju.

Indeboliment renali

Id-dijuretiċi thiazide jistgħu jwaqqgħu l-azotemija f’pazjenti b’mard kroniku tal-kliewi. Meta Dafiro HCT jintuża f’pazjenti b’indeboliment renali huwa rrakkomandat li jsir monitoraġġ minn żmien għal żmien tal-elettroliti tas-serum (inkluż il-livelli tal-potassju), tal-kreatinina u tal-aċidu uriku fis-serum. Dafiro HCT hu kontraindikat f’pazjenti b’indeboliment gravi tal-kliewi, anurija jew li qed jagħmlu d- dijaliżi (ara sezzjoni 4.3).

M’hemmx bżonn ta’ aġġustar tad-doża ta’ Dafiro HCT għall-pazjenti li għandhom indeboliment renali minn ħafif għal moderat (GFR ≥30 ml/min/1.73 m2).

Stenożi tal-arterja renali

Dafiro HCT għandu jintuża b’kawtela għall-kura tal-pressjoni għolja f’pazjenti bi stenożi unilaterali jew bilaterali tal-arterji renali jew stenożi f’kilwa unika minħabba li l-livelli ta’ urea fid-demm u l- kreatinina fis-serum jistgħu jiżdiedu f’pazjenti bħal dawn.

Trapjant tal-kliewi

Sal-lum għad m’hemmx esperjenza dwar l-użu mingħajr periklu ta’ Dafiro HCT f’pazjenti li riċentement ħadu trapjant tal-kliewi.

Indeboliment tal-fwied

Il-valsartan, fil-parti l-kbira jiġi eliminat mhux mibdul permezz tal-bila. F’pazjenti b’indeboliment fil- funzjoni tal-fwied, il-half-life ta’ amlodipine hija mtawla u l-valuri ta’ AUC huma ogħla; rakkomandazzjonijiet ta’ doża ma ġewx stabbiliti. F’pazjenti b’indeboliment tal-fwied minn ħafif sa moderat mingħajr kolestażi, l-ogħla doża rrakkomandata hija ta’ 80 mg valsarta, u għaldaqstant, Dafiro HCT mhuwiex addattat għal dan il-grupp ta’ pazjenti (ara sezzjonijiet 4.2, 4.3 u 5.2).

Anġjoedima

Anġjoedima, inkluż nefħa tal-larinġi u tal-glottide, li jikkawżaw imblukkar tas-sistema tan-nifs u/jew nefħa tal-wiċċ, tax-xofftejn, tal-farinġi u/jew tal-ilsien, ġew irrappurtati f'pazjenti li jkunu qed jingħataw kura b’valsartan. Uħud minn dawn il-pazjenti kienu esperjenzaw anġjoedima bi prodotti mediċinali oħrajn, inkluż inibituri ACE. Dafiro HCT għandu jitwaqqaf minnufih f’pazjenti li jiżviluppaw anġjoedima, u m’għandux jerġa’ jingħatalhom.

Insuffiċjenza tal-qalb u mard tal-arterji koronarji/infart postmijokardijaku

Bħala konsegwenza tal-inibizzjoni tas-sistema renin-anġjotensin-aldosteron, tibdil fil-funzjoni renali tista’ tkun mistennija f’individwi li huma suxxettibbli. F’pazjenti b’insuffiċjenza severa tal-qalb li jkollhom funzjoni renali li tiddependi mill-attività tas-sistema renin-anġjotensin-aldosteron, kura b’ inibituri ta’ ACE u antagonisti tar-riċettur ta’ anġjotensin kienet assoċjata ma’ oligurja u/jew ażotemja li tavvanza u (rarament) insuffiċjenza akuta renali u/jew mewt. Konsegwenzi simili kienu rrappurtati b’valsartan. Evalwazzjonijiet ta’ pazjenti b’insuffiċjenza tal-qalb jew infart postmijokardijaku għandhom dejjem jinkludu valutazzjoni tal-funzjoni renali.

Fi studju fit-tul, ikkontrollat bi plaċebo (PRAISE-2) b’amlodipine f’pazjenti b’insuffiċjenza tal-qalb ta’ etjoloġija mhux iskemika b’NYHA (Klassifikazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Qalb Ta’ New York) III u IV, l-amlodipine kienet assoċjata ma’ numru akbar ta’ rapporti ta’ edima fil-pulmun minkejja li ma kienx hemm differenza sinifikanti fin-numru ta’ pazjenti li l-insuffiċjenza tal-qalb marret għall-agħar meta mqabbla mal-plaċebo.

Imblokkaturi tal-kanali tal-kalċju, inkluż amlodipine, għandhom jigu użati b’kawtela f’pazjenti b’ insuffiċjenza konġestiva tal-qalb, għaliex jistgħu iżidu r-riskju li jkun hemm avvenimenti kardjovaskulari u mwiet.

Kawtela hija rrakkomandata f’pazjenti b’insuffiċjenza tal-qalb u b’mard tal-arterji koronarji, b’mod partikulari bl-ogħla doża ta’ Dafiro HCT, 10 mg/320 mg/25 mg, minħabba li d-data disponibbli f’dawn il-popolazzjonijiet ta’ pazjenti hija limitata.

Stenożi tal-valv tal-aorta u mitrijali

Bħalma jiġri bis-sustanzi vażodilataturi l-oħrajn kollha, kawtela speċjali hi indikata f’pazjenti bi stenożi tal-mitrija jew minn stenożi sinifikanti ta’ l-aorta li mhijiex ta’ grad għoli.

Tqala

L-Antagonisti tar-Riċetturi ta’ Anġjotensin II (AIIRAs) m’għandhomx jinbdew waqt it-tqala. Sakemm ma jkunx ikkunsidrat bħala meħtieġ li l-kura b’AIIRA titkompla, pazjenti li qed jippjanaw tqala għandha titbiddlilhom il-kura kontra l-pressjoni għolja għal oħra alternattiva b’mediċini kontra l- pressjoni għolja li għandhom profil ta’ sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala. Meta t-tqala tkun iddijanjostikata, kura b’AIIRAs għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.6).

Pazjenti b’kundizzjoni primarja b’livelli għoljin ta’ aldosteron

Pazjenti b’kundizzjoni primarja b’livelli għoljin ta’ aldosteron m’għandhomx jiġu kkurati b’valsartan li hu antagonist ta’ anġjotensin II peress li s-sistema ta’ renin-anġjotensin tagħhom mhijiex attivata.

Għaldaqstant, Dafiro HCT mhuwiex irrakkomandat għal din il-popolazzjoni.

Lupus erythematosus sistemiku

Dijuretiċi thiazide, inkluż hydrochlorthiazide, kienu rrappurtati li jħarrxu jew jattivaw lupus erythematosus sistemiku.

Disturbi metaboliċi oħra

Dijuretiċi thiazide, inkluż hydrochlorthiazide, jistgħu jibdlu t-tolleranza għall-glukosju u jgħollu l- livelli ta’ kolesterol, trigliċeridi u aċidu uriku fis-serum. F’pazjenti dijabetiċi jistgħu jkunu meħtieġa aġġustamenti fid-doża tal-insulina jew ta’ sustanzi ipoglimiċi orali.

Minħabba l-komponent ta’ hydrochlorothiazide, Dafiro HCT hu kontraindikat f’iperurikemija sintomatika. Il-hydrochlorothiazide jista’ jgħolli l-livell tal-aċidu uriku fis-serum minħabba tnaqqis fit- tneħħija tal-aċidu uriku u jista’ jwassal għal iperurikamija, jew iżidha, kif ukoll irażżan il-gotta f’pazjenti suxxettibbli.

Thiazides inaqqsu t-tneħħija tal-kalċju mal-awrina u jistgħu jikkawżaw livelli ogħla b’mod intermittenti u ħafif tal-kalċju fis-serum fin-nuqqas ta’ disturbi magħrufa ta’ metaboliżmu tal-kalċju. Dafiro HCT hu kontraindikat f’pazjenti b’iperkalċemija u għandu jintuża biss wara korrezzjoni ta’ kwalunkwe iperkalċemijia eżistenti minn qabel. Dafiro HCT għandu jitwaqqaf jekk tiżviluppa iperkalċemija waqt it-trattament. Il-livelli tal-kalċju fis-serum għandhom ikunu ċċekkjati minn żmien għal żmien matul it-trattament b’thiazides. Iperkalċimja qawwija ħafna tista’ tkun sinjal ta’ iperparatirojdiżmu moħbi. Thiazides għandhom jitwaqqfu qabel ma jsiru testijiet għall-funzjoni tal- paratirojde.

Fotosensittività

Każijiet ta’ reazzjonijiet ta’ fotosensittività kienu rrappurtati b’dijuretiċi thiazide (ara sezzjoni 4.8). Jekk reazzjoni ta’ fotosensittività sseħħ waqt il-kura b’Dafiro HCT, huwa rrakkomandat li titwaqqaf il- kura. Jekk l-għoti mill-ġdid tad-dijuretiku huwa maħsub li jkun meħtieġ, huwa rrakkomandat li l- partijiet esposti għax-xemx jew għal UVA artifiċjali jiġu protetti.

Glawkoma gravi tal-għeluq tal-angolu

Hydrochlorothiazide, sulfonamid, kien assoċjat ma’ reazzjoni idjosinkratika li twasssal għal mijopija tranżitorja gravi u għal glawkoma gravi tal-għeluq tal-angolu. Is-sintomi jinkludu żieda gravi taċ- ċarezza viżwali jew uġigħ fl-għajn u dan iseħħ normalment fi ftit sigħat jew ġimgħa mit-tnedija tat- trattament. Glawkoma gravi tal-għeluq tal-angolu mhux ittrattata tista’twassal għal telf permanenti tal- vista.

It-trattament primarju hu t-twaqqif ta’ hydrochlorothiazide kemm jista’ jkun malajr. Wieħed jista’ jikkunsidra trattament mediku jew kirurġiku minnufih jekk il-pressjoni intraokulari tibqa’ mhux ikkontrollata. Il-fatturi ta’ riskju li jista’ jwasslu għal żvilupp ta’ glawkoma gravi tal-għeluq tal-angolu jistgħu jinkludu storja ta’ sulfonamid jew allerġija għall-penisilin.

Ġenerali

Għandha tintuża l-kawtela f’pazjenti li jkunu diġà wrew sensittività eċċessiva għal antagonisti oħrajn tar-riċetturi ta’ anġjotensin II qabel. Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva għal hydrochlorthiazide huma aktar probabbli f’pazjenti b’allerġija u ażma.

Anzjani (età ta’ 65 sena jew aktar)

Hija rrakkomandata kawtela, fosthom li wieħed jiċċekkja l-pressjoni aktar ta’ spiss, f’pazjenti anzjani, b’mod partikulari bl-ogħla doża ta’ Dafiro HCT, 10 mg/320 mg/25 mg, minħabba li teżisti dejta limitata f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti.

Imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS)

Hemm evidenza li l-użu fl-istess ħin ta’ inibituri ta’ ACE, ARBs jew aliskiren iżid ir-riskju ta’ pressjoni baxxa, iperkalimja u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi).

Imblokk doppju ta’ RAAS permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, ARBs jew aliskiren għalhekk mhuwiex rakkomandat (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

Jekk terapija b’imblokk doppju tkun ikkunsidrata li hi assolutament meħtieġa, din għandha ssir biss taħt is-superviżjoni ta’ speċjalista u tkun suġġetta għal monitoraġġ frekwenti mill-qrib tal-funzjoni tal- kliewi, elettroliti u pressjoni tad-demm. Inibituri ta’ ACE u ARBs m’għandhomx jintużaw fl-istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju formali ta’ interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħrajn b’Dafiro HCT.

Għaldaqstant, f’din is-sezzjoni se tingħata biss informazzjoni dwar interazzjonijiet magħrufa ma’ prodotti mediċinali oħrajn għas-sustanzi attivi individwali.

Madanakollu, huwa importanti li jiġi kkunsidrat li Dafiro HCT jista’ jżid l-effett ta’ pressjoni baxxa ta’ sustanzi oħra għal kontra l-pressjoni għolja.

L-użu fl-istess ħin mhux irrakkomandat

Komponent

Interazzjonijiet

Effett tal-interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħrajn

individwali

magħrufa bis-sustanzi

 

ta’ Dafiro

li ġejjin

 

HCT

 

 

Valsartan u

Lithium

Żidiet riversibbli tal-konċentrazzjonijiet ta’ lithium fis-

HCT

 

serum u tossiċità kienu rrappurtati waqt li lithium kien

 

 

qiegħed jingħata flimkien ma’ inibituri ta’ ACE, ma’

 

 

antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II, inkluż valsartan

 

 

jew thiazides. Minħabba li t-tneħħija ta’ lithium mill-

 

 

kliewi titnaqqas bit-thiazides, ir-riskju ta' tossiċità

 

 

b’lithium jaf jiżdied aktar b'Dafiro HCT. Għaldaqstant,

 

 

huwa rrakkomandat li jsir monitoraġġ bir-reqqa tal-

 

 

konċentrazzjonijiet ta’ lithium fis-serum waqt li jkunu qed

 

 

jingħataw flimkien.

Valsartan

Dijuretiċi li ma jitilfux

Jekk prodott mediċinali li jaffettwa l-livelli tal-potassju

 

il-potassju, supplimenti

huwa kkunsidrat meħtieġ f’taħlita ma’ valsartan,

 

ta’ potassju, sustanzi li

monitoraġġ frekwenti tal-livelli tal-potassju fil-plażma

 

jintużaw flok il-melħ u

huwa rrakkomandat.

 

sustanzi oħra li jistgħu

 

 

jgħollu l-livelli tal-

 

 

potassju

 

Amlodipine

Grejpfrut jew meraq

L-għoti ta' amlodipine mal-grejpfrut jew mal-meraq tal-

 

tal-grejpfrut

grejpfrut mhuwiex rakkomandat minħabba li l-

 

 

bijodisponibilità tista' tiżdied f'xi pazjenti, u dan jista'

 

 

jwassal għal iżjed effetti li jbaxxu l-pressjoni tad-demm.

Meħtieġa kawtela bl-użu fl-istess ħin

 

Komponent

Interazzjonijiet

Effett tal-interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħrajn

individwali

magħrufa bis-sustanzi

 

ta’ Dafiro

li ġejjin

 

HCT

 

 

Amlodipine

Inibituri ta’ CYP3A4

L-użu fl-istess ħin ta' amlodipine ma' inibituri ta’ CYP3A4

 

(i.e. ketoconazole,

b'saħħithom jew moderati (inibituri tal-protease,

 

itraconazole, ritonavir)

antifungali tal-azole, makrolidi bħal erythromycin jew

 

 

clarithromycin, verapamil jew diltiazem) jista' jagħti lok

 

 

għal żieda sinifikanti fl-espożizzjoni għal amlodipine. It-

 

 

traduzzjoni klinika ta' dawn il-varjazzjonijiet

 

 

farmakokinetiċi tista' tkun aktar qawwija fl-anzjani. Jista'

 

 

jkun hemm bżonn ta' monitoraġġ kliniku u ta' aġġustament

 

 

tad-doża.

 

Indutturi ta’ CYP3A4

Ma hemm ebda dejta disponibbli dwar l-effett ta' indutturi

 

(sustanzi kontra l-

ta' CYP3A4 fuq amlodipine. L-użu fl-istess ħin ta'

 

konvulżjonijiet [eż.

indutturi ta' CYP3A4 (eż. rifampicin, Hypericum

 

karbamazepina,

perforatum) jista' jagħti konċentrazzjoni ta' amlodipine fil-

 

fenobarbital, phenytoin,

plasma iktar baxxa. Amlodipine għandu jintuża b'kawtela

 

fosphenytoin,

flimkien ma' indutturi ta' CYP3A4.

 

primidon], rifampiċin,

 

 

Hypericum perforatum

 

 

[St. John’s wort])

 

 

Simvastatin

L-għoti fl-istess ħin ta' aktar minn doża waħda ta' 10 mg

 

 

amlodipine ma' 80 mg simvastatin irriżulta f'żieda ta' 77%

 

 

fl-espożizzjoni għal simvastatin meta mqabbel ma'

 

 

simvastatin waħdu. Huwa rrakkomandat li d-doża ta'

 

 

simvastatin tiġi limitata għal 20 mg kuljum f'pazjenti fuq

 

 

amlodipine.

 

Dantrolene (infużjoni)

F'annimali, fibrillazzjoni ventrikulari letali u kollass

 

 

kardjovaskulari ġew osservati f'assoċjazzjoni ma'

 

 

iperkalemija, wara l-għoti ta' verapamil u dantrolene ġol-

 

 

vini. Minħabba r-riskju ta' iperkalemija, huwa

 

 

rrakkomandat li l-għoti fl-istess ħin ta' imblokkaturi tal-

 

 

kanali tal-kalċju bħal amlodipine jiġi evitat f'pazjenti

 

 

suxxettibbli għal ipertermja malinna u fil-ġestjoni ta'

 

 

ipertermija malinna.

Valsartan u

Mediċini anti-

NSAIDs jista’ jnaqqas l-effett għal kontra l-pressjoni

HCT

infjammatorji mhux

għolja kemm ta’ antagonisti ta’ anġjotensin II kif ukoll ta’

 

sterojdi (NSAIDs),

hydrochlorthiazide meta dawn jingħataw flimkien.

 

inklużi inibituri selettivi

Minbarra hekk, l-użu fl-istess ħin ta’ Dafiro HCT u

 

cyclooxygenase-2

NSAIDs jista’ jwassal sabiex il-funzjoni tal-kliewi tiħżien

 

(inibituri COX-2),

u l-potassju fis-serum jogħla. Għaldaqstant, monitoraġġ

 

aċidu aċetilsaliċiliku

tal-funzjoni renali fil-bidu tal-kura huwa rrakkomandat,

 

(>3 g/jum), u NSAIDs

kif ukoll li l-pazjenti jkunu idratati sew.

 

mhux selettivi

 

Valsartan

Inibituri tat-

Ir-riżultati ta' studju in vitro bit-tessut tal-fwied tal-

 

trasportatur tat-teħid

bniedem jindikaw li valsartan huwa substrat tat-

 

(rifampicin,

trasportatur tat-teħid epatiku OATP1B1 u tat-trasportatur

 

ciclosporin) jew

tal-effluss epatiku MRP2. L-għoti fl-istess ħin ta' inibituri

 

trasportatur tal-effluss

tat-trasportatur tat-teħid (rifampicin, ciclosporin) jew tat-

 

(ritonavir)

trasportatur tal-effluss (ritonavir) jista' jżid l-espożizzjoni

 

 

sistemika għal valsartan.

 

 

HCT

Alkoħol, barbiturati u

L-għoti flimkien ta’ dijuretiċi thiazide ma’ sustanzi li

 

narkotiċi

għandhom ukoll effett li jbaxxi l-pressjoni tad-demm (eż.

 

 

billi jnaqqsu l-attività simpatetika tas-sistema nervuża

 

 

ċentrali jew il-vażodilatazzjoni diretta) jista’ jwassal biex

 

 

titqawwa l-pressjoni baxxa mal-waqqaf.

 

Amantadina

It-thiazides, inkluż hydrochlorthiazide, jistgħu jżidu r-

 

 

riskju ta’ reazzjonijiet avversi kkawżati minn amantadina.

 

Sustanzi antikolinerġiċi

Il-bijodisponibbiltà ta’ dijuretiċi tat-tip thiazide tista’

 

u prodotti mediċinali

tiżdied b’sustanzi antikolinerġiċi (eż. atropina, biperiden),

 

oħrajn li jaffettwaw il-

mid-dehra minħabba tnaqqis fil-moviment gastrointestinali

 

motilità gastrika

spontanju u r-rata ta’ tbattil tal-istonku. Għall-kuntrarju,

 

 

hu antiċipat li sustanzi prokinetiċi bħaċ-ċisaprida jistħgu

 

 

jnaqqsu l-bijodisponibbiltà ta’ dijuretiċi tat-tip thiazide.

 

Aġenti antidijabetiċi

It-thiazides jistgħu jbiddlu t-tolleranza għaz-zokkor. Jista'

 

(eż. insulina u sustanzi

jkun hemm bżonn ta' aġġustament tad-doża tal-prodott

 

antidijabetiċi mill-ħalq)

mediċinali antidijabetiku.

 

Metformin

Metformin għandu jintuża b’kawtela minħabba r-riskju ta’

 

 

aċidożi lattika kkaġunata minn insuffiċjenza funzjonali

 

 

renali li jista’ jkun hemm u li hija marbuta ma’

 

 

hydrochlorthiazide.

 

Imblukkaturi beta u

L-użu konkomitanti ta’ dijuretiċi thiazide, inkluż

 

dijazossidu

hydrochlorthiazide, ma’ imblukkaturi beta jista’ jżid ir-

 

 

riskju ta’ ipergliċemija. Dijuretiċi thiazide, inkluż

 

 

hydrochlorthiazide, jistgħu jkabbru l-effett ipergliċemiku

 

 

ta’ dijazossidu.

 

Ċiklosporina

Kura konkomitanti b’ċiklosporina tista’ żżid ir-riskju ta’

 

 

iperuriċemija u kumplikazzjonijiet tat-tip tal-gotta.

 

Sustanzi ċitotossiċi

It-thiazides, inkluż hydrochlorthiazide, jistgħu jnaqqsu t-

 

 

tneħħija renali ta’ sustanzi ċitotossiċi (eż. ċiklofosfamid,

 

 

methotrexate) u jsaħħu l-effetti majelosoppressivi

 

 

tagħhom.

 

Glikosidi diġitali

Ipokalimja jew ipomanjesimija kkaġunata minn thiazide

 

 

tista’ sseħħ bħala effett mhux mixtieq li jiffavorixxi l-bidu

 

 

ta’ arritmiji tal-qalb ikkaġunati minn digitalis.

 

Jodju bħala sustanza

F’każ ta’ deidrazzjoni kkaġunata minn dijuretiċi, hemm

 

ta’ kuntrast

żieda fir-riskju ta’ insuffiċjenza renali akuta, speċjalment

 

 

b’dożi għoljin ta’ prodotti ta’ jodju. Il-pazjenti għandhom

 

 

jiġu riidratati qabel l-għoti.

 

Rażi ta’ skambju

L-assorbiment ta’ dijuretiċi thiazide, inkluż

 

anjoniku

hydrochlorthiazide, jonqos permezz ta’ kolestiramina jew

 

 

kolestipol. Dan jista’ jwassal għal effetti sottoterapewtiċi

 

 

tad-dijuretiċi thiazide. Madanakollu, l-għoti ta’ dożi ta’

 

 

hydrochlorothiazide u raża b’tali mod li ma jaħbtux

 

 

flimkien u allura hydrochlorothiazide jingħata mill-inqas

 

 

4 sigħat qabel jew 4-6 sigħat wara li jingħataw ir-rażi

 

 

inaqqas b’ħafna l-interazzjoni.

 

Prodotti mediċinali li

L-effett ipokalimiku ta’ hydrochlorthiazide jista’ jiżdied

 

jaffettwaw il-livell tal-

permezz tal-għoti flimkien ta’ dijuretiċi kalijuretiċi,

 

potassju fis-serum

kortikosterojdi, lassattivi, ormon adrenokortikotropiku

 

 

(ACTH), amfoteriċina, carbenoxolone, peniċillina G u

 

 

derivattivi ta’ aċidu saliċiliku jew antiarritmiċi. Jekk dawn

 

 

il-prodotti mediċinali għandhom jiġu preskritti mat-taħlita

 

 

ta’ amlodipine/valsartan/hydrochlorthiazide, monitoraġġ

 

 

tal-livelli tal-potassju fil-plażma huwa rrakkomandat.

 

 

 

Prodotti mediċinali li

L-effett iponatremiku tad-dijuretiċi jista’ jitqawwa bl-

 

jaffettwaw il-livell tas-

għoti flimkien ta’ prodotti mediċinali bħal antidipressanti,

 

sodju fis-serum

antipsikotiċi, antiepliettiċi, u l-bqija. Wieħed għandu

 

 

joqogħod attent meta dawn il-prodotti mediċinali

 

 

jingħataw għal tul ta’ żmien.

 

Prodotti mediċinali li

Minħabba r-riskju ta’ ipokalimja, hydrochlorothiazide

 

jistgħu jwasslu għal

għandu jingħata b’kawtela meta jkun assoċjat flimkien

 

torsades de pointes

ma’ prodotti mediċinali li jistgħu jwasslu għal torsades de

 

 

pointes, b’mod partikulari antiirrittmiċi ta’ Klassi Ia u

 

 

Klassi III u xi antipsikotiċi.

 

Prodotti mediċinali

Aġġustament fid-doża tal-prodotti mediċinali urikosuriċi

 

użati fil-kura tal-gotta

jista’ jkun meħtieġ minħabba li hydrochlorthiazide jista’

 

(probenecid,

jżid il-livell ta’ aċidu uriku fis-serum. Żieda fid-doża ta’

 

sulfinpyrazone u

probenecid jew sulfinpyrazone tista’ tkun meħtieġa.

 

allopurinol)

L-għoti flimkien ta’ dijuretiċi thiazide, inkluż

 

 

hydrochlorthiazide, jista’ jżid l-inċidenza ta’ reazzjonijiet

 

 

ta’ sensittività eċċessiva għal allopurinol.

 

Metildopa

Kien hemm rapporti iżolati ta’ anemija emolitika li seħħet

 

 

meta hydrochlorthiazide intuża flimkien ma’ metildopa.

 

Rilassanti tal-muskoli

It-thiazides, inkluż hydrochlorthiazide, isaħħu l-azzjoni ta’

 

skeletriċi li mhumiex

derivati ta’ curare.

 

depolarizzanti (eż.

 

 

tubocurarine)

 

 

Prodotti mediċinali

Thiazides iqawwu l-azzjoni kontra l-pressjoni għolja ta’

 

oħrajn għall-kontra l-

pilloli oħrajn għall-kontra l-pressjoni (eż. guanethidine,

 

pressjoni għolja

methyldopa, imblukkatturi-beta, vażodilataturi,

 

 

imblukkaturi tal-kanal tal-kalċju, inibituri ta’ ACE, ARBs

 

 

u Inibituri Diretti tar-Renin [DRIs]).

 

Pressor amines (eż.

Hydrochlorothiazide jista’ jnaqqas ir-rispons ta’ amini

 

noradrenalina,

pressivi bħan-noradrenalina. Is-saħħa klinika ta’ dan l-

 

adrenalina)

effett mhijiex ċerta u mhix biżżejjed sabiex tissuġġerixxi l-

 

 

użu tagħhom.

 

Vitamina D u mluħa

L-għoti ta’ dijuretiċi thiazide, inkluż hydrochlorthiazide,

 

tal-kalċju

flimkien ma’ vitamina D jew flimkien ma’ mluħa tal-

 

 

kalċju jista’ jżid il-qawwa li biha jogħla l-kalċju fis-serum.

 

 

L-użu flimkien ta’ dijuretiċi tat-tip thiazide jista’ jwassal

 

 

għal iperkalċimja f’pazjenti predisposti għal iperkalċimja

 

 

(eż. iperpartirojdiżmu, kanċer jew kundizzjonijiet riżultat

 

 

tal-vitamina D) minħabba żieda fir-riassorbiment ittabulat

 

 

tal-kalċju.

Imblokk doppju tar-RAAS b’ARBs, inibituri ta’ ACE jew aliskiren

Dejta minn provi kliniċi wriet li imblokk doppju ta’ RAAS permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, ARBs jew aliskiren, hu assoċjat ma’ frekwenza ogħla ta’ avvenimenti avversi bħal pressjoni baxxa, iperkalimja u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi) meta mqabbel mal-użu ta’ sustanza waħda li taġixxi fuq RAAS (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.1).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Amlodipine

Is-sigurtà ta’ amlodipine fit-tqala umana ma ġietx stabbilita. Fi studji fuq l-annimali, ġie osservat effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva b’dożi għoljin (ara sezzjoni 5.3). L-użu fit-tqala huwa rakkomandat biss meta ma jkunx hemm alternattiva iżjed sigura u meta l-marda nnifisha ġġorr riskju akbar għall- omm u għall-fetu.

Valsartan

L-użu ta’ Antagonisti tar-Riċetturi ta’ Anġjotensin II (AIIRAs) mhuwiex irrakkomandat fl-ewwel trimestru tat-tqala (ara sezzjoni 4.4). L-użu ta’ AIIRAs huwa kontraindikat fit-tieni u t-tielet trimestri tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Evidenza epidemjoloġika dwar ir-riskju ta’ teratoġeniċità wara esponiment għal inibituri ta’ ACE waqt l-ewwel trimestru tat-tqala ma kinetx konklussiva; madanakollu, żieda żgħira fir-riskju ma tistax tiġi eskluża. Filwaqt li m’hemmx data epidemjoloġika kkontrollata dwar ir-riskju b’Antagonisti tar- Riċetturi ta’ Anġjotensin II (AIIRAs), riskji jixxiebhu jistgħu jeżistu għal din il-klassi ta’ mediċini.

Sakemm kura b’AIIRA kontinwata hija kkunsidrata essenzjali, pazjenti li qed jippjanaw għal tqala għandhom jinqalbu għal kura alternattiva kontra l-pressjoni għolja li għandha profil ta’ sigurtà stabbilit gћall-użu fit-tqala. Meta t-tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’AIIRAs għandha titwaqqaf mill-aktar fis possibbli, u jekk approprjat, kura alternattiva għandha tinbeda.

Esponiment għall-kura b’AIIRAs fit-tieni u t-tielet trimestri huwa magħruf li jinduċi tossiċità tal-fetu uman (funzjoni renali mnaqqsa, oligoidramnios, ittardjar tal-ossifikazzjoni tal-kranju) u tossiċità fit- trabi wara t-twelid (indeboliment renali, pressjoni baxxa, iperkalemija) (ara sezzjoni 5.3).

Jekk kien hemm espożizzjoni għal AIIRAs mit-tieni trimestru tat-tqala, huwa rrakkomandat li jsir kontroll bl-ultrasound tal-funzjoni renali u l-kranju.

Trabi li ommhom ħadet AIIRAs għandhom ikunu taħt osservazzjoni mill-qrib għall-pressjoni baxxa (ara wkoll sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Hydrochlorthiazide

Hemm esperjenza limitata b’hydrochlorthiazide waqt it-tqala, speċjalment waqt l-ewwel trimestru. Studji fl-annimali mhumiex suffiċjenti.

Hydrochlorthiazide jgħaddi minn ġol-plaċenta. Fuq bażi tal-mekkaniżmu ta’ azzjoni farmakoloġika ta’ hydrochlorthiazide l-użu tiegħu waqt it-tieni u t-tielet trimestru jista’ jikkomprometti l-perfużjoni tal- plaċenta u l-fetu u jista’ jikkawża effetti fil-fetu u fit-tarbija tat-twelid bħal ikterus, disturb fil-bilanċ tal-elettroliti u tromboċitopenija.

Amlodipine/valsartan/hydrochlorothiazide

M’hemmx esperjenza bl-użu ta’ Dafiro HCT waqt it-tqala. Fuq bażi tad-dejta li diġà teżisti bil- mediċini individwali, l-użu ta’ Dafiro HCT mhuwiex irrakkomandat matul l-ewwel trimestru u huwa kontraindikat matul it-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Treddigħ

M’hemm l-ebda tagħrif disponibbli dwar l-użu ta’ valsartan u/jew amlodipine waqt it-treddigħ. Hydrochlorthiazide jgħaddi ġol-ħalib tal-bniedem bi kwantitajiet żgħar. Thiazides f’dożi għoljin li jikkawżaw dijureżi intensa jistgħu jinibixxu l-produzzjoni tal-ħalib. L-użu ta’ Dafiro HCT matul it- treddigħ mhuwiex irrakkomandat. Jekk Dafiro HCT jintuża waqt it-treddigħ, id-dożi għandhom jinżammu kemm jista’ jkun baxxi. Kuri alternattivi bi profili ta’ sigurtà li huma stabbiliti aħjar waqt it- treddigħ huma preferibbli, speċjalment meta jkun qed isir treddigħ ta’ tarbija tat-twelid jew tarbija li twieldet qabel iż-żmien.

Fertilità

Ma saru l-ebda studji kliniċi fuq il-fertilità b’Dafiro HCT.

Valsartan

Valsartan ma kellu l-ebda effetti avversi fuq il-prestazzjoni riproduttiva ta’ firien irġiel jew nisa b’dożi orali ta’ sa 200 mg/kg/kuljum. Din id-doża hija 6 darbiet ogħla mid-doża massima rrakkomandata fil- bniedem fuq bażi ta’ mg/m2 (kalkulazzjonijet jassumu doża orali ta’ 320 mg/kuljum u pazjent ta’ 60- kg).

Amlodipine

Bidliet bijokimiċi riversibbli fir-ras tal-ispermatozoa ġew irrappurtati f’xi pazjenti trattati bl- imblokkaturi tal-kanali tal-kalċju. Tagħrif kliniku dwar l-effett potenzjali ta’ amodipine fuq il-fertilità ma kienx biżżejjed. Fl-istudju li sar fuq far wieħed, kien hemm effetti avversi fuq il-fertilità maskili (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Pazjenti li jsuqu karozzi jew iħaddmu magni waqt li jkunu qed jieħdu Dafiro HCT għandhom iqisu li kultant jista’ jkun hemm sturdament jew għeja.

Amlodipine jista’ jkollu effett żgħir jew effett moderat fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Jekk il- pazjenti li jieħdu Dafiro HCT ibatu minn sturdament, uġigħ ta’ ras, għeja jew dardir, il-ħila ta’ reazzjoni tista’ tkun indebolita.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Il-profil ta’ sigurtà ta’ Dafiro HCT ppreżentat hawn taħt huwa bbażat fuq studji kliniċi magħmulin b’Dafiro HCT u fuq il-profil ta’ sigurtà magħruf tal-komponenti individwali amlodipine, valsartan u hydrochlorthiazide.

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Is-sigurtà ta’ Dafiro HCT ġiet evalwata bl-ogħla doża ta’ 10 mg/320 mg/25 mg fi studju kliniku wieħed ikkontrollat li sar fuq perjodu qasir ta’ żmien (8 ġimgħat) b’2,271 pazjent, li minnhom 582 irċevew valsartan flimkien ma’ amlodipine u hydrochlorthiazide. Reazzjonijiet avversi ġeneralment kienu ta’ natura ħafifa u temporanja u xi drabi rari kien meħtieġ li titwaqqf it-terapija. F’din il-prova kkontrollata b’mod attiv, l-aktar raġunijiet komuni għalfejn kellha titwaqqaf it-terapija b’Dafiro HCT kienu sturdament u pressjoni baxxa (0.7%).

Fl-istudju kliniku kkontrollat ta’ 8 ġimgħat, ma kienu osservati l-ebda reazzjonijiet avversi sinifikanti

ġodda jew mhux mistennija meta ngħatat il-kura b’terapija bi tliet mediċini meta mqabbla mal-effetti magħrufa tal-komponenti meta ngħatat terapija b’mediċina waħda jew terapija b’żewġ mediċini.

Fl-istudju kliniku kkontrollat ta’ 8 ġimgħat, it-tibdiliet fil-parametri tal-laboratorju osservati bit-taħlita ta’ Dafiro HCT kienu żgħar u konsistenti mal-mekkaniżmu farmakoloġiku ta’ azzjoni tas-sustanzi meta jingħataw waħedhom. Il-preżenza ta’ valsartan fit-taħlita ta’ tliet mediċini naqqset l-effett ipokalemiku ta’ hydrochlorthiazide.

Lista ttabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin, elenkati skont il-Klassi tas-Sistemi u Organi MedDRA u l-frekwenza, jikkonċernaw Dafiro HCT (amlodipine/valsartan/HCT) u amlodipine, valsartan u HCT waħedhom. Komuni ħafna: ≥1/10; komuni: ≥1/100 sa <1/10; mhux komuni: ≥1/1,000 sa <1/100; rari: ≥1/10,000 sa <1/1,000; rari ħafna: <1/10,000, mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Sistema tal-

Reazzjonijiet avversi

Frekwenza

 

 

 

Klassifika tal-

 

Dafiro

Amlodipine

Valsartan

HCT

Organi

 

HCT

 

 

 

MedDRA

 

 

 

 

 

Disturbi tad-

Agranuloċitosi, insuffiċjenza

--

--

--

Rari ħafna

demm u tas-

tal-mudullun tal-għadam

 

 

 

 

sistema limfatika

Emoglobina u ematokrit

--

--

Mhux

--

 

imnaqqsa

 

 

magħruf

 

 

Anemija emolitika

--

--

--

Rari ħafna

 

Lewkopenija

--

Rari ħafna

--

Rari ħafna

 

Newtropenija

--

--

Mhux

--

 

 

 

 

magħruf

 

 

Tromboċitopenija, xi kultant

--

Rari ħafna

Mhux

Rari

 

b’purpura

 

 

magħruf

 

 

Anemija aplastika

--

--

--

Mhux

 

 

 

 

 

magħruf

Disturbi fis-

Sensittività eċċessiva

--

Rari ħafna

Mhux

Rari ħafna

sistema immuni

 

 

 

magħruf

 

Disturbi fil-

Anoressija

Mhux

--

--

--

metaboliżmu u n-

 

komuni

 

 

 

nutrizzjoni

Iperkalċimija

Mhux

--

--

Rari

 

 

komuni

 

 

 

 

Ipergliċemija

--

Rari ħafna

--

Rari

 

Iperlipidimija

Mhux

--

--

--

 

 

komuni

 

 

 

 

Iperuriċemija

Mhux

--

--

Komuni

 

 

komuni

 

 

 

 

Alkolożi iperkloremika

--

--

--

Rari ħafna

 

Ipokalimja

Komuni

--

--

Komuni

 

 

 

 

 

ħafna

 

Ipomanjesimija

--

--

--

Komuni

 

Iponatrimija

Mhux

--

--

Komuni

 

 

komuni

 

 

 

 

L-istat metaboliku tad-

--

--

--

Rari

 

dijabete jmur għall-agħar

 

 

 

 

Disturbi

Dipressjoni

--

Mhux

--

Rari

psikjatriċi

 

 

komuni

 

 

 

Insomnja/disturbi fl-irqad

Mhux

Mhux

--

Rari

 

 

komuni

komuni

 

 

 

Tibdil kbir fil-burdata

--

Mhux

--

 

 

 

 

komuni

 

 

 

Konfużjoni

--

Rari

--

--

Disturbi fis-

Koordinazzjoni mhux

Mhux

--

--

--

sistema nervuża

normali

komuni

 

 

 

 

Sturdament

Komuni

Komuni

--

Rari

 

Sturdament mal-waqqaf,

Mhux

--

--

--

 

sturdament meta titħabat

komuni

 

 

 

 

Disgewżja

Mhux

Mhux

--

--

 

 

komuni

komuni

 

 

 

Sindromu ekstrapiramidali

--

Mhux

--

--

 

 

 

magħruf

 

 

 

Uġigħ ta’ ras

Komuni

Komuni

--

Rari

 

Ipertonja

--

Rari ħafna

--

--

 

Nuqqas kbir ta’ enerġija

Mhux

--

--

--

 

 

komuni

 

 

 

 

Paresteżija

Mhux

Mhux

--

Rari

 

 

komuni

komuni

 

 

 

Newropatija periferali,

Mhux

Rari ħafna

--

--

 

newropatija

komuni

 

 

 

 

Ħedla tan-ngħas

Mhux

Komuni

--

--

 

 

komuni

 

 

 

 

Sinkope

Mhux

Mhux

--

--

 

 

komuni

komuni

 

 

 

Tregħid

--

Mhux

--

--

 

 

 

komuni

 

 

 

Ipoestesija

--

Mhux

--

--

 

 

 

komuni

 

 

Disturbi fl-

Glawkoma gravi fl-angolu

--

--

--

Mhux

għajnejn

tal-għeluq

 

 

 

magħruf

 

Disturb fil-vista

--

Mhux

--

--

 

 

 

komuni

 

 

 

Indeboliment fil-vista

Mhux

Mhux

--

Rari

 

 

komuni

komuni

 

 

Disturbi fil-

Tinnitus

--

Mhux

--

--

widnejn u fis-

 

 

komuni

 

 

sistema

Vertigo

Mhux

--

Mhux

--

labirintika

 

komuni

 

komuni

 

Disturbi fil-qalb

Palpitazzjonijiet

--

Komuni

--

--

 

Takikardija

Mhux

--

--

--

 

 

komuni

 

 

 

 

Arritmiji (inkluż

--

Rari ħafna

--

Rari

 

bradikardija, takikardija tal-

 

 

 

 

 

ventrikulu, u fibrillazzjoni

 

 

 

 

 

tal-atriju)

 

 

 

 

 

Infart mijokardijaku

--

Rari ħafna

--

--

Disturbi

Fwawar

--

Komuni

--

--

vaskulari

Pressjoni baxxa

Komuni

Mhux

--

--

 

 

 

komuni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pressjoni baxxa mal-waqqaf

Mhux

--

--

Komuni

 

 

komuni

 

 

 

 

Flebite, tromboflebite

Mhux

--

--

--

 

 

komuni

 

 

 

 

Vaskulite

--

Rari ħafna

Mhux

--

 

 

 

 

magħruf

 

Disturbi

Sogħla

Mhux

Rari ħafna

Mhux

--

respiratorji,

 

komuni

 

komuni

 

toraċiċi u

Qtugħ ta’ nifs

Mhux

Mhux

--

--

medjastinali

 

komuni

komuni

 

 

 

Distress respiratorju, edima

--

--

--

Rari ħafna

 

fil-pulmuni, pulmonite

 

 

 

 

 

Rinite

--

Mhux

--

--

 

 

 

komuni

 

 

 

Irritazzjoni fil-griżmejn

Mhux

--

--

--

 

 

komuni

 

 

 

Disturbi gastro-

Skumdità fl-addome, uġigħ

Mhux

Komuni

Mhux

Rari

intestinali

fin-naħa ta’ fuq tal-addome

komuni

 

komuni

 

 

Riħa fin-nifs

Mhux

--

--

--

 

 

komuni

 

 

 

 

Tibdil fid-drawwa tal-

--

Mhux

--

--

 

ippurgar

 

komuni

 

 

 

Stitikezza

--

--

--

Rari

 

Tnaqqis fl-aptit

--

--

--

Komuni

 

Dijarea

Mhux

Mhux

--

Rari

 

 

komuni

komuni

 

 

 

Ħalq xott

Mhux

Mhux

--

--

 

 

komuni

komuni

 

 

 

Dispepsja

Komuni

Mhux

--

--

 

 

 

komuni

 

 

 

Gastrite

--

Rari ħafna

--

--

 

Iperplasja tal-ħniek

--

Rari ħafna

--

--

 

Dardir

Mhux

Komuni

--

Komuni

 

 

komuni

 

 

 

 

Pankreatite

--

Rari ħafna

--

Rari ħafna

 

Rimettar

Mhux

Mhux

--

Komuni

 

 

komuni

komuni

 

 

Disturbi fil-fwied

Test tal-funzjoni tal-fwied

--

Rari

Mhux

--

u fil-marrara

mhux normali, inkluż żieda

 

ħafna**

magħruf

 

 

fil-bilirubin fid-demm

 

 

 

 

 

Epatite

--

Rari ħafna

--

--

 

Kolestażi ġol-fwied, suffejra

--

Rari ħafna

--

Rari

Disturbi fil-ġilda

Alopeċja

--

Mhux

--

 

u fit-tessuti ta’

 

 

komuni

 

 

taħt il-ġilda

Anġjoedima

--

Rari ħafna

Mhux

--

 

 

 

 

magħruf

 

 

Dermatite bl-imsiemer

--

--

Mhux

--

 

 

 

 

magħruf

 

 

Reazzjonijiet fil-ġilda bħal

--

--

--

Rari ħafna

 

f’lupus erythematosus,

 

 

 

 

 

riattivazzjoni ta’ lupus

 

 

 

 

 

erythematosus fil-ġilda

 

 

 

 

 

Eritema multiformi

--

Rari ħafna

--

Mhux

 

 

 

 

 

magħruf

 

Eksantema

--

Mhux

--

--

 

 

 

komuni

 

 

 

Iperidrożi

Mhux

Mhux

--

--

 

 

komuni

komuni

 

 

 

Reazzjonijiet ta’

--

Rari ħafna

--

Rari

 

fotosensittività*

 

 

 

 

 

Ħakk

Mhux

Mhux

Mhux

--

 

 

komuni

komuni

magħruf

 

 

Purpura

--

Mhux

--

Rari

 

 

 

komuni

 

 

 

Raxx

--

Mhux

Mhux

Komuni

 

 

 

komuni

magħruf

 

 

Telf ta’ kulur fil-ġilda

--

Mhux

--

--

 

 

 

komuni

 

 

 

Urtikarja u forom oħrajn ta’

--

Rari ħafna

--

Komuni

 

raxx

 

 

 

 

 

Vaskulite li tinnekrotizza u

--

--

--

Rari ħafna

 

nekroliżi epidermali tossika

 

 

 

 

 

Dermatite esfoljattiva

--

Rari ħafna

--

--

 

Sindrome ta' Stevens-

--

Rari ħafna

--

--

 

Johnson

 

 

 

 

 

Edima ta’ Quincke

--

Rari ħafna

--

--

Disturbi

Artralġja

--

Mhux

--

--

muskolu-

 

 

komuni

 

 

skeletriċi u tat-

Uġigħ fid-dahar

Mhux

Mhux

--

--

tessuti konnettivi

 

komuni

komuni

 

 

 

Nefħa fil-ġogi

Mhux

--

--

--

 

 

komuni

 

 

 

 

Spażmi fil-muskoli

Mhux

Mhux

--

Mhux

 

 

komuni

komuni

 

magħruf

 

Dgħufija tal-muskoli

Mhux

--

--

--

 

 

komuni

 

 

 

 

Mijalġja

Mhux

Mhux

Mhux

--

 

 

komuni

komuni

magħruf

 

 

Uġigħ fid-dirgħajn u r-

Mhux

--

--

--

 

riġlejn

komuni

 

 

 

 

Nefħa fl-għaksa

--

Komuni

--

--

Disturbi fil-

Żieda ta’ kreatinina fid-

Mhux

--

Mhux

--

kliewi u fis-

demm

komuni

 

magħruf

 

sistema urinarja

Disturb fl-għamil tal-awrina

 

Mhux

 

 

 

 

 

komuni

 

 

 

Nokturja

--

Mhux

--

--

 

 

 

komuni

 

 

 

Pollakijurja

Komuni

Mhux

 

 

 

 

 

komuni

 

 

 

Disfunzjoni fil-kliewi

--

--

--

Mhux

 

 

 

 

 

magħruf

 

Insuffiċjenza akuta tal-

Mhux

--

--

Mhux

 

kliewi

komuni

 

 

magħruf

 

Insuffiċjenza u indeboliment

--

--

Mhux

Rari

 

tal-kliewi

 

 

magħruf

 

Disturbi fis-

Impotenza

Mhux

Mhux

--

Komuni

sistema

 

komuni

komuni

 

 

riproduttiva u fis-

Ġinekomastja

 

Mhux

--

--

sider

 

 

komuni

 

 

Disturbi ġenerali

Abasja, disturb fil-mixi

Mhux

--

--

--

u kundizzjonijiet

 

komuni

 

 

 

ta' mnejn

Astenja

Mhux

Mhux

--

Mhux

jingħata

 

komuni

komuni

 

komuni

 

Skumdità, telqa tal-ġisem

Mhux

Mhux

--

--

 

 

komuni

komuni

 

 

 

Għeja kbira

Komuni

Komuni

Mhux

--

 

 

 

 

komuni

 

 

Uġigħ fis-sider mhux ġej

Mhux

Mhux

--

--

 

mill-qalb

komuni

komuni

 

 

 

Edima

Komuni

Komuni

--

--

 

Uġigħ

--

Mhux

--

--

 

 

 

komuni

 

 

 

Deni

--

--

--

Mhux

 

 

 

 

 

magħruf

Investigazzjoniji

Żieda fil-lipidi

 

--

 

Komuni

et

 

 

 

 

ħafna

 

Żieda fin-nitroġenu tal-urea

Mhux

--

--

--

 

fid-demm

komuni

 

 

 

 

Żieda fl-aċidu uriku fid-

Mhux

--

--

 

 

demm

komuni

 

 

 

 

Glikosurja

 

 

 

Rari

 

Tnaqqis fil-potassju fid-

Mhux

--

--

--

 

demm

komuni

 

 

 

 

Żieda fil-potassju fid-demm

--

--

Mhux

--

 

 

 

 

magħruf

 

 

Żieda fil-piż

Mhux

Mhux

--

--

 

 

komuni

komuni

 

 

 

Tnaqqis fil-piż

--

Mhux

--

--

 

 

 

komuni

 

 

*Ara sezzjoni 4.4 Fotosensittività

**Konsistenti l-aktar ma’ kolestasi

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sintomi

M’hemmx esperjenza dwar doża eċċessiva b’Dafiro HCT. L-akbar sintomu ta’ doża eċċessiva b’valsartan huwa pressjoni baxxa li tinħass bil-qawwi flimkien ma’ sturdament. Doża eċċessiva b’amlodipine tista’ twassal għal vażodilatazzjoni periferali eċċessiva u, possibbilment, reflex takikardja. Pressjoni sistemika baxxa ħafna li tista’ ddum, inkluż xokk li jista’ jwassal għall-mewt kienu rrappurtati b’amlodipine.

Kura

Amlodipine/Valsartan/Hydrochlorthiazide

Meta taqa’ l-pressjoni b’doża eċċessiva ta’ Dafiro HCT b’mod li jkun hemm sintomi kliniċi, għandu jkun hemm sapport attiv għall-qalb, inklużi monitoraġġ frekwenti tal-funzjoni tal-qalb u tas-sistema respiratorja, id-dirgħajn u r-riġlejn jittellgħu ’l fuq, u għandha tingħata attenzjoni lill-volum ta’ fluwidi li jiċċirkolaw u l-volum ta’ awrina. Mediċina li ddejjaq il-vini tista’ tgħin sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid it-ton tal-vini u l-pressjoni tad-demm, sakemm ma jkunx hemm kontraindikazzjoni għall-użu tagħha. Glukonat tal-kalċju mogħti minn ġol-vina jista’ jgħin biex ireġġa’ lura l-effetti tal-imblukkar tal-kanali tal-kalċju.

Amlodipine

Jekk id-doża tkun għadha kif ittieħdet, il-pazjent jista’ jew jiġi mġiegħel jirremetti jew issirlu lavanda gastrika. L-użu ta’ faħam attivat f’voluntiera b’saħħithom eżatt wara jew sa sagħtejn wara li tkun ittieħdet doża ta’ amlodipine wera li naqqas b’mod sinifikanti l-assorbiment ta’ amlodipine. X’aktarx li l-amlodipine ma jitneħħiex bid-dijalisi tad-demm.

Valsartan

Mhuwiex probabbli li valsartan jitneħħa bid-dijalisi tad-demm.

Hydrochlorthiazide

Doża eċċessiva ta’ hydrochlorthiazide hija assoċjata ma’ tnaqqis fl-elettroliti (ipokalimja, ipoklorimija) u ipovolimija kkawżata minn dijureżi eċċessiva. L-aktar sinjali u sintomi komuni ta’ doża eċċessiva huma d-dardir u n-ngħas. Ipokalimja tista’ twassal għal spażmi fil-muskoli u/jew biex titqawwa l-arritmija assoċjata mal-użu fl-istess ħin ma’ glikosidi diġitali jew ċerti prodotti mediċinali kontra l-arritmiji.

Ma ġiex stabbilit kemm jitneħħa hydrochlorthiazide bid-dijalisi tad-demm.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Sustanzi li jaġixxu fuq is-sistema renin-anġjotensin, antagonisti ta’ anġjotensin II, kombinazzjonijiet oħrajn, Kodiċi ATC: C09DX01.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Dafiro HCT jikkombina tliet sustanzi kontra l-pressjoni għolja b’mekkaniżmi kumplimentari sabiex tkun ikkontrollata l-pressjoni tad-demm f’pazjenti bi pressjoni għolja essenzjali: amlodipine huwa membru tal-klassi ta’ antagonisti tal-kalċju u l-valsartan tal-klassi ta’ mediċini li huma antagonisti ta’ anġjotensin II u hydrochlorthiazide huwa membru tal-klassi ta’ mediċini li huma dijuretiċi thiazide. Il- kumbinazzjoni ta’ dawn is-sustanzi twassal għal effett addittiv kontra l-pressjoni għolja.

Amlodipine/Valsartan/Hydrochlorthiazide

Effikaċja klinika u sigurtà

Dafiro HCT kien studjat fi studju double-blind ikkontrollat b’mod attiv f’pazjenti bi pressjoni għolja. Total ta’ 2,271 pazjent bi pressjoni għolja minn moderata sa qawwija (medja ta’ pressjoni sistolika/dijastolika ta’170/107 mmHg fil-linja bażi) irċevew kuri ta’ amlodipine/valsartan/hydrochlorthiazide 10 mg/320 mg/25 mg, valsartan/hydrochlorthiazide

320 mg/25 mg, amlodipine/valsartan 10 mg/320 mg, jew hydrochlorthiazide/amlodipine 25 mg/10 mg. Fil-bidu tal-istudju l-pazjenti ngħataw dożi aktar baxxi tat-taħlita tal-kura minn dawk li kellhom jieħdu mbagħad sat-tieni ġimgħa d-doża żdiedet ftit ftit sad-doża sħiħa tal-kura tagħhom.

Fit-8 ġimgħa, it-tnaqqis medju fil-pressjoni sistolika/dijastolika kien ta’ 39.7/24.7 mmHg b’Dafiro HCT, 32.0/19.7 mmHg b’valsartan/hydrochlorthiazide, 33.5/21.5 mmHg b’amlodipine/valsartan, u 31.5/19.5 mmHg b’amlodipine/hydrochlorthiazide. It-terapija b’taħlita ta’ tliet mediċini kienet statistikament superjuri għal kull waħda mit-tliet kuri b’taħlita ta’ żewġ mediċini fit-tnaqqis tal- pressjonijiet sistoliċi u dijastoliċi. It-tnaqqis fil-pressjoni sistolika/dijastolika b’Dafiro HCT kien 7.6/5.0 mmHg aktar minn dak b’valsartan/hydrochlorthiazide, 6.2/3.3 mmHg aktar minn dak b’amlodipine/valsartan, u 8.2/5.3 mmHg aktar minn dak b’amlodipine/hydrochlorthiazide. L-effett sħiħ tat-tnaqqis fil-pressjoni nkiseb wara li l-pazjenti kienu ilhom ġimagħtejn fuq l-ogħla doża tagħhom ta’ Dafiro HCT. Statistikament proporzjon akbar ta’ pazjenti kisbu kontroll tal-pressjoni (<140/90 mmHg) b’Dafiro HCT (71%) meta mqabbel ma’ kull wieħed mit-tliet terapiji l-oħra b’taħlita ta’ żewġ mediċini (45-54%) (p<0.0001).

F’sottogrupp ta’ 283 pazjent li kkonċentra fuq monitoraġġ ambulatorju tal-pressjoni, kien osservat tnaqqis klinikament u statistikament superjuri fil-pressjoni sistolika u dijastolika fuq medda ta’

24 siegħa bit-taħlita ta’ tliet mediċini meta mqabbla ma’ valsartan/hydrochlorthiazide, valsartan/amlodipine, u hydrochlorthiazide/amlodipine.

Amlodipine

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Il-komponent amlodipine f’Dafiro HCT jinibixxi d-dħul mill-membrana ta’ joni tal-kalċju fil-muskoli tal-qalb u tal-muskoli lixxi tal-vini. Il-mekkaniżmu tal-azzjoni kontra l-pressjoni għolja ta’ amlodipine ġej mill-effett dirett u rilassanti fuq il-muskoli lixxi tal-vini, li jikkawżaw tnaqqis fir-reżistenza fil-vini periferali u fil-pressjoni tad-demm.

Effetti farmakodinamiċi

Tagħrif sperimentali jindika li amlodipine jintrabat kemm ma’ siti ta’ twaħħil ta’ diidropiridina kif ukoll ma’ oħrajn li mhumiex diidropiridina. Il-proċess ta’ kontrazzjoni tal-muskolu tal-qalb u tal- muskoli lixxi tal-vini huma t-tnejn marbuta mal-moviment ta’ joni ta’ kalċju barra miċ-ċelluli għal ġo fihom minn kanali ta’ joni speċifiċi.

Wara li jingħataw dożi terapewtiċi lill-pazjenti li jsofru minn pressjoni għolja, amlodipine toħloq vażodilatazzjoni, li twassal għal tnaqqis fil-pressjonijiet tad-demm kemm meta l-pazjent ikun mimdud kif ukoll meta jkun wieqaf. Dan it-tnaqqis fil-pressjoni tad-demm ma jkunx akkumpanjat minn tibdil sinifikanti fir-rata tal-qalb jew fil-livelli ta’ katekolamina fil-plażma b’dożi fuq tul ta’ żmien.

Hemm korrelazzjoni diretta bejn il-konċentrazzjonijiet fil-plażma u l-effett kemm f’pazjenti żgħażagħ kif ukoll f’dawk anzjani.

F’pazjenti bi pressjoni għolja b’funzjoni renali normali, dożi terapewtiċi ta’ amlodipine wasslu għal tnaqqis fir-reżistenza fil-vini renali u żieda fir-rata ta’ filtrazzjoni fil-glomeruli u għal ċirkolazzjoni effettiva tal-plażma renali, mingħajr ma tinbidel il-frazzjoni ta’ filtrazzjoni jew proteina fl-awrina.

Hekk kif jiġri b’mediċini oħra li jinblukkaw il-kanali tal-calcium, il-kejl emodinamiku tal-funzjoni tal- qalb waqt is-serħan u waqt l-eżerċizzju (jew mixi) f’pazjenti b’funzjoni ventrikulari normali kurati b’amlodipine wrew b’mod ġenerali żieda żgħira fl-indiċi kardijaku mingħajr influwenza sinifikanti fid-dP/dt jew fil-pressjoni jew volum fil-ventrikolu tax-xellug fi tmiem id-dijastoli. Fi studji imodinamiċi, amlodipine ma kienx assoċjat ma’ effett inotropiku negattiv meta ingħata fil-medda ta’

dożi terapewtiċi lill-annimali u bnedmin b’saħħithom, anki meta ingħata ma’ beta blockers fil- bnedmin.

Amlodipine ma jibdilx il-funzjoni tan-nodu sino-atrijali jew tal-passaġġ atrijoventrikulari f’annimali jew f’bnedmin b’saħħithom. Fi studji kliniċi li fihom amlodipine ingħata flimkien ma’ beta blockers lill-pazjenti li kellhom jew pressjoni għolja jew anġina, ma deherx li kien hemm effetti avversi fuq parametri ta’ l-elektrokardjogramma.

Amlodipine kien studjat f’pazjenti li jsofru minn anġina kronika stabbli, anġina vażospastika u mard ta’ l-arterja koronarja dokumentat b’anġjografija.

Effikaċja klinika u sigurtà

Użu f’pazjenti bi pressjoni għolja

Studju randomised u double-blind ta’ morbidità u mortalità msejjaħ Prova b’kura Kontra l-Pressjoni Għolja u li Tbaxxi x-Xaħam fid-Demm biex tilqa’ kontra Attakk tal-Qalb (ALLHAT) sar biex iqabbel terapiji aktar ġodda: amlodipine 2.5-10 mg/kuljum (imblukkatur tal-kanali tal-kalċju) jew lisinopril

10-40 mg/kuljum (inibitur ta’ ACE) bħala terapiji tal-bidu ma’ dawk ta’ dijuretiċi thiazide, chlorthalidone 12.5-25 mg/kuljum fi pressjoni għolja minn ħafifa sa moderata.

Total ta’ 33,357 pazjent bi pressjoni għolja li kellhom 55 sena jew aktar kienu randomised u ġew segwiti għal medja ta’ 4.9 snin. Il-pazjenti kellhom mill-anqas fattur ta’ riskju addizzjonali ieħor għal mard koronarju tal-qalb li kien jinkludi infart mijokardijaku jew puplesija qabel (>6 xhur qabel ma ddaħħlu fl-istudju) jew dokumentazzjoni ta’ mard kardjovaskulari aterosklerotiku ieħor (total 51.5%), dijabete tat-tip 2 (36.1%), kolesterol b’lipoproteina ta’ densità għolja <35 mg/dl jew <0.906 mmol/l (11.6%), ipertrofija tal-ventrikolu tax-xellug minn dijanjosi b’elettrokardjogramma jew elettrokardjografija (20.9%), tipjip attwali ta’ sigaretti (21.9%).

It-tragward finali primarju kien taħlita ta’ mard tal-qalb koronarju fatali jew infart mijokardijaku mhux fatali. Ma kien hemm l-ebda differenza sinifikanti fit-tragward finali primarju fil-proporzjon bejn terapija bbażata fuq amlodipine u terapija bbażata fuq chlorthalidone mar-riskju (RR) 0.98 95% CI (0.90-1.07) p=0.65. Fost it-tragwardi finali sekondarji, l-inċidenza ta’ insuffiċjenza tal-qalb

(komponent ta’ taħlita komposta ta’ tragward finali kardjovaskulari) kienet ogħla b’mod sinifikanti fil- grupp ta’ amlodipine meta mqabbla mal-grupp ta’ chlorthalidone (10.2% kontra 7.7%, RR 1.38, 95%

CI [1.25-1.52] p <0.001). Madanakollu, ma kien hemm l-ebda differenza sinifikanti fil-mortalità minn kull kawża bejn terapija bbażata fuq amlodipine u terapija bbażata fuq chlorthalidone RR 0.96 95% CI

[0.89-1.02] p=0.20.

Valsartan

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Valsartan huwa sustanza attiva meta jittieħed mill-ħalq, u antagonist potenti u speċifiku tar-riċettur ta’ anġjotensin II. Jaħdem b’mod selettiv fuq ir-riċettur tas-sottotip AT1, li huwa responsabbli mill-effetti magħrufa ta’ anġjotensin II.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-għoti ta’ valsartan lil pazjenti li jsofru minn pressjoni għolja twassal għal waqgħa fil-pressjoni tad- demm mingħajr ma jkun hemm effett fuq ir-rata tal-polz.

F’ħafna pazjenti, wara l-għotja ta’ doża waħda mill-ħalq, l-attività kontra l-pressjoni għolja tibda fi żmien sagħtejn, u l-pressjoni tad-demm tinżel l-aktar fi żmien 4-6 sigħat. L-effett kontra l-pressjoni għolja jibqa’ jippersisti għal aktar minn 24 siegħa minn meta jingħata. Meta jittieħed b’mod regolari, it-tnaqqis tal-pressjoni tad-demm bi kwalunkwe doża jkun l-aktar fi żmien ġimagħtejn jew erba’ ġimgħat.

Hydrochlorthiazide

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Is-sit ta’ azzjoni ta’ dijuretiċi thiazide huwa primarjament fit-tubu ż-żgħir ikkonvolut l-aktar imbiegħed tal-kilwa. Intwera li hemm riċettur li għandu affinità kbira fil-kortiċi tal-kilwa bħala s-sit ta’ twaħħil primarju għall-azzjoni tad-dijuretiku thiazide u inibizzjoni tat-trasport ta’ NaCl fit-tubu ż-

żgħir ikkonvolut l-aktar imbiegħed. Il-mod kif jaħdmu t-thiazides huwa permezz ta’ inibizzjoni tas- symporter ta’ Na+Cl- forsi billi jikkompetu għas-sit ta’ Cl-, b’hekk jaffettwaw il-mekkaniżmi ta’ assorbiment mill-ġdid tal-elettroliti: iżidu b’mod dirett it-tneħħija tas-sodju u l-klorur bejn wieħed u ieħor f’ammonti ekwivalenti, u b’mod indirett, permezz ta’ din l-azzjoni dijuretika, inaqqsu l-volum tal-plażma, bil-konsegwenza li tiżdied l-attività tar-renin fil-plażma, ikun hemm sekrezzjoni tal- aldosteron u telf ta’ potassju mal-awrina, u wkoll jitnaqqas il-potassju tas-serum.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Dafiro HCT f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika għall-pressjoni għolja essenzjali (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

Oħrajn: imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS)

Żewġ provi kbar, ikkontrollati, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali (ONTARGET

[ONgoing Telmisartan Alone and in combination with Ramipril Global Endpoint Trial] u VA NEPHRON-D [The Veterans Affairs Nephropathy in Diabetes]) eżaminaw l-użu tal-kombinazzjoni ta’ inibitur ta’ ACE flimkien ma’ ARB.

ONTARGET kien studju li twettaq f’pazjenti bi storja medika ta’ mard kardjovaskulari jew ċerebrovaskulari, jew dijabete mellitus tip 2 akkumpanjat minn evidenza ta’ ħsara fl-organu aħħari. VA NEPHRON-D kien studju li twettaq f’pazjenti b’dijabete mellitus tip 2 u nefropatija dijabetika.

Dawn l-istudji ma wrew l-ebda effett ta’ benefiċċju sinifikanti fuq ir-riżultati renali u/jew kardjovaskulari u l-mortalità, filwaqt li ġiet osservata żieda fir-riskju ta’ iperkalimja, ħsara akuta fil- kliewi u/jew pressjoni baxxa meta mqabbla ma’ monoterapija. Minħabba l-kwalitajiet farmakodinamiċi simili tagħhom, dawn ir-riżultati huma rilevanti wkoll għal inibituri ta’ ACE u ARBs oħrajn.

Għalhekk, inibituri ta’ ACE u ARBs m’għandhomx jintużaw fl-istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika (ara sezzjoni 4.4).

ALTITUDE (Aliskiren Trial in Type 2 Diabetes Using Cardiovascular and Renal Disease Endpoints) kien studju maħsub biex jittestja l-benefiċċju li jiżdied aliskiren ma’ terapija standard ta’ inibitur ta’ ACE jew ARB f’pazjenti b’dijabete mellitus tip 2 u mard kroniku tal-kliewi, mard kardjovaskulari, jew it-tnejn. L-istudju twaqqaf kmieni minħabba żieda fir-riskju ta’ riżultati avversi. Mewt kardjovaskulari u puplesija t-tnejn kienu numerikament iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil- grupp tal-plaċebo, u avvenimenti avversi u avvenimenti avversi serji ta’ interess (iperkalimja, pressjoni baxxa u disfunzjoni tal-kliewi) ġew irrappurtati b’mod iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Linearità

Amlodipine, valsartan u hydrochlorthiazide għandhom farmakokinetiċi lineari.

Amlodipine/valsartan/hydrochlorthiazide

Wara l-għoti mill-ħalq ta’ Dafiro HCT lil adulti normali u b’saħħithom, l-ogħla konċentrazzjonijiet ta’ amlodipine, valsartan u hydrochlorthiazide fil-plażma jintlaħqu f’6-8 sigħat, fi 3 sigħat, u f’sagħtejn, rispettivament. Ir-rata li biha jiġu assorbiti amlodipine, valsartan u hydrochlorthiazide minn Dafiro HCT u sa liema punt huma l-istess bħal meta jingħataw bħala forom ta’ doża individwali.

Amlodipine

Assorbiment

Wara li jittieħdu mill-ħalq dożi terapewtiċi ta’ amlodipine waħedha, il-konċentrazzjonijiet tal- amlodipine jilħqu l-quċċata tagħhom f’6-12-il siegħa. Il-bijodisponibbiltà assoluta kienet ikkalkulata bejn 64% u 80%. Il-bijodisponibbiltà ta’ amlodipine mhijiex affettwata mill-ikel.

Distribuzzjoni

Il-volum ta’ distribuzzjoni huwa ta’ madwar 21 l/kg. Studji in vitro b’amlodipine wrew li madwar 97.5% tal-mediċina li tkun qed tiċċirkola tintrabat mal-proteini tal-plażma.

Bijotrasformazzjoni

L-amlodipine hija metabolizzata b’mod estensiv (madwar 90%) fil-fwied għal metaboli inattivi.

Eliminazzjoni

L-eliminazzjoni tal-amlodipine mill-plażma tinqasam f’żewġ fażijiet, b’half-life ta’ eliminazzjoni terminali ta’ madwar 30 sa 50 siegħa. Il-livelli fil-plażma jilħqu stat fiss wara l-għotja kontinwa ta’

7-8 ijiem. Għaxra fil-mija tal-amlodipine oriġinali u 60% tal-metaboliti tal-amlodipine jitneħħew fl- awrina.

Valsartan

Assorbiment

Wara li valsartan jittieħed waħdu mill-ħalq, il-konċentrazzjonijiet ta’ valsartan fil-plażma jilħqu l- quċċata tagħhom bejn sagħtejn u erba’ sigħat. Il-medja tal-bijodisponibbiltà assoluta hija ta’ 23%. L- ikel inaqqas l-esponiment (kif imkejjel bl-AUC) għal valsartan b’madwar 40% u l-quċċata tal- konċentrazzjoni fil-plażma (Cmax) b’madwar 50%, għalkemm wara 8 sigħat minn meta jkunu ħadu d- doża, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ valsartan ikunu simili kemm fil-gruppi li jkunu kielu kif ukoll f’dawk li jkunu sajmin. Madanakollu, dan it-tnaqqis fl-AUC ma jurix tnaqqis klinikament sinifikanti fl-effett terapewtiku, u għalhekk valsartan jista’ jingħata bl-ikel jew mingħajr ikel.

Distribuzzjoni

Il-volum ta’ distribuzzjoni ta’ valsartan fi stat fiss wara li jingħata ġol-vina huwa ta’ madwar 17-il litru, li jindika li valsartan ma jinfirixx b’mod estensiv fit-tessuti. Valsartan jintrabat b’mod qawwi mal-proteini tas-serum (94-97%), l-aktar mal-albumina tas-serum.

Bijotrasformazzjoni

Valsartan ma jiġix mibdul b’mod estensiv peress li 20% tad-doża biss tiġi rkuprata bħala metaboli. Fil- plażma kien identifikat metabolit hydroxy f’konċentrazzjonijiet baxxi (anqas minn 10% tal-AUC ta’ valsartan). Dan il-metabolit m’għandux attività farmakoloġika.

Eliminazzjoni

Valsartan juri kinetiċi ta’ tħassir multi-esponenzjali (t½α <1 h t½ß madwar 9 h). Valsartan jitneħħa l- aktar mal-ippurgar (madwar 83% tad-doża) u fl-awrina (madwar 13% tad-doża), l-aktar bħala mediċina mhux mibdula. Wara li jingħata ġol-vina, it-tneħħija ta’ valsartan minn ġol-plażma hija ta’ madwar 2 l/siegħa u t-tneħħija renali hija ta’ 0.62 l/siegħa (madwar 30% tat-tneħħija totali). Il-half-life ta’ valsartan hija ta’ 6 sigħat.

Hydrochlorthiazide

Assorbiment

L-assorbiment ta’ hydrochlorthiazide, wara doża mill-ħalq, huwa mgħaġġel (tmax madwar sagħtejn). Iż-

żieda fil-medja tal-AUC hija lineari u fi proporzjon mad-doża fil-medda terapewtika.

L-effett tal-ikel fuq l-assorbiment ta’ hydrochlorothiazide, jekk hemm għandu tifsira klinika minima. Il-bijodisponibbiltà assoluta ta’ hydrochlorthiazide hija ta’ bejn 70% wara l-għoti mill-ħalq.

Distribuzzjoni

Il-volum ta’ distribuzzjoni li jidher huwa ta’ 4-8 l/kg. L-hydrochlorthiazide li jiċċirkola huwa mwaħħal mal-proteini fis-serum (40-70%), l-aktar mal-albumina fis-serum. L-hydrochlorthiazide jakkumula wkoll fl-eritroċiti f’livell ta’ madwar 3 darbiet aktar mil-livell fil-plażma.

Bijotransformazzjoni

L-hydrochlorthiazide huwa eliminat primarjament bħala kompost mhux mibdul.

Eliminazzjoni

Hydrochlorothiazide jitneħħa mill-plażma b’medja tal-half-life ta’ bejn 6 u 15-il siegħa fil-fażi ta’ eliminazzjoni terminali. M’hemmx bidla fil-kinetiċi ta’ hydrochlorothiazide minn dożi ripetuti, u l- akkumulazzjoni hi minima meta tingħata doża darba kuljum. Aktar minn 95% tad-doża assorbita tiġi mneħħija bħala sustanza mhux mibdula fl-awrina. It-tneħħija renali hija magħmula minn filtrazzjoni passiva u sekrezzjoni attiva għal ġot-tubu ż-żgħir renali.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti pedjatriċi (età taħt it-18-il sena)

M’hemmx tagħrif farmakokinetiku fil-popolazzjoni pedjatrika.

Anzjani (età minn 65 sena ’l fuq)

Il-ħin li jdumu biex jintlaħqu l-quċċati tal-konċentrazzjonijiet ta’ amlodipine fil-plażma huma simili fiż-żgħażagħ u fil-pazjenti anzjani. F’pazjenti anzjani, it-tneħħija ta’ amlodipine għandha t-tendenza li tonqos, li tikkawża żidiet fl-erja taħt il-kurva (AUC) u l-half-life tal-eliminazzjoni. Il-medja tal-AUC sistemiku ta’ valsartan ikun 70% ogħla fl-anzjani milli fiż-żgħażagħ, għaldaqstant hija meħtieġa l- kawtela meta tkun qed tiżdied id-doża.

Esponiment sistemiku għal valsartan huwa kemxejn ogħla fl-anzjani meta mqabbel ma’ pazjenti żgħar, iżda dan ma ntweriex li għandu xi sinifikat kliniku.

Tagħrif limitat jissuġġerixxi li t-tneħħija sistemika ta’ hydrochlorthiazide tonqos kemm f’individwi anzjani b’saħħithom kif ukoll f’dawk bi pressjoni għolja meta mqabbla ma’ voluntiera żgħar b’saħħithom.

Minħabba li t-tliet komponenti huma ttollerati tajjeb indaqs f’pazjenti iżgħar u f’pazjenti anzjani, skedi ta’ kura b’dożi normali huma rrakkomandati (ara sezzjoni 4.2).

Indeboliment renali

Il-farmakokinetika ta’ amlodipine mhix affettwati b’mod sinifikanti mill-indeboliment renali. Kif mistenni minn sustanza li t-tneħħija renali tagħha tgħodd biss mat-30% tat-tneħħija totali mill-plażma, m’hemmx korrelazzjoni bejn il-funzjoni renali u l-esponiment sistemiku għal valsartan.

Pazjenti b’indeboliment renali minn ħafif sa moderat jistgħu għalhekk jirċievu d-doża tal-bidu li tingħata s-soltu (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4).

Fil-preżenza ta’ indeboliment tal-kliewi, il-quċċata medja tal-livelli tal-plażma u l-valuri AUC ta’ hydrochlorothiazide jiżdiedu u r-rata ta’ tneħħija tal-awrina tonqos. F’pazjenti b’indeboliment tal- kliewi bejn ħafif u moderat, dehret żieda tripla fl-AUC ta’ hydrochlorothiazide. F’pazjenti b’indeboliment renali qawwi dehret żieda ta’ 8 darbiet fl-AUC. Dafiro HCT hu kontraindikat f’pazjenti b’indeboliment renali qawwi, anurija jew li għaddejjin minn dijalisi (ara sezzjoni 4.3).

Indeboliment tal-fwied

Id-dejta klinika rigward l-amministrazzjoni ta’ amlodipine f’pazjenti b’indeboliment epatiku hija limitata ħafna. Pazjenti b’indeboliment tal-fwied għandhom tneħħija ta’ amlodipine imnaqqsa li tirriżulta f’żieda ta’ madwar 40-60% fl-AUC. Il-medja tal-esponiment (imkejla bil-valuri tal-AUC) għal valsartan f’pazjenti b’mard kroniku tal-fwied ħafif għal moderat, hija d-doppju ta’ dik f’voluntiera b’saħħithom (abbinati bl-età, bis-sess u bil-piż tal-ġisem). Minħabba l-komponent valsartan f’Dafiro HCT huwa kontraindikat f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.3).

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Amlodipine/Valsartan/Hydrochlorothiazide

F’varjetà ta’ studji ta’ sigurtà qabel l-istudju kliniku, magħmula f’diversi speċi ta’ annimali b’ amlodipine, valsartan, hydrochlorthiazide, valsartan/hydrochlorthiazide, amlodipine/valsartan u amlodipine/valsartan/hydrochlorthiazide (Dafiro HCT), ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ tossiċità sistemika jew ta’ organi fil-mira li jaffettwaw b’mod avvers l-iżvilupp ta’ Dafiro HCT għall-użu kliniku fil-bniedem.

Studji ta’sigurtà qabel l-użu kliniku li damu sejrin sa 13-il ġimgħa saru b’ amlodipine/valsartan/hydrochlorthiazide fil-firien. Kif mistenni, fil-firien, it-taħlita wasslet għal tnaqqis fil-massa ta’ ċelluli ħomor tad-demm (eritroċiti, emoglobina, ematokrit, u retikuloċiti), żieda fil-urea fis-serum, iperplasja jukstaglomerulari (JG) fil-kilwa u tgħawwir fokali fl-istonku glandulari. Dawn it-tibdiliet kollha kienu riversibbli wara perjodu ta’ 4 ġimgħat ta’ fejqan u kienu kkunsidrati bħala effetti farmakoloġiċi esaġerati.

It-taħlita ta’ amlodipine/valsartan/hydrochlorthiazide ma kinitx ittestjata għall-effett tossiku fuq il-ġeni jew ir-riskju ta’ kanċer minħabba li m’hemmx evidenza ta’ interazzjonijiet bejn dawn is-sustanzi li ilhom fis-suq għal ħafna żmien. Madanakollu, amlodipine, valsartan u hydrochlorthiazide kienu ttestjati individwalment għall-effett tossiku fuq il-ġeni u r-riskju ta' kanċer u r-riżultati kienu negattivi.

Amlodipine

Effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva

L-istudji riproduttivi fuq il-firien u l-ġrieden urew ittardjar fid-data tat-twelid, żieda fil-ħin tal-ħlas u tnaqqis fir-rata ta’ sopravivenza tal-frieħ b’dożi madwar 50 darba akbar mid-doża massima rakkomandata għall-bniedem fuq il-bażi ta’ mg/kg.

Indeboliment tal-fertilità

Ma kien hemm ebda effett fuq il-fertilità tal-firien ikkurati b’amlodipine (irġiel għal 64 ġurnata u n- nisa 14-il ġurnata qabel it-tgħammir) b’dożi sa 10 mg/kg/ġurnata (8 darbiet*id-doża massima rakkomandata għall-bniedem ta’ 10 mg fuq bażi ta’ mg/m2). Fi studju ieħor li sar fuq il-firien fejn firien maskili kienu kkurati b’amlodipine besilate għal 30 jum b’doża komparabbli għad-doża umana fuq bażi ta’ mg/kg, kien hemm tnaqqis fl-ormon li jistimula l-follikoli fil-plażma u testosterone, kif ukoll tnaqqis fid-densità tal-isperma u fin-numru ta’ spermatids maturi u fiċ-ċelloli ta’ Sertoli.

Karċinoġenesi, mutaġenesi

Il-firien u l-ġrieden ikkurati b’amlodipine fid-dieta għal sentejn, f’konċentrazzjonijiet ikkalkulati biex jagħtu livelli ta’ dożaġġ kuljum ta’ 0.5, 1.25, u 2.5 mg/kg/ġurnata ma wrew l-ebda evidenza ta’ karċinoġeniċità. L-ogħla doża (għall-ġrieden, simili għal, u għall-firien id-doppju* tad-doża klinika massima rakkomandata ta’ 10 mg fuq bażi ta’ mg/m2) kienet simili għad-doża massima ttollerata għall-ġrieden iżda mhux għall-firien.

Studji dwar il-mutaġeniċità ma żvelawx effetti relatati mal-mediċina fil-livelli tal-ġeni jew tal- kromosomi.

* Ibbażat fuq piż tal-pazjent ta’ 50 kg

Valsartan

Informazzjoni li mhux klinika, magħmula fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, riskju ta’ kanċer, tossiċità għar-riproduzzjoni u l- iżvilupp, ma turi l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

Fil-firien, dożi tossiċi għall-omm (600 mg/kg/kuljum) waqt l-aħħar ġranet tat-tqala u treddiegħ wasslu għal sopravivenza aktar baxxa, żjieda aktar baxxa fil-piż u ttardjar fl-iżvilupp (stakkar tal-parti ta’ barra tal-widna u ftuħ tal-kanal tal-widna) fil-frieħ (ara sezzjoni 4.6). Fil-firien dawn id-dożi

(600 mg/kg/kuljum) huma madwar 18-il darba ogħla mid-doża massima rrakkomandata fil-bniedem fuq bażi ta’ mg/m2 (kalkulazzjonijet jassumu doża orali ta’ 320 mg/kuljum u pazjent ta’ 60-kg).

Fi studji mhux kliniċi dwar is-sigurtà, dożi għolja ta’ valsartan (200 sa 600 mg/kg piż tal-ġisem) ikkawżaw tnaqqis fil-parametri ta’ ċelluli ħomor tad-demm fil-firien (eritroċiti, emoglobina, ematokrita) u evidenza ta’ bidliet fl-emodinamika renali (urea nitrogen fid-demm kemmxejn miżjuda, u iperplasija tubulari renali u bażofilja fl-irġiel). Fil-firien dawn id-dożi (200 sa 600 mg/kg/kuljum) huma madwar 6 u 18-il darba ogħla mid-doża massima rrakkomandata fil-bniedem fuq bażi ta’ mg/m2 (kalkulazzjonijet jassumu doża orali ta’ 320 mg/kuljum u pazjent ta’ 60-kg).

Fil-marmosets b’dożi komparabbli, il-bidliet kienu simili iżda iktar severi, speċjalment fil-kilwa fejn ilbidliet żviluppaw f’nefropatija inkluż żjieda fil-urea nitrogen u l-krejatinina fid-demm.

Fiż-żewġ speċi kienet osservata wkoll ipertrofija taċ-ċelluli jukstaglomerulari renali. Il-bidliet kollha kienu kkunsidrati li kienu kkawżati mill-azzjoni farmakoloġika ta’ valsartan li tipproduċi pressjoni baxxa fit-tul, speċjalment fil-marmosets. Għal dożi terapewtiċi ta’ valsartan fil-bnedmin, l-ipertrofija taċ-ċelluli jukstaglomerulari renali ma tidhirx li għandha xi rilevanza.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Dafiro HCT 5 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita

Qalba tal-pillola

Ċelluloża mikrokristallina

Krospovidon

Silica, colloidal anhydrous Stearat tal-manjesju

Kisja

Ipromelloża

Dijossidu tat-titanju (E171)

Makrogol 4000

Talc

Dafiro HCT 10 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita

Qalba tal-pillola

Ċelluloża mikrokristallina

Krospovidon

Silica, colloidal anhyrous Stearat tal-manjesju

Kisja

Ipromelloża

Makrogol 4000

Talc

Dijossidu tat-titanju (E171)

Ossidu tal-ħadid, isfar (E172)

Ossidu tal-ħadid, aħmar (E172)

Dafiro HCT 5 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Qalba tal-pillola

Ċelluloża mikrokristallina

Krospovidon

Silica, colloidal anhydrous Stearat tal-manjesju

Kisja

Ipromelloża

Makrogol 4000

Talc

Dijossidu tat-titanju (E171)

Ossidu tal-ħadid, isfar (E172)

Dafiro HCT 10 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Qalba tal-pillola

Ċelluloża mikrokristallina

Krospovidon

Silica, colloidal anhydrous Stearat tal-manjesju

Kisja

Ipromelloża

Makrogol 4000

Talc

Ossidu tal-ħadid, isfar (E172)

Dafiro HCT 10 mg/320 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Qalba tal-pillola

Ċelluloża mikrokristallina Krospovidon

Silica, colloidal anhydrous Stearat tal-manjesju

Kisja

Ipromelloża

Makrogol 4000

Talc

Ossidu tal-ħadid, isfar (E172)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji tal-PVC/PVDC. Folja waħda fiha 7 pilloli, 10 pilloli jew 14-il pillola miksija b’rita. Daqsijiet tal-pakketti: 14, 28, 30, 56, 90, 98 jew 280 pillola miksija b’rita.

Pakketti multipli b’280 pillola, magħmulin minn 20 kartuna, li kull waħda minnhom fiha 14-il pillola.

Folji tal-PVC/PVDC mtaqqbin għal dożi waħdiet għall-użu fl-isptar: Daqsijiet tal-pakketti: 56, 98 jew 280 pillola miksija b’rita.

Pakketti multipli b’280 pillola, magħmulin minn 4 kartuniet, li kull waħda minnhom fiha 70 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Dafiro HCT 5 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita

EU/1/09/574/001-012

Dafiro HCT 10 mg/160 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita

EU/1/09/574/013-024

Dafiro HCT 5 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

EU/1/09/574/025-036

Dafiro HCT 10 mg/160 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

EU/1/09/574/037-048

Dafiro HCT 10 mg/320 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

EU/1/09/574/049-060

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 04 Novembru 2009

Data tal-aħħar tiġdid: 06 Novembru 2014

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati