Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

DuoPlavin (clopidogrel / acetylsalicylic acid) – Fuljett ta’ tagħrif - B01AC30

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaDuoPlavin
Kodiċi ATCB01AC30
Sustanzaclopidogrel / acetylsalicylic acid
ManifatturSanofi Pharma Bristol-Myers Squibb SNC

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

DuoPlavin 75 mg/75 mg pilloli miksijin b’rita DuoPlavin 75 mg/100 mg pilloli miksijin b’rita clopidogrel/acetylsalicylic acid

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu DuoPlavin u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu DuoPlavin

3.Kif għandek tieħu DuoPlavin

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen DuoPlavin

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu DuoPlavin u gћalxiex jintuża

DuoPlavin fih clopidogrel u acetylsalicylic acid (ASA) u jifforma parti minn grupp ta’ mediċini msejħa prodotti mediċinali ta’ kontra l-plejtlets. Plejtlets huma strutturi żgħar ħafna fid-demm, li jinġemġħu flimkien waqt li jkun qed jagħqad id-demm. Il-prodotti mediċinali ta’ kontra l-plejtlets jilqgħu għal dan u jnaqqsu l-possibbiltajiet li jiffurmaw ċapep tad-demm (proċess imsejjaħ aterotrombożi).

DuoPlavin jittieħed mill-adulti biex ma jħallix li ċapep tad-demm jifformaw fl-arterji mwebbsin li jista’ jwassal għal avvenimenti aterotrombotiċi (bħal puplesija, attakk tal-qalb, jew mewt).

Ingħatajt DuoPlavin minflok ma tingħata żewġ mediċini separati, clopidogrel u ASA, biex jgħin biex ma jifformawx ċapep tad-demm u dan għaliex kellek uġigħ sever f’sidrek magħruf bħala ‘unstable angina’ jew ‘myocardial infarction’ (attakk ta’ qalb). Bħala kura għal din il-kundizzjoni t-tabib tiegħek seta’ poġġa stent fl-arterja misduda jew li djieqet biex iċ-ċirkolazzjoni effettiva tad-demm tiġi restawrata.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu DuoPlavin

Tiħux DuoPlavin:

jekk inti allerġiku/a għal clopidogrel, acetylsalicylic acid (ASA) jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

jekk inti allerġiku/a għal prodotti oħra msejħa prodotti anti-infjammatori li m’humiex sterojdi li ħafna drabi jintużaw għall-kura ta’ kundizzjonijiet ta’ uġigħ u/jew infjammatorji tal-muskoli jew tal-ġogi.

jekk għandek kundizzjoni medika li tinkludi l-ażma, tnixxija nażali (l-imnieħer iniżżel) u qarnit fl-imnieħer (tip ta’ tkabbir tal-mukoża ta’ l-imnieħer) kollha flimkien.

jekk tbati minn kundizzjoni medika li fil-preżent qiegħda tikkawża fsada, bħal ulċera fl- istonku jew fsada ġewwa l-moħħ.

jekk tbati minn mard sever tal-fwied;

jekk tbati minn mard sever tal-kliewi.

jekk qiegħda fl-aħħar trimestru tat-tqala

Twissijiet u prekawzjonijiet

Jekk xi sitwazzjoni msemmija hawn taħt tgħodd għalik, ħu parir tat-tabib tiegħek qabel tibda tieħu DuoPlavin:

jekk tinsab f’riskju ta’ emorraġija bħal:

kundizzjoni medika li tpoġġik f’riskju ta’ fsada interna (bħal ulċera fl-istonku).

mard fid-demm li jwassal għal fsada minn ġewwa (dmija f’xi tessuti, organi jew ġogi ta’ ġismek).

ferita serja riċenti.

operazzjoni riċenti (anki tas-snien).

operazzjoni li ser issirlek (anki tas-snien) fis-sebat ijiem li ġejjin.

jekk kellek xi embolu f’xi arterja tal-moħħ (puplesija iskemika) li seħħet f’dawn l-aħħar sebat ijiem.

jekk tbati minn mard tal-kliewi jew tal-fwied.

jekk għandek passat mediku ta’ ażma jew ta’ reazzjonijiet allerġiċi li jinkludu allerġija għal kwalunkwe mediċina użata fil-kura tal-marda tiegħek..

jekk għandek il-gotta.

jekk tixrob l-alkoħol, minħabba ż-żieda fir-riskju ta’ fsada jew ta’ ferita gastrointestinali.

jekk għandek kondizzjoni magħrufa bħala defiċjenza ta’ glucose-6-phosphate dehydrogenase (G6PD) minħabba r-riskju ta’ forma partikulari ta’ anemija (l-għadd taċ-ċelluli ħomor tad-demm ikun baxx).

Waqt li qed/a tieħu DuoPlavin:

Għandek tgħid lit-tabib tiegħek

-jekk ser issirlek xi operazzjoni (anki tas-snien)

-jekk għandek xi uġigħ fl-istonku jew fl-addome jew fsada fl-istonku jew fl-imsaren (l- ippurgar ikun aħmar jew iswed).

Għandek ukoll minnufih tgħid lit-tabib tiegħek jekk toħroġlok xi kundizzjoni medika magħrufa bħala Purpura Tromboċitopenika Trombotika jew PTT li tinkludi deni u tbenġil taħt il-ġilda li jista’ jidher bħala ponot zgħar ħomor flimkien ma’ jew mingħajr għeja kbira, konfużjoni, sfurija tal-ġilda jew tal-għajnejn (suffejra) li jkunu bla spjegazzjoni (ara sezzjoni 4).

Jekk taqta’ x’imkien jew tweġġa’, id-demm jista’ jdum aktar mis-soltu biex jieqaf. Dan huwa minħabba il-mod ta’ kif taħdem il-mediċina tiegħek minħabba li ma tħallix li jifformaw ċapep tad-demm. Ħafna drabi, għal qatgħat u weġgħat żgħar, eż. taqta’ lilek innifsek waqt li qed tqaxxar, dan ma jkunx importanti. Madankollu, jekk id-demm ikun qed jinkwetak, għandek minnufih tagħmel kuntatt mat-tabib tiegħek (ara sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’).

It-tabib jista’ jordnalek xi testijiet tad-demm

Tfal u adolexxenti

DuoPlavin m’għandux jintuża fit-tfal jew fl-adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena. Hemm il- possibbiltà ta’ assoċjazzjoni bejn acetylsalicylic acid (ASA) u s-sindromu ta’ Reye meta prodotti li fihom ASA jingħataw lit-tfal jew lill-adolexxenti li għandhom infezzjoni virali. Is-sindromu ta’ Reye hija marda rari ħafna li tista’ tkun fatali.

Mediċini oħra u DuoPlavin

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Xi mediċini oħra jistgħu jeffettwaw l-użu ta’ DuoPlavin u viċe-versa.

Għandek speċifikament tgħid lit-tabib tiegħek jekk tieħu

-mediċini li jistgħu jżidu r-riskju li inti jkollok xi fsada bħal:

osustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm li jittieħdu mill-ħalq, mediċini użati biex iraqqu d-demm,

o ASA jew mediċina oħra anti-infjammatorja li mhijiex sterojde, normalment użata biex jiġi ittrattat l-uġigħ u/jew kundizzjonijiet infjammatorji tal- muskoli jew tal-ġogi,,

o l-eparina jew xi mediċina oħra li tiġi injettata biex tnaqqas il-koagulazzjoni tad-demm, o ticlopidine, sustanza oħra kontra l-plejtlits,

oinibitur selettiv tal-ġbir mill-ġdid ta’ serotonin (li jinkludi iżda mhux limitat għal fluoxetine jew fluvoxamine), mediċini li ssoltu jintużaw fil-kura tad-dipressjoni,

-omeprazole jew esomeprazole, mediċini għat-taqlib tal-istonku

-methotrexate, mediċina użati għat-trattament ta’ mard sever fil-ġogi (artrite rewmatojde) jew mard fil-ġilda (psoriasis)

-acetazolamide, mediċina użata għat-trattament tal-glawkoma (żieda fil-pressjoni okulari) jew tal- epilessija jew biex iżżid il-fluss tal-awrina,

-probenecid, benzbromarone, jew sulfinpyrazone, mediċini użati għat-trattament tal-gotta,

-fluconazole jew voriconazole, mediċini li jittrattaw infezzjonijiet tal-fungu,

-efavirenz jew tenofovir, mediċini għat-trattament tal-infezzjonijiet mill-HIV (virus tal- immunodefiċjenza umana),

-valproic acid, valproate jew carbamazepine, mediċini għat-trattament ta’ xi forom tal-epilessija,

-it-tilqima kontra l-varicella, mediċina użata biex tippreveni l-ġidri r-riħ jew il-ħruq ta’ Sant’Antnin, fi żmien 6 ġimgħat minn mindu ħadt DuoPlavin jew jekk għandek infezzjoni attiva ta’ ġidri r-riħ jew ħruq ta’ Sant’Antnin (ara sezzjoni 2 “Tfal u adolexxenti”),

-moclobemide, mediċina għat-trattament tad-dipressjoni,

-repaglinide, mediċina għat-trattament tad-dijabete,

-paclitaxel, mediċina għat-trattament tal-kanċer,

-nicorandil, mediċina għat-trattament ta’ wġigħ fis-sider ikkawżat mill-qalb.

Għandek twaqqaf kura oħra b’clopidogrel waqt li qed/a tieħu DuoPlavin.

L-użu ta’ kultant ta’ ASA (ta’ mhux aktar minn 1000 mg f’perijodu ta’ 24 siegħa) ġeneralment m’għandux joħloq problema , iżda l-użu fit-tul f’cirkostanzi oħrajn għandu jiġi diskuss mat-tabib tiegħek.

Tqala u treddigħ

Tiħux DuoPlavin waqt it-tielet trimestru tat-tqala.

Ikun aħjar jekk ma tiħux din il-mediċina waqt l-ewwel u t-tieni trimestru tat-tqala.

Huwa importanti li qabel ma tibda tieħu DuoPlavin, tinforma lit-tabib jew lill-ispiżjar/a tiegħek jekk inti tqila jew taħseb li inti tqila. Jekk toħroġ tqila waqt li qiegħda tieħu DuoPlavin, għarraf minnufih lit-tabib tiegħek għax mhux rakkomandat li tieħu DuoPlavin waqt li inti tqila.

M’għandekx tredda’ waqt li qiegħda tuża din il-mediċina.

Jekk qiegħda tredda’ jew qiegħda taħseb biex tredda’, tkellem mat-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il- mediċina.

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar/a tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

DuoPlavin m’għandux jaffettwa is-sewqan jew it-tħaddim ta’ magni.

DuoPlavin fih il-lactose

Jekk it-tabib qallek li għandek xi intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor (eż. lactose), ikkuntatja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

DuoPlavin fih castor oil idroġenat

Dan jista’ jikkawża taqlib tal-istonku jew dijarea

3.Kif gћandek tieћu DuoPlavin

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rrakkomandata hija ta’ pillola waħda ta’ DuoPlavin darba kuljum, meħuda mill-ħalq b’tazza ilma, mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Għandek tieħu l-mediċina tiegħek kuljum fl-istess ħin.

Skont il-kundizzjoni tiegħek, it-tabib tiegħek se jgħidlek it-tul ta’ żmien li għandek tibqa’ tieħu DuoPlavin. Jekk kellek attakk tal-qalb, it-tabib għandu jagħmillek riċetta biex tibqa’ tieħdu għal mill- inqas erba’ ġimgħat. F’kwalunkwe każ, għandek tieħdu sakemm it-tabib jibqa’ jagħmillek ir-riċetta.

Jekk tieħu DuoPlavin aktar milli suppost:

Għarraf lit-tabib tiegħek jew mur fl-eqreb dipartiment ta’ l-emerġenza ta’ sptar minħabba ż-żieda fir- riskju ta’ dmija.

Jek tinsa tieħu DuoPlavin:

Jekk tinsa tieħu xi doża ta’ DuoPlavin, iżda tiftakar fi żmien 12-il siegħa minn meta s-soltu teħodha, ħu l-pillola mill-ewwel, imbagħad ħu l-pillola li jkun imiss fil-ħin tas-soltu.

Jekk tinsa tieħu DuoPlavin għal aktar minn 12-il siegħa minn mindu teħodha s-soltu, sempliċiment ħu d-doża waħda li jkun imiss fil-ħin tas-soltu. Tiħux doża doppja biex tagħmel tajjeb għall-pillola li tkun insejt tieħu.

Għall-pakketti ta’ 14, 28 u 84 pillola, tista’ tiċċekkja l-ġurnata li fiha ħadt l-aħħar il-pillola ta’ DuoPlavin billi tirreferi għall-kalendarju stampat fuq il-folja.

Jekk tieqaf tieħu DuoPlavin :

Twaqqafx il-kura sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek. Informa lit-tabib tiegħek qabel twaqqaf jew terġa’ tibda l-kura tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

Għarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok:

id-deni, sinjali ta’ infezzjoni jew ħafna għeja. Dawn jista’ jkunu minħabba tnaqqis rari ta’ xi ċelluli tad-demm.

sinjali ta’ mard tal-fwied bħal sfurija tal-ġilda u/jew ta’ l-għajnejn (suffejra), kemm jekk dan huwa assoċjat ma’ emoraġija li tidher taħt il-ġilda bħala ponot żgħar ħomor u/jew konfużjoni u kemm jekk le (ara sezzjoni 2 ‘Twissijiet u prekawzjonijiet’).

nefħa fil-ħalq jew disturbi fil-ġilda bħal raxx u ħakk u nfafet fil-ġilda. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika.

Il-fsada hija l-iżjed effett sekondarju komuni li deher b’DuoPlavin. Din tista’ sseħħ bħala fsada fl- istonku jew fl-imsaren, tbenġil,ematoma (fsada jew tbenġil mhux tas-soltu taħt il-ġilda), tinfaraġ, demm fl-urina, dmija fl-istonku jew fl-imsaren. F’numru żgħir ta’ każijiet ġiet irrappurtata fsada fl- għajn, fir-ras (speċjalment fl-anzjani), fil-pulmun jew fil-ġogi.

Jekk id-demm idum aktar mis-soltu biex jieqaf waqt li qed tieħu DuoPlavin

Jekk taqta’ x’imkien jew tweġġa’, id-demm jista’ jdum aktar mis-soltu biex jieqaf. Dan huwa minħabba il-mod ta’ kif taħdem il-mediċina tiegħek minħabba li ma tħallix li jifformaw ċapep tad- demm. Ħafna drabi, għal qatgħat u weġgħat żgħar, eż. taqta’ lilek innifsek waqt li qed tqaxxar, dan ma jkunx importanti. Madankollu, jekk id-demm ikun qed jinkwetak, għandek minnufih tagħmel kuntatt mat-tabib tiegħek (ara sezzjoni 2 ‘Twissijiet u prekawzjonijiet’).

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni):

Dijarea, uġigħ addominali, indiġestjoni jew ħruq fl-istonku.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna):

Uġigħ ta’ ras, ulċera fl-istonku, rimettar, tqalligħ, stitikezza, gass eċċessiv fl-istonku jew fl-imsaren, raxx ,ħakk, sturdament, sensazzjoni ta’ tnemnim u tirżiħ.

Effett sekondarju rari (jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 1000 persuna):

Vertigo, tkabbir tas-sider fl-irġiel.

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna):

Suffejra (il-ġilda u/jew l-għajnejn jisfaru); ħruq fl-istonku u/jew fl-esofagu (gerżuma tal-ikel); uġigħ addominali sever flimkien ma’ jew mingħajr uġigħ fid-dahar; deni, diffikultajiet biex tieħu n-nifs, xi mdaqqiet assoċjati mas-sogħla; reazzjonijiet allerġiċi ġeneralizzati ( per eżempju, sensazzjoni ta’ sħana ma’ ġismek kollu b’skonfort ġenerali f’daqqa sakemm tħossok ħażin); nefħa fil-ħalq; infafet fil-ġilda; allerġija tal-ġilda; uġigħ fil-ħalq (stomatite); tnaqqis fil-pressjoni tad-demm; konfużjoni; alluċinazzjonijiet; uġigħ fil-ġogi; uġigħ muskolari; tibdil fil-mod ta’ kif jintiegħem l-ikel, infjammazzjoni tal-arterji u l-vini ż-żgħar.

Effetti sekondarji b’frekwenza mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta

 

disponibbli):

 

 

 

 

 

 

Perforazzjoni tal-ulċera, żanżin

fil-widnejn, telf tas-smigħ, reazzjonijiet allerġiċi jew ta’ sensittività

 

eċċessiva għall-għarrieda, li jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħajja b’uġigħ fis-sider jew fiż-żaqq, mard

 

tal-kliewi, livell baxx ta’ zokkor fid-demm, gotta (kundizzjoni fejn ikun hemm uġigħ u infjammazzjoni

 

fil-ġogi minħabba l-kristalli tal-aċidu uriku) u jsiru aktar serji l-allerġiji għall-ikel, forma partikulari ta’

 

anemija

-(lgħadd taċ-ċelluli

ħomor fid-demm

ikun

baxx)

(ara

sezzjoni2 “Twissijiet

u

prekawzjonijiet”), nefħa.

Barra minn hekk, it-tabib jista’ jara xi tibdil fil-komponenti tad-demm jew ta’ l-awrina tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen DuoPlavin

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il- kaxxa u fuq il-folja, wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen taħt 25°C

Tużax din il-mediċina jekk tinnota xi sinjali visibli ta’ deterjorament.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih DuoPlavin

DuoPlavin 75 mg/75 mg pilloli miksijin b’rita

Is-sustanzi attivi huma clopidogrel u acetylsalicylic acid (ASA). Kull pillola fiha 75 mg ta’ clopidogrel (bħala hydrogen sulphate) u 75 mg ta’ acetylsalicylic acid.

Is-sustanzi l-oħra huma:

Il-qalba tal-pillola: mannitol (E421), macrogol 6000, microcrystalline cellulose, hydroxypropylcellulose b’sostituzzjoni baxxa, maize starch, castor oil idroġenat ( ara sezzjoni 2 ‘DuoPlavin fih castor oil idroġenat’), stearic acid u silica anidrat kollojdali

Fil-kisi tal-pillola: lactose monohydrate (ara sezzjoni 2 ‘DuoPlavin fih il-lactose’), hypromellose (E464), titanium dioxide (E171), triacetin (E1518), iron oxide isfar (E172)

Sustanza li tagħti l-lostru: carnauba wax

DuoPlavin 75 mg/100 mg pilloli miksijin b’rita

Is-sustanzi attivi huma clopidogrel u acetylsalicylic acid (ASA). Kull pillola fiha 75 mg ta’ clopidogrel (bħala hydrogen sulphate) u 100 mg ta’ acetylsalicylic acid.

Is-sustanzi l-oħra huma:

Il-qalba tal-pillola: mannitol (E421), macrogol 6000, microcrystalline cellulose, hydroxypropylcellulose b’sostituzzjoni baxxa, maize starch, castor oil idroġenat ( ara sezzjoni 2 ‘DuoPlavin fih castor oil idroġenat’), stearic acid u silica anidrat kollojdali

Fil-kisi tal-pillola: lactose monohydrate (ara sezzjoni 2 ‘DuoPlavin fih il-lactose’), hypromellose (E464), titanium dioxide (E171), triacetin (E1518), iron oxide aħmar (E172)

Sustanza li tagħti l-lostru: carnauba wax

Kif jidher DuoPlavin u l-kontenut tal-pakkett

DuoPlavin 75 mg/75 mg pilloli miksijin b’rita

Il-pilloli miksijin b’rita (pilloli) ta’ DuoPlavin 75 mg/75 mg huma ovali, daqsxejn konvessi miż-żewġ naħat, sofor u bin-numru ‘C75’ imnaqqax fuq naħa waħda u n-numru ‘A75’ imnaqqax fuq in-naħa l- oħra. DuoPlavin issibu f’kaxex tal-kartun li fihom:

14, 28, 30 u 84 pillola ġo folji magħmulin kollha mill-aluminju.

30 x 1, 50 x 1, 90 x 1 u 100 x 1 pillola ġo folji mtaqqqbin ta’ doża waħda kollha tal-aluminju.

DuoPlavin 75 mg/100 mg pilloli miksijin b’rita

Il-pilloli miksijin b’rita (pilloli) ta’ DuoPlavin 75 mg/100 mg huma ovali, daqsxejn konvessi miż-żewġ naħat, roża ċar u bin-numru ‘C75’ imnaqqax fuq naħa waħda u n-numru ‘A100’ imnaqqax fuq in-naħa l-oħra. DuoPlavin issibu f’kaxex tal-kartun li fihom:

14, 28 u 84 pillola ġo folji magħmulin kollha mill-aluminju.

30 x 1, 50 x 1, 90 x 1 u 100 x 1 pillola ġo folji mtaqqqbin ta’ doża waħda kollha tal-aluminju.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakketti jistgħu jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Sanofi Clir SNC

54, rue La Boétie F-75008 Paris Franza

Manifattur:

Sanofi Winthrop Industrie

1, rue de la Vierge, Ambarès & Lagrave, F-33565 Carbon Blanc cedex, Franza

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok, ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Sanofi Belgium

UAB «SANOFI-AVENTIS LIETUVA»

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00

Tel: +370 5 2755224

България

Luxembourg/Luxemburg

SANOFI BULGARIA EOOD

Sanofi Belgium

Тел: +359 (0)2 970 53 00

Tél/Tel: +32 (0)2 710 54 00 (Belgique/Belgien)

Česká republika

Magyarország

sanofi-aventis, s.r.o.

SANOFI-AVENTIS Zrt.

Tel: +420 233 086 111

Tel.: +36 1 505 0050

Danmark

Malta

sanofi-aventis Denmark A/S

Sanofi Malta Ltd.

Tlf: +45 45 16 70 00

Tel: +356 21493022

Deutschland

Nederland

Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

sanofi-aventis Netherlands B.V.

Tel: +49 (0)180 2 222010

Tel: +31 (0)182 557 755

Eesti

Norge

sanofi-aventis Estonia OÜ

sanofi-aventis Norge AS

Tel: +372 627 3488

Tlf: +47 67 10 71 00

Ελλάδα

Österreich

sanofi-aventis AEBE

sanofi-aventis GmbH

Τηλ: +30 210 900 16 00

Tel: +43 1 80 185 – 0

España

Polska

sanofi-aventis, S.A.

sanofi-aventis Sp. z o.o.

Tel: +34 93 485 94 00

Tel: +48 22 280 00 00

France

Portugal

sanofi-aventis France

Sanofi - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: 0 800 222 555

Tel: +351 21 35 89 400

Appel depuis l’étranger: +33 1 57 63 23 23

 

Hrvatska

România

sanofi-aventis Croatia d.o.o.

Sanofi Romania SRL

Tel: +385 1 600 34 00

Tel: +40 (0) 21 317 31 36

Ireland

Slovenija

sanofi-aventis Ireland Ltd. T/A SANOFI

sanofi-aventis d.o.o.

Tel: +353 (0) 1 403 56 00

Tel: +386 1 560 48 00

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

sanofi-aventis Pharma Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 33 100 100

 

Italia

Suomi/Finland

Sanofi S.p.A.

Sanofi Oy

Tel: 800.536389

Puh/Tel: +358 (0) 201 200 300

Κύπρος

Sverige

sanofi-aventis Cyprus Ltd.

Sanofi AB

Τηλ: +357 22 871600

Tel: +46 (0)8 634 50 00

Latvija

United Kingdom

sanofi-aventis Latvia SIA

Sanofi

Tel: +371 67 33 24 51

Tel: +44 (0) 845 372 7101

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ { xahar SSSS }

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati