Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Daklinza (daclatasvir dihydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AX14

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaDaklinza
Kodiċi ATCJ05AX14
Sustanzadaclatasvir dihydrochloride
ManifatturBristol-Myers Squibb Pharma EEIG

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Daklinza 30 mg pilloli miksija b’rita Daklinza 60 mg pilloli miksija b’rita Daklinza 90 mg pilloli miksija b’rita daclatasvir

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Daklinza u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Daklinza

3.Kif għandek tieħu Daklinza

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Daklinza

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Daklinza u għalxiex jintuża

Daklinza fih is-sustanza attiva daclatasvir. Jintuża biex jikkura adulti bl-epatite Ċ, marda li tittieħed li taffettwa l-fwied, ikkawżata mill-virus tal-epatite Ċ fl-adulti.

Din il-mediċina taħdem billi twaqqaf il-virus tal-epatite Ċ milli jimmultiplika u milli jinfetta ċelluli ġodda. Dan inaqqas l-ammont tal-virus tal-epatite Ċ mill-ġisem tiegħek u jneħħi l-virus mid-demm tiegħek fuq perjodu ta’ żmien.

Daklinza għandu dejjem jintuża flimkien ma’ mediċini oħra kontra l-infezzjoni tal-epatite Ċ u m’għandu qatt jintuża waħdu.

Huwa importanti ħafna li taqra wkoll il-fuljetti ta’ tagħrif tal-mediċini l-oħra li int se tieħu ma’ Daklinza. Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar il-mediċini tiegħek, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib, l- ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Daklinza

Tiħux Daklinza

jekk inti allerġiku għal daclatasvir jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

jekk qed tieħu (mill-ħalq jew permezz ta’ modi oħrajn li jaffettwaw il-ġisem kollu) xi waħda mill- mediċini li ġejjin

-phenytoin, carbamazepine, oxcarbazepine jew phenobarbital, li jintużaw sabiex jikkuraw attakki epilettiċi

-rifampicin, rifabutin jew rifapentine, antibijotiċi użati biex jikkuraw it-tuberkulożi

-dexamethasone, sterojdi użat biex jikkuraw mard allerġiku u infjammatorju

-mediċini li jkun fihom St. John’s wort (Hypericum perforatum, taħlita ta’ ħxejjex). Dawn il-mediċini jdgħajfu l-effett ta’ Daklinza u jistgħu jwasslu sabiex il-kura tiegħek ma taħdimx. Jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini, għarraf lit-tabib tiegħek minnufih.

Peress li Daklinza dejjem għandu jintuża f’kombinazzjoni ma’ mediċini oħra ta’ kontra l-infezzjoni ta’ epatite Ċ, jekk jogħġbok kun żgur li taqra s-sezzjoni “Tiħux” tal-fuljetti ta’ tagħrif għal dawn il- mediċini. Jekk m’intix żgur dwar xi informazzjoni li tinsab fil-fuljetti ta’ tagħrif, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Daklinza.

Għid it-tabib tiegħek jekk wieħed minn dawn japplika:

jekk qed tieħu, jew ħadt f’dawn l-aħħar ftit xhur, il-mediċina amiodarone biex tikkura rata ta’ taħbit tal-qalb irregolari (it-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra kuri alternattivi jekk tkun ħadt din il- mediċina)

bħalissa għandek infezzjoni jew kellek infezzjoni preċedenti bil-virus tal-epatite B, minħabba li t- tabib tiegħek jista’ jkun irid jimmonitorjak aktar mill-qrib

għandek il-fwied bil-ħsara u mhux qed jaħdem sew (mard dikumpensat tal-fwied)

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk qiegħed tieħu mediċini għal problemi tal-qalb u jekk matul il-kura tesperjenza:

Qtugħ ta’ nifs

Sturdament

Palpitazzjonijiet

Ħass ħażin

Tfal u adolexxenti

Daklinza mhux rakkomandat għal pazjenti li għadhom m’għalqux it-18-il sena. Daklinza għadu ma ġiex studjat fit-tfal u adolexxenti.

Mediċini oħra u Daklinza

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. Dan minħabba li Daklinza jista’ jaffettwa l-mod kif jaħdmu xi mediċini. Barra minn hekk, xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-mod kif jaħdem Daklinza. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta doża ta’ Daklinza jew inti ma tkunx tista’ tieħu Daklinza ma’ ċertu mediċini.

Tiħux Daklinza jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin:

phenytoin, carbamazepine, oxcarbazepine jew phenobarbital, użati fit-trattament ta’ attakki pupletiċi

rifampicin, rifabutin jew rifapentine, antibijotiċi użati fil-kura ta’ tuberkulosi

dexamethasone, sterojde użat biex jittratta mard allerġiku u infjammatorju

mediċini li jkun fihom St. John’s wort (Hypericum perforatum, bħala taħlita ta’ ħxejjex).

Dawn il-mediċini jbaxxu l-effett ta’ Daklinza, għalhekk, il-kura tiegħek mhux se taħdem. Jekk tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini, għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin:

amiodarone jew digoxin, użati biex jikkuraw rata ta’ taħbit tal-qalb irregolari

il-pillola kombinata ta’ atazanavir/ritonavir, atazanavir/cobicistat, elvitegravir/cobicistat/emtricitabine/tenofovir disoproxil fumarate, etravirine, nevirapine jew efavirenz, użati fil-kura ta’ infezzjoni ta’ HIV

boceprevir jew telaprevir, użati għat-trattament ta’ infezzjoni tal-epatite Ċ

clarithromycin, telithromycin jew erythromycin, użati fit-trattament ta’ infezzjonijiet batteriċi

warfarin u mediċini oħra simili msejħa antagonisiti tal-vitamina K użati biex iraqqu d-demm. It- tabib jaf ikun jeħtieġ iżid il-frekwenza tat-testijiet tad-demm tiegħek biex jiċċekkja kemm id- demm tiegħek jista’ jagħqad sew.

dabigatran etexilate, użat biex jevita l-emboli tad-demm

ketoconazole, itraconazole, posaconazole jew voriconazole użati fil-kura ta’ infezzjonijiet bil- moffa

verapamil, diltiazem, nifedipine jew amlodipine, użati biex ibaxxu l-pressjoni tad-demm

rosuvastatin, atorvastatin, fluvastatin, simvastatin, pitavastatin jew pravastatin użati biex ibaxxu l- kolesterol fid-demm

kontraċettivi orali

B’xi wħud minn dawn il-mediċini, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tiegħek ta’ Daklinza.

Tqala u kontraċezzjoni

Għarraf lit-tabib tiegħek jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li tinqabad tqila. Jekk tinqabad tqila, tibqax tieħu Daklinza u għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Jekk inti tqila, ma tridx tieħu Daklinza.

Jekk tista’ tinqabad tqila, uża kontraċezzjoni effettiva waqt u għal 5 ġimgħat wara li ttemm it-trattament b’Daklinza.

Daklinza xi kultant jintuża flimkien ma’ ribavirin. Ribavirin jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija mhux imwielda tiegħek. Għalhekk huwa importanti li inti (jew is-sieħba) ma tinqabadx tqila waqt it-trattament.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk Daklinza jgħaddix fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. M’għandekx tredda’ waqt li tkun fuq it-trattament ta’ Daklinza.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Xi pazjenti rrapportaw sturdament, diffikultà biex jikkonċentraw u problemi fil-vista waqt li kienu qed jieħdu Daklinza ma’ mediċini oħra għall-infezzjoni ta’ epatite Ċ. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn l- effetti sekondarji, m’għandekx issuq jew tuża kwalunkwe għodod jew inġenji.

Daklinza fih lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor (eż. lactose), kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Daklinza.

3.Kif għandek tieħu Daklinza

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Doża rakkomandata

Id-doża rakkomandata ta’ Daklinza hija 60 mg darba kuljum. Ibla l-pillola sħiħa. Togħmodx u tfarrakx il-pillola għax għandha togħma ħażina ħafna. Daklinza tista’ tittieħed bi jew mingħajr ikla.

Xi mediċini oħra jistgħu jirreaġixxu ma’ Daklinza, billi jaffettwaw il-livelli ta’ Daklinza fil-ġisem tiegħek. Jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini, it-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jibdel id- doża ta’ kuljum tiegħek ta’ Daklinza sabiex jiġi żgurat li l-kura hija sikura u effettiva għalik.

Peress li Daklinza jrid dejjem jintuża ma’ mediċini oħra kontra l-infezzjoni ta’ epatite Ċ, jekk jogħġbok aqra l-fuljetti tal-pakketti għal dawn il-mediċini. Jekk għandek xi mistoqsijiet, staqsi lit- tabib, jew l-ispiżjar tiegħek.

Għal kemm għandek tibqa’ tieħu Daklinza

Kun żgur li tieħu Daklinza għal kemm żmien it-tabib tiegħek jgħidlek biex tibqa’ tieħdu.

It-tul tal-kura tiegħek b’Daklinza ser ikun jew ta’ 12-il ġimgħa jew ta’ 24 ġimgħa. It-tul tal-kura tiegħek ser jiddependi fuq jekk inti rċevejtx kura qabel għall-infezzjoni tal-epatite Ċ tiegħek, il- kundizzjoni tal-fwied tiegħek, u x’mediċini oħra ser tuża ma’ Daklinza. Jista’ jkollok bżonn tieħu mediċini oħrajn għal tulijiet ta’ żmien differenti.

Jekk tieħu Daklinza aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu aktar pilloli ta’ Daklinza minn dak rakkomandat mit-tabib tiegħek, ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jew ikkuntattja l-eqreb sptar għal parir. Żomm il-folja tal-pilloli miegħek sabiex tkun tista’ tiddeskrivi faċilment dak li tkun ħadt.

Jekk tinsa tieħu Daklinza

Huwa importanti li ma taqbiżx doża ta’ din il-mediċina.

Jekk taqbeż xi doża:

u tinduna fi żmien 20 siegħa mill-ħin li s-soltu tieħu Daklinza, għandek tieħu d-doża kemm jista’ jkun malajr. Imbagħad ħu d-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu.

u tinduna li jkunu għaddew 20 siegħa jew aktar mill-ħin li fih is-soltu tieħu Daklinza, stenna u ħu d-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu li jkun imissek. M’għandekx tieħu doża doppja (żewġ dożi qrib xulxin).

Jekk tieqaf tieħu Daklinza

Huwa importanti li tibqa’ tieħu Daklinza waqt il-perjodu kollu tal-kura. Inkella l-mediċina għandha mnejn ma taħdimx kontra l-virus tal-epatite Ċ. M’għandekx tieqaf tieħu Daklinza kemm-il darba t- tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tieqaf.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Meta Daklinza jintuża flimkien ma’ sofosbuvir (mingħajr ribavrin), ġew irrappurtati l-effetti sekondarji li ġejjin.

Komuni ħafna (tista’ taffettwa aktar minn persuna 1 f’10):

uġigħ ta’ ras, għeja

Komuni (tista’ taffettwa sa persuna 1 f’10):

diffikultà biex torqod

sturdament

emigranja

dardir (tħossok ma tiflaħx), dijarea, uġigħ fl-istonku

uġigħ fil-ġogi, muskoli b’uġigħ jew teneri, mhux ikkaġunat bl-eżerċizzju

Meta Daklinza jintuża flimkien ma’ sofosbuvir u ribavirin, ġew irrapportati l-effetti sekondarji li ġejjin.

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10):

uġigħ ta’ ras, dardir (tħossok ma tiflaħx), għeja

tnaqqis fiċ-ċelluli tad-demm ħomor (anemija)

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

nuqqas ta’ aptit

diffikultà biex torqod, irritabilità

sturdament

emigranja

qtugħ ta’ nifs, sogħla, konġestjoni fl-imnieħer (imnieħer misdud)

fwawar

ġilda xotta, telf ta’ xagħar mhux tas-soltu jew ix-xagħar ma jibqax folt, raxx, ħakk

dijarea, rimettar, uġigħ ta’ żaqq, stitikezza, ħruq ta’ stonku, gass żejjed fl-istonku jew fl-imsaren

ħalq xott

uġigħ fil-ġogi, uġigħ jew sensittività fil-muskoli, mhux ikkawżati mill-eżerċizzju

Meta Daklinza jintuża flimkien ma’ peginterferon alfa u ribavirin l-effetti sekondarji rrappurtati jkunu l-istess bħal dawk elenkati fil-fuljetti ta’ tagħrif għal dawn il-mediċini. L-aktar komuni ta’ dawn l- effetti sekondarji huma elenkati hawn taħt.

Komuni ħafna (tista’ taffettwa aktar minn persuna 1 f’10)

tnaqqis fl-aptit

diffikultà biex torqod

uġigħ ta’ ras

nifsijiet qosra

tqalligħ

għeja

mard bħal tal-influwenza

deni

ħakk, ġilda xotta, telf tax-xagħar mhux tas-soltu jew jirqaq ix-xagħar, raxx

dijarea

sogħla

uġigħ fil-ġogi; muskoli li juġgħu jew teneri, mhux ikkaġunat bl-eżerċizzju; dgħufija mhux tas- soltu

irritabilità

tnaqqis fiċ-ċelluli ħomor tad-demm (anemija), tnaqqis fiċ-ċelluli bojod tad-demm

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Daklinza

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Daklinza

Is-sustanza attiva hi daclatasvir. Kull pillola miksija b’rita fiha 30 mg, 60 mg jew 90 mg ta’ daclatasvir (bħala dihydrochloride)

Is-sustanzi l-oħra huma

-Il-qalba tal-pillola: lactose anidru, (ara sezzjoni 2) microcrysalline cellulose, croscarmellose sodium, silicon dioxide (E551) u magnesium stearate

-Il-kisi tar-rita: hypromellose, titanium dioxide (E171), macrogol 400, indigo carmine aluminum lake, (E132) yellow iron oxide (E172)

Kif jidher Daklinza u l-kontenut tal-pakkett

Daklinza 30 mg: il-pillola miksija b’rita hija ħadra, imżaqqa fuq żewġ naħat, f’għamla pentagonali mnaqqxa b’“BMS” fuq naħa waħda u b’“213” fuq in-naħa l-oħra.

Daklinza 60 mg: il-pillola miksija b’rita hija ħadra ċara, imżaqqa fuq żewġ naħat, f’għamla pentagonali mnaqqxa b’“BMS” fuq naħa waħda u b’“215” fuq in-naħa l-oħra.

Daklinza 90 mg: il-pillola miksija b’rita hija ħadra ċara, imżaqqa fuq żewġ naħat, f’għamla tonda mnaqqxa b’“BMS” fuq naħa waħda u b’“011” fuq in-naħa l-oħra.

Daklinza 30 mg, 60 mg u 90 mg pilloli miksija b’rita huma disponibbli f’pakketti ta’ 28 pilloli f’folji kalendarji mhux ipperforati u folji pperforati ta’ doża waħda.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq fil-pajjiż tiegħek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid

Manifattur

fis-Suq

Bristol-Myers Squibb S.r.l.

Bristol-Myers Squibb Pharma EEIG

Loc. Fontana del Ceraso

Uxbridge Business Park

03012 Anagni (FR)

Sanderson Road

L-Italja

Uxbridge UB8 1DH

 

Ir-Renju Unit

 

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

N.V. Bristol-Myers Squibb Belgium S.A.

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft.

Tél/Tel: + 32 2 352 76 11

Tel: +370 52 369140

България

Luxembourg/Luxemburg

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft. N.V. Bristol-Myers Squibb Belgium S.A.

Teл.: + 359 800 12 400

Tél/Tel: + 32 2 352 76 11

Česká republika

Magyarország

Bristol-Myers Squibb spol. s r.o.

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft.

Tel: + 420 221 016 111

Tel.: + 36 1 301 9700

Danmark

Malta

Bristol-Myers Squibb

BRISTOL-MYERS SQUIBB S.R.L.

Tlf: + 45 45 93 05 06

Tel: + 39 06 50 39 61

Deutschland

Nederland

Bristol-Myers Squibb GmbH & Co. KGaA

Bristol-Myers Squibb B.V.

Tel: + 31 (0)30 300 2222

Eesti

Norge

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft. Bristol-Myers Squibb Norway Ltd

Tel: +372 640 1030

Tlf: + 47 67 55 53 50

Ελλάδα

Österreich

BRISTOL-MYERS SQUIBB A.E.

Bristol-Myers Squibb GesmbH

Τηλ: + 30 210 6074300

Tel: + 43 1 60 14 30

España

Polska

BRISTOL-MYERS SQUIBB, S.A.

BRISTOL-MYERS SQUIBB POLSKA SP. Z O.O.

Tel: + 34 91 456 53 00

Tel.: + 48 22 5796666

France

Portugal

Bristol-Myers Squibb SARL

Bristol-Myers Squibb Farmacêutica Portuguesa,

Tél: + 33 (0)1 58 83 84 96

S.A.

 

Tel: + 351 21 440 70 00

Hrvatska

România

Bristol-Myers Squibb spol. s r.o.

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft.

Tel: +385 1 2078 508

Tel: + 40 (0)21 272 16 00

Ireland

Slovenija

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals

Bristol-Myers Squibb spol. s r.o.

Tel: + 353 (1 800) 749 749

Tel: +386 1 2355 100

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Bristol-Myers Squibb spol. s r.o.

Sími: + 354 535 7000

Tel: + 421 2 59298411

Italia

Suomi/Finland

BRISTOL-MYERS SQUIBB S.R.L.

Oy Bristol-Myers Squibb (Finland) Ab

Tel: + 39 06 50 39 61

Puh/Tel: + 358 9 251 21 230

Κύπρος

Sverige

BRISTOL-MYERS SQUIBB A.E.

Bristol-Myers Squibb AB

Τηλ: + 357 800 92666

Tel: + 46 8 704 71 00

Latvija

United Kingdom

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft. Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd

Tel: +371 67708347

Tel: + 44 (0800) 731 1736

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati