Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

DuoTrav (travoprost / timolol) – Fuljett ta’ tagħrif - S01ED51

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaDuoTrav
Kodiċi ATCS01ED51
Sustanzatravoprost / timolol
ManifatturNovartis Europharm Limited

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GHAL MIN QED

JAGĦMEL UŻU MINNU

DuoTrav 40 mikrogramma/mL + 5 mg/mL qtar għall-għajnejn, soluzzjoni travoprost/timolol

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava, kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkati f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu DuoTrav u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża DuoTrav

3.Kif għandek tuża DuoTrav

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen DuoTrav

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu DuoTrav u għalxiex jintuża

DuoTrav soluzzjoni ta’ qtar għall-għajnejn huwa taħlita ta’ żewġ sustanzi attivi (travoprost u timolol). Travoprost huwa analogu ta’ prostaglandin li jaħdem billi jżid il-ħruġ ta’ likwidu mill-għajn, u dan ibaxxi l-pressjoni. Timolol huwa mblokkatur tar-riċetturi beta li jaħdem billi jnaqqas il-produzzjoni ta’ likwidu fl-għajn. Iż-żewġ sustanzi jaħdmu flimkien biex ibaxxu l-pressjoni ġewwa l-għajn .

DuoTrav qtar għall-għajnejn jintuża għal kura ta’ pressjoni għolja fl-għajn fl-adulti, inkluż l-anzjani. Din il-pressjoni għolja tista’ twassal għall-marda li tissejjaħ glawkoma.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża DuoTrav

Tużax DuoTrav soluzzjoni ta’ qtar għall-għajnejn

jekk inti allerġiku għal travoprost, prostaglandins, timolol, imblokkaturi tar-riċetturi beta jew sustanzi oħra ta’ DuoTrav.

jekk għandek jew kellek fil-passat problemi respiratorji bħal ażżma, bronkite ostruttiva kronika severa (marda severa tal-pulmun li tista’ tikkawża tħarħir, diffikultà biex tieħu n-nifs u/jew sogħla li ddum biha, jew tipi oħra ta’ problemi relatati man-nifs.

jekk għandek hay fever severa.

jekk għandek ir-rata ta’ taħbit tal-qalb baxxa, insuffiċjenza tal-qalb jew disturbi fir-ritmu tal- qalb (taħbit tal-qalb irregolari).

jekk il-wiċċ ta’ għajnejk huwa mċajpar.

Jekk xi wieħed minn dawn japlika għalik, staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir.

Twissijiet u Prekawzjonijiet

Qabel ma tuża din il-mediċina, għid lit-tabib tiegħek jekk għandek jew kellek fil-passat

marda tal-koronarji tal-qalb (sintomi jistgħu jinkludu uġigħ fis-sider jew tagħfis. qtugħ ta’ nifs jew tifga), insuffiċjenza tal-qalb, pressjoni baxxa,

disturbi fir-rata tal-qalb bħal qalb tħabbat bil-mod.

problemi fin-nifs, ażżma jew marda ostruttiva kronika tal-pulmun

marda ta’ ċirkolazzjoni ħażina tad-demm (bħal marda ta’ Raynaud jew sindrome ta’ Raynaud)

dijabete peress li timolol jista’ jgħatti sinjali u sintomi ta’ zokkar baxx fid-demm

attività żejda tal-glandola tat-tirojde peress li timolol jista’ jgħatti sinjali u sintomi ta’ marda tat- tirojde

Qabel tagħmel xi operazzjoni għid lit-tabib tiegħek li qed tuża DuoTrav peress li timolol jista’ jbiddel l-effetti ta’ ċertu mediċini użati waqt il-loppju.

Jekk għandek mijastenija gravis (debbulizza newromuskolari kronika).

Jekk ikollok xi reazzjoni allerġika severa (raxx fil-ġilda, ħmura u ħakk fl-għajn) waqt li qed tuża DuoTrav, tkun xi tkun il-kawża, kura bl-adrenalina tista’ ma’ tkunx daqshekk effettiva. Għalhekk, meta tirċievi xi kura oħra, jekk jogħġbok, għid lit-tabib li qed tuża DuoTrav.

Jekk kellek kirurġija tal-katarretti kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża DuoTrav.

Jekk għandek storja kurrenti jew preċedenti ta’ infjammazzjoni fl-għajnejn kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża DuoTrav.

DuoTrav jista’ jbiddel il-kulur tal-ħabba tal-għajn (il-parti kkulurita ta’ għajnejk). Din il-bidla tista tkun permanenti.

DuoTrav jista’ jżid it-tul, il-ħxuna, il-kulur u/jew in-numru ta’ xagħar ta’ l-għajnejn u jista’ jikkawża tkabbir ta’ xagħar mhux tas-soltu fuq il-kappell tal-għajn.

Travoprost jista’ jiġi assorbit mill-ġilda u għalhekk m’għandux jintuża minn nisa tqal jew li qed jippruvaw joħorġu tqal. Jekk il-mediċina tiġi f’kuntatt mal-ġilda għandha titneħħa minnufih permezz ta’ ħasil.

Tfal

DuoTrav m’għandux jintuża minn tfal u adoloxxenti b’età inqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u DuoTrav

DuoTrav jista’ jaffetwa jew jiġi affetwat minn mediċini oħra li qed tuża, nkluż qtar għall-għajnejn oħra għall-kura tal-glawkoma. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tuża jew bi ħsiebek tuża mediċini li jbaxxu l-pressjoni tad-demm, mediċini għall-qalb inkluż quinidine (użat għall-kura ta’ kundizzjonijiet tal-qalb u ċertu tipi ta’ malarja), mediċini għall-kura tad-dijabete jew antidepressanti magħrufa bħala fluoxetine u paroxetine. Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Tqala u treddigħ u fertilità

Tużax DuoTrav jekk inti tqila sakemm it-tabib tiegħek ma jikkunsidrax dan neċessarju. Jekk tista’ toħroġ tqila għandek tuża kontraċezzjoni adegwata waqt li qed tuża l-mediċina.

Tużax DuoTrav jekk qed tredda’. DuoTrav jista’ joħroġ fil-ħalib tiegħek.

Itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu xi mediċina waqt it-treddigħ.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Għandek mnejn issib li l-vista tiegħek tkun imċajpra għal xi ħin wara li tuża DuoTrav. M’għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni qabel dan l-effett jitlaq.

DuoTrav fih hydrogenated castor oil u propylene glycol li jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet u irritazzjoni fil-ġilda.

DuoTrav fih hydrogenated castor oil u propylene glycol li jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet u irritazzjoni tal-ġilda.

3.Kif għandek tuża DuoTrav

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija

Qatra waħda ġo l-għajn jew għajnejn affettwati, darba kuljum-filgħodu jew filgħaxija. Uża fl-istess ħin kuljum.

Uża DuoTrav f’għajnejk it-tnejn biss jekk qallek tagħmel hekk it-tabib tiegħek. Uża għat-tul ta’ żmien li qallek it-tabib tiegħek.

Uża DuoTrav biss biex tqattar f’għajnejk.

Eżatt qabel ma’ tuża l-flixkun għall-ewwel darba, qatta’ l-pakkett ta’ protezzjoni, oħroġ il- flixkun (stampa 1) u ikteb id-data ta’ meta ftaħt il-pakkett fuq it-tikketta fl-ispazju pprovdut.

Aqbad il-flixkun ta’ DuoTrav u mera.

Aħsel idejk.

Neħħi t-tapp tal-flixkun.

Żomm il-flixkun wiċċu ’l isfel bejn subgħajk il-kbir u s-swaba l-oħra.

Itfa rasek lura. B’seba’ nadif, niżżel il-kappell ta’ għajnejk sakemm ikun hemm ‘spazju’ bejn il- kappell t’għajnejk u l-għajn tiegħek. Il-qatra se tmur hawn (stampa 2).

Ġib it-tarf tal-flixkun viċin tal-għajn. Jekk jgħin uża l-mera.

Tmisx għajnejk jew il-kappell ta’ l-għajn, il-postijiet tal-madwar jew superfiċji oħra bil-qattara tal-flixkun. Dan jista’ jinfetta l-qtar.

Agħfas il-flixkun bil-mod biex tinżel qatra waħda ta’ DuoTrav kull darba (stampa 3).

Wara li tuża DuoTrav, agħfas b’subgħajk il-kantuniera ta’ għajnejk, in-naħa ta’ l-imnieħer għal żewġ minuti (stampa 4). Dan jgħin biex iwaqqaf lil DuoTrav milli jidħol fil-bqija tal-ġisem.

Jekk tuża l-qtar fiż-żewġt għajnejn, irrepeti l-proċedura għall-għajnek l-oħra.

Agħlaq l-għatu tal-flixkun tajjeb immedjatament wara l-użu.

Uża biss flixkun wieħed qabel ma tiftaħ ieħor. Tiftaħx il-pakkett ta’ protezzjoni qabel ikollok bżonn tuża l-flixkun.

Aqleb il-paġna għall-aktar tagħrif.

Kemm għandek tuża

<ara naħa 1

Jekk qatra ma’ tidħolx f’għajnejk, erġa’ pprova.

Jekk tuża DuoTrav aktar milli suppost, laħlaħ b’ilma sħun. Tużax aktar qtar sakemm ikun il-ħin għad- doża tas-soltu li jmiss.

Jekk tinsa tuża DuoTrav, kompli bid-doża li jmiss kif ippjanat. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu. Id-doża m’għandhiex tkun aktar minn qatra waħda kuljum fl- għajn(ejn) affetwata(i).

Jekk tieqaf tuża DuoTrav mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek, il-pressjoni ġewwa għajnejk ma tkunx ikkontrollata u dan jista’ jwassal għal telf tal-vista.

Jekk qed tuża qtar ta’ l-għajnejn oħra, ħalli mill-anqas 5 minuti bejn l-użu ta’ DuoTrav u tal-qtar ieħor.

Jekk tilbes lentijiet tal-kuntatt rotob tużax il-qtar waqt li għandek il-lentijiet f’għajnejk. Wara li tuża l- qtar stenna 15-il minuta qabel terġa’ tilbes il-lentijiet tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet oħra dwar dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Ġeneralment tista’ tkompli tuża l-qtar, sakemm l-effetti ma jkunux ta’ natura serja. Jekk qed tinkwieta, kellem tabib jew spiżjar. Twaqqafx l-uża ta’ DuoTrav mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji komuni ħafna

(jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10)

Effetti fl-għajn ħmura fl-għajn.

Effetti sekondarji komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

Effetti fl-għajn

Infjammazzjoni tas-superfiċje tal-għajn bi ħsara fis-superfiċje , uġigħ fl-għajn, vista mċajpra, vista mhux normali, għajn tinħass xotta, skomdu fl-għajn, sinjali u sintomi ta’ irritazzjoni fl-għajn (eż. ħruq, tingiż).

Effetti sekondarji mhux komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

Effetti fl-għajn

Infjammazzjoni tas-superfiċje tal-għajn, infjammazzjoni tal-kappell tal-għajn, nefħa tal-konġuntiva, żjieda fit-tkabbir tax-xagħar tal-għajnejn, infjammazzjoni tal-ħabba tal-għajn, infjammazzjoni tal- għajn, sensittività għad-dawl, vista mnaqqsa, għajnejn jinħassu għajjiena, allerġija fl-għajn, nefħa fl- għajn, żjieda fil-produzzjoni tad-dmugħ, ħmura fil-kappell tal-għajn, bidla fil-kulur tal-kappell tal- għajn.

Effetti sekondarji ġenerali

allerġija għall-mediċina, sturdament, uġigħ ta’ ras, żjieda jew tnaqqis fil-pressjoni tad-demm, qtugħ ta’ nifs, tkabbir eċċessiv ta’ xagħar, taqtir wata l-griżmejn, infjammazzjoni tal-ġilda u ħakk, tnaqqis fir- rata ta’ taħbit tal-qalb.

Effetti sekondarji rari

(jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000)

Effetti fl-għajn

superfiċje tal-għajn tirqaq, infjammazzjoni tal-glandoli tal-kappell tal-għajn, kanali tad-demm maqsuma fl-għajn, qxur fil-kappell tal-għajn, xagħar tal-għajnejn ippożizzjonat ħażin, tkabbir mhux normali tax-xagħar tal-għajnejn.

Effetti sekondarji ġenerali

nervi, rata irregolari ta’ taħbit tal-qalb, telf ta’ xagħar, disturbi fil-vuċi, diffikultà biex tieħu n-nifs, sogħla, irritazzjoni fil-griżmejn, ħorriqija, testijiet tad-demm tal-fwied mhux normali, bidla fil-kulur tal-ġilda, ġilda tiskura, għatx, għeja, skomdu fil-parti ta’ ġewwa tal-imnieħer, awrina kkulurita, uġigħ fl-idejn u s-saqajn.

Mhux magħruf

(frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)

Effetti fl-għajn

il-kappell tal-għajn baxx (jagħmel l-għajn tibqa’ nofsa magħluqa).

Effetti sekondarji ġenerali

raxx, insuffiċjenza tal-qalb, uġigħ fis-sider, puplesija, ħass ħazin, depressjoni, ażżma, żjieda fir-rata tal-qalb, sensazzjoni ta’ tnemnim jew tingiż, palpitazzjonijiet, nefħa fil-parti t’isfel tar-riġlejn, togħma ħażina.

Barra dan:

DuoTrav huwa taħlita ta’ żewġ sustanzi attivi. Bħal mediċini oħra applikati fl-għajnejn, travoprost u timolol (imblokkatur tar-riċetturi beta) jiġu assorbiti fid-demm. Dan jista’ jikkawża effetti sekondarji simili għal dawk osservati b’mediċini li jimblokkaw ir-riċetturi beta mogħtija fil-vini u/jew mill-ħalq. L-inċidenza ta’ effetti sekondarja wara għoti topika fl-għajn hija aktar baxxa minn meta l-mediċini jkunu, per eżempju, meħuda mill-ħalq jew injettati. Effetti sekondarji mniżżla li jinkludu reazzjonijiet osservati fil-klassi ta’ imblukkaturi tar-riċetturi beta meta wżati għall-kura ta’ kundizzjonijiet tal-għajn huwa kif ġej:

Effetti fl-għajn: infjammazzjoni tal-kappell tal-għajn, infjammazzjoni tal-korneja, distakk tas-saff taħt ir-retina li fih kanali tad-demm wara kirurġija ta’ filtrazzjoni li jista’ jikkawża disturbi fil-vista, tnaqqis fis-sensittività tar-retina, tħaffir tal-korneja (ħsara lis-saff ta’ barra tal-għajn, viżjoni doppja, bidla fil- kulur tal-ħabba tal-għajn.

Effetti sekondarji ġenerali

Qalb u ċirkolazzjoni: qalb tħabbat bil-mod, palpitazzjonijiet, edima (akkumulazzjoni ta’ fluwidu), bidliet fir-ritmu jew fir-rata ta’ taħbit tal-qalb, insuffiċjenza konġestiva tal-qalb (marda tal-qalb bi qtugħ ta’ nifs jew nefħa tas-saqajn u tar-riġlejn minħabba akkumulazzjoni ta’ fluwidu), tip ta’ disturb fir-ritmu tal-qalb, attakk tal-qalb, pressjoni baxxa, fenomenu ta’ Raynaud, idejn u saqajn kesħin, forniment imnaqqas ta’ demm lejn il-moħħ.

Respiratorja: kostrizzjoni tal-passaġġi tal-arja fil-pulmun (primarjament f’pazjenti b’marda eżistenti minn qabel), diffikultà biex tieħu n-nifs, mnieħer imblokkat.

Disturbi fis-sistema nervuża u disturbi ġenerali: diffikultà biex torqod (insomnja), inkubi, telf ta’ memeorja, nuqqas ta’ saħħa u enerġija.

Gastriċi: disturbi fit-togħma, tqalligħ, indiġestjoni, dijarea, ħalq xott, uġigħ addominali, rimettar.

Allerġija: reazzjonijiet allerġiċi ġeneralizzati inkluż nefħa taħt il-ġilda li tista’ sseħħ f’partijiet bħall- wiċċ u r-riġlejn, u jistgħu jimblokkaw il-passaġġ tal-arja li tista’ tikkawża diffikultà biex tibla’ jew

biex tieħu n-nifs, raxx lokalizzat u ġeneralizzat, ħakk, reazzjoni allerġika severa f’daqqa ta’ periklu għal ħajja.

Ġilda: raxx fil-ġilda b’dehra bajda kulur il-fidda (raxx li jixbaħ il-psorijasi) jew psorijasi li tmur għall- agħar,ġilda titqaxxar.

Muskolari: żjieda fis-sinjali u sintomi ta’ majastenija gravis (disturb fil-muskoli), sensazzjonijiet mhux tas-soltu ta’ tingiż, debbulizza/għeja fil-muskoli, uġigħ fil-muskoli mhux ikkawżat minn eżerċizzju.

Riproduzzjoni: disfunzjoni sesswali, libido mnaqqas.

Metaboliżmu: livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen DuoTrav

Żommu fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tużax DuoTrav soluzzjoni ta’ qtar għall-għajnejn wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-flixkun u l- kartuna ta’ barra wara “EXP”. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Biex tipprevjeni infezzjonijiet għandek tarmi l-flixkun erba’ ġimgħat wara li tkun ftaħtu l-ewwel darba, u tuża flixkun ġdid. Ikteb id-data meta ftaħt il-flixkun fl-ispazju fuq kull tikketta tal-flixkun, u kaxxa.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih DuoTrav

Is-sustanzi attivi huma Travoprost u timolol. Kull mL ta’soluzzjoni fih 40 mikrogramma ta’ travoprost u 5 mg ta’ timolol (bħala timolol maleate).

Is-sustanzi l-oħra huma Polyquaternium-1, mannitol (E421), propylene glycol (E1520), polyoxyethylene hydrogenated castor oil 40, boric acid, sodium chloride, sodium hydroxide jew disodium edetate, hydrochloric acid (biex jikontrolla l-pH), ilma ppurifikat. Jiġu miżjuda ammonti żgħar ta’ sodium hydroxide jew hydrochloric acid biex iżommu l-livelli ta’ l-acidita’ (livelli tal-pH) normali.

Kif jidher DuoTrav u l-kontenut tal-pakkett

DuoTrav huwa likwidu (soluzzjoni ċara u mingħajr kulur) fornut fi flixkun tal-plastik ta’ 2.5 mL b’għatu tal-kamin. Kull flixkun jinstab f’pakkett ta’ protezzjoni.

Pakketti ta’ 1, 3 jew 6 fliexken.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni

Il-Manifattur

 

 

Il-Manifattur

 

 

 

għat-tqegħid fis-Suq

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Novartis Europharm Limited

S. A. Alcon-Couvreur N.V.

 

Alcon Cusí, S.A.,

 

Frimley Business Park

Rijskweg 14,

 

Camil Fabra 58,

 

Camberley GU16 7SR

B-2870 Puurs,

 

08320 El Masnou,

Ir-Renju Unit.

Il-Belġju.

 

Spanja.

 

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detenturtal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft.

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

Novartis Pharma GmbH

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 911 273 0

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Novartis Farmacéutica, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 306 42 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: + 421 2 5542 5439

 

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati