Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Ebymect (dapagliflozin propanediol monohydrate...) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BD15

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEbymect
Kodiċi ATCA10BD15
Sustanzadapagliflozin propanediol monohydrate / metformin hydrochloride
ManifatturAstraZeneca AB

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Ebymect 5 mg/850 mg pilloli miksijin b’rita Ebymect 5 mg/1,000 mg pilloli miksijin b’rita dapagliflozin/metformin hydrochloride

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Ebymect u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Ebymect

3.Kif għandek tieħu Ebymect

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Ebymect

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Ebymect u gћalxiex jintuża

Din il-mediċina fiha żewġ sustanzi differenti li jissejħu dapagliflozin u metformin. It-tnejn jappartjenu għal grupp ta’ mediċini msejħa antidijabetiċi orali.

Din il-mediċina tintuża għal tip ta’ dijabete msejħa “dijabete tat-tip 2” f’pazjenti adulti (ta’ 18-il sena u akbar) u ġeneralment isseħħ meta tkun akbar fl-età. Jekk għandek id-dijabete tat-tip 2, il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina jew ġismek mhuwiex kapaċi juża l-insulina li jipproduċi kif suppost. Dan iwassal għal livell għoli ta’ zokkor (glukosju) fid-demm tiegħek. Dapagliflozin jaħdem billi jneħħi z- zokkor żejjed minn ġo ġismek mal-awrina u jnaqqas l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek. Metformin jaħdem prinċipalment billi jinibixxi l-produzzjoni tal-glukosju fil-fwied.

Dawn huma mediċini li jittieħdu mill-ħalq kontra d-dijabete.

Din il-mediċina tittieħed flimkien ma’ dieta u eżerċizzju.

Din il-mediċina tintuża jekk id-dijabete tiegħek ma tistax tkun ikkontrollata b’mediċini oħrajn użati għall-kura tad-dijabete, flimkien mad-dieta u l-eżerċizzju.

It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieħu din il-mediċina weħidha jew flimkien ma’ mediċini oħrajn għall-kura tad-dijabete. Din tista’ tkun mediċina oħra li tittieħed mill-ħalq u/jew mediċina mogħtija b’injezzjoni, bħall-insulina jew agonist tar-riċettur GLP-1.

Jekk diġà qed tieħu kemm dapagliflozin kif ukoll metformin bħala pilloli singoli, it-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex taqleb għal din il-mediċina. Biex tevita doża eċċessiva, tkomplix tieħu dapagliflozin u pilloli ta’ metformin, jekk tkun qed tieħu din il-mediċina.

Huwa importanti li tkompli ssegwi l-pariri dwar id-dieta u l-eżerċizzju li jkun tak it-tabib, l-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Ebymect

Tiħux Ebymect

jekk inti allerġiku għal dapagliflozin, metformin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

jekk qatt kellek koma dijabetika.

jekk għandek dijabete mhux ikkontrollata, b’pereżempju, ipergliċemija severa (glucose għoli fid- demm), dardir, rimettar, dijarea, telf mgħaġġel fil-piż, aċidożi lattika (ara "Riskju ta’ aċidożi lattika" hawn taħt) jew ketoaċidożi. Ketoaċidożi hija kundizzjoni fejn sustanzi msejħa ’korpi ta’ ketoni’ jakkumulaw fid-demm u jistgħu jwasslu għal prekoma dijabetika. Sintomi jinkludu wġigħ fl-istonku, teħid ta’ nifs mgħaġġel u fil-fond, ngħas jew in-nifs tiegħek jiżviluppa riħa ta’ frott mhux tas-soltu.

jekk għandek funzjoni tal-kliewi imnaqqsa b’mod sever.

jekk għandek infezzjoni severa.

jekk tlift ħafna ilma minn ġismek (deidrazzjoni), eż. minħabba dijarea fit-tul jew severa, jew jekk irremettejt diversi drabi wara xulxin.

jekk dan l-aħħar kellek xi attakk tal-qalb jew jekk għandek insuffiċjenza tal-qalb jew problemi serji biċ-ċirkolazzjoni tad-demm tiegħek jew diffikultajiet biex tieħu n-nifs.

jekk għandek xi problemi bil-fwied.

jekk tixrob ammont kbir ta’ alkoħol, kemm kuljum kif ukoll minn żmien għal żmien (jekk jogħġbok ara s-sezzjoni “Ebymect u alkoħol”).

Tiħux din il-mediċina jekk tapplika għalik xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq.

Twissijiet u prekawzjonijiet Riskju ta’ aċidożi lattika

Ebymect jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika, b’mod partikulari jekk il-kliewi tiegħek ma jkunux qed jaħdmu sew. Ir-riskju li wieħed jiżviluppa aċidożi lattika jiżdied ukoll b’dijabete mhux ikkontrollata, infezzjonijiet serji, sawm fit-tul jew konsum ta’ alkoħol, deidratazzjoni (ara aktar informazzjoni hawn taħt), problemi fil-fwied u kwalunkwe kundizzjonijiet mediċi li fihom xi parti tal-ġisem jkollha provvista ta’ ossiġnu mnaqqsa (bħal mard tal-qalb sever u akut).

Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.

Waqqaf it-teħid ta’ Ebymect għal żmien qasir jekk għandek kundizzjoni li tista’ tkun assoċjata ma’ deidratazzjoni (telf sinifikanti ta’ fluwidi tal-ġisem) bħal rimettar sever, dijarea, deni, esponiment għal sħana jew jekk tixrob inqas fluwidu min-normal. Kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.

Waqqaf it-teħid ta’ Ebymect u kkuntattja lit-tabib jew l-eqreb sptar immedjatament jekk ikollok xi wħud mis-sintomi ta’ aċidożi lattika, għax din il-kundizzjoni tista’ twassal għal koma.

Sintomi ta’ aċidożi lattika jinkludu:

-rimettar

-uġigħ fl-istonku (uġigħ addominali)

-bugħawwieġ fil-muskoli

-sensazzjoni ġenerali li ma tiflaħx flimkien ma’ għeja severa

-diffikultà biex tieħu n-nifs

-temperatura tal-ġisem u taħbit tal-qalb imnaqqsa

Aċidożi lattika hija emerġenza medika u għandha tiġi ttrattata fi sptar.

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu din il-mediċina, u waqt il-kura:

jekk għandek “dijabete tat-tip 1” – it-tip ta’ dijabete li normalment tibda meta tkun żgħir, u ġismek ma jipproduċi l-ebda insulina.

jekk tesperjenza telf fil-piż f’qasir żmien, tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx, uġigħ fl-istonku, għatx eċċessiv, teħid tan-nifs mgħaġġel u fil-fond, konfużjoni, ngħas jew għejja mhux tas-soltu, togħma ħelwa jew metallika f’ħalqek jew riħa tal-awrina jew tal-għaraq tiegħek differenti minn tas- soltu, agħmel kuntatt ma’ tabib jew mal-eqreb sptar minnufih. Dawn is-sintomi jistgħu jkunu sinjal ta’ “ketoaċidożi dijabetika” – problema li jista’ jkollok bid-dijabete minħabba żieda fil-livelli ta’ “korpi ketone” fl-awrina jew fid-demm tiegħek, li jidhru fit-testijiet. Ir-riskju li tiżviluppa ketoaċidożi dijabetika jista’ jiżdied b’sawm fit-tul, konsum eċċessiv tal-alkoħol, deidrazzjoni, tnaqqis f’daqqa fid-doża tal-insulina, jew ħtieġa ogħla ta’ insulina minħabba kirurġija maġġuri jew mard serju.

jekk għandek problemi fil-kliewi. It-tabib tiegħek jiċċekkjalek il-funzjoni tal-kliewi tiegħek.

jekk għandek livelli għoljin ħafna ta’ glukożju fid-demm li jistgħu jagħmluk deidratat (titlef ħafna mil-likwidi f’ġismek). Is-sinjali possibbli ta’ deidratazzjoni huma elenkati fil-bidu tas-sezzjoni 4. Għid lit-tabib tiegħek qabel tibda tieħu din il-mediċina jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi.

jekk qed tieħu mediċini biex tbaxxi l-pressjoni tad-demm (anti-ipertensivi) u għandek passat ta’ pressjoni baxxa tad-demm (pressjoni baxxa). Aktar tagħrif huwa mogħti hawn taħt f’‘Mediċini oħra u Ebymect’.

jekk għandek passat ta’ mard serju tal-qalb jew jekk tagħtek xi puplesija.

jekk spiss ikollok infezzjonijiet fl-apparat urinarju. Din il-mediċina tista’ tikkawża infezzjonijiet fl- apparat urinarju u t-tabib tiegħek jista’ jkun irid jimmonitorjak aktar mill-qrib. It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li jibdillek il-kura għal xi żmien jekk tiżviluppa infezzjoni serja.

jekk għandek 75 sena jew aktar, m’għandekx tibda tieħu din il-mediċina. Dan minħabba li tista’ tkun aktar suxxettibbli għal xi effetti sekondarji..

jekk qed tieħu xi mediċina oħra għad-dijabete li fiha “pioglitazone”, m’għandekx tibda tieħu din il- mediċina.

jekk għandek żieda fl-ammont ta’ ċelloli ħomor tad-demm, li tirriżulta mit-testijiet.

Jekk għandek bżonn kirurġija maġġuri għandek tieqaf tieħu Ebymect matul u għal xi żmien wara l- proċedura. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda it-trattament tiegħek b’Ebymect mill-ġdid.

Bħal fil-każ tal-pazjenti dijabetiċi kollha, huwa importanti li tiċċekkja saqajk regolarment u li taderixxi ma’ kwalunkwe parir ieħor dwar il-kura tas-saqajn mogħti mill-professjonista tal-kura tas-saħħa tiegħek.

Jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplika għalik (jew m’intix ċert), kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Funzjoni tal-kliewi

Waqt it-trattament b’Ebymect, it-tabib tiegħek se jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek mill-inqas darba fis-sena jew aktar ta’ spiss jekk inti anzjan/a u/jew jekk għandek funzjoni tal-kliewi li qed tmur għall- agħar.

Glukożju fl-awrina

Minħabba l-mod li bih taħdem din il-mediċina, l-awrina tiegħek timmarka pożittiva għaz-zokkor sakemm iddum tieħu din il-mediċina.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina mhijiex rakkomandata għat-tfal u għall-adolexxenti taħt it-18-il sena, peress li ma ġietx studjata f’dawn il-pazjenti.

Mediċini oħra u Ebymect

Jekk għandek bżonn tieħu injezzjoni ta’ mezz ta’ kuntrast li fih il-jodju fid-demm tiegħek, pereżempju f’kuntest ta’ X-ray jew skan, inti trid tieqaf tieħu Ebymect qabel jew fil-ħin tal-injezzjoni. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda t-trattament tiegħek b’Ebymect mill-ġdid.

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Jista’ jkollok bżonn testijiet tal-glucose fid-demm u tal-funzjoni tal-kliewi aktar ta’ spiss, jew it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-dożaġġ ta’ Ebymect. Huwa importanti ħafna li wieħed isemmi dan li ġej:

B’mod speċjali għid lit-tabib tiegħek:

jekk qed tieħu mediċini li li jżidu l-produzzjoni tal-awrina (dijuretiċi). It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex twaqqaf din il-mediċina. Is-sinjali possibbli ta’ telf eċċessiv ta’ fluwidu mill-ġisem huma elenkati fil-bidu tas-sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’.

jekk qed tieħu xi mediċini oħrajn li jbaxxu l-ammont ta’ zokkor fid-demm bħall-insulina jew mediċina “sulphonylurea”. It-tabib tiegħek jista’ jkun irid ibaxxi d-doża ta’ dawn il-mediċini l- oħrajn, biex inti ma jkollokx livelli ta’ zokkor fid-demm li jkunu baxxi żżejjed (ipogliċemija).

jekk qed tieħu cimetidine, mediċina li tintuża għall-kura ta’ problemi tal-istonku.

jekk qed tuża bronkodilaturi (agonisti beta-2) li jintużaw għall-kura tal-ażżma.

jekk qed tuża kortikosterojdi, li jintużaw għall-kura tal-infjammazzjoni f’mard bħall-ażżma u l- artrite.

jekk qed tuża mediċini użati biex jittrattaw l-uġigħ u l-infjammazzjoni (NSAID u inibituri ta’ COX- 2, bħal ibuprofen u celecoxib).

jekk qed tuża ċerti mediċini għat-trattament ta’ pressjoni għolja (inibituri ta’ ACE u antagonisti tar- riċetturi ta’ angiotensin II).

Ebymect u alkoħol

Evita konsum eċċessiv ta’ alkoħol waqt li tkun qed tieħu Ebymect peress li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ aċidożi lattika (ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat- tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Għandek twaqqaf din il-mediċina jekk tinqabad tqila, peress li mhijiex rakkomandata waqt it-tieni u t-tielet trimestru (l-aħħar sitt xhur) tat-tqala. Kellem lit-tabib tiegħek dwar l-aħjar mod kif tista’ tikkontrolla z-zokkor fid-demm waqt it-tqala.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk tixtieq jew jekk qiegħda tredda’ qabel tieħu din il-mediċina. M’għandekx tuża din il-mediċina jekk qiegħda tredda’. Mhux magħruf jekk din il-mediċina tgħaddix fil-ħalib tal-omm.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Din il-mediċina m’għandha l-ebda jew ftit li xejn influwenza fuq l-abbiltà li ssuq u tħaddem magni. Jekk teħodha ma’ mediċini oħra li jbaxxu l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek, bħall-insulina jew mediċina “sulphonylurea”, jista’ jkollok livelli baxxi żżejjed ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija), li jistgħu joħolqu sintomi bħal dgħufija, sturdament, żieda fl-għaraq, taħbita mgħaġġla tal-qalb, bidla fil-vista jew diffikultajiet biex tikkonċentra, u jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tiegħek li ssuq u tuża magni. Issuqx jew tuża xi għodda jew magni, jekk tibda tħoss dawn is-sintomi.

3.Kif gћandek tieћu Ebymect

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tieħu

L-ammont ta’ din il-mediċina li ser tieħu jvarja skont il-kundizzjoni tiegħek u d-dożi ta’ metformin li qed tieħu attwalment u/jew pilloli individwali ta’ dapagliflozin u metformin. It-tabib tiegħek jgħidlek eżattament liema qawwa ta’ din il-mediċina għandek tieħu.

Id-doża rakkomandata hija ta’ pillola waħda darbtejn kuljum.

Kif tieħu din il-mediċina

Ibla’ l-pillola sħiħa ma nofs tazza ilma.

Ħu l-pillola mal-ikel. Dan biex tnaqqas ir-riskju ta’ effetti sekondarji fuq l-istonku.

Ħu l-pillola tiegħek darbtejn kuljum, darba filgħodu (mal-kolazzjon) u darba filgħaxija (mal-ikla ta’ filgħaxija).

It-tabib tiegħek jista’ jiktiblek din il-mediċina ma’ mediċina(i) oħra li tbaxxi(jbaxxu) l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek. Dawn jistgħu jkunu mediċini li jittieħdu mill-ħalq jew mogħtija b’injezzjoni, bħall- insulina jew agonist tar-riċettur GLP-1. Ftakar biex tieħu dawn il-mediċini l-oħrajn kif ikun qallek it-tabib. B’hekk ikollok l-aħjar riżultati għal saħħtek.

Dieta u eżerċizzju

Biex tikkontrolla d-dijabete tiegħek, inti xorta waħda trid issegwi dieta u tagħmel l-eżerċizzju, anki meta tkun qed tieħu din il-mediċina. Għalhekk huwa importanti li tkompli ssegwi l-pariri dwar id-dieta u l- eżerċizzju li jagħtik it-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. B’mod partikolari, jekk qed issegwi dieta dijabetika għall-kontroll tal-piż, kompli segwiha sakemm tibqa’ tieħu din il-mediċina.

Jekk tieħu Ebymect aktar milli suppost

Jekk tieħu aktar pilloli ta’ Ebymect minn kemm suppost, tista’ taqbdek aċidożi lattika. Is-sintomi tal- aċidożi lattika jinkludu li tħossok jew tkun ma tiflaħx ħafna, rimettar, uġigħ fl-istonku, bugħawwiġ, għeja severa jew diffikultà biex tieħu n-nifs. Jekk jiġrilek hekk, jista’ jkollok bżonn kura immedjata l-isptar, billi l-aċidożi lattika tista’ twassal għal koma. Ieqaf tieħu din il-mediċina immedjatament u kkuntattja tabib jew lill-eqreb sptar minnufih (ara sezzjoni 2). Ħu l-kaxxa tal-mediċina miegħek.

Jekk tinsa tieħu Ebymect

Tiħux doża doppja ta’ din il-mediċina biex tpatti għad-doża li tkun insejt.

Jekk tieqaf tieħu Ebymect

Tiqafx tieħu din il-mediċina mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek l-ewwel. Iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jiżdied mngħajr din il-mediċina.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Waqqaf Ebymect u kellem tabib minnufih jekk tinnota xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji serji jew potenzjalment serji bħal:

Aċidożi lattika, tidher b’mod rari ħafna (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000 persuna). Ebymect jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000 li qed jużawh), iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika (ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”). Jekk jiġri dan, inti trid tieqaf tieħu Ebymect u tikkuntattja lit-tabib jew l-eqreb sptar immedjatament, għax aċidożi lattika tista’ twassal għal koma.

Deidrazzjoni: telf eċċessiv ta’ fluwidu mill-ġisem, ma jseħħx normalment (jista’ jaffettwa sa

persuna 1 minn kull 100).

Dawn huma s-sinjali ta’ deidratazzjoni:

-ħalq xott jew iwaħħal, għatx kbir

-tħossok bi ngħas jew għajjien ħafna

-tagħmel ftit li xejn awrina

-taħbit mgħaġġel tal-qalb.

Infezzjoni tal-apparat urinarju, li hija komuni (tista’ taffetttwa sa persuna 1minn kull 10). Dawn huma sinjali ta’ infezzjoni severa tal-apparat urinarju:

-deni u/jew bard

-sensazzjoni ta’ ħruq meta tgħaddi l-ilma (tagħmel l-awrina)

-uġigħ f’dahrek jew f’ġenbek.

Għalkemm mhux komuni, jekk tara xi demm fl-awrina tiegħek, kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Agħmel kuntatt ma’ tabib jew mal-eqreb sptar minnufih jekk għandek xi wħud minn dawn l-effetti sekondarji:

ketoaċidozi dijabetika, li rari tidher (tista’ taffetwa sa persuna waħda minn kull 1,000)

Dawn huma s-sinjali ta’ ketoaċidożi dijabetika (ara wkoll sezzjoni 2 Twissijiet u prekawzjonijiet):

-żieda fil-livelli ta’ “korpi ketone” fl-awrina jew fid-demm tiegħek

-telf fil-piż f’qasir żmien

-tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx

-uġigħ fl-istonku

-għatx eċċessiv

-nifs mgħaġġel u fil-fond

-konfużjoni

-ngħas jew għejja mhux tas-soltu

-riħa ħelwa fin-nifs tiegħek, togħma ħelwa jew metallika f’ħalqek jew riħa tal-awrina jew tal-għaraq tiegħek differenti minn tas-soltu.

Dan jista’ jseħħ irrispettivament mil-livell ta’ glucose fid-demm. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf il-kura tiegħek b’Ebymect b’mod temporanju jew permanenti.

Agħmel kuntatt mat-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun jekk għandek xi wħud mill-effetti sekondarji li ġejjin:

Livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija), li huma komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10) - meta tkun qed tieħu din il-mediċina ma’ sulphonylurea jew mediċini

oħra li jbaxxu l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek, bħall-insulina Dawn huma s-sinjali ta’ zokkor baxx fid-demm:

-rogħda, għaraq, ansjetà, taħbit mgħaġġel tal-qalb

-ġuħ, uġigħ ta’ ras, bidla fil-vista

-bidla fil-burdata tiegħek jew tħossok imħawwad/imħawwda.

It-tabib tiegħek jgħidlek kif għandek tikkura l-livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm u x’għandek tagħmel jekk ikollok xi wieħed mis-sinjali ta’ hawn fuq.

Effetti sekondarji oħrajn jinkludu:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)

nawsja, rimettar

dijarea jew uġigħ fl-istonku

telf tal-aptit

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

infezzjoni ġenitali (traxx) tal-pene jew tal-vaġina (sinjali jistgħu jinkludu irritazzjoni, ħakk, nixxija jew riħa mhux normali)

uġigħ fid-dahar

tagħmel aktar awrina mis-soltu jew tħoss il-bżonn li tagħmel l-awrina aktar mis-soltu

bidliet fl-ammont ta’ kolesterol jew xaħmijiet fid-demm tiegħek (jirriżulta fit-testijiet)

bidliet fl-ammont ta’ ċelloli ħomor tad-demm fid-demm tiegħek (jirriżulta fit-testijiet)

tibdil fit-togħma

sturdament

raxx

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

għatx

stitikezza

skumdità meta tgħaddi l-ilma (awrina)

tqum mill-irqad bil-lejl biex tagħmel l-awrina

ħalq xott

tnaqqis fil-piż

bidliet fit-testijiet tad-demm tal-laboratorju (kreatinina jew urea)

tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000)

livelli mnaqqsa ta’ vitamina B12 fid-demm

abnormalitajiet fit-testijiet tal-funzjoni tal-fwied, infjammazzjoni fil-fwied (epatite)

ħmura fil-ġilda (eritema), ħakk jew raxx li jġiegħlek tħokk (ħorriqija)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla fAppendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Ebymect

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja jew kartuna wara ‘JIS’. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Ebymect

Is-sustanzi attivi huma dapagliflozin u metformin hydrochloride (metformin HCl).

Kull Ebymect 5 mg/850 mg pillola miksija b’rita (pillola) fiha dapagliflozin propanediol monohydrate ekwivalenti għal 5 mg dapagliflozin u 850 mg metformin hydrochloride.

Kull Ebymect 5 mg/1,000 mg pillola miksija b’rita (pillola) fiha dapagliflozin propanediol monohydrate ekwivalenti għal 5 mg dapagliflozin u 1,000 mg metformin hydrochloride.

Is-sustanzi l-oħra huma:

qalba tal-pillola: hydroxypropyl cellulose (E463), microcrystalline cellulose (E460(i)), magnesium stearate (E470b), sodium starch glycolate.

kisja b’rita: polyvinyl alcohol (E1203), macrogol 3350 (E1520(iii)), talc (E553b), titanium dioxide (E171), iron oxides (E172).

Kif jidher Ebymect u l-kontenut tal-pakkett

Ebymect 5 mg/850 mg huma 9.5 x 20 mm pilloli miksijin b’rita ovali, kannella. Għandhom “5/850” fuq naħa u “1067” fuq in-naħa l-oħra.

Ebymect 5 mg/1,000 mg are 10.5 x 21.5 mm pilloli miksijin b’rita ovali, sofor. Għandhom “5/1000” fuq naħa u “1069” fuq in-naħa l-oħra.

Ebymect 5 mg/850 mg pilloli miksijin b’rita u Ebymect 5 mg/1,000 mg pilloli miksijin b’rita jiġu f’folja tal-PVC/PCTFE/Alu. Id-daqsijiet tal-pakkett huma 14, 28, 56 u 60 pilloli miksijin b’rita f’folji mhux perforati, 60x1 pilloli miksijin b’rita f’folji ta’ doża waħda perforati u pakkett multiplu li fih

196 (2 pakketti ta’ 98) pilloli miksijin b’rita f’folji mhux perforati.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

AstraZeneca AB

SE-151 85 Södertälje

L-Isvezja

Manifattur

AstraZeneca GmbH

Tinsdaler Weg 183

22880 Wedel

Il-Ġermanja

Bristol-Myers Squibb Company

Contrada Fontana del Ceraso

IT-03012 Anagni (FR)

L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

AstraZeneca S.A./N.V.

UAB AstraZeneca Lietuva

Tel: +32 2 370 48 11

Tel: +370 5 2660550

България

Luxembourg/Luxemburg

АстраЗенека България ЕООД

AstraZeneca S.A./N.V.

Тел.: +359 (2) 44 55 000

Tél/Tel: +32 2 370 48 11

Česká republika

Magyarország

AstraZeneca Czech Republic s.r.o.

AstraZeneca Kft.

Tel: +420 222 807 111

Tel.: +36 1 883 6500

Danmark

Malta

AstraZeneca A/S

Associated Drug Co. Ltd

Tlf: +45 43 66 64 62

Tel: +356 2277 8000

Deutschland

Nederland

AstraZeneca GmbH

AstraZeneca BV

Tel: +49 41 03 7080

Tel: +31 79 363 2222

Eesti

Norge

AstraZeneca

AstraZeneca AS

Tel: +372 6549 600

Tlf: +47 21 00 64 00

Ελλάδα

Österreich

AstraZeneca A.E.

AstraZeneca Österreich GmbH

Τηλ: +30 2 106871500

Tel: +43 1 711 31 0

España

Polska

Laboratorios Dr. Esteve, S.A.

AstraZeneca Pharma Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 446 60 00

Tel.: +48 22 245 73 00

Laboratorio Tau, S. A.

 

Tel: +34 91 301 91 00

 

France

Portugal

AstraZeneca

AstraZeneca Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: +33 1 41 29 40 00

Tel: +351 21 434 61 00

Hrvatska

România

AstraZeneca d.o.o.

AstraZeneca Pharma SRL

Tel: +385 1 4628 000

Tel: +40 21 317 60 41

Ireland

Slovenija

AstraZeneca Pharmaceuticals (Ireland) DAC

AstraZeneca UK Limited

Tel: +353 1609 7100

Tel: +386 1 51 35 600

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

AstraZeneca AB, o.z.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5737 7777

Italia

Suomi/Finland

AstraZeneca S.p.A.

AstraZeneca Oy

Tel: +39 02 9801 1

Puh/Tel: +358 10 23 010

Κύπρος

Sverige

Αλέκτωρ Φαρµακευτική Λτδ

AstraZeneca AB

Τηλ: +357 22490305

Tel: +46 8 553 26 000

Latvija

United Kingdom

SIA AstraZeneca Latvija

AstraZeneca UK Ltd

Tel: +371 67377100

Tel: +44 1582 836 836

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati