Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Deltyba (delamanid) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - J04AK06

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaDeltyba
Kodiċi ATCJ04AK06
Sustanzadelamanid
ManifatturOtsuka Novel Products GmbH

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata.> Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Deltyba 50 mg pilloli miksija b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola miksija b’rita fiha 50 mg delamanid.

Eċċipjent b’effett magħruf: kull pillola miksija b’rita fiha 100 mg lactose (bħala monohydrate).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita (pillola).

Pillola miksija b’rita tonda, u ta’ lewn isfar.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Deltyba huwa indikat bħala parti minn programm ta’ kura kkombinata xierqa għal tuberkulosi pulmonari reżistenti għal diversi mediċini (MDR-TB) f’pazjenti adulti meta programm ta’ kura effettiv ma jistax jiġi kompost mod ieħor għal raġunijiet ta’ reżistenza jew tolerabilità (ara sezzjonijiet 4.2, 4.4 u 5.1).

Għandha tingħata konsiderazzjoni lill-gwida uffiċjali dwar l-użu xieraq ta’ sustanzi antibatteriċi.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-trattament b’delamanid għandu jinbeda u jiġi sorveljat minn tabib b’esperjenza fil-ġestjoni ta’ Mycobacterium tuberculosi reżistenti għal diversi mediċini.

Delamanid għandu dejjem jingħata bħala parti minn programm ta’ kura kkombinata u xierqa għal trattament ta’ tuberkolosi reżistenti għal diversi mediċini (MDR-TB) (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1). It-trattament bi programm ta’ kura kkombinata u adattata għandu jitkompla wara li jintemm il-perjodu ta’ 24 ġimgħa ta’ trattament b’delamanid skont il-linji gwida tal-WHO.

Huwa rakkomandat li delamanid għandu jingħata b’terapija osservata direttament (DOT-Directly Observed Therapy).

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata għall-adulti hi ta’ 100 mg darbtejn kuljum, għal 24 ġimgħa.

Pazjenti anzjani (> 65 sena)

M’hemmx informazzjoni disponibbli għall-anzjani.

Indeboliment tal-kliewi

L-ebda aġġustament fid-doża ma huwa kkunsidrat meħtieġ f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi ħafif jew moderat. M’hemmx tagħrif dwar l-użu ta’ delamanid f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi sever u l-użu tiegħu mhux rakkomandat (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Indeboliment tal-fwied

L-ebda aġġustament fid-doża ma huwa kkunsidrat meħtieġ f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied ħafif. Delamanid mhux rakkomandat f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied minn moderat sa sever (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2)

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u effikaċja ta’ delamanid fit-tfal u fl-adolexxenti taħt it-18-il sena ma ġewx determinati s’issa. M’hemmx informazzjoni disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għall-użu orali

Delamanid għandu jittieħed mal-ikel.

4.3Kontraindikazzjonijiet

-Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati f’sezzjoni 6.1.

-Albumina fis-serum < 2.8 g/dL (ara sezzjoni 4.4 dwar l-użu f’pazjenti li għandhom albumina fis-serum ta’ ≥2.8 g/dL)

It-teħid ta’ prodotti mediċinali li huma sensibilizzaturi qawwija ta’ CYP3A4 (eż. carbamazepine).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

M’hemmx tagħrif dwar trattament b’delamanid li ntuża għal aktar minn 24 ġimgħa konsekuttiva.

M’hemmx tagħrif kliniku dwar l-użu ta’ delamanid fil-kura ta’

-tuberkulosi ekstra pulmonari (eż. sistema nervuża ċentrali, għadam)

-infezzjonijiet minħabba speċi ta’ Mycobatterja għajr dawk tal-kumpless M. tuberculosis

-infezzjoni moħbija b’M. tuberculosis

M’hemmx tagħrif kliniku dwar l-użu ta’ delamanid bħala parti mill-programmi ta’ kura ta’ kombinazzjoni użati biex jikkuraw M.tuberculosi suxxettibbli għal mediċina.

Delamanid għandu jintuża biss flimkien ma’ programm ta’ kombinazzjoni xieraq ta’ kura għal trattament ta’ MDR-TB kif rakkomandat mill-WHO sabiex jiġi evitat li tiżviluppa reżistenza għal delamanid.

Kien hemm reżistenza għal delamanid waqt it-trattament. Ir-riskju ta’ għażla għal reżistenza ta’ delamanid jidher li jiżdied meta jintuża ma’ ftit sustanzi li huma previsti li jkunu attivi u/jew meta dawn is-susttanzi ma kinux fost dawk maħsuba l-aktar effettivi kontra M. tuberculosis. Barra minn hekk, tagħrif kliniku ristrett jindika li ż-żieda ta’ delamanid ma’ programmi ta’ kura għall-kura ta’ MDR-TB li kienu reżistenti għal ripampicin u isoniazid imma pjuttost suxxettibbli, ipprovdew l-ogħla effikaċja filwaqt li l-użu ta’ delamanid bħala parti mill-aħjar programmi ta’ kura disponibbli għat-trattament ta’ XDR-TB kien assoċjati mal-inqas effikaċja.

Titwil tal-QT

It-titwil ta’ QT ġie osservat f’pazjenti trattati b’delamanid. Dan it-titwil jiżdied bil-mod maż-żmien fl-ewwel 6-10 ġimgħat ta’ kura, u jibqa’ stabbli wara dan. It-titwil ta’ QT huwa korelatat mill-qrib ħafna mal-metabolit ewlieni ta’ delamanid DM-6705. L-albumina fil-plażma u CYP3A4 jirregolaw il-formazzjoni u l-metaboliżmu ta’ DM-6705 eispettivament (ara Konsiderazzjonijiet Speċjali hawn isfel).

Il-kobor tal-effett ta’ titwil tal-intervall ta’ QT

Fi studju bil-plaċebo bħala kontroll f’pazjenti b’MDR-TB li rċevew 100 mg delamanid darbtejn kuljum iż- żidiet medji tal-plaċebo kkoreġuti fi QTcF mil-linja bażi kienu ta’ 7.6 ms fl-ewwel xahar u 12.1 ms wara xahrejn. 3 % tal-pazjenti esperjenzaw żieda ta’ 60 ms jew aktar f’xi waqt tal-prova u pazjent 1 esebixxa intervall ta’ QTcF > 500 ms (ara sezzjoni 4.8). L-ebda każ ta’ Torsades de Pointes jew każijiet suġġestivi relatati b’mod temporarju ma’ proarritmiji ma seħħew.

Konsiderazzjonijiet ġenerali

Huwa rakkomandat li elettrokardjogrammi (ECG) għandhom jinkisbu qabel ma jinbeda t-trattament b’delamanid u għal kull xahar matul il-kors sħiħ tal-kura b’delamanid. Jekk tiġi osservata QTcF> 500 ms jew qabel l-ewwel doża ta’ delamanid jew matul it-trattament b’delamanid, il-kura b’delamanid jew m’għandhiex tinbeda jew għandha titwaqqaf. Jekk it-tul tal-intervall ta’ QTc jaqbeż 450/470 ms għal pazjenti rġiel/nisa matul il-kura b’delamanid, dawn il-pazjenti għandhom jiġu monitorati aktar ta’ spiss b’ECG. Huwa rakkomandat ukoll li l-elettroliti fis-serum, eż. potassju, jinkisbu fil-linja bażi u jiġu kkoreġuti jekk ma jkunux normali.

Konsiderazzjonijiet

Fatturi ta’ riskju kardijaku

It-trattament b’delamanid m’għandux jinbeda f’pazjenti bil-fatturi ta’ riskju li ġejjin, għajr meta l-benefiċċju possibbli ta’ delamanid jiġi kkonsidrat li jisboq ir-riskji potenzjali. Pazjenti bħal dawn għandhom ikollhom monitoraġġ frekwenti tal-ECG matul il-perjodu kollu ta’ kura b’delamanid.

-Titwil konġenitali magħruf tal-intervall tal-QT jew kull kondizzjoni klinika magħrufa li ttawwal l-intervall ta’ QTc > 500 ms.

-Storja ta’ arritmiji kardijaċi asintomatiċi jew bi bradikarja klinikament rilevanti.

-Kull predispożizzjoni ta’ kondizzjoni kardijaku għal arritmiji bħal pressjoni għolja severa, ipertrofija ventrikulari tax-xellug (li tinkludi kardjomijopatija ipertrofika) jew falliment kardijaku konġestiv akkumpanjat bi frazzjoni ta’ ħruġ imnaqqas mill-ventrikula tax-xellug.

-It-teħid ta’ prodotti mediċinali li huma magħrufa li jtawwlu l-intervall ta’ QTc. Dawn jinkludu (imma mhumiex ristretti għal):

-Antiarritmiċi (eż. amiodarone, disopyramide, dofetilide, ibutilide, procainamide, quinidine, hydroquinidine, sotalol).

-Newrolettiċi (eż. phenothiazines, sertindole, sultopride, chlorpromazine, haloperidol, mesoridazine, pimozide or thioridazine), sustanzi antidepressivi.

-Ċertu sustanzi amtimikrobijali, li jinkludu:

-makrolidi (eż. erythromycin, clarithromycin)

-moxifloxacin, sparfloxacin (ara sezzjoni 4.4 dwar l-użu ma’ fluoroquinolones oħra)

-sustanzi antifungali ta’ triazole

-pentamidine

-saquinavir

-Ċertu antistamini li mhumiex kalmanti (eż terfenadine, astemizole, mizolastine).

-Cisapride, droperidol, domperidone, bepridil, diphemanil, probucol, levomethadyl, methadone, alkalojdi ta’ vinca, arsenic trioxide.

Ipoalbuminemija

Fi studju kliniku il-preżenza ta’ ipoalbuminemija kienet assoċjata ma’ riskju ogħla fit-titwil tal-intervall QTc f’pazjenti kkurati b’delamanid. Delamanid huwa kontraindikat f’pazjenti b’livell t’albumina <2.8 g/dL (ara sezzjoni 4.3). Pazjenti li jibdew jieħdu delamanid b’albumin fis-serum ta’ <3.4 g/dL jew jesperjenzaw tnaqqis fl-albumina fis-serum f’din il-medda waqt it-trattament għandu jkollhom monitoraġġ tal-ECG frekwenti ħafna matul il-perjodu kollu ta’ trattament b’delamanid..

L-għoti flimkien ma’ impedituri qawwija ta’ CYP3A4

L-għoti flimkien ta’ delamanid ma’ impeditur qawwi ta’ CYP3A4 (lopinavir/ritonavir) kien assoċjat ma’ esponiment ta’ 30 % ogħla għall-metabolit DM-6705, li ġie assoċjat ma’ titwil fil-QTc.

Għalhekk jekk l-għoti konġunt ta’ delamanid ma’ impeditur qawwi ta’ CYP3A4 huwa kkonsidrat meħtieġ huwa rakkomandat li jkun hemm monitoraġġ frekwenti ħafna tal-ECG,matul il-perjodu kollu ta’ trattament b’delamanid.

L-għoti flimkien ta’ delamanid ma’ quinolones

It-titwil ta’ QTcF kollu ’l fuq minn 60 ms kien assoċjat bl-użu fl-istess ħin ma’ fluoroquinolone. Għalhekk, jekk l-għoti flimkien jiġi kkonsidrat li ma jistax jiġi evitat sabiex jinħoloq programm ta’ kura adegwat għal MDR-TB huwa rakkomandat li jkun hemm monitoraġġ frekwenti tal-ECG, matul il-perjodu kollu ta’ trattament b’delamanid.

Indeboliment tal-fwied

Deltyba mhux rakkomandat f’pazjenti b’indeboliment moderat sa sever tal-fwied (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Pazjenti infettati b’HIV

M’hemmx esperjenza dwar l-użu ta’ delamanid f’pazjenti li jkunu qed jirċievu terapija fl-istess waqt kontra HIV (ara sezzjoni 4.5).

Limitazzjoni tad-dejta fuq l-effikaċja ta’ delamanid

L-evidenza attwali hi derivata minn prova każwali b’kontrolli li damet sejra għal xahrejn u prova ta’ estensjoni miftuħa ta’ 6 xhur flimkien ma’ riżultati fuq terminu ta’ żmien twil miġbura fi tmiem it-trattament għal MDR-TB (ara sezzjoni 5.1).

Bijotrasformazzjoni u eliminazzjoni

Il-profil metaboliku sħiħ ta’ delamanid fil-bniedem ma ġiex eluċidat b’mod sħiħ (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.2) Għalhekk il-potenzjal ta’ interazzjonijiet bejn mediċina u oħra ta’ sinifikat kliniku li jistgħu jseħħu b’delamanid u l-konsegwenzi possibbli, li jinkludu l-effett sħiħ fuq l-intervall ta’ QTc, ma jistgħux jiġu previsti b’kunfidenza.

Eċċipjenti

Deltyba pilloli miksija b’rita fihom lactose. Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għal galactose, defiċjenza ta’ Lapp lactase jew assorbiment ħażin ta’ glucose-galactose m’għandhomx jieħdu din il- mediċina.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Il-profil metaboliku sħiħ u l-mod ta’ eliminazzjoni ta’ delamanid għadhom ma ġewx eluċidati b’mod sħiħ

(ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Effetti ta’ prodotti mediċinali oħra fuq Deltyba

Indutturi ta’ cytochrome P450 3A4

Studji kliniċi ta’ interazzjoni bejn mediċina u oħra fuq individwi b’saħħithom indikaw tnaqqis fl-esponiment għal delamanid, b’madwar 45% wara 15-il jum ta’ għoti konkomitanti tal-induttur ta’ cytochrome P450 (CYP) 3A4 (Rifampicin 300 mg kuljum) ma’ delamanid (200 mg kuljum). Ma ġie osservat l-ebda tnaqqis klinikament rilevanti fl-esponiment ta’ delamanid bl-induttur dgħajjef efavirenz meta ngħata f’doża ta’ 600 mg kuljum għal 10 ijiem flimkien ma’ delamanid 100 mg darbtejn kuljum.

Mediċini anti-HIV

Fi studji kliniċi ta’ interazzjoni bejn mediċina u oħra fuq individwi b’saħħithom, delamanid ġie mogħti waħdu (100 mg darbtejn kuljum) u ma tenofovir (300 mg kuljum) jew lopinavir/ritonavir (400/100 mg) għal

14-il jum u b’efavirenz għal 10 ijiem (600 mg kuljum). L-esponiment ta’ delamanid ma nbidlitx (differenza ta’inqas minn 25%) mal-mediċini ta’ kontra l-HIV, tenofovir u efavirenz iżda żdied bi ftit bil-kombinazzjoni tal-mediċina kontra l-HIV li kien fiha lopinavir/ritonavir.

Effetti ta’ Deltyba fuq prodotti mediċinali oħra

Studji in-vitro wrew li delamanid ma jimpedixxix l-isoenzimi ta’ CYP450.

Studji in-vitro wrew li delamanid u l-metaboliti ma kellhomx effett fuq it-trasportaturi MDR1 (p-gp), BCRP, OATP1, OATP3, OCT1, OCT2, OATP1B1, OATP1B3 u BSEP, f’konċentrazzjonijiet ta’ madwar 5 sa 20

darba aktar mis-Cmax fi stadju fiss. Madanakollu, peress li l-konċentrazzjonijiet fl-imsaren jistgħu jkunu potenzjalment akbar minn dawn il-moltepliċi tas-Cmax, hemm potenzjal għal delamanid li jkollu effett fuq dawn it-trasporaturi.

Mediċini ta’ kontra t-Tuberkolosi

Fi studju kliniku ta’ interazzjoni bejn mediċina u oħra f’individwi b’saħħithom, delamanid ingħata waħdu

(200 mg kuljum) u ma rifampicin/isoniazid/pyrazinamide (300/720/1800 mg kuljum) jew ethambutol (1100 mg kuljum) għal 15-il jum. L-esponiment ta’ mediċini konkomitanti ta’ mediċini anti-TB (rifampicin [R]/isoniazid [H]/pyrazinamide [Z]) ma ġiex affettwat. L-għoti flimkien ma’ delamanid żied b’mod sinifikanti il-konċentrazzjonijiet fil-plażma fi stat fiss ta’ ethambutol b’madwar 25%, bir-rilevanza klinika mhix magħrufa.

Mediċini anti-HIV

Fi studju kliniku ta’ interazzjoni bejn mediċina u oħra f’individwi b’saħħithom, delamanid ingħata waħdu

(100 mg darbtejn kuljum) u tenofovir (300 mg), lopinavir/ritonavir (400/100 mg) għal 14-il jum u ma’ efavirenz għal 10 ijiem (600 mg kuljum). Delamanid mogħti f’kombinazzjoni mal-mediċini ta’ kontra l-HIV, tenofovir, lopinavir/ritonavir u efavirenz, ma affettwax l-espożizzjoni għal dawn il-prodotti mediċinali.

Prodotti mediċinali bil-potenzjal li jtul il-QTc

Attenzjoni għandha tingħata meta jintuża delamanid f’pazjenti li diġà qed jirċievu mediċini assoċjati mat-titwil ta’ QT (ara sezzjoni 4.4). L-għoti fl-istess waqt ta’ moxifloxacin u delamanid f’pazjenti b’MDR-

TB ma ġiex studjat. Moxifloxacin mhux rakkomandat għall-użi f’pazjenti trattati b’delamanid.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx biss dejta limitata dwar l-użu ta’ delamanid f’nisa tqal.

Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3).

Deltyba mhux irrikkmandat f’nisa tqal jew f’nisa li jista’ jkollhom it-tfal sakemm ma jkunux qed jużaw kontraċettivi affidabbli.

Treddigħ

Mhuwiex magħruf jekk dan il-prodott mediċinali jew il-metaboliti tiegħu humiex eliminati fil-ħalib uman.

Dejta farmakokinetika fl-annimali uriet li kien hemm eliminazzjoni ta’ delamanid u/jew il-metaboliti fil-

ħalib tas-sider. Minħabba li riskju potenzjali għat-tarbija li qed titredda’ ma jistax jiġi eskluż, hu rakkomandat li nisa m’għandhomx ireddgħu waqt it-trattament b’ Deltyba.

Fertilità

Deltyba ma kellu l-ebda effett fuq il-fertilità tal-irġiel u n-nisa fl-annimali (ara sezzjoni 5.3). Mhemmx tagħrif kliniku dwar l-effetti ta’ delamanid fuq il-fertilità fil-bniedem.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem makkinarju. Madankollu, il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex ma jsuqux jew iħaddmu magni jekk iħossu xi reazzjoni avversa b’impatt potenzjali fuq il-ħila biex iwettqu dawn l-attivitajiet (eż. uġigħ ta’ ras u rogħda huma komuni ħafna).

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Il-frekwenza tar-reazzjonijiet avversi tal-mediċina deskritti hawn taħt huwa bbażat fuq tagħrif minn fuq prova klinika double-blind bil-kontrolli li kienet tinvolvi 481 pazjent b’MDR-TB li minnhom 321 pazjent rċevew delamanid flimkien ma’ Programm ta’ Kura Ottimizzat fl-Isfond [OBR-Optimised Background Regimen]. Minħabba d-daqs limitat ta’ dan is-sett ta’ tagħrif attwalment mhux possibbli li wieħed ikun jista’ jiddiverenzja bejn terapija ta’ OBR u delamanid bħala kawża tar-reazzjonijiet avversi msemmija hawn isfel.

It-titwil tal-intervall tal-elettrokardjogramma ta’ QTc ġie identifikat bħala t-tħassib ewlieni dwar is-sigurtà fit-trattament b’delamanid (ara wkoll sezzjoni 4.4). Fattur kontribwenti ewlieni għal titwil fl-intervall ta’ QTc hu ipoalbuminemija (partikularment meta jkun anqas minn 2.8 g/dl). Reazzjonijiet avversi importanti oħra marbuta mal-mediċina huma l-ansjetà, paraestesija u rogħda.

L-aktar reazzjonijiet avversi għall-mediċina frekwenti osservati f’pazjenti trattati b’delamanid (i.e. inċidenza > 10%) huma dardir (38.3 %), rimettar (33 %), u sturdament (30.2%).

Lista f’għamla tabulari ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi elenkati fit-tabella t’hawn isfel kienu rapportati f’tal-anqas 1 mill-321 pazjent li rċevew delamanid fil-prova klinika double blind fejn il-plaċebo intuża bħala kontroll t’hawn fuq. Ir-reazzjonijiet avversi għal mediċina huma elenkati skont is-Sistema tal-Klassifika tal-Organi u t-Terminu

Preferut. Fi ħdan kull Sistema tal-Klassifika tal-Organi, reazzjonijiet avversi huma elenkati skont kategoriji ta’ frekwenza ta’ komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 sa <1/10), mhux komuni ( ≥ 1/1, 000 sa <1/100),

rari ( ≥ 1/10, 000 sa <1/1, 000 ), rari ħafna (<1/10, 000) u mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). Fi ħdan kull ragruppament ta’ frekwenzi, ir-reazzjonijiet avversi huma ppreżentati f’ordni ta’ serjetà dejjem tonqos.

Tabella: Reazzjonijiet avversa tal-mediċina għal delamanid

Sistema

Frekwenza

Frekwenza

Frekwenza

tal-Klassifika

mhux komuni

komuni

komuni ħafna

tal-Organi

 

 

 

Infezzjonijiet u

Herpes zoster

 

 

infestazzjonijiet

Kandidijasi orofarinġeali

 

 

 

Tinea versicolor*

 

 

Disturbi

Lewkopenija

Anemija*

Retikuloċitosi

tad-demm u

Tromboċitopenija

Eosinofilja*

 

tas-sistema

 

 

 

limfatika

 

 

 

Disturbi fil-

Deidrazzjoni

Ipertrigliċeridemija

Ipokalemija

metaboliżmu u

Ipokalċemija

 

Tnaqqis fl-aptit

tan-nutrizzjoni

Iperkolesterolemija

 

Iperurikemija*

Disturbi

Aggressjoni

Disturb psikotiku

Nuqqas ta’ irqadt

psikjattriċi

Disturb delużjonali,

Agitazzjoni

 

 

Disturb ta’ paniku ta’ tip

Ansjetà u disturbi ta’

 

 

persekutorju,

ansjetà

 

 

Disturb t’aġġustament b’burdata

Dipressjoni u burdata

 

 

depressa

depressa

 

 

Newrosi

Irrikwitezza

 

 

Disforja

 

 

 

Disturb mentali

 

 

 

Disturb tal-irqadt

 

 

 

Żieda fil-ħajra sesswali*

 

 

Disturbi

Letarġija

Newropatija periferali

Sturdament*

fis-sistema

Disturb tal-bilanċ

Ħedla*

Uġigħ ta’ ras

nervuża

Uġigħ radikulari

Ipoestesija

Paraestesija

 

Irqad ta’ kwalità ħażina

 

Rogħda

Disturbi

Konġunktivitè allerġika*

Għajnejn xotti*

 

fl-għajnejn

 

Fotofobija

 

Disturbi

 

Uġigħ fil-widna

Tinnite

fil-widnejn u

 

 

 

fis-sistema

 

 

 

labirintika

 

 

 

Disturbi fil-qalb

L-ewwel grad ta’ inblokk

 

Palpitazzjonijiet

 

atrijoventrikulari

 

 

 

Ekstrasistols ventrikulari*

 

 

 

Ekstrasistols supraventrikulari

 

 

Disturbi vaskulari

 

Pressjoni għolja

 

 

 

Pressjoni baxxa

 

 

 

Ematoma*

 

 

 

Fwawar sħan*

 

Disturbi

 

Dispnea

Emoptisi

respiratorji,

 

Sogħla

 

toraċiċi u

 

Uġigħ orofarinġeali

 

medjastinali

 

Irritazzjoni tal-griżmejn

 

 

 

Griżmejn xotti*

 

 

 

Rinorea*

 

Disturbi

Disfaġja

Gastrite*

Remettar

gastrointestinali

Paraestesja orali

Stitikezza*

Dijarea*

 

Tenerezza addominali*

Uġigħ addominali

Tqalligħ

 

 

Uġigħ addominali fil-

Uġigħ addominali fil-

 

 

parti t’isfel

naħa ta’ fuq

 

 

Dispepsja

 

 

 

Dwejjaq addominali

 

Distirbi fil-fwied

Funzjoni tal-fwied abnormali

 

 

u fil-marrara

 

 

 

Disturbi fil-ġilda

Alopeċja*

Dermatite

 

u fit-tessuti ta’

Follikulitè pustulari

Urtikarja

 

taħt il-ġilda

eosinofilika*

Raxx bil-ħakk*

 

 

Ħakk ġeneralizzat*

Ħakk*

 

 

Raxx eritematuż

Raxx makulo-papulari*

 

 

 

Raxx*

 

 

 

Akne

 

 

 

Iperħidrosi

 

Disturbi

 

Osteokondrosi

Artralgja*

muskoluskeletriċi

 

Dgħufija muskolari

Mijalġja*

u tat-tessut

 

Uġigħ

 

konnettiv

 

muskoluskeletriku*

 

 

 

Uġigħ fil-ġenb

 

 

 

Uġigħ fl-estremità

 

Disturbi fil-kliewi

Żamma urinarja

Ematurja*

 

u fis-sistema

Dajsurja*

 

 

urinarja

Nokturja

 

 

Disturbi ġenerali

Tħossok sħun

Deni*

Astenja

u kondizzjonijiet

 

Uġigħ fis-sider

 

ta’ mnejn jingħata

 

Tħossok ma tiflaħx

 

 

 

Dwejjaq fis-sider*

 

 

 

Edema periferali*

 

Investigazzjonijiet

Dipressjoni fis-segment ST

Żieda tal-kortisol fid-

Titwil fil-QT

 

tal-elettrokardjogramma

demm

tal-elettrokardjogramma

 

Żieda fit-transaminases*

 

 

 

Titwil fl-activated partial

 

 

 

thromboplastin time*

 

 

 

Livelli ogħla ta’ gamma-

 

 

 

glutamyltransferase*

 

 

 

Tnaqqis tal-kortisol fid-demm

 

 

 

Pressjoni tad-demm ogħla

 

 

** Il-frekwenza ta’ dawn il-każijiet kien inqas baxx fil-grupp ta’ delamanid ikkombinat ma’ OBR meta mqabbel mal-grupp tal-plaċebo ma’ OBR.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Titwil tal-intervall tal-ECG QT

QT b’elettrokardjogramma mtawwal kien rapportat f’9.9% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu delamanid f’doża ta’ 100 mg darbtejn kuljum (kategorija ta’ frekwenza komuni) meta mqabbel ma’ 3.8% tal-pazjenti li rċevew plaċebo + OBR. Dan l-ADR ma kienx akkumpanjat b’sintomi kliniċi. L-inċidenza ta’ intervall ta’ QTcF >

500 msek ma kienx komuni u ġie osservat f’pazjent wieħed buss (1/321 pazjenti). Ma ġewx osservati sintomi kliniċi li akkumpanjaw dawn u l-każ ġie riżolt.. Total ta’ 12/321 pazjent fid-doża totali ta’ delamanid darbtejn kuljum + il-grupp ta’ OBR kellhom bidla fil-QTcF ta’ > 60 ms kontra 0% tal-plaċebo + OBR. Il- preżenza ta’ ipoalbuminemija kien assoċjat ma’ riskju ogħla ta’ titwil tal-intervall ta’ QTc (ara sezzjoni 4.4). It-titwil tal-intervall ta’ QTc ġie identifikat bħala t-tħassib ewlieni dwar is-sigurtà fit-trattament b’delamanid.

Dan jirriżulta fil-kontraindikazzjoni deskritta f’sezzjoni 4.3 u fit-twissijiet ta’ sezzjoni 4.4. Fatturi kontribwenti maġġuri għal titwil fl-intervall ta’ QTc huma ipoalbuminemija (partikularment meta jkun anqas minn 2.8 mg/dl) u ipokalemija. Għalhekk monitoraġġ ta’ spiss ħafna tal-livelli ta’ albumina, elettroliti fis- serum u tal-ECG huwa rakkomandat.

Palpitazzjonijiet

Għal pazjenti li jirċievu 100 mg delamanid + OBR darbtejn kuljum, il-frekwenza kienet ta’ 8.1 % (kategorija ta’ frekwenza, komuni) meta mqabbla ma’ frekwenza ta’ 6.3 % f’pazjenti li jirċievu plaċebo +OBR darbtejn kuljum.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*.

4.9Doża eċċessiva

L-ebda każ ta’ doża eċċessiva b’delamanid ma ġie osservat fi prova klinika. Madankollu, tagħrif addizzjonali

kliniku wera li f’pazjenti li rċevew 200 mg darbtejn kuljum, i.e total ta’ 400 mg delamanid kuljum, il-profil tas-sigurtà globali huwa komparabbli ma’ dak ta’ pazjenti li qed jirċievu d-doża rakkomandata ta’ 100 mg darbtejn kuljum. Minkejja dan, xi reazzjonijiet kienu osservati fi frekwenza ogħla u r-rata ta’ titwil

ta’ QT żdidiet f’manjiera li kienet marbuta mad-doża.

Trattament ta’ doża eċċessiva għandha tinvolvi miżuri immedjati biex jitneħħa delamanid mill-passaġġ gastrointestinali u kura ta’ appoġġ kif meħtieġ. Għandu jsir monitoraġġ frequent tal-ECG.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antimikobatterjali, antibijotiċi, Kodiċi ATC: J04AK06.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Il-mod t’azzjoni farmakoloġika ta’ delamanid jinvolvi l-impediment tas-sintesi tal-komponenti tar-riti ċellulari mikobatteriċi, methoxy-mycolic u ketomycolic acid. Il-metaboliti identifikati ta’ delamanid ma jurux attività antimikobatterika.

Attività kontra patoġeni speċifiċi

Delamanid m’għandux attività in vitro kontra speċi oħra ta’ mikobatterja.

Reżistenza

Mutazzjoni f’wieħed mill-5 koenzimi ta’ ġeni ta’ F420 hija ssuġġerita bħala l-mekkaniżmu għar-reżistenza kontra delamanid għal mikobatterja. Fil-mikobatterja, il-frekwenzi in vitro għal reżistenza spontanja ta’ delamanid kienu simili għal dawk għal isoniazid, u kienu ogħla minn dawk ta’ rifampicin. Reżistenza għal delamanid ġiet dokumentata li sseħħ waqt it-trattament (ara sezzjoni 4.4). Delamanid ma jurix reżistenza inkroċjata ma xi wieħed mill-mediċini ta’ kontra t-tuberkolosi attwalment użati.

Punti ta’ referenza għal testijiet ta’ suxxetibilità

Fi provi kliniċi ir-reżistenza għal delamanid ġiet mfissra bħala kull tkabbir fil-preżenza ta’ konċentrazzjoni ta’ delamanid ta’ 0.2 μg/mL li hu ogħla minn 1% minn dak ta’ kulturi ta’ kontroll ħielsa minn mediċini fuq medium 7H11 ta’ Middlebrook 7H11.

Tagħrif minn studji kliniċi

Fi studju wieħed bi prova li kienet double blind, ikkontrollat bi plaċebo 161 pazjent b’MDR-TB rċevew trattament għal 8 ġimgħat b’delamanid 100 mg kuljum flimkien ma’ programm ta’ kura OBR rakkomandat mill-WHO b’mod individwali.

Il-konverżjoni tal-isputum fuq xahrejn (SCC –sputum conversion) (jiġifieri it-tkabbir ta’ Mycobacterium tuberculosis għall-ebda tkabbir matul l-ewwel xahrejn) osservata fost dawk il-pazjenti li kellhom riżultat pożittiv ta’ kultura tal-isputum fil-linja bażi hi mniżżla hawn isfel għal delamanid flimkien ma’ OBR u plaċebo flimkien ma’ gruppi ta’ trattament ta’ OBR:

 

Pazjenti magħżula b’mod każwali

Pazjenti magħżula b’mod

 

għal 100 mg BID + OBR

każwali għal Plaċebo + OBR

 

 

 

SCC f’ MGIT® n/N (%)

64/141 (45.4%)

37/125 (29.6%)

SCC fuq midja solida n/N (%)

64/119 (53.8%)

38/113 (33.6%)

MGIT® Sistema tal-midja likwida li tindika Żvilupp ta’ Mikobatterja fit-tubu indikatur [Mycobacterium growth indicator tube liquid media system]

n= individwi b’SCC wara xahrejn

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’Deltyba f’wieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika (fit-trattament ta’ tuberkolosi reżistenti għal diversi mediċini) (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

Dan il-prodott mediċinali kien awtorizzat taħt dik li tissejjaħ skema ta’ ‘approvazzjoni kondizzjonali’. Dan ifisser li għad trid tingħata aktar evidenza dwar dan il-prodott mediċinali.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ser tirrevedi l-informazzjoni l-ġdida dwar dan il-prodott mediċinali gћallinqas darba fis-sena u ser taġġorna dan is-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott, skont il-bżonn.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Il-bijodisponibilità orali ta’ delamanid titjib meta jingħata ma ikla standard b’madwar 2.7 darbiet meta mqabbla ma’ kondizzjonijiet ta’ sawm. L-espożizzjoni ta’ delamanid fil-plażma tiżdid inqas mill- proporzjonalità ta’ doża li tiżdied.

Distribuzzjoni

Delamanid jingħaqad b’mod qawwi mal-proteini fil-plażma kollha b’rabta ma’ proteini totali ta’ ≥99.5%. Delamanid għandu volum apparenti kbir ta’ distribuzzjoni (Vz/F ta’ 2,100 L).

Bijotrasformazzjoni

Delamanid huwa prinċipalment metabolizzat bl-albumina fil-plażma u fi grad inqas minn CYP3A4. Il-profil metaboliku sħiħ ta’ delamanid għadu mhux spjegat b’mod ċar, u jista’ jkun hemm potenzjal ta’ interazzjonijiet għal mediċina ma’ mediċini oħra koamministrati, jekk metaboliti mhux magħrufa sinifikanti jiġu skoperti. Il-metaboliti identifikati ma jurux attività antimikobatterika imma xi wħud jikkontribwixxu

għat-titwil ta’ QTc, prinċipalment minħabba DM-6705. Konċentrazzjonijiet tal-metaboliti identifikati jiżdiedu progressivament għal stadju fiss wara 6 sa 10 ġimgħat.

Eliminazzjoni

Delamanid jisparixxi mill-plażma b’ t1/2 of 30-38 siegħa. Delamanid ma jiġix eliminat fl-awrina.

Popolazzjonijiet speċjali

Popolazzjoni pedjatrika

Ma sarux studji fuq pazjenti pedjatriċi.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

Inqas minn 5 % tad-doża orali ta’ delamanid tiġi rkuprata fl-awrina. Indeboliment tal-kliewi ħafif

(50 mL/min < CrCLN < 80 mL/min) ma jidhirx li jaffettwa l-esponiment ta’ delamanid. Għalhekk l-ebda aġġustament fid-doża ma hija meħtieġa għal pazjenti b’indeboliment tal-kliewi ħafif jew moderat. Mhux magħruf jekk delamanid u l-metaboliti jitneħħewx b’mod sinjifikanti permezz ta’ emodijalisi jew dijalisi tal- peritonew.

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied

L-ebda aġġustament fid-doża ma hu kkonsidrat meħtieġ għal pazjenti b’indeboliment epatiku sever. Delamanid mhux rakkomandat biex jingħata lil pazjenti b’indeboliment minn moderat għal sever.

Pazjenti anzjani (≥ 65 sena)

L-ebda pazjent ta’ ≥ 65 sena ma ġie inkluż fil-provi kliniċi.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ effett tossiku fuq il-ġeni, riskju ta’ kanċer ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin . Delamanid u/jew il-metaboliti tiegħu għandhom il-potenzjal li jaffettwaw ir-ripolarizzazzjoni kardijaka permezz ta’ imblokk tal-kanali tal-potassju hERG. Fil-klieb, ġew osservati makrofaġi bir-ragħwa fit-tessut limfojdi ta’ diversi organi varji waqt studji ta’ tossiċità b’dożi ripetuti. Ir-riżultat intwera li huwa parzjalment riversibbli ; ir-rilevanza klinika ta’ dan ir-riżultat għadha mhix magħrufa. Studji dwar dożi ripetuti ta’ tossiċità fil-fniek urew effett inibitorju ta’ delamanid u/jew il-metaboliti tiegħu f’emboliżmu tad-demm dipendenti fuq il-vitamina K. Fil-fniek fi studji dwar ir-riproduzzjoni, tossiċità embrijo-fetali kienet osservata f’dożaġġi maternali. Dejta farmakokinetika fl-annimali uriet li kien hemm eliminazzjoni ta’ metaboliti ta’ delamanid fil-firien mreddgħa, is-Cmax ta’ delamanid fil-ħalib tas-sider ikun 4 darbiet ogħla minn dak fid-demm.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Il-qalba tal-pillola: Hypromellose phthalate Povidone all-rac-α-Tocopherol Cellulose, microcrystalline Sodium starch glycolate (tip A) Carmellose calcium

Silica, colloidal hydrated Magnesium stearate Lactose monohydrate

Il-kisi tal-pillola

Hypromellose

Macrogol 8000

Titanium dioxide

Talc

Iron oxide isfar (E172)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

5 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folja ta’ aluminju/aluminju: 40 pilloli.

48 pilloli.

Flixkun tal-ħġieġ ambra (tip III) b’għatu reżistenti għal ftuħ mit-tfal tal-polypropylene, b’kanestr(u/i) dessikant tal-polyester imdaħħal:

50 jew 300 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Otsuka Novel Products GmbH

Erika-Mann-Straße 21

80636 München

Il-Ġermanja

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/875/001-004

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJON

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 28 ta’ April 2014

Data tal-aħħar tiġdid: 3 ta’ Marzu 2017

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

<{XX/SSSS}>

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati