Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Dafiro (amlodipine / valsartan) – Fuljett ta’ tagħrif - C09DB01

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaDafiro
Kodiċi ATCC09DB01
Sustanzaamlodipine / valsartan
ManifatturNovartis Europharm Ltd.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Dafiro 5 mg/80 mg pilloli miksija b’rita Dafiro 5 mg/160 mg pilloli miksija b’rita Dafiro 10 mg/160 mg pilloli miksija b’rita amlodipine/valsartan

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Dafiro u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Dafiro

3.Kif għandek tieħu Dafiro

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Dafiro

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Dafiro u gћalxiex jintuża

Il-pilloli Dafiro fihom żewġ sustanzi li jissejjħu amlodipine u valsartan. Dawn iż-żewġ sustanzi t-tnejn li huma jgħinu sabiex tkun kontrollata l-pressjoni għolja tad-demm.

-Amlodipine huwa membru ta’ grupp ta’ sustanzi li jissejjħu “imblokkaturi tal-kanali ta’ calcium”. Amlodipine jwaqqaf lil calcium milli jidħol fill-ħajt ta’ ġewwa tal-vini u dan ma jħallix lill-vini tad-demm jingħafsu.

-Valsartan huwa membru ta’ grupp ta’ sustanzi li jissejħu “antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II”. Angiotensin II jiġi iffurmat mill-ġisem u jġiegħel il-vini jingħafsu, u għalhekk jgħolli l-pressjoni tad-demm. Valsartan jaħdem billi jimblokka l-effett ta’ angiotensin II.

Dan ifisser li dawn iż-żewġ sustanzi jgħinu biex iwaqqfu lill-vini tad-demm milli jingħafsu. B’hekk, il-vini jintreħew u l-pressjoni tad-demm titbaxxa.

Dafiro jintuża sabiex jikkura l-pressjoni għolja f’adulti li jkollhom il-pressjoni li ma tkunx qed tiġi kontrollata tajjeb biżżejjed b’amlodipine jew valsartan waħidhom.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Dafiro

Tiħux Dafiro

-Jekk inti allerġiku għal amlodipine jew għal kwalunkwe imblukkatur tal-kanali tal-kalċju ieħor. Dan jista’ jinvolvi ħakk, ħmura tal-ġilda jew tbatija biex tieħu n-nifs.

-Jekk inti allerġiku għal valsartan jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Jekk taħseb li tista’ tkun allerġiku, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Dafiro.

-Jekk għandek problemi severi tal-fwied jew problemi tal-bajl bħal ċirrożi tal-marrara jew kolestażi.

-Jekk inti għandek aktar minn 3 xhur tqala. (Huwa aħjar ukoll li tevita Dafiro fil-bidu tat-tqala, ara s-sezzjoni dwar it-Tqala).

-Jekk għandek pressjoni baxxa severa (ipotensjoni).

-Jekk għandek tidjiq tal-valvola tal-aorta (stenożi ta’ l-aorta) jew xokk kardjoġeniku (kundizzjoni fejn il-qalb ma tkunx kapaċi tipprovdi demm biżżejjed lill-ġisem).

-Jekk tbati minn insuffiċjenza tal-qalb wara attakk tal-qalb.

-Jekk għandek id-dijabete jew funzjoni tal-kliewi indebolita u qed tiġi kkurat b’mediċina li tbaxxi l-pressjoni tad-demm li fiha aliskiren.

Jekk xi wieħed minn dawn t’hawn fuq jgħodd għalik, tieħux Dafiro u tkellem mat-tabib tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Dafiro:

-Jekk kont ma’ tiflaħx (rimettar jew dijarea).

-Jekk għandek problemi tal-fwied jew tal-kliewi.

-Jekk kellek trapjant tal-kliewi jew jekk l-arterji tal-kliewi djiequlek.

-Jekk għandek problema tal-glandoli renali li tissejjaħ “iperaldosteroniżmu primarja”.

-Jekk kellek insuffiċjenza tal-qalb jew kellek attakk tal-qalb. Segwi bir-reqqa l-istruzzjoni tat- tabib tiegħek rigward id-doża tal-bidu. It-tabib tiegħek jista’ wkoll jivverifika l-funzjoni tal- kliewi tiegħek.

-Jekk it-tabib qallek li l-valvoli ta’ qalbek djiequ (magħrufa bħala “stenożi ta’ l-aorta” jew “mitrijali”) jew jekk il-ħxuna tal-muskolu ta’ qalbek kibret aktar minn-normal (magħrufa bħala “kardjomijopatija ipertrofika ostruttiva”).

-Jekk ħassejt nefħa, b’mod partikolari tal-wiċċ u tal-griżmejn, meta ħadt mediċini oħra (inkluż inibituri tal-enzimi li jikkonvertu l-angiotensin). Jekk tħoss dawn is-sintomi, waqqaf Dafiro u kkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih. Qatt ma għandek terġa’ tieħu Dafiro.

-Jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin li jintużaw għal kura ta’ pressjoni tad- demm għolja:

-inibitur ta’ ACE (pereżempju enalapril, lisinopril, ramipril), b’mod partikulari jekk għandek problemi tal-kliewi relatati mad-dijabete.

-aliskiren.

It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek, il-pressjoni tad-demm, u l-ammont ta’ elettroliti (eż. potassium) fid-demm tiegħek f’intervalli regolari.

Ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestatura “Tiħux Dafiro”.

Jekk xi wieħed minn dawn jgħodd għalik, tkellem mat-tabib tiegħek qabel tieħu Dafiro.

Tfal u adolexxenti

L-użu ta’ Dafiro fi tfal u adolexxenti mhuwiex rakkomandat (età taħt it-18-il sena).

Mediċini oħra u Dafiro

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tiegħek u/jew jieħu prekawzjonijiet oħrajn. F’xi każi jista’ jkun li jkollok twaqqaf xi wieħed mill-mediċini. Dan jgħodd l-aktar għall-mediċini elenkati hawn taħt:

-inibituri ta’ ACE jew aliskiren (ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestaturi “Tiħux Dafiro” u “Twissijiet u prekawzjonijiet”);

-dijuretiċi (tip ta’ mediċina magħrufa bħala ukoll bħala “tal-pipì” li żżid l-ammont ta’ awrina li tagħmel;

-lithium (mediċina li tintuża biex tikkura d-dipressjoni);

-dijuretiċi li jfaddlu potassium, supplimenti ta’ potassium, melħ ta’ l-ikel għal min ibati bil- pressjoni li jkun fih potassium u sustanzi oħra li jistgħu iżidu l-livelli ta’ potassium;

-ċertu tipi ta’ mediċini kontra l-uġigħ msejħa mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAID’s) jew inibituri selettivi ta’ cyclooxygenase-2 (inibituri ta’ COX-2). It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja wkoll il-funzjoni tal-kliewi tiegħek;

-pilloli kontra l-konvulżjonijiet (eż carbamazepine, phenobarbital, phenytoin, fosphenytoin, primidone);

-St. John’s wort;

-nitroglycerin u nitrati oħra, jew sustanzi oħra magħrufin bħala “vażodilaturi”;

-mediċini li jintużaw għall-HIV/AIDS (eż. ritonavir, indinavir, nelfinavir);

-mediċini li jintużaw għall-kura ta’ infezzjonijiet tal-moffa (eż ketoconazole, itraconazole);

-mediċini li jintużaw għall-kura ta' infezzjonijiet batterjali (bħal rifampicin, erythromycin, clarithromycin, talithromycin);

-verapamil, diltiazem (mediċini tal-qalb);

-simvastatin (mediċina użata għall-kontroll ta' livelli għoljin ta' kolersterol);

-dantrolene (infużjoni għal anormalitajiet severi fit-temperatura tal-ġisem);

-mediċini użati għall-protezzjoni kontra rifjut ta' trapjant (ciclosporin).

Dafiro ma' ikel u xorb

Grejpfrut u meraq tal-grejpfrut ma għandhomx jiġu kkunsmati minn nies li jkunu qegħdin jieħdu Dafiro. Dan minħabba li l-grejpfrut u l-meraq tal-grejpfrut jistgħu jwasslu għal żieda tas-sustanza attiva amlodipine fil-livelli tad-demm, u dan jista' jikkawża żieda mhux imbassra fl-effett ta' Dafiro ta' tbaxxija tal-pressjoni tad-demm.

Tqala u treddigħ

Tqala

Għid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li jista’ jkun li ħriġt tqila (jew qed tippjana li toħrog tqila). It-tabib tieghek normalment javżak biex tieqaf tieħu Dafiro qabel ma toħroġ tqila jew malli tkun taf li inti tqila u se jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflokk Dafiro. Dafiro mhux irrakkomandat fil-bidu tat- tqala (l-ewwel 3 xhur), u m’għandux jittieħed meta jkollok aktar minn 3 xhur tqala, minħabba li jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara t-tielet xahar tat-tqala.

Treddigħ

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew se tibda tredda’ dalwaqt. Dafiro mhuwiex irrakkomandat għal ommijiet li qed ireddgħu u t-tabib jista’ jagħżel kura oħra għalik jekk inti tixtieq tredda’, speċjalment meta t-tarbija tiegħek tkun għadha titwield, jew tkun twieldet qabel iż-żmien.

Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Din il-mediċina tista’ tisturdik. Dan jista’ jaffettwa kemm tikkonċentra tajjeb. Għalhekk, jekk m’intix ċert kif din il-mediċina ser teffettwak, m’għandekx issuq, tuża magni, jew tagħmel attivitajiet li għandhom bżonn konċentrazzjoni.

3.Kif gћandek tieћu Dafiro

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skond il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju. Dan ser jgħinek sabiex tikseb l-aqwa riżultati u tnaqqas ir- riskju ta’ effetti sekondarji.

Id-doża ta’ Dafiro li ssoltu tingħata hija pillola waħda kuljum.

-Ikun ippreferut li tieħu l-mediċina tiegħek fl-istess ħin kuljum.

-Ibla’ l-pilloli b’tazza ilma.

-Tista’ tieħu Dafiro ma’ l-ikel jew mingħajr ikel. Tiħux Dafiro ma' grejpfrut jew ma' meraq tal- grejpfrut.

Skond kif ikun ir-rispons tiegħek għall-kura, it-tabib tiegħek jista’ jissuġġerixxi doża ogħla jew aktar baxxa.

Taqbiżx id-doża li jordnawlek.

Dafiro u pazjenti aktar anzjani (ta’ 65 sena jew aktar)

It-tabib għandu jkun kawtel meta jżid id-dożaġġ.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk tieħu Dafiro aktar milli suppost

Jekk ħadt iżżejjed mill-pilloli Dafiro, jew jekk xi ħadd ieħor ħa l-pilloli tiegħek, ħu parir tat-tabib tiegħek mill-ewwel.

Jekk tinsa tieħu Dafiro

Jekk tinsa’ tieħu din il-mediċina, ħudha malli tiftakar. Mbagħad ħu d-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu. Iżda, jekk ikun kważi wasal il-ħin tad-doża li jmiss, aqbeż id-doża li tkun insejt. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Dafiro

Li twaqqaf il-kura tiegħek b’Dafiro jista’ jwassal biex il-marda tiegħek tmur għall-agħar. Tieqafx tieħu l-mediċina tiegħek sakemm ma jgħidlekx biex tagħmel hekk it-tabib tiegħek

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji u jeħtieġu attenzjoni medika immedjata:

Numru żgħir ta’ pazjenti kellhom dawn l-effetti sekondarji serji (jistgħu jaffettwaw mhux aktar minn persuna 1 f’ 1,000). Jekk ikollok xi wieħed milli ġejjin, għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel:

Reazzjoni allerġika b’sintomi bħal raxx, ħakk, nefħa tal-wiċċ jew xofftejn jew ilsien, tbatija biex tieħu n-nifs, pressjoni tad-demm baxxa (tħoss ħass ħażin ġej, rasek ħafifa).

Effetti sekondarji possibli oħra ta’ Dafiro:

Komuni (jistgħu jaffettwaw mhux aktar minn persuna 1 f’ 10): Influwenza (flu); imnieħer miżdud, uġigħ fil-grieżem u tbati biex tibla’; uġigħ ta’ ras; nefħa tad-driegħ, idejn, riġlejn, għekiesi jew saqajn; għeja; asthenia (debbulizza); ħmura u fawra tal-wiċċ u/jew ta’ l-għonq.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw mhux aktar minn persuna 1 f’100): Sturdament; tqallih u uġigħ addominali; ħalq xott; tħeddil, tingiż jew jorqdulek idejk jew saqajk; vertigo; qalb tħabbat mgħaġġla bil-palpitazzjonijiet; sturdament meta tqum bil-wieqfa; sogħla; dijarea; stitikezza; raxx tal-ġilda, ħmura tal-ġilda; nefħa tal-ġogi, uġigħ fid-dahar; uġigħ fil-ġogi.

Rari (jistgħu jaffettwaw mhux aktar minn persuna 1 f’1,000): Tħossok fuq ix-xwiek, tisfir fil-widnejn

(żanżin tal-widnejn); jħossok ħażin; tgħaddi aktar awrina mis-soltu jew tħoss li għandek bżonn tgħaddi aktar awrina; ma jkunx jista’ jkollok jew iżomm erezzjoni; tħossok tqil; taqalek il-presjoni tad-demm b’sintomi bħal sturdament, rasek ħafifa; tgħereq b’mod eċċessiv; raxx tal-ġilda ma’ ġismek kollu; ħakk; spażmi fil-muskoli.

Jekk xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji jaffettwak severament, għid lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji rrappurtati b’amlodipine jew valsartan waħidhom u li jew ma ġewx osservati b’Dafiro jew ġew osservati bi frekwenza ogħla milli b’Dafiro:

Amlodipine

Ikkonsulta tabib immedjatament jekk tħoss xi wieħed mill-effetti sekondarji rari ħafna li ġejjin wara li tieħu din il-mediċina:

-Tħarħir għal għarrieda, uġigħ fis-sider, qtugħ ta’ nifs jew diffikultà fit-teħid tan-nifs.

-Nefħa fil-kpiepel tal-għajnejn, il-wiċċ jew ix-xofftejn.

-Nefħa fl-ilsien u l-gerżuma li tikkawża diffikultà kbira biex tieħu n-nifs.

-Reazzjonijiet severi tal-ġilda fosthom raxx qawwi fil-ġilda, ħorriqija, ħmura fil-ġilda fuq ġismek kollu, ħakk qawwi, infafet, tqaxxir u nefħa fil-ġilda, infjammazzjoni tal-membrani mukużi (Sindrome ta’ Stevens Johnson) jew reazzjonijiet allerġiċi oħra.

-Attakk tal-qalb, taħbita abnormali tal-qalb.

-Infjammazzjoni fil-frixa li tista’ tikkawża wġigħ qawwi addominali u fid-dahar akkumpanjat b’sensazzjoni ta’ mard kbir.

Kienu rrappurtati l-effetti sekondarji li ġejjin. Jekk xi wieħed minnhom joħloqlok problemi jew jekk idumu għal iżjed minn ġimgħa, inti għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Komuni (jista’ jaffettwa mhux aktar minn persuna 1 f’ 10): Sturdament, ngħas; palpitazzjonijiet (tħoss it-taħbita tal-qalb tiegħek); fwawar, nefħa fl-għekiesi (edema); uġigħ addominali, tħossok imdardar

(nawsja).

Mhux komuni (jista’ jaffettwa mhux aktar minn persuna 1 f’ 100): Bidliet fil-burdata, ansjetà, dipressjoni, nuqqas ta’ rqad, rogħda, togħma abnormali, ħass ħażin, telf tas-sensazzjoni tal-uġigħ; disturbi viżwali, nuqqas ta’ vista, żanżin fil-widnejn; pressjoni baxxa tad-demm; għatis/imnieħer iqattar ikkawżati minn infjammazzjoni fir-rita tal-imnieħer (rinite); indiġestjoni, rimettar (tkun imdardar); twaqqigħ tax-xagħar, żieda fl-għaraq, ġilda tieklok, tidnis tal-ġilda; disturb biex tagħmel l- awrina, żieda fil-bżonn li tagħmel l-awrina billejl, żieda fin-numru ta’ drabi li tagħmel l-awrina; nuqqas ta’ kapaċità li jkollok erezzjoni, skonfort jew tkabbir tas-sider fl-irġiel, uġigħ, tħossok ma tiflaħx, uġigħ fil-muskoli, bugħawwieġ fil-muskoli; żieda jew tnaqqis fil-piż.

Rari (jista’ jaffettwa mhux aktar minn persuna 1 f’ 1,000): Konfużjoni.

Rari ħafna (jista’ jaffettwa mhux aktar minn persuna 1 f’ 10,000): Tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli bojod tad-demm, tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits fid-demm li jista’ jwassal għal tbenġil mhux tas-soltu jew fsada malajr (ħsara fiċ-ċelloli ħomor tad-demm); zokkor żejjed fid-demm (ipergliċemija); nefħa fil- ħanek, nefħa addominali (gastrite); funzjoni abnormali tal-fwied, infjammazzjoni tal-fwied (epatite), sfura fil-ġilda (suffejra), żieda fl-enzimi tal-fwied li jista’ jkolIha effett fuq xi testijiet mediċi; żieda fit-tensjoni tal-muskoli; infjammazzjoni fil-vini u l-arterji, ħafna drabi b’raxx fil-ġilda, sensittività għad-dawl; disturbi li jikkombinaw riġidità, rogħda, u/jew disturbi fil-moviment.

Valsartan

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tkun stmata mid-data disponibbli): Tnaqqis ta’ ċelloli ħomor fid-demm, deni, uġigħ fil-gerżuma jew ulċeri fil-ħalq minħabba infezzjonijiet; fsada jew tbenġil spontanju; livell għoli ta’ potassium fid-demm; riżultati tat-testijiet tal-fwied mhux normali; funzjonijiet tal-kliewi mnaqqsa u funzjonijiet tal-kliewi mnaqqsa b’mod sever; nefħa l-aktar tal-wiċċ u l-gerżuma; uġigħ fil-muskoli; raxx, marki żgħar tondi ħomor jagħtu fil-vjola; deni; ħakk; reazzjoni allerġika; infafet fil-ġilda (sinjal ta’ kondizzjoni msejħa dermatite bl-infafet).

Jekk tħoss xi wieħed minn dawn, għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Dafiro

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tuża l-ebda pakkett ta’ Dafiro li jkun danneġġat jew li juri sinjali ta’ tbagħbis.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Dafiro

Dafiro 5 mg/80 mg pilloli miksija b’rita

Is-sustanzi attivi ta’ Dafiro huma amlodipine (bħala amlodipine besylate) u valsartan. Kull pillola fiha

5 mg amlodipine u 80 mg valsartan.

Is-sustanzi l-oħra huma cellulose microcrystalline; crospovidone type A; silica, colloidal anhydrous; magnesium stearate; hypromellose; macrogol 4000; talc, titanium dioxide (E171); iron oxide, yellow (E172).

Dafiro 5 mg/160 mg pilloli miksija b’rita

Is-sustanzi attivi ta’ Dafiro huma amlodipine (bħala amlodipine besylate) u valsartan. Kull pillola fiha 5 mg amlodipine u 160 mg valsartan.

Is-sustanzi l-oħra huma cellulose microcrystalline; crospovidone type A; silica, colloidal anhydrous; magnesium stearate; hypromellose; macrogol 4000; talc, titanium dioxide (E171); iron oxide, yellow (E172).

Dafiro 10 mg/160 mg pilloli miksija b’rita

Is-sustanzi attivi ta’ Dafiro huma amlodipine(bħala amlodipine besylate) u valsartan. Kull pillola fiha

10 mg amlodipine u 160 mg valsartan.

Is-sustanzi l-oħra huma cellulose microcrystalline; crospovidone type A; silica, colloidal anhydrous; magnesium stearate; hypromellose; macrogol 4000; talc, titanium dioxide (E171); iron oxide, yellow (E172), iron oxide, red (E172).

Kif jidher Dafiro u l-kontenut tal-pakkett

Dafiro 5 mg/80 mg pilloli huma tondi u sofor skuri b’ “NVR” fuq naħa u “NV” fuq in-naħa l-oħra.

Dafiro 5 mg/160 mg pilloli huma ovali u sofor skuri b’ “NVR” fuq naħa u “ECE” fuq in-naħa l-oħra.

Dafiro 10 mg/160 mg pilloli huma ovali u sofor ċari b’ “NVR” fuq naħa u “UIC” fuq in-naħa l-oħra.

Dafiro jiġi f’pakketti li jkun fihom 7, 14, 28, 30, 56, 90, 98 jew 280 pillola u pakketti b’ħafna li jinkludu 4 kartuniet, kull wieħed fih 70 pillola, jew 20 kartuna, kull waħda b’14 –il pillola. Il-pakketti kollha huma disponibbli b’folji standard; barra minn hekk il-pakketti b’56, 98 u 280 pillola huma disponibbli f'folji ipperforati li jinqasmu f’dożi uniċi. Mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jistgħu jkunu għal bejgħ f’pajjiżek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

Manifattur

Novartis Pharma GmbH

Roonstraße 25

D-90429 Norimberga

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 976 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft. Pharma

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

UCB Innere Medizin GmbH & Co. KG

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 2173 48 4949

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Laboratorios Dr. Esteve, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 446 60 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati