Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Desloratadine ratiopharm (desloratadine) - R06AX27

Updated on site: 16-Sep-2017

Isem tal-MediċinaDesloratadine ratiopharm
Kodiċi ATCR06AX27
Sustanzadesloratadine
Manifatturratiopharm GmbH

Desloratadine ratiopharm

desloratadina

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni (EPAR) għal Desloratadine ratiopharm. Dan jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ivvaluta l-mediċina sabiex wasal għall-opinjoni favorevoli tiegħu li tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ Desloratadine ratiopharm.

X’inhu Desloratadine ratiopharm?

Desloratadine ratiopharm huwa mediċina li fiha s-sustanza attiva desloratadina. Jiġi f’pilloli (5mg).

Desloratadine ratiopharm huwa ‘mediċina ġenerika’. Dan ifisser li Desloratadine ratiopharm jixbah lill- ‘mediċina ta’ referenza’ diġà awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE) magħrufa bħala Aerius. Għal aktar tagħrif dwar il-mediċini ġeneriċi, ara d-dokument mistoqsijiet-u-tweġibiet hawnhekk.

Għal xiex jintuża Desloratadine ratiopharm?

Desloratadine ratiopharm jintuża biex itaffi s-sintomi tar-rinite allerġika (infjammazzjoni fil-passaġġi nażali kkawżata minn allerġija, pereżempju minn riħ tal-ħuxlief (hay fever) jew urtikarja (kundizzjoni fil-ġilda kkawżata minn allerġija, b’sintomi li jinkludu ħakk u ħorriqija).

Il-mediċina tinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib.

Kif tintuża Desloratadine ratiopharm?

Id-doża rakkomandata għal adulti u adoloxxenti (minn 12-il sena ’l fuq) hija 5 mg darba kuljum.

Kif jaħdem Desloratadine ratiopharm?

Is-sustanza attiva f’Desloratadine ratiopharm, id-desloratadina, hija sustanza antistaminika. Din taħdem billi timblokka r-riċetturi li s-soltu teħel fuqhom l-istamina, li hija sustanza fil-ġisem li tikkawża

© European Medicines Agency, 2012. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

sintomi allerġiċi. Meta r-riċetturi jkunu imblokkati, l-istamina ma jkunx jista’ jkollha effett, u dan iwassal għal tnaqqis fis-sintomi tal-allerġija.

Kif ġie studjat Desloratadine ratiopharm?

Billi Desloratadine ratiopharm huwa mediċina ġenerika, l-istudji ġew limitati għal testitjiet li jiddeterminaw il-bijoekwivalenza tiegħu mal-mediċina ta’ referenza Aerius. Żewġ mediċini jkunu bijoekwivalenti meta jipproduċu l-istess livelli tas-sustanza attiva fil-ġisem.

X’inhuma l-benefiċċji u r-riskji ta’ Desloratadine ratiopharm?

Ġaladarba Desloratadine ratiopharm huwa mediċina ġenerika u huwa bijoekwivalenti għall-mediċina ta’ referenza, jitqies li l-benefiċċji u r-riskji huma l-istess bħal dawk tal-mediċina ta’ referenza.

Għaliex ġie approvat Desloratadine ratiopharm?

Is-CHMP ikkonkluda li, skont ir-rekwiżiti tal-UE, intwera li l-kwalità ta’ Desloratadine ratiopharm hija kumparabbli mal-prodott mediċinali bijoekwivalenti Aerius. Għaldaqstant il-fehma tas-CHMP kienet li, bħal fil-każ ta’ Aerius, il-benefiċċji huma akbar mir-riskji identifikati. Il-Kumitat irrakkomanda li Desloratadine ratiopharm jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Aktar tagħrif dwar Desloratadine ratiopharm

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal Desloratadine ratiopharm fil-13 ta’ Jannar 2012.

L-EPAR sħiħ ta’ Desloratadine ratiopharm jinsab fis-sit tal-Aġenzija ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European Public Assessment Reports. Għal aktar informazzjoni rigward il- kura b’Desloratadine ratiopharm, aqra l-fuljett tat-tagħrif (huwa parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

L-EPAR sħiħ għall-mediċina ta’ referenza jinstab ukoll fis-sit elettroniku tal-Aġenzija.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’12-2011.

Desloratadine ratiopharm

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati