Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Darzalex (daratumumab) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L01XC24

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaDarzalex
Kodiċi ATCL01XC24
Sustanzadaratumumab
ManifatturJanssen-Cilag International N.V.

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

DARZALEX 20 mg/mL konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett ta’ 5 mL fih 100 mg ta’ daratumumab (20 mg daratumumab f’kull mL). Kull kunjett ta’ 20 mL fih 400 mg ta’ daratumumab (20 mg daratumumab f’kull mL).

Daratumumab huwa antikorp monoklonali IgG1κ uman kontra l-antiġen CD38, magħmul f’linja ta’ ċelluli mammiferi (Ovarju tal-Ħamster Ċiniż [CHO - Chinese Hamster Ovary]) bl-użu tat-teknoloġija rikombinanti tad-DNA.

Eċċipjenti b’effett magħruf

Kull kunjett ta’ 5 mL u 20 mL ta’ DARZALEX fih 0.4 mmol u 1.6 mmol (9.3 mg u 37.3 mg) ta’ sodium, rispettivament.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Is-soluzzjoni hija minn bla kulur sa safra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

DARZALEX huwa indikat:

bħala monoterapija għat-trattament ta’ pazjenti adulti b’majeloma multipla li rkadiet jew li ma weġbitx għat-trattament, li t-terapija tagħhom qabel kienet tinkludi inibitur ta’ proteasome u sustanza immunomodulatorja u li wrew progressjoni tal-marda meta kienu fuq l-aħħar terapija tagħhom.

flimkien ma’ lenalidomide u dexamethasone, jew bortezomib u dexamethasone, għat-trattament ta’ pazjenti adulti b’majeloma multipla li jkunu rċivew mill-inqas terapija waħda oħra qabel

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

DARZALEX għandu jingħata minn professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa, f’ambjent fejn ikunu disponibbli faċilitajiet ta’ risuxxitazzjoni.

Pożoloġija

Għandhom jingħataw mediċini qabel u wara l-infużjoni biex inaqqsu r-riskju ta’ reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni (IRRs, infusion related reactions) b’daratumumab. Ara taħt “Mediċini rrakkomandati flimkien miegħu”, “Immaniġġjar ta’ reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni” u sezzjoni 4.4.

Doża

Għoti ta’ dożi standard għall-monoterapija u flimkien ma’ lenalidomide (reġimen ta’ ċiklu ta’ 4 ġimgħat):

Id-doża rrakkomandata hija DARZALEX 16-il mg/kg piż tal-ġisem mogħtija bħala infużjoni fil-vini skont l-iskeda ta’ għoti tad-dożi li ġejja f’’Tabella 1.

Tabella 1: Skeda standard għall-għoti tad-dożi ta’ DARZALEX għall-monoterapija u flimkien ma’ lenalidomide (reġimen ta’ ċiklu ta’ 4 ġimgħat għall-għoti tad-doża)

Ġimgħat

Skeda

Ġimgħat 1 sa 8

darba fil-ġimgħa (total ta’ 8 dożi)

Ġimgħat 9 sa 24a

kull ġimagħtejn (total ta’ 8 dożi)

Ġimgħa 25 ’il quddiem sakemm ikun hemm

kull erba’ ġimgħat

progressjoni tal-mardab

 

aL-ewwel doża tal-iskeda ta’ għoti ta’ doża kull ġimagħtejn tingħata f’ġimgħa 9

bL-ewwel doża tal-iskeda ta’ għoti ta’ doża kull 4 ġimgħat tingħata f’ġimgħa 25

Għad-doża u l-iskeda ta’ prodotti mediċinali mogħtija flimkien ma’ DARZALEX, ara sezzjoni 5.1 u s- Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott tagħhom.

Skeda modifikata għall-għoti tad-doża flimkien ma’ bortezomib (reġimen ta’ ċiklu ta’ 3 ġimgħat): Id-doża rrakkomandata hija DARZALEX 16-il mg/kg piż tal-ġisem mogħti bħala infużjoni fil-vini skont l-iskeda ta’ għoti tad-dożi li ġejja f’Tabella 2.

Tabella 2: Skeda modifikata għall-għoti tad-dożi ta’ DARZALEX flimkien ma’ bortezomib (reġimen ta’ ċiklu ta’ 3 ġimgħat għall-għoti tad-doża)

Ġimgħat

Skeda

Ġimgħat 1 sa 9

darba fil-ġimgħa (total ta’ 9 dożi)

Ġimgħat 10 sa 24a

kull tliet ġimgħat (total ta’ 5 dożi)

Ġimgħa 25 ’il quddiem sakemm ikun hemm

kull erba’ ġimgħat

progressjoni tal-mardab

 

aL-ewwel doża tal-iskeda ta’ għoti ta’ doża kull 3 imgħat tingħata f’ġimgħa 10

bL-ewwel doża tal-iskeda ta’ għoti ta’ doża kull 4 ġimgħat tingħata f’ġimgħa 25

Għad-doża u l-iskeda ta’ prodotti mediċinali mogħtija flimkien ma’ DARZALEX, ara sezzjoni 5.1 u s- Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott tagħhom.

Rati tal-infużjoni

Wara d-dilwizzjoni l-infużjoni ta’ DARZALEX għandha tingħata ġol-vina bir-rata inizjali ta’ infużjoni kif ippreżentat f’Tabella 3 hawn taħt. Żieda b’inkrementi fir-rata tal-infużjoni għandha titqies biss fin-nuqqas ta’ reazzjonijiet għall-infużjoni.

Tabella 3: Rati ta’ infużjoni għall-għoti ta’ DARZALEX

 

Volum ta’

Rata ta’

Inkrementi

Rata ta’

 

dilwazzjoni

infużjoni inizjali

tar-rata

infużjoni

 

 

(l-ewwel siegħa)

tal-infużjonia

massima

L-ewwel

1,000 mL

50 mL/siegħa

50 mL/siegħa kull

200 mL/siegħa

infużjoni

 

 

siegħa

 

It-tieni

500 mL

50 mL/siegħa

50 mL/siegħa kull

200 mL/siegħa

infużjonib

 

 

siegħa

 

Infużjonijiet

500 mL

100 mL/siegħa

50 mL/siegħa kull

200 mL/siegħa

sussegwentic

 

 

siegħa

 

aŻieda b’inkrementi fir-rata tal-infużjoni għandha titqies biss fin-nuqqas ta’ reazzjonijiet għall-infużjoni.

bVolum ta’ dilwizzjoni ta’ 500 mL għandu jintuża biss jekk ma kien hemm l-ebda IRRs ta’ ≥ Grad 1 matul l-ewwel 3 sigħat tal-ewwel infużjoni. Inkella, kompli uża volum ta’ dilwizzjoni ta’ 1000 mL u l-istruzzjonijiet għall-ewwel infużjoni.

cRata inizjali modifikta għall-infużjoniiet sussegwenti (i.e. it-tielet infużjoni ’l quddiem) għandha tintuża biss jekk ma kien hemm l-ebda IRRs ta’ ≥ Grad 1 waqt rata ta’ infużjoni finali ta’ ≥ 100 mL/siegħa fl-ewwel żewġ infużjonijiet. Inkella, uża l-istruzzjonijiet għat-tieni infużjoni.

Ġestjoni ta’ reazzjonijiet relatati mal-infużjoni

Mediċini ta’ qabel l-infużjoni għandhom jingħataw biex inaqqsu r-riskju ta’ reazzjonijiet relatati mal-infużjoni (IRRs) qabel it-trattament b’DARZALEX.

Għal IRRs ta’ kwalunkwe grad/severità, minnufih waqqaf l-infużjoni ta’ DARZALEX u ġġestixxi s-sintomi.

Il-ġestjoni ta’ IRRs għandu mnejn ikun jeħtieġ aktar tnaqqis fir-rata ta’ infużjoni, jew il-waqfien ta’ trattament b’DARZALEX kif spjegat hawn isfel (ara sezzjoni 4.4).

Grad 1-2 (ħafif għal moderat): Ġaladarba s-sintomi tar-reazzjoni jgħaddu, l-infużjoni għandha tkompli b’mhux aktar minn nofs ir-rata li fiha seħhet l-IRR. Jekk il-pazjent ma jesperjenzax xi sintomi oħra ta’ IRR, iż-żieda fir-rata ta’ infużjoni tista’ titkompla b’żidiet u intervalli kif ikun xieraq b’mod kliniku sar-rata massima ta’ 200 mL/siegħa (Tabella 3).

Grad 3 (sever): Ġaladarba s-sintomi tar-reazzjoni jgħaddu, it-tkomplija mill-ġdid tal-infużjoni għandha tiġi kkonsidrata b’mhux aktar minn nofs ir-rata li fiha seħħet ir-reazzjoni. Jekk il- pazjent ma jesperjenzax sintomi addizzjonali, ir-rata ta’ żieda fl-infużjoni tista’ titkompla b’żidiet u intervalli kif ikun xieraq (Tabella 3). Il-proċedura t’hawn fuq għandha titkompla f’każ li sintomi ta’ Grad 3 jerġgħu sseħħu. Waqqaf b’mod permanenti DARZALEX meta sseħħ it- tielet reazzjoni għall-infużjoni ta’ Grad 3 jew aktar.

Grad 4 (li jhedded il-ħajja): Waqqaf b’mod permanenti t-trattament b’DARZALEX

Doża (i) maqbuża

Jekk doża ppjanata ta’ DARZALEX tinqabeż, id-doża għandha tingħata kemm jista’ jkun malajr u għal din ir-raġuni l-iskeda tal-għoti tad-dożi għandha tiġi aġġustata, u għandu jinżamm l-intervall tat- trattament.

Modifikazzjonijiet fid-doża

Ma huwa rrakkomandat l-ebda tnaqqis fid-doża ta’ DARZALEX. Jista’ jkun meħtieġ dewmien għall- għoti tad-doża biex jitħalla jsir irkupru tal-għadd taċ-ċelluli tad-demm f’każ ta’ tossiċità ematoloġika (ara sezzjoni 4.4). Għal informazzjoni dwar prodotti mediċinali mogħtija flimkien ma’ DARZALEX, ara s-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott tagħhom.

Mediċini rrakkomandati flimkien miegħu

Mediċini qabel l-infużjoni

Għandhom jingħataw mediċini qabel l-infużjoni biex inaqqsu r-riskju ta’ IRRs lill-pazjenti kollha minn siegħa – 3 sigħat qabel kull infużjoni ta’ DARZALEX kif ġej:

Kortikosterojd (li jaħdem fit-tul jew jaħdem b’mod intermedju) Monoterapija:

Methylprednisolone 100 mg, jew l-ekwivalenti, mogħti mill-vini. Wara t-tieni infużjoni, id-doża tal-kortikosterojd tista’ titnaqqas (methylprednisolone 60 mg mill-ħalq jew mill-vini).

Terapija ta’ kombinazzjoni:

Dexamethasone 20 mg, mogħti qabel kull infużjoni ta’ DARZALEX (ara sezzjoni 5.1). Dexamethasone jingħata mill-vini qabel l-ewwel infużjoni ta’ DARZALEX u għoti mill-ħalq jista’ jitqies qabel infużjonijiet sussegwenti.

Mediċini kontra d-deni (paracetamol 650 sa 1,000 mg mill-ħalq)

Antiistamina (diphenhydramine 25 sa 50 mg jew l-ekwivalenti mill-ħalq jew mill-vini).

Mediċini wara l-infużjoni

Mediċini wara l-infużjoni għandhom jingħataw biex inaqqsu r-riskju ta’ reazzjonijiet li jdumu ma jfiġġu marbuta mal-infużjoni kif ġej:

Monoterapija:

Kortikosterojd mill-ħalq (20 mg methylprednisolone jew doża ekwivalenti ta’ kortikosterojd li jaħdem b’mod intermedju jew fit-tul skont l-istandards lokali) għandu jingħata kuljum fil- jumejn ta’ wara l-infużjonijiet kollha (jinbdew fil-jum ta’ wara l-infużjoni).

Terapija ta’ kombinazzjoni:

Ikkunsidra l-għoti ta’ doża baxxa ta’ methylprednisolone (≤ 20 mg) mill-ħalq jew l-ekwivalenti tiegħu fil-jum ta’ wara l-infużjoni ta’ DARZALEX. Madankollu, jekk fl-isfond jingħata kortikosterojd speċifiku għar-reġimen (eż. dexamethasone) fil-jum ta’ wara l-infużjoni ta’ DARZALEX, jistgħu ma jkunux meħtieġa mediċini addizzjonali wara l-infużjoni (ara

sezzjoni 5.1).

B’mod addizzjonali, għall-pazjenti bi storja ta’ mard ostruttiv kroniku tal-pulmuni, għandu jitqies l- użu ta’ mediċini wara l-infużjoni inkluż mediċini li jwessgħu il-bronki li jaħdmu għal ħin qasir jew għal ħin twil, u kortikosteojdi li jinġibdu man-nifs. Wara l-ewwel erba’ infużjonijiet, jekk il-pazjenti ma jkollux IRRs kbar, dawn il-mediċini li jingħataw wara l-infużjoni li jinġibdu man-nifs jistgħu jitwaqqfu skont kif jidhirlu xieraq it-tabib.

Profilassi għall-attivazzjoni mill-ġdid tal-virus tal-herpes zoster

Għandha titqies profilassi għall-prevenzjoni tal-attivazzjoni mill-ġdid tal-virus tal-herpes zoster.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment tal-kliewi

Ma saru l-ebda studji formali b’daratumumab f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi. Abbażi ta’ analiżi ta’ farmakokinetika (PK - pharmacokinetic) tal-popolazzjoni ma huwa meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża għall-pazjenti b’indeboliment tal-kliewi (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-fwied

Ma saru l-ebda studji formali ta’ daratumumab f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied.

Abbażi ta’ analiżi ta’ PK tal-popolazzjoni, ma huma meħtieġa l-ebda aġġustamenti fid-doża ta’ pazjenti b’indeboliment tal-fwied (ara sezzjoni 5.2).

Anzjani

Ma huma meqjusa meħtieġa l-ebda aġġustamenti fid-doża (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ DARZALEX fit-tfal b’età taħt it-18-il sena ma ġewx determinati. Dejta mhux disponibbli (ara sezzjoni 5.1).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

DARZALEX jingħata bħala infużjoni fil-vini wara dilwizzjoni b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9%). Għal istruzzjonijiet dwar id-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali qabel l-għoti, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza(i) attiva(i) jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni

Reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni (IRRs) ġew irrappurtati f’madwar nofs il-pazjenti kollha trattati b’ DARZALEX. Immonitorja dawn il-pazjenti matul l-infużjoni kollha u fil-perjodu ta’ wara l- infużjoni.

Il-maġġoranza tal-IRRs seħħew mal-ewwel infużjoni. Erbgħa fil-mija tal-pazjenti kollha kellhom IRR f’aktar minn infużjoni waħda. Seħħew reazzjonijiet severi, inkluż bronkospażmu, ipoksja, dispnea, pressjoni għolja, edima fil-larinġi u edima fil-pulmuni. Is-sintomi kienu jinkludu l-aktar konġestjoni fl- imnieħer, sogħla, irritazzjoni fil-gerżuma, tkexkix ta’ bard, rimettar u nawsja. Sintomi inqas komuni kienu tħarħir, rinite allerġika, deni, skumdità fis-sider, prurite u pressjoni baxxa (ara sezzjoni 4.8).

Qabel it-trattament b’DARZALEX il-pazjenti għandhom jiġu medikati b’antiistamini, mediċini kontra d-deni u kortikosterojdi biex jitnaqqas ir-riskju ta’ IRRs. L-infużjoni ta’ DARZALEX għandha titwaqqaf għall-IRRs ta’ kwalunkwe qawwa. Immaniġġjar mediku/trattament ta’ sapport għall-IRRs għandu jinbeda skont il-ħtieġa. Ir-rata tal-infużjoni għandha titnaqqas meta wieħed jerġa’ jibda l- infużjoni mill-ġdid (ara sezzjoni 4.2).

Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ IRRs li jdumu biex joħorġu, għandhom jingħataw kortikosterojds mill-ħalq lill-pazjenti kollha wara infużjonijiet ta’ DARZALEX. B’mod addizjonali għandu jitqies l-użu ta’ mediċini wara l-infużjoni (eż. kosrtikosterojdi li jinġibdu man-nifs, mediċini li jwessgħu il-bronki li jaħdmu għal ħin qasir jew għal ħin twil) għall-pazjenti bi storja ta’ mard ta’ ostruzzjoni kronika fil- pulmuni biex jiġu mmaniġġjati kumplikazzjonijiet respiratorji jekk dawn iseħħu (ara sezzjoni 4.2).

It-terpija b’DARZALEXgħandha titwaqqaf b’mod permanenti f’każ ta’ IRRs li jkunu ta’ tħeddida għall-ħajja.

Newtropenija/Tromboċitopenija

DARZALEX jista’ jżid in-newtropenija u t-tromboċitopenija kkaġunati mit-terapija fl-isfond (ara sezzjoni 4.8).

Immonitorja l-għadd sħiħ taċ-ċelluli tad-demm b’mod perjodiku matul it-trattament skont l- informazzjoni tal-manifattur dwar kif it-terapiji fl-isfond għandhom jiġu ordnati b’riċetta. Immonitorja l-pazjenti b’newtropenija għal sinjali ta’ infezzjoni. Jista’ jkun meħtieġ dewmien fl-għoti ta’ DARZALEX biex l-għadd taċ-ċelluli tad-demm jitħallew jirkupraw. Ma huwa rrakkomandat l-ebda tnaqqis fid-doża ta’ DARZALEX. Ikkunsidra kura ta’ sostenn bi trasfużjonijiet jew fatturi ta’ tkabbir.

Interferenza ma’ Testijiet Indiretti ta’ Antiglobulina (Test Indirett ta’ Coombs)

Daratumumab jintrabat ma’ CD38 li jinstab f’livelli baxxi fuq iċ-ċelluli ħomor tad-demm (RBCs - red blood cells) u jista’ jwassal għal-test pożittiv indirett ta’ Coombs. Test indirett ta’ Coombs medjat minn daratumumab jista’ jippersisti sa 6 xhur wara l-aħħar infużjoni ta’ daratumumab. Għnadu jiġi rikonoxxut il-fatt li daratumumab marbut ma’ RBCs jista’ jaħbi l-identifikazzjoni tal-eżistenza ta’ antikorpi għal antiġens minuri fis-serum tal-pazjent. Id-determinazzjoni tat-tip ta’ demm ABO u Rh ma jiġux milquta.

Il-pazjenti għandu jittiħdilhom it-tip tad-demm tagħhom u jsirilhom eżami tad-demm qabel jibdew trattament b’daratumumab. Il-fenotipar għandu jiġi kkonsidrat qabel ma jinbeda t-trattament b’daratumumab skont il-prassi lokali. Il-ġenotipar taċ-ċelluli l-ħomor tad-demm mhux affettwat minn daratumumab u jista’ jsir fi kwalunkwe ħin.

F’każ ta’ trasfużjoni ppjanata ċ-ċentri ta’ trasfużjoni tad-demm għandhom jiġu avżati b’din l- interferenza mat-testijiet indiretti ta’ antiglobulina (ara sezzjoni 4.5). Jekk tkun tinħtieġ trasfużjoni ta’ emerġenza, jistgħu jingħataw RBC’s li ma jkunux ġew ittestjati għall-kompatibiltà bejn id-donatur u min se jirċevih u li jkunu kompatibbli għal ABO/RhD skont il-prattika tal-bank tad-demm lokali.

Interferenza b’determinazzjoni ta’ Rispons Kompluta

Daratumumab huwa antikorp monoklonali IgG kappa uman li jista’ jiġi rilevat kemm f’analiżi ta’ elettroforesi ta’ proteini fis-serum (SPE, serum protein electrophoresis) u f’immunofissazzjoni (IFE, immunofixation) użati fil-monitoraġġ kliniku ta’ proteina M endoġena (ara sezzjoni 4.5). Din l-interferenza tista’ tħalli impatt fuq id-determinazzjoni ta’ rispons komplut u ta’ progressjoni tal-marda f’xi pazjenti bi proteina ta’ majeloma IgG kappa.

Eċċipjenti

Kull kunjett ta’ 5 mL u 20 mL ta’ DARZALEX fih 0.4 mmol u 1.6 mmol (9.3 mg u 37.3 mg) ta’ sodium, rispettivament. Dan għandu jitqies f’pazjenti fuq dieta b’kkontroll fl-ammont ta’ sodium.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju ta’ interazzjoni.

Bħala antikorp monoklonali IgG1қ, it-tneħħija mill-kliewi u metaboliżmu fil-fwied medjat mill- enzimi, ta’ daratumumab mhux mibdul huma improbabbli li jirrappreżentaw rotot prinċipali ta’ eliminazzjoni. Fil-fatt, varjazzjonijiet fl-enzimi li jimmetabolizzaw il-mediċina mhumiex mistennija jaffettwaw l-eliminazzjoni ta’ daratumumab. Minħabba l-affinità kbira ma’ epitope uniku fuq CD38, daratumumab mhuwiex mistenni li jibdel l-enzimi li jimmetabolizzaw il-mediċina.

Valutazzjonijiet farmakokinetiċi kliniċi ta’ pomalidomide, thalidomide, u bortezomib ma indikaw l- ebda interazzjoni bejn mediċina u oħra li kienet rilevanti b’mod kliniku bejn DARZALEX u dawn it- terapiji ta’ kombinazzjoni.

Interferenza ma’ Test Indirett ta’ Antiglobulina (Test Indirett ta’ Coombs)

Daratumumab jintrabat ma’ CD38 fuq l-RBCs u jinterferixxi mat-testijiet ta’ kompatibiltà, inkluż stħarriġ għal antikorpi u l-kompatibiltà tad-demm tad-donatur u ta’ min ikun se jirċevih (ara sezzjoni 4.4). Il-metodi ta’ mitigazzjoni tal-interferenza ta’ daratumumab jinkludu t-trattament tal- RBCs li jirreaġixxu ma’ dithiothreitol (DTT) biex ifixkel l-irbit ma’ daratumumab jew metodi oħra lokalment validati. Minħabba li s-sistema tal-grupp tad-demm Kell hija sensittiva wkoll għal

trattament b’DTT, għandhom jiġu fornuti unitajiet negattivi għal Kell wara li wieħed ikun eskluda jew identifika alloantikorpi bl-użu ta’ RBCs ittrattati b’DTT. Inkella, finotipar jew ġenotipar jistgħu wkoll jiġu kkonsidrati (ara sezzjoni 4.4).

Interferenza b’Testijiet ta’ Elettroforesi ta’ Proteini fis-Serum u Immunofissazzjoni Daratumumab jista’ jiġi rilevat f’assaġġi ta’ elettroforesi ta’ proteini fis-serum (SPE) u immunofissazzjoni (IFE) użati għal monitoraġġ ta’ immunoglobulini (proteina M) monoklonali

morda. Dan jista’ jwassal għal assaġġi pożittivi foloz ta’ SPE u IFE f’pazjenti bi proteina ta’ majeloma IgG kappa ikollhom impatt fl-istima inizjali ta’ risponsi kompluti skont il-kriterji tal-International Myeloma Working Group (IMWG). F’pazjenti b’rispons parzjali persistenti tajjeb ħafna, ikkonsidra metodi oħra biex tevalwa il-fond tar-rispons.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Nisa li jista’ jkollhom it-tfal/Kontraċezzjoni

Nisa f’età li jista’ jkollhom it-tfal għandhom jużaw kontraċezzjoni effettiva matul it-trattament b’ daratumumab u għal 3 xhur wara li jitwaqqaf.

Tqala

Ma hemm l-ebda dejta mill-bnedmin jew mill-annimali biex wieħed jistma r-riskju tal-użu ta’ daratumumab waqt it-tqala. Antikorpi monoklonali IgG1 huma magħrufa li jgħaddu minn ġol-plaċenta wara l-ewwel trimestru tat-tqala. Għalhekk daratumumab m’għandux jintuża waqt it-tqala jekk il- benefiċċju tat-trattament għall-mara ma jkunx meqjus li jkun aktar mir-riskji possibbli għall-fetu. Jekk il-pazjenta tinqabad tqila waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina, il-pazjenta għandha tiġi infurmata dwar ir-riskju li jista’ jkun hemm għall-fetu.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk daratumumab jiġix eliminat fil-ħalib tal-bniedem jew tal-annimali.

L-IgG tal-omm tiġi eliminata mill-ħalib tal-bniedem, iżda ma tidħolx b’ammonti sostanzjali fiċ- ċirkolazzjoni tat-trabi jew trabi tat-twelid minħabba li huma jitkissru fil-passaġġ gastrointestinali u ma jiġux assorbiti.

Mhux magħruf l-effett ta’ daratumumab fuq it-trabi/trabi tat-twelid. Gћandha tittieћed deċiżjoni jekk il-mara twaqqafx it-treddigћ jew twaqqafx it-trattament b’DARZALEX, wara li jigi kkunsidrat il- benefiċċju ta’ treddigћ gћat-tarbija u l-benefiċċju tat-trattament gћall-mara.

Fertility

Ma hija disponibbli l-ebda dejta biex tiddetermina l-effetti possibbli ta’ daratumumab fuq il-fertilità fl- irgiel jew fin-nisa (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

DARZALEX m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Madanakollu, l-għeja ġiet rapportata f’pazjenti li kienu qed jieħdu daratumumab u dan għandu jiġi kkunsidrat fis-sewqan jew it-tħaddim ta’ magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Id-dejta dwar is-sigurtà deskritta taħt tirrifletti esponiment għal DARZALEX (16-il mg/kg) fi 820 pazjent b’majeloma multipla inkluż 526 pazjent minn żewġ provi kkontrollati b’mod attiv ta’

Fażi III li rċivew DARZALEX jew flimkien ma’ lenalidomide (DRd; n = 283; Studju MMY3003) jew ma’ bortezomib (DVd; n = 243; Studju MMY3004) u ħames provi kliniċi fejn il-pazjenti rċivew DARZALEX jew flimkien ma’ pomalidomide (DPd; n = 103), jew ma’ lenalidomide (n = 35) jew bħala monoterapija (n = 156) u fejn kemm l-investigaturi kif ukoll il-pazjenti kienu jafu liema mediċina qed tintuża.

L-aktar reazzjonijiet avversi frekwenti (> 20%) fi studji individwali, każwali, kkontrollati kienu reazzjonijiet għall-infużjoni, għeja, nawsja, dijarea, spażmi fil-muskoli, deni, sogħla, qtugħ ta’ nifs, newtropenija, tromboċitopenija u infezzjoni fin-naħa ta’ fuq tal-apparat tan-nifs. Barra dan, flimkien ma’ bortezomib, edima periferali u newropatija tas-sensazzjoni periferali kienu rrappurtati b’mod frekwenti. Reazzjonijiet avversi serji kienu pulmonite, infezzjoni fin-naħa ta’ fuq tal-apparat tan-nifs, influwenza, deni, dijarea, fibrillazzjoni tal-atriju.

Lista ta’ reazzjonijiet avversi miġbura f’tabella

Tabella 4 tiġbor fil-qosor ir-reazzjonijiet avversi għall-mediċna li seħħew f’pazjenti li kienu qed jirċievu DARZALEX.

Il-frekwenzi huma ddefiniti bħala komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 sa < 1/10), mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100), rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000) u rari ħafna (< 1/10,000). F’kull grupp ta’ frekwenza, fejn rilevanti, ir-reazzjonijiet avversi huma ppreżentati skont is-serjetà tagħhom b’dawk l- aktar serji mniżżla l-ewwel segwiti minn dawk anqas serji.

Tabella 3: Reazzjonijiet aversi f’pazjenti b’majeloma multipla ttrattati b’DARZALEX 16-il mg/kg

Klassi tas-Sistemi u tal-

Reazzjoni avversa

Frekwenza

Inċidenza (%)

Organi

 

 

Kwalunkwe

 

 

 

Grad

 

Infezzjonijiet u

Pnewmonja +

Komuni ħafna

infestazzjonijiet

Infezzjoni fin-naħa ta’

 

 

 

 

fuq tal-apparat tan-

 

 

 

 

nifs+

 

 

Influwenza

Komuni

1*

Disturbi tad-demm u tas-

Newtropenija

Komuni ħafna

sistema limfatika

Tromboċitopenija

 

 

Anemija

 

 

Limfopenija

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Newropatija tas-

Komuni ħafna

 

 

 

sensazzjoni periferali

 

2*

 

Uġigħ ta’ ras

Komuni ħafna

< 1*

Disturbi fil-qalb

Fibrillazzjoni tal-atriju

Komuni

Disturbi respiratorji,

Sogħla+

Komuni ħafna

< 1*

toraċiċi u medjastinali

Qtugħ ta’ nifs+

 

Disturbi gastrointestinali

Dijarea

Komuni ħafna

 

Nawsja

 

1*

 

Rimettar

 

1*

Disturbi muskoluskeletriċi u

Spażmi fil-muskoli

Komuni ħafna

< 1*

tat-tessuti konnettivi

 

 

Disturbi ġenerali u

Għeja

Komuni ħafna

kondizzjonijiet ta’ mnejn

Deni

 

1*

jingħata

Edima periferali+

 

1*

Korriment, avvalenament u

Reazzjoni marbuta

Komuni ħafna

6*

komplikazzjonijiet ta’ xi

mal-infużjoni#

 

 

 

proċedura

 

 

 

 

+

Tindika l-ġabra ta’ termini fi gruppi

 

 

 

 

 

 

 

* L-ebda grad 4

 

 

 

 

#Reazzjoni marbuta mal-infużjoni tinkludi termini li ġew stabbiliti mill-investigaturi bħala marbuta mal-infużjoni, ara taħt.

Reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni

Fi provi kliniċi (tratttamenti b’monoterapija u b’kombinazzjoni ta’ mediċini; N = 820) l-inċidenza ta’ reazzjonijiet ta’ kwalunkwe grad marbuta mal-infużjoni kienet ta’ 46% bl-ewwel infużjoni ta’ DARZALEX, 2% bit-tieni infużjoni, u 3% b’infużjonijiet sussegwenti. Anqas minn 1% tal-pazjeni kellhom reazzjoni ta’ Grad 3 marbuta mal-infużjoni bit-tieni infużjoni jew b’infużjonijiet sussegwenti. Il-ħin medjan għall-bidu tar-reazzjoni kien 1.4 sigħat (firxa: 0.02 sa 72.8 siegħa). L-inċidenza ta’ interruzzjonijiet tal-infużjoni minħabba reazzjonijiet kienet ta’ 42%. Il-medjan tat-tulijiet tal-infużjoni għall-1el, it-2ni u l-infużjonijiet sussegwenti kien 7, 4.3 u 3.5 siegħat rispettivament.

Reazzjonijiet severi (Grad 3) marbuta mal-infużjoni kienu jinkludu bronkospażmu, qtugħ ta’ nifs, edima fil-larinġi, edima fil-pulmuni, ipoksja, u pressjoni għolja. Reazzjonijiet avversi oħra marbuta mal-infużjoni (kwalunkwe Grad, ≥ 5%) kienu konġestjoni fl-imnieħer, sogħla, tkexkix ta’ bard, irritazzjoni fil-gerżuma, rimettar u nawsja.

Infezzjonijiet

F’pazjenti li jkunu qed jirċievu terapija kombinata b’DARZALEX, infezzjonjiet ta’ Grad 3 jew 4 ġew irrappurtati b’kombinazzjonijiet ta’ DARZALEX u b’terapiji fl-isfond (DVd: 21%, Vd: 19%; DRd: 27%, Rd: 23%; DPd: 28%). Pnewmonja kienet l-aktar infezzjoni severa rrappurtata b’mod komuni (Grad 3 jew 4) fl-istudji kollha. Waqfien mit-trattament kien irrappurtat fi 2% sa 5% tal-pazjenti. Infezzjonijiet fatali kienu rrappurtati f’0.8% sa 2% tal-pazjenti fl-istudji kollha, l-aktar minħabba pulmonite u sepsi.

Emoliżi

Hemm riskju teoretiku ta’ emoliżi. Monitoraġġ kontinwu għal dan is-sinjal ta’ sigurtà se jsir fi studji kliniċi u f’dejta ta’ sigurtà ta’ wara t-tqegħid fis-suq.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sintomi u sinjali

Ma kien hemm l-ebda esperjenza ta’ doża eċċessiva fi studji kliniċi. Fi studju kliniku ngħataw dożi sa 24 mg/kg fil-vini.

Trattament

Mhuwiex magħruf antidot speċifiku għal doża eċċessiva ta’ daratumumab. F’każ ta’ doża eċċessiva, il-pazjent għandu jiġi mmonitorjat għal kwalunkwe sinjali u sintomi ta’ effetti avversi u trattament xieraq tas-sintomi għandu jinbeda immedjatament.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Sustanzi antineoplastiċi, antikorpi monoklonali, kodiċi ATC: L01XC24

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Daratumumab huwa antikorp monoklonali (mAb) IgG1κ uman li jintrabat mal-proteina CD38 espressa b’livell għoli fuq is-superfiċje taċ-ċelluli tat-tumur ta’ majeloma multipla, kif ukoll tipi oħra ta’ ċelluli u tessuti f’diversi livelli. Il-proteina CD38 għandha ħafna funzjonijiet bħal ma huma adeżjoni medjata minn riċettur, għoti ta’ sinjali u attività enzimatika.

Daratumumab intwera li jinibixxi b’mod potenti t-tkabbir in vivo ta’ ċelluli tat-tumur li jesprimu CD38. Abbażi ta’ studji in vitro, daratumumab jista’ juża ħafna funzjonijiet li jagħtu effett, li jwasslu għal mewt taċ-ċellula tat-tumur medjata mis-sistema immuni. Dawn l-istudji jissuġġerixxu li daratumumab jista’ jinduċi lisi taċ-ċellula tat-tumur permezz ta’ ċitotossiċita li tiddependi mill- komplement, ċitotossiċità medjata miċ-ċellula li tiddependi mill-antikorp, u fagoċite taċ-ċellula li tiddependi mill-antikorp f’ċelluli malinni li jesprimu CD38. Sottosett ta’ ċelluli li jissoprimu derivati mill-majelojd (CD38+MDSCs - myeloid derived suppressor cells), ċelluli T (CD38+Tregs) u ċelluli B li jirregolaw (CD38+Bregs) huma jitnaqqsu permezz ta’ lisi taċ-ċellula medjata minn daratumumab. Iċ- ċelluli T (CD3+, CD4+, u CD8+) huma magħrufa wkoll li jesprimu CD38 skont l-istadju tal-iżvilupp u l-livell ta’ attivazzjoni. Ġew osservati żidiet sinifikanti fl-għadd assolut taċ-ċelluli T CD4+ u CD8+, u fil-perċentwal ta’ limfoċiti, fid-demm periferali sħiħ u fil-mudullun tal-għadam bi trattament b’daratumumab. Barra dan, is-sekwenzar tad-DNA tar-riċettur taċ-ċellula T ivverifika li l-klonalità taċ-ċellula T żdiedet bi trattament b’daratumumab, li jindika effetti modulatorji immuni li jistgħu jikkontribwixxu għal rispons kliniku.

Daratumumab induċa apotosi in vitro wara irbit flimkien ta’ katini ta’proteini medjat minn Fc. Barra dan, daratumumab immodula l-attivita enzimatika ta’ CD38, bl-inibizzjoni tal-attivita tal-enzima cyclase u l-istimulu tal-attività tal-hydrolase. Is-sinifikanza ta’ dawn l-effetti in vitro f’ambjent klinik, u l-implikazzjoni tagħhom fuq it-tkabbir tat-tumur, mhumiex mifhuma tajjeb.

Effetti farmakodinamiċi

Iċ-ċellula qattiela naturali (NK - Natural killer) u l-għadd taċ-ċelluli T

Ċelluli NK huma magħrufa li jesprimu livelli għoljin ta’ CD38 u huma suxxettibbli għal lisi taċ-ċellula medjata minn daratumumab. Tnaqqis fl-għadd assolut u l-perċetwali tat-total taċ-ċelluli NK (CD16+CD56+) u ċelluli NK attivati (CD16+CD56dim) f’demm periferali sħiħ u fil-mudullun tal- għadam ġew osservati bi trattament b’daratumumab. Madankollu l-livelli taċ-ċelluli NK fil-linja bażi jew il-kinetika tat-tnaqqis taċ-ċellula NK ma wrewx assoċjazzjoni mar-rispons kliniku.

Immunoġeniċità

Il-pazjenti trattati b’monoterapija (n = 199) u bit-terapija ta’ kombinazzjoni (n = 299) b’daratumumab ġew stmati għal risponsi ta’ antikorpi antiterapewtiċi għal daratumumab f’ħafna punti matul it- trattament u sa 8 ġimgħat wara t-tmiem tat-trattament. Wara l-bidu ta’ trattament b’daratumumab, l- ebda wieħed mill-pazjenti tal-monoterapija ma kellu test pożittiv u 2 (0.7%) mill-pazjenti fuq terapija ta’ kombinazzjoni kellhom test pożittiv għal antikorpi kontra daratumumab; 1 mill-pazjenti fuq terapija ta’ kombinazzjoni żviluppa antikorpi temporanji li jinnewtralizzaw kontra daratumumab. Madanakollu, l-assaġġ użat għandu r-restrizzjonijiet tiegħu fl-irrivelar ta’ antikorpi anti-daratumumab fil-preżenza ta’ ta’ konċentrazzjonijiet għoljien ta’ daratumumab. Għalhekk, l-inċidenza tal-iżvilupp ta’ antikorpi jista’ jkun li ma ġietx stabbilita b’mod affidabbli.

Effikaċja klinika u sigurtà

Monoterapija

L-effikaċja klinika u s-sigurtà ta’ monoterapija b’DARZALEX għat-trattament ta’ pazjenti adulti b’majeloma multipla li rkadiet jew li ma weġbitx għat-trattament li t-terapija preċedenti tagħhom kienet tinkludi inibitur tal-protease u sustanza immunomodulatorja u li kienu wrew pregressjoni tal-

marda fuq l-aħħar terapija, intweriet f’żewġ studji fejn kemm l-investigaturi kif ukoll il-pazjenti kienu jafu liema sustanza qed tintuża.

Fl-istudju MMY2002, 106 pazjent b’majeloma multipla li rjkadiet jew li ma weġbitx għat-trattament rċivew 16-il mg/kg DARZALEX sakemm kien hemm progressjoni tal-marda. Il-medjan tal-età tal- pazjenti kienet 63.5 sena (firxa, 31 sa 84 sena), 49% kienu rġiel u 79% kienu Kawkasiċi. Il-pazjenti kienu rċivew medjan ta’ 5 għażliet ta’ terapiji preċedenti. Tmenin fil-mija tal-pazjenti kienu rċivew trapjant ta’ ċelluli stem awtologi (ASCT - autologous stem cell transplantation) qabel. Terapiji preċedenti kienu jinkludu bortezomib (99%), lenalidomide (99%), pomalidomide (63%) u carfilzomib (50%). Fil-linja bażi, 97% tal-pazjenti ma kinux wieġbu għall-aħħar għażla ta’ trattament, 95% ma kinux wieġbu kemm għal inibitur ta’proteasome (PI) kif ukoll għal sustanza immunomodulatorja (IMiD - immunomodulatory agent), 77% ma kinux wieġbu għal sustanzi alkylating, 63% ma kinux wieġbu għal pomalidomide u 48% tal-pazjenti ma kinux wieġbu għal carfilzomib.

Riżultati ta’ effikaċja ta’ analiżi interim ippjanata minn qabel abbażi tal-valutazzjoni tal-Kumitat Indipendenti ta’ Rikonsiderazzjoni (IRC - Independent Review Committee) huma ppreżentati f’Tabella 5 hawn taħt.

Tabella 5: Riżultati ta’ effikaċja vvalutati minn IRC għall-istudju MMY2002

Punt finali ta’ effikaċja

DARZALEX 16-il mg/kg

 

 

N = 106

Rata ta’ rispons totali1 (ORR - overall response rate:

(29.2)

sCR+CR+VGPR+PR) [n (%)]

 

 

95% CI (%)

(20.8, 38.9)

 

Rispons sħiħ strett (sCR - stringent complete response)

3 (2.8)

 

[n (%)]

 

 

 

Rispons sħiħ (CR - complete response) [n]

 

 

Rispons parzjali tajjeb ħafna (VGPR - very good

 

 

 

partial response) [n (%)]

(9.4)

 

Rispons parzjali (PR - partial response) [n (%)]

(17.0)

Rata ta’ Benefiċċju Kliniku (ORR+MR) [n(%)]

(34.0)

Medjan tat-Tul ta’ Żmien tar-Rispons [xhur (95% CI)]

7.4 (5.5, NE)

Medjan ta’ Żmien għar-Rispons [xhur (firxa)]

1 (0.9; 5.6)

L-iskop finali ta’ effikaċja (Kriterji tal-Grupp Internazzjonali ta’ Ħidma dwar il-Majeloma)

 

CI (confidence interval) = intervall ta’ kunfidenza; NE (not estimable) = ma jistax jiġi stmat; MR (minimal response) = rispons minimu

Ir-rata ta’ rispons totali (ORR - overall response rate) f’MMY2002 kienet simili irrelevanti mit- terapija preċedenti ta’ kontra l-majeloma.

F’aġġornament dwar is-sopravivenza b’tul ta’ żmien medjan ta’ 14.7 xhur ta’ segwitu, il-medjan ta’ Sopravivenza Totali (OS - overall survival) kien ta’ 17.5 xhur (95% CI:13.7, ma setax jiġi stmat).

Fl-Istudju GEN501, 42 pazjent b’majeloma multipla li rkadiet jew li ma weġbitx għat-trattament irċivew 16-il mg/kg DARZALEX sakemm kien hemm progressjoni tal-marda. Il-medjan tal-età tal- pazjenti kien 64 sena (firxa, 44 sa 76 sena), 64% kienu rġiel u 76% kienu Kawkasiċi. Il-pazjenti fl- istudju kienu rċivew medjan ta’ 4 għażliet preċedenti ta’ terapija. Erba’ u sebgħin fil-mija tal-pazjenti kienu rċivew ASCT qabel. Terapiji preċedenti kienu jinkludu bortezomib (100%), lenalidomide (95%), pomalidomide (36%) u carfilzomib (19%). Fil-linja bażi, 76% tal-pazjenti ma kinux wieġbu għall-aħħar trattament magħżul, 64% ma kinux wieġbu kemm għal PI kif ukoll għal IMiD, 60% ma kinux wieġbu għal sustanzi alkylating, 36% ma kinux wieġbu għal pomalidomide u 17% ma kinux wieġbu għal carfilzomib.

Analiżi interim ippjanati minn qabel urew li trattament b’daratumumab bid-doża ta’ 16-il mg/kg wassal għal ORR ta’ 36% b’CR ta’ 5% u VGPR ta’ 5%. Iż-żmien medjan għar-rispons kien xahar (firxa: 0.5 sa 3.2). Il-medjan tat-tul ta’ żmien tar-rispons ma ntlaħaqx (95% CI: 5.6 xhur, ma setax jiġi stmat).

F’aġġornament dwar sopravivenza b’tul ta’ żmien medjan ta’ 15.2 xhur ta’ segwitu, il-medjan ta’ OS ma ntlaħaqx (95% CI: 19.9 xhur, ma setax jiġi stmat), b’74% tal-individwi baqgħu ħajjin.

Trattament flimkien ma’ lenalidomide

L-istudju MMY3003, prova ta’ Fażi III kkontrollata b’mod attiv fejn kemm l-investigaturi kif ukoll il- pazjenti li ntagħzlu b’mod każwali kienu jafu liema sustanza qed tintuża, qabbel trattament b’ DARZALEX 16-il mg/kg flimkien ma’ lenalidomide u doża baxxa ta’ dexamethasone (DRd) ma’ trattament b’lenalidomide u doża baxxa ta’ dexamethasone (Rd) f’pazjenti b’mijeloma multipla li tkun irkadiet jew ma weġbitx għat-trattament li kienu rċivew mill-inqas terapija waħda oħra qabel. Lenalidomide (25 mg darba kuljum mill-ħalq fil-Jiem 1-21 ta’ ċikli ripetuti ta’ 28 jum [4 ġimgħat]) ingħata ma’ doża baxxa ta’ dexamethasone ta’ 40 mg/ġimgħa (jew doża mnaqqsa ta’ 20 mg/ġimgħa għal pazjenti > 75 sena jew indiċi tal-massa tal-ġisem [BMI] < 18.5). Fil-jiem tal-infużjoni ta’ DARZALEX, 20 mg tad-doża ta’ dexamethasone ngħatat bħala medikazzjoni qabel l-infużjoni u l- bqija ngħata fil-jum ta’ wara l-infużjoni. It-trattament tkompla fiż-żewġ fergħat sakemm kien hemm progressjoni tal-marda jew tossiċità mhux aċċettabbli.

Total ta’ 569 pazjent intagħżlu b’mod każwali; 286 għall-fergħa ta’ DRd u 283 għall-fergħa ta’ Rd. Il- karatteristiċi demografiċi u tal-marda fil-linja bażi kienu jixxiebhu bejn il-fergħa ta’ DARZALEX u l- fergħa ta’ kontroll. Il-medjan tal-età tal-pazjenti kien ta’ 65 sena (firxa minn 34 sa 89 sena) u 11% kellhom ≥ 75 sena. Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti (86%) rċivew PI qabel, 55% tal-pazjenti kienu rċivew ImiD qabel, inkluż 18% tal-pazjenti li kienu rċivew lenalidomide qabel; u 44% tal-pazjenti kienu rċivew kemm PI kif ukoll ImiD qabel. Fil-linja bażi, 27% tal-pazjenti ma wiġbux għall-aħħar trattament li seta’ jingħata. Tmintax fil-mija (18%) tal-pazjenti ma wiġbux għal PI biss, u 21% ma wiġbux għal bortezomib. Il-pazjenti li ma wiġbux għal lenalidomide ġew esklużi mill-istudju.

L-istudju MMY3003 wera titjib fis-Sopravivenza Mingħajr Progressjoni (PFS, Progression Free Survival) fil-fergħa ta’ DRd meta mqabbla mal-fergħa ta’ Rd; il-medjan ta’ PFS ma kienx intlaħaq fil- fergħa ta’ DRd u kien 18.4 xhur fil-fergħa ta’ Rd (proporzjon ta’ periklu [HR, hazard ratio]=0.37; 95% CI: 0.27, 0.52; p < 0.0001), li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 63% fir-riskju ta’ progressjoni tal-marda jew mewt f’pazjenti ttrattati b’DRd (ara Figura 1).

Figura 1:

Proporzjon li baqgħu jgħixu minghajr progressjoni

Nru. f’riskju Rd DRd

Kurva Kaplan-Meier ta’ PFS fl-iStudju MMY3003

 

 

 

DRd

Rd

 

 

 

 

 

 

(N=286)

(N=283)

 

 

 

 

Medjan ta’ sopravivenza

 

NE

18.4

 

 

 

 

mingħajr progressjonil – xhur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Proporzjon ta’ periklu għal

0.37 (0.27-0.52)

 

 

 

 

DRd vs. (95% CI)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

P<0.0001

 

 

 

 

 

 

 

Xhur

 

 

 

Riżultati addizzjonali ta’ effikaċja mill-Istudju MMY3003 huma ppreżentati f’Tabella 6 taħt.

Tabella 4: Riżultati addizjonali ta’ effikaċja mill-Istudju MMY3003

Numru ta’ pazjenti b’rispons li seta’ jiġi

DRd (n = 281)

Rd (n = 276)

vvalutat

 

 

 

Rispons totali (sCR+CR+VGPR+PR) n(%)

261 (92.9)

211 (76.4)

Valur pa

< 0.0001

 

 

Rispons sħiħ strett (sCR, Stringent

 

 

 

complete response)

51 (18.1)

(7.2)

Rispons sħiħ (CR, Complete response)

70 (24.9)

(12.0)

Rispons parzjali tajjeb ħafna (VGPR,

 

 

 

Very good partial response)

92 (32.7)

(25.0)

Rispons parzjali (PR, Partial response)

48 (17.1)

(32.2)

Ħin Medjan għar-Rispons [xhur (95% CI)]

1.0 (1.0, 1.1)

1.3 (1.1, 1.9)

Tul Medjan ta’ Żmien tar-Rispons [xhur

NE (NE, NE)

17.4 (17.4, NE)

(95% CI)]

 

 

 

Rata negattiva ta’ MRD (95% CI)b (%)

29.0 (23.8, 34.7)

7.8 (4.9, 11.5)

Il-proporzjon ta’ probabbiltà b’CI ta’

4.85 (2.93, 8.03)

 

 

95%c

 

 

 

Valur pd

< 0.000001

 

 

DRd = daratumumab-lenalidomide-dexamethasone; Rd = lenalidomide-dexamethasone; MRD, minimal residual disease = mard residwu minimu; CI, confidence interval = intervall ta’ kunfidenza; NE, not estimable = ma jistax jiġi stmat.

aValur p mit-test Chi-Squared ta’ Cochran Mantel-Haenszel.

cTintuża l-istima Chi-Squared tal-proporzjon ta’ probabbiltà komuni. Proporzjon ta’ probabbiltà ta’ > 1 jindika vantaġġ għal DRd.

dIl-valur p huwa minn proporzjon ta’ probabbiltà ta’ test Chi-Squared.

L-OS medjan ma ntlaħaqx għaż-żewġ gruppi ta’ trattament. B’medjan totali ta’ segwitu ta’ 13.5 xahar, il-proporzjon ta’ periklu għal OS kien 0.64 (95% CI: 0.40, 1.01; p = 0.0534).

Trattament flimkien ma’ bortezomib

L-istudju MMY3004, prova ta’ Fażi III, kkontrollata b’mod attiv, fejn kemm l-investigaturi kif ukoll il-pazjenti li ntagħzlu b’mod każwali kienu jafu liema sustanza qed tintuża, qabbel trattament b’DARZALEX 16-il mg/kg flimkien ma’ bortezomib u dexamethasone (DVd), ma’ trattament b’bortezomib u dexamethasone (Vd) f’pazjenti b’majeloma multipla li kienet irkadiet jew li ma weġbitx għat-trattament li kienu rċivew mill-inqas terapija waħda oħra qabel. Bortezomib ingħata permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda (SC) jew infużjoni fil-vini (IV) b’doża ta’ 1.3 mg/m2 ta’ erja tas- superfiċje tal-ġisem darbtejn fl-ġimgħa għal ġimagħtejn (Jiem 1, 4, 8, u 11) ta’ ċikli ta’ trattament ripetuti ta’ 21 jum (3 ġimgħat), għal total ta’ 8 ċikli. Dexamethasone ngħata mill-ħalq bid-doża ta’ 20 mg fil-Jiem 1, 2, 4, 5, 8, 9, 11, u 12 ta’ kull waħda mit-8 ċikli ta’ bortezomib (80 mg/fil-ġimgha għall-ġimgħatejn mit-tliet ġimgħat taċ-ċiklu ta’ bortezomib) jew doża mnaqqsa ta’ 20 mg/ġimgħa għall-pazjenti > 75 sena, BMI < 18.5, dijabete mellitus li mhijiex ikkontrollata tajjeb jew intolleranza preċedenti għal terpija bl-isterojdi. Fil-jiem tal-infużjoni ta’ DARZALEX, 20 mg tad-doża ta’ dexamethasone ngħatat bħala medikazzjoni qabel l-infużjoni. It-trattament b’DARZALEX tkompla sakemm kien hemm progressjoni tal-marda jew tossiċità mhux aċċettabbli.

Total ta’ 498 pazjent intagħżlu b’mod arbitrarju; 251 għall-fergħa ta’ DVd u 247 għall-fergħa ta’ Vd. Il-karatteristiċi demografiċi u tal-marda fil-linja bażi kienu jixxiebhu bejn il-fergħa ta’ DARZALEX u l-fergħa ta’ kontroll. Il-medjan tal-età tal-pazjenti kien ta’ 64 sena (firxa minn 30 sa 88 sena) u 12% kellhom ≥ 75 sena. Disgħa u sittin fil-mija (69%) tal-pazjenti kienu rċivew PI qabel (66% rċivew bortezomib) u 76% tal-pazjenti rċivew IMiD (42% rċivew lenalidomide). Fil-linja bażi, 32% tal- pazjenti ma wiġbux għall-aħħar trattament li setgħa jingħata. Tlieta u tletin fil-mija (33%) tal-pazjenti ma wiġbux għal IMiD biss, u 28% ma wiġbux għal lenalidomide. Il-pazjenti li ma wiġbux għal bortezomib ġew esklużi mill-istudju.

L-istudju MMY3004 wera titjib f’PFS fil-fergħa ta’ DVd meta mqabbla mal-fergħa ta’ Vd; il-medjan ta’ PFS ma kienx intlaħaq fil-fergħa ta’ DVd u kien ta’ 7.2 xhur fil-fergħa ta’ Vd (HR [95% CI]: 0.39 [0.28, 0.53]; valur p < 0.0001), li jirrapreżenta tnaqqis ta’ 61% fir-riskju ta’ progressjoni tal-marda jew mewt għall-pazjenti ttrattati b’DVd versus Vd. (ara Figura 2).

Figura 2: Kurva Kaplan-Meier ta’ PFS fl-Istudju MMY3004

Proporzjon li baqgħu jgħixu minghajr progressjoni

Nru. f’riskju

 

DVd

Vd

 

(N=251)

(N=247)

Medjan ta’ sopravivenza mingħajr

NE

7.2

progressjonil – xhur

 

 

Proporzjon ta’ periklu għal DVd vs.

0.39 (0.28-0.53)

(95%CI)

 

 

P<0.0001

 

Xhur

Vd

DVd

Riżultati addizzjonali ta’ effikaċja mill-Istudju MMY3004 huma ppreżentati f’Tabella 7.

Tabella 5: Riżultati addizjonali ta’ effikaċja mill-Istudju MMY3004

Numru ta’ pazjenti b’rispons li seta’ jiġi vvalutat

DVd (n = 240)

Vd (n = 234)

Rispons totali (sCR+CR+VGPR+PR) n(%)

199 (82.9)

148 (63.2)

Valur pa

< 0.0001

 

Rispons sħiħ strett (sCR, Stringent

 

 

 

complete response)

(4.6)

5 (2.1)

Rispons sħiħ (CR, Complete response)

(14.6)

16 (6.8)

Rispons parzjali tajjeb ħafna (VGPR, Very

 

 

 

good partial response)

(40.0)

47 (20.1)

Rispons parzjali (PR, Partial response)

(23.8)

80 (34.2)

Ħin Medjan għar-Rispons [xhur (firxa)]

0.9 (0.8, 1.4)

1.6 (1.5, 2.1)

Tul Medjan ta’ Żmien tar-Rispons [xhur (95%

NE (11.5, NE)

7.9 (6.7, 11.3)

CI)]

 

 

 

Rata negattiva ta’ MRD (95% CI)b

13.5% (9.6%,

2.8% (1.1%, 5.8%)

 

18.4%)

 

Il-proporzjon ta’ probabbiltà b’CI ta’

5.37 (2.33, 12.37)

 

95%c

 

 

 

Valur pd

0.000006

 

DVd = daratumumab- bortezomib-dexamethasone; Vd = bortezomib-dexamethasone; MRD, minimal residual disease = mard residwu minimu; CI, confidence interval = intervall ta’ kunfidenza; NE, not estimable = ma jistax jiġi stmat.

aValur p mit-test Chi-Squared ta’ Cochran Mantel-Haenszel.

cTintuża l-istima Chi-Squared tal-proporzjon ta’ probabbiltà komuni. Proporzjon ta’ probabbiltà ta’ > 1 tindika vantaġġ għal DVd.

dIl-valur p huwa minn proporzjon ta’ probabbiltà ta’ test Chi-Squared.

L-OS medjan ma ntlaħaqx għaż-żewġ gruppi ta’ trattament. B’medjan totali ta’ segwitu ta’ 7.4 xhur (95% CI: 0.0, 14.9), il-proporzjon ta’ periklu għal OS kien 0.77 (95% CI: 0.47, 1.26; p = 0.2975).

Elettrofiżjoloġija kardijaka

Daratumumab hija proteina kbira bi probabilità baxxa ta’ interazzjonijiet joniċi diretti fil-kanal. L-effett ta’ daratumumab fl-intervall QTc ġie evalwat fi studju bit-tikketta tingħaraf għal 83 pazjent (Studju GEN501) b’majeloma multipla li rkadiet u refrattorja wara infużjonijiet b’daratumumab (4 sa 24 mg/kg). Analiżi PK-PD lineari mħallta ma indikat l-ebda żieda kbira fl-intervall medju ta’ QTcF (i.e. akbar minn 20 ms) f’daratumumab Cmax.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jigu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’DARZALEX f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika f’majeloma multipla (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetika (PK - pharmacokinetics) ta’ daratumumab wara għoti ta’ monoterapija b’ daratumumab mill-vini ġiet stmata f’pazjenti b’majeloma multipla li rkadiet jew li ma weġbitx għat- trattament b’livelli ta’ doża minn 0.1 mg/kg sa 24 mg/kg. Ġie żviluppat mudell PK ta’ popolazzjoni għal daratumumab biex jiddeskrivi il-karattersistiċi PK ta’ daratumumab u biex issir stima tal- influwenza ta’ kovarjati fuq id-dispożizzjoni ta’ daratumumab f’pazjenti b’majeloma multipla. L- analiżi PK tal-popolazzjoni kienet tinkludi 223 pazjent li kienu qed jirċievu monoterapija b’DARZALEX f’żewġ provi kliniċi (150 individwu rċivew 16-il mg/kg).

Fil-koorti ta’ 1 sa 24 mg/kg, l-ogħla konċentrazzjonijiet fis-serum (Cmax) wara l-ewwel doża żdiedu bejn wieħed u ieħor fi proporzjon mad-doża u l-volum ta’ distribuzzjoni kien konsistenti mad- distribuzzjoni inizjali ġol-kompartiment tal-plażma. Wara l-aħħar infużjoni ta’ darba fil-ġimgħa, is- Cmax żdied b’manjiera aktar minn fi proporzjon mad-doża, b’konsistenza ma’ mediċini b’dispożizzjoni medjata minn mira. Żidiet fl-AUC kienu aktar minn fi proporzjon mad-doża u t-tneħħija (CL - clearance) naqset ma żieda fid-doża. Dawn l-osservazzjonijiet jissuġġerixxu li CD38 jista’ jiġi saturat b’dożi ogħla, u wara li dan jiġri l-impatt tat-tneħħija permezz ta’ rbit mal-mira jonqos u t-tneħħija ta’ daratumumab bejn wieħed u ieħor toqrob lejn it-tneħħija lineari ta’ IgG1 endoġenu. It-tneħħija naqset ukoll b’ħafna dożi, li jista’ jkun marbut ma’ tnaqqis fil-piż tal-marda tat-tumur.

Il-half-life terminali tiżdied ma’ żieda fid-doża u ma’ dożi ripetuti. L-istima tal-medja (devjazzjoni standard [SD - standard deviation]) tal-half-life terminali ta’ daratumumab wara l-ewwel doża ta’ 16-il mg/kg kienet 9 (4.3) ijiem. Il-half-life terminali stmata ta’ daratumumab wara l-aħħar doża ta’ 16 mg/kg żdiedet iżda għad hemm tagħrif insuffiċjenti għal stima affidabbli. Abbażi ta’ analiżi ta’ PK ta’ popolazzjoni, il-medja (SD) tal-half-life assoċjata ma’ eliminazzjoni lineari mhux speċifika kienet madwar 18-il jum (9); din hija l-half-life terminali li hija mistennija meta jkun hemm saturazzjoni kompluta tat-tneħħija medjata mill-mira u dożi ripetuti ta’ daratumumab.

Fl-aħħar tal-għoti tad-doża kull ġimgħa għall-iskeda rrakkomandata ta’ monoterapija u doża ta’ 16-il mg/kg, il-medja (SD) tal-valur tas-Cmax fis-serum kienet 915 (410.3)-il mikrogramma/mL, madwar 2.9 drabi aktar minn wara l-ewwel infużjoni. Il-medja (SD) tal-konċentrazzjoni fis-serum qabel id-doża (l-aktar baxxa) fl-aħħar tal-perjodu ta’ għoti ta’ dożi kull ġimgħa kienet 573 (331.5) mikrogramma/mL.

Abbażi tal-analiżi PK ta’ popolazzjoni ta’ monoterapija b’daratumumab, l-istat fiss ta’ daratumumab jinkiseb madwar 5 xhur wara l-bidu tal-perjodu ta’ għoti tad-doża kull 4 ġimgħat (mal-21 infużjoni), u l-medja (SD) tal-proporzjon tas-Cmax fl-istat fiss għal Cmax wara l-ewwel doża kien 1.6 (0.5). Il-medja (SD) tal-volum ta’ distribuzzjoni ċentrali huwa 56.98 (18.07) mL/kg.

Analiżi PK addizzjonali ta’ popolazzjoni saret f’pazjenti b’majeloma multipla li rċivew daratumumab f’diversi terapiji ta’ kombinazzjoni minn erba’ provi kliniċi (694 pazjent li minnhom 684 irċivew daratumumab bid-doża ta’ 16-il mg/kg). Il-profili tal-konċentrazzjoni mal-ħin ta’ daratumumab kienu jixxiebhu wara t-terapiji ta’ monoterpija u ta’ kombinazzjoni. Il-medja (SD) tal-half-life terminali stmata assoċjata ma’ tneħħija lineari f’terapija ta’ kombinazzjoni kienet madwar 23 (12-il) jum.

Abbażi ta’ analiżi PK ta’ popolazzjoni il-piż tal-ġisem ġie identifikat bħala kovarjat sinifikanti b’mod statistiku għat-tneħħija ta’ daratumumab. Għalhekk għoti tad-dożi abbażi tal-piż tal-ġisem huwa istrateġija xierqa għall-għoti tad-doża għall-pazjenti b’majeloma multipla.

Popolazzjonijiet speċjali

Età u sess tal-persuna

Abbażi ta’ analiżi PK ta’ popolazzjoni f’pazjenti li kienu qed jirċievu monoterapija b’daratumumab, l- età (firxa: 31-84 sena) ma kellha l-ebda effett importanti b’mod kliniku fuq il-PK ta’ daratumumab, u l-esponiment għal daratumumab kien jixxiebah bejn pazjenti iżgħar (b’età < 65 sena, n = 127) u pazjenti akbar (b’età ≥ 65 sena, n = 96; età ≥ 75 sena, n = 18; li għandhom ≥ 85 sena, n = 0). B’mod jixbah il-monoterapija, ma kienet osservata l-ebda infuwenza klinika importanti tal-età fuq l- esponiment għal daratumumab f’analiżi PK ta’ popolazzjoni f’pazjenti li kienu qed jirċievu terapiji ta’ kombinazzjoni. Id-differenza fl-esponiment ma kinitx aktar mil-limitu ta’ 6% bejn l-individwi iżgħar (età < 65 sena, n = 352; jew età < 75 sena, n = 630) u akbar (età ≥ 65 sena, n = 342; jew età ≥ 75 sena, n = 64) fl-età.

Is-sess tal-persuna m’affettwax l-esponiment għal daratumumab sa punt rilevanti b’mod kliniku fiż- żewġ analiżi PK ta’ popolazzjoni.

Indeboliment tal-kliewi

Ma saru l-ebda studji formali ta’ daratumumab f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi. Analiżi PK ta’ popolazzjoni saret abbażi ta’ dejta li kienet diġà teżisti dwar funzjoni tal-kliewi f’pazjenti li kienu qed jirċievu monoterapija b’daratumumab, inkluż 71 b’funzjoni normali tal-kliewi (tneħħija tal-kreatinina [CRCL - creatinine clearance] ≥ 90 mL/min), 78 b’indeboliment ħafif tal-kliewi (CRCL < 90 u

≥ 60 mL/min), 68 b’indeboliment moderat tal-kliewi (CRCL < 60 u ≥ 30 mL/min), u 6 b’indeboliment sever tal-kliewi jew mard tal-kliewi fl-aħħar stadju (CRCL < 30 mL/min). Ma kienu osservati l-ebda differenzi importanti b’mod kliniku fl-esponiment għal daratumumab bejn pazjenti b’indeboliment tal- kliewi u dawk b’funzjoni normali tal-kliewi. Analiżi PK addizzjonali ta’ popolazzjoni f’pazjenti li kienu qed jirċievu trattamenti ta’ kombinazzjoni wkoll urew li ma kien hemm l-ebda differenzi importanti b’mod kliniku fl-esponiment għal daratumumab bejn pazjenti b’indeboliment (ħafif,

n = 264; moderat, n = 166; sever, n = 12) tal-kliewi u dawk b’funzjoni normali tal-kliewi (n = 251).

Indeboliment tal-fwied

Ma saru l-ebda studji formali ta’ daratumumab f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied. Bidliet fil-funzjoni tal-fwied mhumiex probabbli li jkollhom xi effett fuq l-eliminazzjoni ta’ daratumumab minħabba li l- molekuli ta’ IgG1 bħal daratumumab mhumiex metabolizzati permezz tar-rotta tal-fwied.

L-analiżi PK ta’ popolazzjoni ta’ pazjenti trattati b’monoterapija b’daratumumab kienet tinkludi 189 pazjent b’funzjoni normali tal-fwied (bilirubin totali [TB, total bilirubin] u aspartate aminotransferase [AST] ≤ l-ogħla limitu tan-normal [ULN, upper limit of normal]) u

34 b’indeboliment ħafif tal-fwied (TB 1.0 x sa 1.5 xULN jew AST > ULN). Ma kienu osservati l-ebda differenzi importatnti b’mod kliniku fl-esponiment għal daratumumab bejn pazjenti b’indeboliment ħafif tal-fwied u dawk b’funzjoni normali tal-fwied. Analiżi PK addizzjonali ta’ popolazzjoni ta’ pazjenti b’majeloma multipla li rċivew daratumumab f’diversi terapiji ta’ kombinazzjoni kienet tinkludi 598 pazjent b’funzjoni normali tal-fwied, 83 pazjent b’indeboliment ħafif tal-fwied u

5 pazjenti b’indeboliment moderat (TB > 1.5 x sa 3.0 x ULN), jew sever (TB > 3.0 x ULN) tal-fwied.

Ma kienu osservati l-ebda differenzi importanti b’mod kliniku fl-esponiment għal daratumumab bejn pazjenti b’indeboliment tal-fwied u dawk b’funzjoni normali tal-fwied.

Razza

Abbażi tal-analiżi PK ta’ popolazzjoni b’monoterapija b’daratumumab, l-esponiment għal daratumumab kien jixxiebah bejn individwi bojod (n=197) u mhux bojod (n=26). F’analizi PK addizzjonali ta’ popolazzjoni f’pazjenti b’majeloma multipla li rċivew daratumumab flimkien ma’ diversi terapiji ta’ kombinazzjoni, l-esponiment għal daratumumab kien ukoll jixxiebah bejn individwi bojod (n = 558) u mhux bojod (n = 136).

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Dejta dwar tossikoloġija nkisbet minn studji b’daratumumab fiċ-ċimpanzis u b’sostituzzjoni tal- antikorp anti-CD38 f’xadini cynomolgus. Ma sarux testijiet dwar tossiċità kronika.

Karċinoġeniċità u mutaġeniċità

Ma saru l-ebda studji fl-annimali biex jiddeterminaw il-possibbiltà kanċeroġenika ta’ daratumumab.

Tossiċità tar-riproduzzjoni

Ma saru l-ebda studji fl-annimali biex jistmaw l-effetti possibli ta’ f daratumumab fuq ir-riproduzzjoni jew l-iżvilupp.

Fertilità

Ma saru l-ebda studji fl-annimali biex jiddeterminaw l-effetti possibbli fuq il-fertilità fl-irġiel jew fin- nisa.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Glacial acetic acid

Mannitol

Polysorbate 20

Sodium acetate trihydrate

Sodium chloride

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Kunjetti mhux miftuħa 18-il xahar

Wara d-dilwizzjoni

Mill-aspett mikrobijoloġiku, ħlief jekk il-metodu li bih jinfetaħ/jiġi ddilwit ma jeskludix ir-riskju ta’ kontaminazzjoni bil-mikrobi, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament il-ħinijiet u l-kundizzjonijiet tal-ħażna qabel u waqt l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min ikun qed jużah u s-soltu ma jkunux aktar minn 24 siegħa f’kundiżzjonijiet tal-friġġ ta’ (2 °C-8 °C) protetti mid-dawl, segwiti minn 15-il siegħa (li jinkludi l-ħin tal-infużjoni) f’temperatura (15°C-25°C) u dawl ambjentali.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2 °C-8 °C).

Tpoġġiħx fil-friża.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

5 mL ta’ konċentrat fi ħġieġ tat-Tip 1 b’tapp elastomeriku u siġill tal-aluminju b’buttuna li tinqala’ faċilment li fih 100 mg ta’ daratumumab. Daqs tal-pakkett ta’ kunjett 1.

20 mL ta’ konċentrat fi ħġieġ tat-Tip 1 b’tapp elastomeriku u siġill tal-aluminju b’buttuna li tinqala’ faċilment li fih 400 mg ta’ daratumumab. Daqs tal-pakkett ta’ kunjett 1.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Dan il-prodott mediċinali qiegħed biex jintuża darba biss.

Ipprepara s-soluzzjoni għall-infużjoni bl-użu tat-teknika asettika kif ġej:

Ikkalkula d-doża (mg) u l-volum totali (mL) meħtieġa tas-soluzzjoni ta’ DARZALEX u n- numru ta’ kunjetti ta’ DARZALEX meħtieġa abbażi tal-piż tal-pazjent.

Iċċekkja li s-soluzzjoni ta’ DARZALEX tkun minn bla kulur sa safra. Tużahiex jekk ikun fiha frak opak, telf ta’ kulur jew frak ieħor.

Bl-użu tat-teknika asettika, neħħi volum ta’ 0.9% Sodium Chloride mill-borża/kontenitur tal- infużjoni li huwa daqs il-volum meħtieġ tas-soluzzjoni ta’ DARZALEX.

Iġbed l-ammont meħtieġ ta’ soluzzjoni ta’ DARZALEX u ddilwixxi għall-volum li suppost billi żżidu ġol-borża/kontenitur tal-infużjoni li fih 0.9% Sodium Chloride (ara sezzjoni 4.2). Il- boroż/kontenituri tal-infużjoni għandhom ikunu magħmula mill-polyvinylchloride (PVC), polypropylene (PP), polyethylene (PE) jew minn taħlita ta’ polyolefin (PP+PE). Iddilwixxi f’kundizzjonijiet asettiċi xierqa. Armi kwalunkwe porzjon li jkun għad fadal fil-kunjett.

Bil-mod aqleb il-borża/kontenitur tal-infużjoni ta’ taħt fuq biex tħallat is-soluzzjoni. Tħawwadhiex.

Qabel l-għoti ifli prodotti mediċinali parenterali għal frak u telf ta’ kulur. Is-soluzzjoni ddilwita tista tiżviluppa frak irqiq ħafna tal-proteina minn trasparenti sa abjad, minħabba li daratumumab huwa proteina. Tużax jekk ikun osservat fih frak li jidher opak, telf ta’ kulur jew frak ieħor.

Minħabba li DARZALEX ma fihx preservattiv, is-soluzzjonijiet iddilwiti għandhom jingħataw fi żmien 15-il siegħa (li jinkludi l-ħin tal-infużjoni) f’temperatura (15°C-25°C) u dawl ambjentali.

Jekk ma jintużawx immedjatament, qabel l-għoti, is-soluzzjoni ddilwita tista’ tinħażen sa 24 siegħa f’kundizzjonijiet ta’ friġġ (2°C-8°C) u protetta mid-dawl. Tpoġġihiex fil-friża.

Agħti s-soluzzjoni ddilwita permezz ta’ infużjoni bl-użu ta’ sett tal-infużjoni mgħammar b’regulatur tal-fluss u b’filter fil-pajp, sterili, mhux piroġeniku, li jintrabat ftit mal-proteini magħmul minn polyethersulfone (PES) (daqs tal-por 0.22 jew 0.2 mikrometru). Għandhom jintużaw settijiet tal-għoti tal-polyurethane (PU), polybutadiene (PBD), PVC, PP jew PE.

Tagħtix infużjoni ta’ DARZALEX ma’ sustanzi oħra fl-istess waqt mill-istess pajp ġol-vina.

Taħżinx kwalunkwe porzjon tas-soluzzjoni għall-infużjoni mhux użat biex jerġa’ jintuża. Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Janssen-Cilag International NV

Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse

Il-Belġju

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/16/1101/001

EU/1/16/1101/002

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 20 ta’ Mejju 2016

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati