Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Ecalta (anidulafungin) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - J02AX06

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEcalta
Kodiċi ATCJ02AX06
Sustanzaanidulafungin
ManifatturPfizer Limited

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

ECALTA 100 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih 100 mg anidulafungin.Is-soluzzjoni rikostitwita fiha 3.33 mg/ml anidulafungin u s- soluzzjoni dilwita fiha 0.77 mg/ml anidulafungin.

Eċċipjenti b’effett magħruf : Fructose 102.5 mg kull kunjett

Għal-lista kompleta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Solidu lajofilizzat ta’ lewn abjad għal abjad jagħti fil-griż.

Is-soluzzjoni rikostitwita għandha pH ta’ 3.5 sa 5.5.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura ta’ candidiasis invażiva f’pazjenti adulti (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Kura b’ECALTA għandha tinbeda minn tabib li jkollu esperjenza fil-ġestjoni ta’ infezzjonijiet fungali invażivi. Il-kampjuni għal koltura fungali għandhom jinkisbu qabel it-terapija. It-terapija tista’ tkun mibdija qabel ma r-riżultati tal-koltura jkunu magħrufa u tista’ tiġi aġġustata kif meħtieġ ladarba jkunu disponibbli.

Pożoloġija

F-Jum 1għandha tingħata loading dose waħda ta’ 200 mg, segwita suċċessivament minn 100 mg kuljum. It-tul tal-kura għandu jkun ibbażat fuq ir-rispons kliniku tal-pazjent. B’mod ġenerali, it- terapija antifungali għandha tkompli għal mill-anqas 14-il jum wara l-aħħar koltura pożittiva.

Tul tal-kura

M’hemmx informazzjoni biżżejjed li ssostni doża ta’ 100mg għal iktar minn 35 ġurnata.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi u tal-fwied

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża għal pazjenti b’indeboliment ħafif, moderat jew sever tal- fwied. M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża għal pazjenti bi kwalunkwe livell ta’ insuffiċjenza tal-kliewi, inkluż dawk fuq dijalisi. ECALTA jista’ jingħata mingħajr rigward għall-ħin tal- ħemodijalisi (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjonijiet speċjali oħrajn

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża għal pazjenti adulti fuq il-bażi tas-sess tal-persuna, il-piż, l- etniċità, il-pożittività għall-HIV, jew l-anzjani (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

ECALTA mhux irrakkomandat għal użu fi tfal ta’ taħt it-18-il sena minħabba nuqqas ta’ informazzjoni dwar sigurta’ u effikaċja. Bħalissa, id-dejta disponibbli hija deskritta f’sezzjoni 5.2 imma ma tista ssir l-ebda rakkomandazzjoni fuq il-pożoloġija.

Metodu ta’ kif jingħata

Għal użu ġol-vini biss.

ECALTA għandu jiġi rikostitwit bl-ilma għall-injezzjonijiet għal konċentrazzjoni ta’ 3.33 mg/ml u suċċessivament dilwit għal konċentrazzjoni ta’ 0.77 mg/ml. Għall-istruzzjonijiet dwar ir- rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali qabel jingħata, ara s-sezzjoni 6.6.

Huwa rrakkomandat li ECALTA jingħata b’rata ta’ infużjoni li ma taqbiżx 1.1 mg/minuta (ekwivalenti għal 1.4 ml/minuta meta jkun rikostitwit u dilwit skont l-istruzzjonijiet). Reazzjonijiet assoċjati mal- infużjonijiet huma rari meta r-rata tal-infużjoni ta’ anidulafungin ma taqbiżx 1.1 mg/minuta (ara sezzjoni 4.4).

ECALTA m’għandux jingħata bħala injezzjoni bolus.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva, jew għal xi eċċipjenti elenkati f’sezzjoni 6.1. Sensittività eċċessiva għal prodotti mediċinali oħra tal-klassi echinocandin.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

ECALTA ma ġiex studjat f’pazjenti b’endokardite b’candida, ostjomajelite jew meninġite.

L-effikaċja ta’ ECALTA ġiet evalwata biss f’numru limitat ta’ pazjenti newtropeniċi (ara sezzjoni 5.1)

Effetti fuq il-fwied

Żieda fil-livelli tal-enzimi epatiċi dehret f’suġġetti b’saħħithom u pazjenti kkurati b’anidulafungin. F’ċerti pazjenti b’kondizzjonijiet mediċi serji preżenti li kienu qegħdin jirċievu diversi mediċini konkomitanti flimkien ma’ anidulafungin, seħħew anormalitajiet epatiċi klinikament sinifikanti. Każijiet iżolati ta’ disfunzjoni epatika sinifikanti, epatite, u insuffiċjenza tal-fwied ma kienux komuni fil-provi kliniċi. Pazjenti li jiżviluppaw żieda fl-enzimi epatiċi, waqt terapija b’anidulafungin għandhom jiġu mmonitorjati għal evidenza ta’ tħassir tal-funzjoni tal-fwied u evalwati għar- riskju/benefiċċju tat-tkomplija tat-terapija b’anidulafungin.

Reazzjonijiet anafillatiċi

Reazzjonijiet anafillatiċi, inkluż xokk, kienu rrapurtati bl-użu ta’ anidulafungin. Jekk dawn ir- reazzjonijiet iseħħu, anidulafungin għandu jitwaqqaf u trattament xieraq għandu jiġi amministrat.

Reazzjonijiet relatati mal-infużjoni

Reazzjonijiet avversi relatati mal-infużjoni ta’ anidulafungin, inkluż raxx, urtikarja, fwawar, prurite, qtugħ ta’ nifs, bronkospażmu, u pressjoni baxxa, kienu rrapurtati. Reazzjonijiet avversi relatati mal- infużjoni ma kienux frekwenti meta r-rata tal-infużjoni ta’ anidulafungin ma kinitx aktar minn 1.1 mg/minuta.

Aggravament ta’ reazzjonijiet relatati ma’ l-infużjoni bl-għoti ta’ anestetiċi ma’ anidulafungin intwera fi studju mhux kliniku (fuq il-firien) (ara sezzjoni 5.3). Ir-rilevanza klinika ta’ dan mhux magħrufa. Madankollu, wieħed irid joqgħod attent meta jagħti anidulafungin ma’ aġenti anestetiċi.

Kontenut ta’ fructose

Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-fructose m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

4.5 Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan

il-prodott u affarijiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

Anidulafungin mhux sottostrat, induttur, jew inibitur klinikament rilevanti ta’ l-isoenzimi taċ- ċitokromu P450 (1A2, 2B6, 2C8, 2C9, 2C19, 2D6, 3A). Importanti, l-istudji in vitro ma jeskludux għal kollox interazzjonijiet in vivo li jista’ jkun hemm.

L-istudji dwar l-interazzjoni tal-mediċina saru b’anidulafungin u prodotti mediċinali oħra li jistgħu jingħataw miegħu. Mhux rakkomandat aġġustament fid-doża ta’ xi mediċina meta anidulafungin jingħata ma’ ciclosporin, voriconazole jew tacrolimus, u mhux rakkomandat aġġustament fid-doża ta’ anidulafungin meta jingħata ma’ amphotericin B jew ma’ rifampicin.

Popolazzjoni pedjatrika

L-istudji dwar l-interazzjoni twettqu biss fuq l-adulti.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemm l’ebda informazzjoni dwar l-użu ta’ anidulafungin f’nisa tqal. Kienu osservati effetti ħfief fuq l-iżvilupp fi fniek li ngħataw anidulafugin waqt it-tqala, fil-preżenza ta’ tossiċità fl-omm (ara sezzjoni 5.3). Mhux magħruf ir-riskju potenzjali għall-bniedem. Għalhekk anidulafungin mhux rakkomandat fit-tqala.

Treddigħ

Studji fuq l-annimali wrew tneħħija ta’ anidulafungin fil-ħalib tas-sider. Mhux magħruf jekk anidulafungin jitneħħiex fil-ħalib tas-sider fil-bniedem. Deċiżjoni dwar jekk jissoktax/jitwaqqafx it- treddigħ jew it-terapija b’anidulafungin għandha tittieħed wara li jitqies il-benefiċċju tat-treddigħ għat- tarbija u l-benefiċċju ta’ anidulafungin għall-omm.

Fertilità

Għal anidulafungin, ma kienx hemm effetti fuq il-fertilità fi studji li saru fuq ġrieden maskili u femminili (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Elf ħames mija u ħamsa u sittin (1565) suġġett irċevew doża waħda jew diversi ta’ anidulafungin ġol- vina fi provi kliniċi: 1308 fi studji ta’ Fażi 2/3 (923 pazjent b’candidemia/candidiasis invażiva, 355 pazjent b’candidiasis orali/ta’ l-esofagu, 30 pazjent b’asperġillosi invażiva), u 257 fi studji ta’ Fażi I.

Il-profil ta’ sigurtà ta’ anidulafungin huwa bbażat fuq 840 pazjent b’candidemia/candidiasis invażiva li qed jirċievu d-doża rrakkomandata ta’ kuljum ta’ 100 mg f’9 studji. Oriġinarjament, fi 3 studji (wieħed komparattiv vs fluconazole, tnejn mhux komparattivi) ġew studjati 204 pazjenti; it-tul medju tal-kura għal ġol-vini f’dawn il-pazjenti kien 13.5-il ġurnata (medda, 1 sa 38 ġurnata) u 119-il pazjent irċevew ≥ 14-il ġurnata ta’ anidulafungin. F’6 studji addizzjonali (tnejn komparattivi vs caspofungin u erbgħa mhux komparattivi), ġew studjati 636 pazjent inkluż 53 pazjent newtropeniku u 131 pazjent b’infezzjoni f’tessuti fondi ta’ taħt il-ġilda; it-tul medju tal-kura għal ġol-vini f’pazjenti newtropeniċi u pazjenti b’infezzjoni f’tessuti fondi ta’ taħt il-ġilda f’dawn l-istudji kien 10.0 (medda, 1 sa 42 ġurnata) ġranet u 14.0-il ġurnata (medda, 1 sa 42 ġurnata), rispettivament. Ir-reazzjonijiet avversi ġeneralment kienu ħfief għal moderati u rari wasslu għal twaqqif tal-kura.

Kienu rrapportati reazzjonijiet avversi relatati ma’ l-infużjoni bl-użu ta’ anidulafungin fl-istudji kliniċi li kienu jinkludu ħmura tal-wiċċ, ħmura tal-wiċċ bil-fwawar, ħakk, raxx u urtikarja, b’sommarju f’Tabella 1.

Lista f’tabella tar-reazzjonijiet avversi

It-tabella li ġejja tinkludi r-reazzjonijiet avversi mill-kawżalità kollha (termini MedDRA) minn 840 suġġett li qed jirċievu 100 mg ta’ anidulafungin bi frekwenza li tikkorrispondi għal komuni ( 1/100 to <1/10) jew mhux komuni ( 1/1,000 to <1/100) u mir-rapporti spontanji bil-frekwenza mhux

magħrufa (frekwenza ma tistax tkun ikkalkulata mid-data disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa huma mniżżlin skont is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji huma mniżżlin l-ewwel, segwiti minn dawk inqas serji.

Tabella 1. Tabella li Turi r-Reazzjonijiet Avversi

Klassi tal-Organi

Komuni

Komuni

Mhux

Rari

Rari

Mhux

tas-Sistema

Ħafna

≥ 1/100

komuni

Ħafna

Magħrufa

 

≥ 1/10

sa

≥ 1/1 000

1/10 000

<

 

 

 

< 1/10

sa

sa

1/10 000

 

 

 

 

<1/100

<1/1 000

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi tad-Demm

 

 

Koagulopatij

 

 

 

u tas-Sistema

 

 

a

 

 

 

Limfatika

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

 

 

 

Xokk

Sistema Immuni

 

 

 

 

 

anafillatiku,

 

 

 

 

 

 

Reazzjoni

 

 

 

 

 

 

anafillatika*

Disturbi fil-

Ipokalimja

Ipergliċemija

 

 

 

 

Metaboliżmu u n-

 

 

 

 

 

 

Nutrizzjoni

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

Konvulżjoni,

 

 

 

 

Sistema Nervuża

 

uġigħ ta’ ras

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi Vaskulari

 

Pressjoni baxxa,

Fwawar,

 

 

 

 

 

pressjoni għolja

ħmura tal-

 

 

 

 

 

 

wiċċ bil-

 

 

 

 

 

 

fwawar

 

 

 

Disturbi

 

Bronkospażmu,

 

 

 

 

Respiratorji,

 

Qtugħ ta’ nifs

 

 

 

 

Toraċiċi u

 

 

 

 

 

 

Medjastinali

 

 

 

 

 

 

Disturbi Gastro

Dijarea,

Rimettar

Uġigħ fin-

 

 

 

Intestinali

dardir

 

naħa ta’ fuq

 

 

 

 

 

 

taż-żaqq

 

 

 

Disturbi tal-Fwied

 

Żieda fl-alanine

Żieda fil-

 

 

 

u tal-Marrara

 

aminotransferase

gamma-

 

 

 

 

 

, żieda fl-alkaline

glutamyltrans

 

 

 

 

 

phosphatase fid-

ferase

 

 

 

 

 

demm, żieda fl-

 

 

 

 

 

 

aspartate

 

 

 

 

 

 

aminotransferase

 

 

 

 

 

 

, żieda ta’

 

 

 

 

 

 

bilirubin fid-

 

 

 

 

 

 

demm,

 

 

 

 

 

 

kolestasi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-Ġilda u

 

Raxx,

Urtikaria

 

 

 

fit-Tessuti ta’ Taħt

 

ħakk

 

 

 

 

il-Ġilda

 

 

 

 

 

 

Tabella 1. Tabella li Turi r-Reazzjonijiet Avversi

Klassi tal-Organi

Komuni

Komuni

Mhux

Rari

Rari

Mhux

tas-Sistema

Ħafna

≥ 1/100

komuni

Ħafna

Magħrufa

 

≥ 1/10

sa

≥ 1/1 000

1/10 000

<

 

 

 

< 1/10

sa

sa

1/10 000

 

 

 

 

<1/100

<1/1 000

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-Kliewi

 

Żieda fil-

 

 

 

 

u fis-Sistema

 

kreatinina tad-

 

 

 

 

Urinarja

 

demm

 

 

 

 

Disturbi Ġenerali u

 

 

Uġigħ fil-post

 

 

 

Kondizzjonijiet ta’

 

 

tal-infużjoni

 

 

 

Mnejn Jingħata

 

 

 

 

 

 

* Ara sezzjoni 4.4.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Bħal f’kull każ ta’ doża eċċessiva oħra, għandhom jintużaw miżuri ġenerali ta’ sostenn kif ikun meħtieġ. F’każ ta’ doża eċċessiva, jista’ jkun hemm reazzjonijiet avversi kif imsemmi f’sezzjoni 4.8. Waqt provi kliniċi, doża waħda ta’ 400 mg anidulafungin ġiet mogħtija bi żball bħala loading dose. Ma ġew irrapportati l-ebda reazzjonijiet kliniċi avversi. L-ebda tossiċità li tillimita d-doża ma kienet osservata fi studju ta’ għaxar suġġetti b’saħħithom li ngħataw loading dose ta’ 260 mg segwita b’130 mg kuljum; 3 mill-10 suġġetti esperjenzaw żidiet momentanji bla sintomi fit-transaminases ( 3 x Limitu ta’ Fuq tan-Normal (ULN – Upper Limit of Normal)).

ECALTA ma jitneħħiex b’dijalisi.

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: Antimikotiċi għal użu sistemiku, antimikotiċi oħra għal użu sistemiku Kodiċi ATC: JO2 AX 06

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Anidulafungin huwa echinocandin semi-sintetiku, lipopeptide sintetizzat minn prodott ta’ fermentazzjoni ta’ l-Aspergillus nidulans.

Anidulafungin jinibixxi b’mod selettiv il-glucan synthase 1,3-β-D, enzima preżenti fiċ-ċelloli fungali, iżda mhux mammiferi. Dan jirriżulta f’inibizzjoni tal-ħolqien ta’ 1,3- -D-glucan, komponent essenzjali tal-ħajt taċ-ċelloli fungali. Anidulafungin wera attività fungiċida kontra speċi ta’ Candida u attività kontra reġjuni ta’ tkabbir attiv taċ-ċelloli tal-filament fil-miċelju ta’ l-Aspergillus fumigatus.

Attivita in vitro

Anidulafungin wera attività in-vitro kontra C. albicans, C. glabrata, C. parapsilosis, C. krusei u C. Tropicalis. Għar-rilevanza klinika ta’ dawn is-sejbiet ara “Effikaċja klinika u sigurtà”.

Iżolati b’mutazzjonijiet fir-reġjuni tal-punti kritiċi tal-ġene fil-mira ġew assoċjati mal-fallimenti kliniċi jew mal-infezzjonijiet mifruxa. Ħafna mill-każijiet kliniċi jinvolvu trattament bil-caspofungin. Madankollu, f’esperimenti fuq l-annimali dawn il-mutazzjonijiet jagħtu reżistenza inkroċjata lil kull wieħed mit-tliet echinocandins u għalhekk dawn l-iżolati huma klassifikati bħala reżistenti għall- echinocandin sakemm tinkiseb iżjed esperjenza klinika li tikkonċerna l-anidulafungin.

L-attività in vitro tal-anidulafungin kontra l-ispeċi ta’ Candida mhijiex uniformi. B’mod speċifiku, għal C. parapsilosis, il-MIC tal-anidulafungin huma ogħla minn dawk ta’ speċi oħra ta’ Candida. Teknika standardizzata għall-ittestjar tas-suxxettibbiltà tal-ispeċi ta’ Candida għal anidulafungin kif ukoll il-punti kritiċi interpretattivi rispettivi ġew stabbiliti mill-Kumitat Ewropew dwar it-Testijiet tas- Suxxettibbiltà (EUCAST).

Tabella 2. Punti kritiċi tal-EUCAST

Speċi ta’ Candida

Punt kritiku tal-MIC (mg/L)

 

≤S

>R

 

(Suxxettibbli)

(Reżistenti)

Candida albicans

0.03

0.03

Candida glabrata

0.06

0.06

Candida tropicalis

0.06

0.06

Candida krusei

0.06

0.06

Candida parapsilosis1

0.002

Speċi Oħra ta’ Candida2

Mhux biżżejjed evidenza

1C. parapsilosis fiha alterazzjoni intrinsika fil-ġene fil-mira, li hija l- mekkaniżmu probabbli għall-MIC ogħla milli fi speċi oħra ta’ Candida. Fil-provi kliniċi l-eżitu għall-anidulafungin b’C. parapsilosis ma kienx statistikament differenti minn speċi oħra madankollu, l-użu ta’echinocandins f’candidemia minħabba C.parapsilosis ma jistgħux jitqiesu bħala l-ewwel għażla ta’ terapija

2 EUCAST ma ddeterminax il-punti kritiċi relatati man-nonspeċi għall- anidulafungin

Attivita in vivo

Anidalfungin mogħti b’mod parenterali, kien effettiv kontra speċi ta’ Candida f’mudelli ta’ ġrieden u fniek immunokompetenti u immunokompromessi. Trattament b’anidulafungin tawwal is- sopravvivenza u naqqas it-tgħabija ta’ speċi ta’ Candida fuq l-organi, meta dan ġie ddeterminat f’intervalli bejn 24 u 96 siegħa wara l-aħħar trattament.

Infezzjonijiet ta’ prova kienu jinkludu tixrid ta’ infezzjoni C. albicans fi fniek newtropeniċi, infezzjonijiet fl-esofagu jew fil-ħalq u l-farinġi ta’ fniek newtropeniċi b’C. albicans reżistenti għal fluconazole, u infezzjoni imxerrrda fi ġrieden newtropeniċi bi C. glabrata reżistenti għal fluconazole.

Effikaċja klinika u sigurtà

Candidemia u forom oħra ta’ Candidiasis Invażiva

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ anidulafungin ġew evalwati fi studju pivitali multiċentri, multinazzjonali, magħmul b’għażla każwali, double-blind, ta’ Fażi 3 fuq pazjenti primarjament mhux newtropeniċi,b’candidemia u numru limitat ta’ pazjenti b’infezzjoni ta’ Candida f’tessuti ta’ taħt il- ġilda, jew b’mard li jikkawża axxessi. Pazjenti b’endokardite, ostjomajelite jew meninġite b’Candida, jew dawk b’infezzjoni minħabba C. krusei, kienu speċifikament esklużi mill-istudju. Il-pazjenti kienu magħżula b’mod każwali biex jirċievu jew anidulafungin (loading dose ta’ 200 mg ġol-vina segwita minn 100 mg ġol-vina kuljum) jew fluconazole (loading dose ta’ 800 mg ġol-vina segwita minn 400 mg ġol-vina kuljum), u ġew stratifikati skont l-iskor APACHE II (≤20 and >20) u l-preżenza jew nuqqas ta’ neutropenia. Il-kura ngħatat għal mill-anqas 14-il ġurnata u mhux aktar minn 42 ġurnata. Il- pazjenti fiż-żewġ gruppi ta’ studju kienu permessi li jaqilbu għal fluconazole orali wara talanqas 10 ijiem ta’ terapija ġol-vina, bil-kondizzjoni li kienu kapaċi jittolleraw medikazzjoni orali u ma

kellhomx deni għal mill-anqas 24 siegħa, u li l-aktar kolturi riċenti tad-demm kienu negattivi għal speċi Candida.

Pazjenti li rċevew mill-anqas doża waħda tal-medikazzjoni ta’ studju u li kellhom koltura pożittiva għal speċi Candida minn sit normalment sterili qabel l-istudju kienu inklużi fil-popolazzjoni intiża għall-kura (MITT) modifikata. Fl-analiżi primarja ta’ l-effikaċja, ir-rispons globali fil-popolazzjonijiet MITT fit-tmiem tat-terapija ġol-vina, anidulafungin ġie mqabbel ma’ fluconazole f’paragun statistiku ta’ żewġ stadji speċifikat minn qabel (mhux inferjorità segwita minn superjorità). Rispons globali ta’ suċċess kien jeħtieġ titjib kliniku u qerda totali mikrobijoloġika. Il-pazjenti kienu segwiti għal sitt ġimgħat wara t-tmiem tat-terapija kollha.

Mitejn u sitta u ħamsin pazjent, li varjaw minn 16 sa 91 sena, ġew magħżula b’mod każwali għall-kura u rċevew mill-anqas doża waħda tal-medikazzjoni ta’ studju. L-aktar speċi frekwenti iżolati fil-linja bażi kienu C. albicans (63.8% anidulafungin, 59.3% fluconazole), segwiti minn C. glabrata (15.7%, 25.4%), C. parapsilosis (10.2%, 13.6%) u C. tropicalis (11.8%, 9.3%) – b’20, 13 u 50 isolati ta’ l- aħħar 3 speċi rispettivament, fil-grupp ta’ anidulafungin. Il-maġġoranza tal-pazjenti kellhom punteġġi Apache II ta’ ≤ 20 u ftit biss kienu newtropeniċi.

It-tagħrif dwar l-effikaċja, kemm globali kif ukoll skont id-diversi sottogruppi, huwa ppreżentat hawn taħt f’Tabella 3.

Tabella 3. Suċċess globali fil-popolazzjoni MITT: punti tat-tmiem primarji u sekondarji

Anidulafungin Fluconazole Differenza bejn il-gruppi a

( 95% CI)

Tmiem tar-IV Terapija (l-Ewwel

96/127 (75.6%)

71/118 (60.2%)

15.42 (3.9, 27.0)

punt tat-tmiem)

 

 

 

Candidemia biss

88/116 (75.9%)

63/103 (61.2%)

14.7 (2.5, 26.9)

Siti sterili oħrajn b

8/11 (72.7%)

8/15 (53.3%)

-

Fluwidu peritonali/Axxess IAc

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

C. albicansd

60/74 (81.1%)

38/61 (62.3%)

-

Speċi mhux albicansd

32/45 (71.1%)

27/45 (60.0%)

-

 

 

 

 

Skor Apache II ≤ 20

82/101 (81.2%)

60/98 (61.2%)

-

Skor Apache II 20

14/26 (53.8%)

11/20 (55.0%)

-

 

 

 

 

Mhux newtropeniċi (ANC,

94/124 (75.8%)

69/114 (60.5%)

-

ċelluli/mm3 500)

 

 

 

Newtropeniċi(ANC, ċelluli/mm3

-

500)

 

 

 

Il-Punti tat-Tmiem l-Oħra Kollha

 

 

 

Tmiem tat-Terapija Kollha

94/127 (74.0%)

67/118 (56.8%)

17.24 (2.9, 31.6)e

Ġimagħtejn ta’ Kontinwazzjoni

82/127 (64.6%)

58/118 (49.2%)

15.41 (0.4, 30.4)e

6 Ġimgħat ta’ Kontinwazzjoni

71/127 (55.9%)

52/118 (44.1%)

11.84 (-3.4, 27.0)e

aIkkalkulata bħala anidulafungin tnaqqas fluconazole

bBi jew mingħajr candidemia konkorrenti

cFiż-żaqq

dInformazzjoni ppreżentata għal pazjenti b’patoġenu wieħed fil-linja bażi.

e98.3% intervalli ta’ kunfidenza, aġġustati post hoc għal paraguni multipli ta’ time points sekondarji.

Ir-rata ta’ mwiet kemm fil-grupp ta’ anidulafungin u f’dak ta’ fluconazole huwa ppreżentat hawn taħt f’Tabella 4.

Tabella 4. Mortalità

 

Anidulafungin

Fluconazole

 

 

 

Mortalità globali fl-istudju

29/127 (22.8%)

37/118 (31.4%)

Mortalità matul it-terapija ta’ studju

10/127 (7.9%)

17/118

(14.4%)

Mortalità attribwita għal infezzjoni

2/127 (1.6%)

5/118

(4.2%)

b’Candida

 

 

 

Informazzjoni addizzjonali f’Pazjenti Newtropeniċi

L-effikaċja tal-anidulafungin (loading dose ta’ 200 mg ġol-vina segwita minn 100 mg ġol-vina kuljum) f’pazjenti newtropeniċi adulti (definiti bħala l-għadd assolut tan-newtrofili ≤ 500 ċellola/mm3, WBC ≤ 500 ċellola/mm3 jew klassifikati mill-investigatur bħala newtropeniċi fil-linja bażi) b’candidiasis invażiva kkonfermata b’mod mikrobijoloġiku kienet ivvalutata f’analiżi ta’ informazzjoni miġbura minn 5 studji prospettivi (1 komparattiv vs caspofungin u 4 open-label, mhux komparattivi). Il-pazjenti ġew trattati għal mill-inqas 14-il ġurnata. F’pazjenti klinikament stabbli, il- bidla għal terapija ta’ azole orali kienet permessa wara mill-inqas 5 sa 10 ġranet ta’ trattament bl- anidulafungin. Total ta’ 46 pazjent ġew inklużi fl-analiżi. Il-maġġoranza tal-pazjenti kellhom candidemia biss (84.8%; 39/46). Il-patoġeni l-iżjed komuni iżolati fil-linja bażi kienu C. tropicalis (34.8%; 16/46), C. krusei (19.6%; 9/46), C. parapsilosis (17.4%; 8/46), C. albicans (15.2%; 7/46), u C. glabrata (15.2%; 7/46). Ir-rata ta’ rispons globali ta’ suċċess fit-Tmiem tat-Trattament ġol-Vina (punt tat-tmiem primarju) kienet 26/46 (56.5%) u fit-Tmiem tat-Trattament Kollu kienet 24/46 (52.2%). Il-mortalità mill-kawżalità kollha sal-aħħar tal-istudju (Żjara ta’Segwitu ta’ 6 Ġimgħat) kienet 21/46 (45.7%).

L-effikaċja tal-anidulafungin f’pazjenti newtropeniċi adulti (definiti bħala l-għadd assolut ta’ newtrofil 500 ċellola/mm3 fil-linja bażi) b’candidiasis invażiva kienet ivvalutata fi prova kontrollata, aleatorja, prospettiva, bi proċedura double-blind. Il-pazjenti eliġibbli rċevew jew anidulafungin (loading dose ta’ 200 mg ġol-vina segwita minn 100 mg ġol-vina kuljum) jew caspofungin (loading dose ta’ 70 mg ġol-vina segwita minn 50 mg ġol-vina kuljum) (każwalità ta’ 2:1). Il-pazjenti ġew trattati għal mill-inqas 14-il ġurnata. F’pazjenti klinikament stabbli, il-bidla għal terapija ta’ azole orali kienet permessa wara mill-inqas 10 ġranet ta’ trattament ta’ studju. Total ta’ 14-il pazjent newtropeniku b’candidiasis invażiva kkonfermata b’mod mikrobijoloġiku (popolazzjoni MITT) ġew irreġistrati fl-istudju (11 anidulafungin; 3 caspofungin). Il-maġġoranza tal-pazjenti kellhom candidemia biss. Il-patoġeni l-iżjed komuni iżolati fil-linja bażi kienu C. tropicalis (4 anidulafungin, 0 caspofungin), C. parapsilosis (2 anidulafungin, 1 caspofungin), C. krusei (2 anidulafungin, 1 caspofungin), u C. ciferrii (2 anidulafungin, 0 caspofungin). Ir-rata ta’ rispons globali ta’ suċċess fit- Tmiem tat-Trattament ġol-Vina (punt tat-tmiem primarju) kienet ta’ 8/11 (72.7%) għal anidulafungin u 3/3 (100.0%) għal caspofungin (differenza -27.3, 95% CI -80.9, 40.3); ir-rata ta’ rispons globali ta’ suċċess fit-Tmiem tat-Trattament Kollu kienet ta’ 8/11 (72.7%) għal anidulafungin u 3/3 (100.0%) għal caspofungin (differenza -27.3, 95 % CI -80.9, 40.3). Il-mortalità mill-kawżalità kollha saż-żjara ta’ Segwitu ta’ 6 Ġimgħat għal anidulafungin (popolazzjoni MITT) kienet ta’ 4/11 (36.4%) u 2/3 (66.7%) għal caspofungin.

Pazjenti b’candidiasis invażiva kkonfermata b’mod mikrobijoloġiku (popolazzjoni MITT) u newtropenja ġew identifikati f’analiżi ta’ informazzjoni miġbura minn 4 studji prospettivi ddisinjati b’mod simili, mhux komparattivi u open-label. L-effikaċja ta’ anidulafungin (loading dose ta’ 200 mg ġol-vina segwita minn 100 mg ġol-vina kuljum) ġiet ivvalutata f'35 pazjent newtropeniku adult definita bħala l-għadd assolut ta’ newtrofili 500 ċellola/mm3 jew WBC 500 ċellola/mm3 fi 22 pazjent jew ikklassifikati mill-investigatur bħala newtropeniċi fil-linja bażi f’13-il pazjent. Il-pazjenti kollha ġew trattati għal mill-inqas 14-il ġurnata. F’pazjenti klinikament stabbli, il-bidla għal terapija ta’ azole orali kienet permessa wara mill-inqas 5 sa 10 ġranet ta’ trattament bl-anidulafungin. Il- maġġoranza tal-pazjenti kellhom candidemia biss (85.7%). Il-patoġeni l-iżjed komuni iżolati fil-linja

bażi kienu C. tropicalis (12-il pazjent), C. albicans (7 pazjenti), C. glabrata (7 pazjenti), C. krusei (7 pazjenti), u C. parapsilosis (6 pazjenti). Ir-rata ta’ rispons globali ta’ suċċess fit-Tmiem tat-Trattament ġol-Vina (punt tat-tmiem primarju) kienet ta’ 18/35 (51.4%) u 16/35 (45.7%) fit-Tmiem tat-Trattament Kollu. Il-mortalità mill-kawżalità kollha sat-28 Ġurnata kienet ta’ 10/35 (28.6%). Ir-rata ta' rispons globali ta' suċċess fit-Tmiem tat-Trattament ġol-Vina kif ukoll fit-Tmiem tat-Trattament Kollu kienet 7/13 (53.8%) fit-13-il pazjent b’newtropenja vvalutati mill-investigaturi fil-linja bażi.

Informazzjoni Addizzjonali f’Pazjenti b’Infezzjonijiet f’Tessuti Fondi ta’ Taħt il-Ġilda

L-effikaċja tal-anidulafungin (loading dose ta’ 200 mg ġol-vina segwita minn 100 mg ġol-vina kuljum) f’pazjenti adulti b’candidiasis f’tessuti fondi ta’ taħt il-ġilda kkonfermata b’mod mikrobijoloġiku kienet ivvalutata f’analiżi ta’ informazzjoni miġbura minn 5 studji prospettivi (1 komparattiv u 4 open-label). Il-pazjenti ġew trattati għal mill-inqas 14-il ġurnata. Fl-4 studji open- label, il-bidla għal terapija ta’ azole orali kienet permessa wara mill-inqas 5 sa 10 ġranet ta’ trattament bl-anidulafungin. Total ta’ 129 pazjent kienu inklużi fl-analiżi. Wieħed u għoxrin (16.3%) kellhom candidemia konkomitanti. Ir-riżultat medju APACHE II kien ta’ 14.9 (medda, 2 – 44). L-iżjed postijiet komuni tal-infezzjoni kienu jinkludu l-kavità peritonali (54.3%; 70 minn 129), is-sistema tal-fwied u tal-marrara (7.0%; 9 minn 129), il-kavità plewrali (5.4%; 7 minn 129) u l-kliewi (3.1%; 4 minn

129). Il-patoġeni l-iżjed komuni iżolati minn post ta’ tessuti fondi ta’ taħt il-ġilda fil-linja bażi kienu C. albicans (64.3%; 83 minn 129), C. glabrata (31.0%; 40 minn 129), C. tropicalis (11.6%; 15 minn 129), u C. krusei (5.4%; 7 minn 129). Ir-rata ta’ rispons globali ta’ suċċess fit-tmiem tat-trattament ġol-vina (punt tat-tmiem primarju) u fit-tmiem tat-trattament kollu u l-mortalità mill-kawżalità kollha saż-żjara ta’ segwitu ta’ 6 ġimgħat jidhru fit-Tabella 5.

Tabella 5. Rata ta’ Rispons Globali ta’ Suċċessa u l-Mortalità mill-Kawżalità Kollha f’Pazjenti b’Candidiasis f’Tessuti Fondi ta’ Taħt il-Ġilda – Analiżi Miġbura

 

Popolazzjoni MITT

 

n/N (%)

Rispons Globali ta’ Suċċess fl-EOIVTb

 

Ġenerali

102/129 (79.1)

Kavità peritonali

51/70 (72.9)

Sistema tal-fwied u tal-marrara

7/9 (77.8)

Kavità plewrali

6/7 (85.7)

Kliewi

3/4 (75.0)

Rispons Globali ta’ Suċċess fl-EOTb

94/129 (72.9)

Mortalità mill-Kawżalità Kollha

40/129 (31.0)

aRispons globali ta’ suċċess kien iddefinit bħala suċċess kemm kliniku kif ukoll mikrobijoloġiku

bEOIVT, Tmiem ta’ Trattament ġol-Vina; EOT, Tmiem tat-Trattament Kollu

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Karatteristiċi farmakokinetiċi ġenerali

Il-farmakokinetiċi ta’ anidulafungin ġew ikkaratterizzati f’suġġetti b’saħħithom, popolazzjonijiet speċjali u pazjenti. Kienet osservata varjabilità baxxa bejn is-suġġetti f’espożizzjoni sistemika (ko- effiċjent ta’ varjazzjoni~25%). L-istat fiss inkiseb fl-ewwel ġurnata wara loading dose (id-doppju tad- doża ta’ manutenzjoni ta’ kuljum).

Distribuzzjoni

Il-farmakokinetiċi ta’ anidulafungin huma kkaratterizzati minn half-life rapida tad-distribuzzjoni (0.5- 1 siegħa) u volum ta’ distribuzzjoni, 30-50 l, li huwa simili għall-volum ta’ fluwidu totali fil-ġisem. Anidulafungin jeħel b’mod estensiv (>99%) mal-proteini tal-plasma umana. Ma sarux studji speċifiċi dwar id-distribuzzjoni ta’ anidulafungin fit-tessuti tal-bniedem. Għalhekk, mhix disponibbli informazzjoni dwar il-penetrazzjoni ta’ anidulafungin fil-fluwidu ċerebrospinali (CSF) u/jew minn ġol-barrier ta’ bejn il-moħħ u d-demm.

Bijotrasformazzjoni

Ma ġiex osservat metaboliżmu epatiku ta’ anidulafungin. Anidulafungin mhux sottostrat, induttur, jew inibitur klinikament rilevanti ta’ isoenzimi taċ-ċitokromu P450. Mhux probabbli li anidulafungin ikollu effetti klinikament rilevanti fuq il-metaboliżmu ta’ mediċini metabolizzati b’isoenzimi taċ- ċitokromu P450.

Anidulafungin jiġi sottopost għal degradazzjoni kimika bil-mod f’temperatura fiżjoloġika u pH għal ring-opened peptide nieqsa minn attività antifungali. Il-half life tad-degradazzjoni in vitro ta’ anidulafungin taħt kondizzjonijiet fiżjoloġiċi hija madwar 24 siegħa. In vivo, il-prodott ring-opened jiġi suċċessivament konvertit f’degradanti peptidiċi u mneħħi prinċipalment permezz ta’ eskrezzjoni biljari.

Eliminazzjoni

It-tneħħija ta’ anidulafungin hija madwar litru fis-siegħa. Anidulafungin għandu half-life predominanti ta’ l-eliminazzjoni ta’ madwar 24 siegħa li tikkaratterizza l-biċċa l-kbira tal-profil tal- konċentrazzjoni fil-plasma mal-ħin, u half-life terminali ta’ 40-50 siegħa li tikkaratterizza l-fażi finali ta’ l-eliminazzjoni tal-profil.

Fi studju kliniku b’doża waħda, anidulafungin (~88 mg) radjutikkettat (14C) ġie mogħti lil suġġetti b’saħħithom. Madwar 30% tad-doża radjuattiva amministrata ġiet eliminata fl-ippurgar fuq 9 ijiem, li minnhom anqas minn 10% kienet mediċina intatta. Anqas minn 1% tad-doża radjuattiva amministrata kienet imneħħija fl-awrina, li jindika tneħħija mill-kliewi negliġibbli. Il-konċentrazzjonijiet ta’ anidulafungin waqgħu taħt il-limiti l’aktar baxxi ta’ kwantifikazzjoni 6 ijiem wara d-doża. Ammonti negliġibbli ta’ radjuattività derivata mill-mediċina kienu rkuprata fid-demm, fl-awrina, u fl-ippurgar 8 ijiem wara d-doża.

Linearità

Anidulafungin juri farmakokinetiċi lineari matul firxa wiesgħa ta’ dożi mogħtija darba kuljum (15-130 mg).

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti b’infezzjonijiet fungali

Il-farmakokinetiċi ta’ anidulafungin f’pazjenti b’infezzjonijiet fungali huma simili għal dawk osservati f’suġġetti b’saħħithom ibbażati fuq analiżi farmakokinetiċi tal-popolazzjoni. Bir-reġim ta’ dożaġġ ta’ 200/100 mg kuljum b’rata ta’ infużjoni ta’ 1.1 mg/min, il-Cmax stabbli u l- konċentrazzjonijiet minimi (Cmin) jistgħu jilħqu madwar 7 u 3 mg/l, rispettivament, b’medja ta’ AUC stabbli ta’ madwar 110 mg h/l.

Piż tal-persuna

Għalkemm il-piż tal-persuna ġie identifikat bħala sors ta’ varjabilità fit-tneħħija - fl-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni, il-piż tal-persuna ftit għandu rilevanza klinika fuq il- farmakokinetiċi ta’ anidulafungin.

Sess tal-persuna

Il-konċentrazzjonijiet fil-plasma ta’ anidulafungin f’irġiel u nisa b’saħħithom kienu simili. Fi studji fuq il-pazjenti b’dożi multipli, it-tneħħija tal-mediċina kienet daqsxejn aktar mgħaġġla (madwar 22%) fl-irġiel.

Anzjani

L-analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni wriet li t-tneħħija medjana varjat daqsxejn bejn il-grupp anzjan (pazjenti ≥ 65, CL medjana = 1.07 l/siegħa) u l-grupp mhux anzjan (pazjenti < 65, CL medjana = 1.22 l/siegħa), madankollu l-medda tat-tneħħija kienet simili.

Etniċità

Il-farmakokinetiċi ta’ anidulafungin kienu simili f’persuni Kawkasi, Suwed, Asjatiċi, u Ispaniċi.

Pożittività għall-HIV

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża bbażat fuq pożittività għall-HIV, irrispettivament mit- terapija antiretrovirali konkomitanti.

Insuffiċjenza tal-fwied

Anidulafungin ma jiġix metabolizzat mill-fwied. Il-farmakokinetiċi ta’ anidulafungin kienu studjati f’suġġetti li kellhom insuffiċjenza tal-fwied tal-klassi Child-Pugh A, B jew C. Il-konċentrazzjonijiet ta’ anidulafungin ma żdidux f’pazjenti li kellhom xi livelli ta’ insuffiċjenza tal-fwied. Għalkemm kien osservat tnaqqis żgħir fl-AUC f’pazjenti li kellhom insuffiċjenza tal-fwied ta’ Child-Pugh C, dan it- tnaqqis kien fil-medda ta’ l-istimi għall-popolazzjoni nnotati għal suġġetti b’saħħithom.

Insuffiċjenza tal-kliewi

Anidulafungin għandu tneħħija renali negliġibbli (<1%). Fi studju kliniku ta’ suġġetti b’insuffiċjenza renali ħafifa, moderata, severa jew ta’ l-aħħar stadju (dipendenti fuq id-dijalisi), il- farmakokinetiċi ta’ anidulafungin kienu simili għal dawk osservati f’suġġetti b’funzjoni tal-kliewi normali. Anidulafungin mhux dijalizzabbli u jista’ jingħata mingħajr ma jitqies il-ħin tal- ħemodijalisi.

Pedjatriċi

Il-farmakokinetiċi ta’ anidulafungin wara mill-anqas 5 dożi li ngħataw darba kuljum ġew studjati f’24 pazjent pedjatriku (2 sa 11-il sena) u adoloxxenti (12 sa 17-il sena) immunokompromessi b’newtropenja. Stat fiss inkiseb fl-ewwel jum wara loading dose (doża ta’ manutenzjoni doppja), u l- Cmax u l-AUCss fissi jiżdiedu b’mod proporzjonali mad-doża. L-espożizzjoni sistemiku wara doża ta’ manutenzjoni kuljum ta’ 0.75 u 1.5 mg/kg/ġurnata f’din il-popolazzjoni kien paragunabbli ma’ dak osservat f’persuni adulti wara 50 u 100 mg/ġurnata, rispettivament. Iż-żewġ reġimi kienu ttollerati sewwa minn dawn il-pazjenti u l-ebda pazjent ma ġie ddijanjostikat b’infezzjoni fungali invażiva matul il-kura b’anidulafungin.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Fi studji ta’ 3 xhur, evidenza ta’ tossiċità tal-fwied, fosthom enzimi elevati u bidliet morfoloġiċi, ġiet osservata kemm fil-firien kif ukoll fix-xadini b’dożi 4 sa 6 darbiet ogħla mill-espożizzjoni terapewtika klinika mistennija. L-istudji in vitro u in vivo tal-ġenotossiċità b’anidulafungin ma pprovdew ebda evidenza ta’ potenzjal ġenotossiku. Ma sarux studji fuq perjodu fit-tul fuq l-annimali biex jiġi evalwat il-potenzjal karċinoġeniku ta’ anidulafungin.

L-amministrazzjoni ta’ anidulafungin lill-firien ma indikat l-ebda effett fuq ir-riproduzzjoni, inkluża l- fertilità tar-raġel u tal-mara.

Anidulafungin għadda minn ġol-barrier plaċentali u kien rilevat fil-plasma tal-fetu.

Studji fl-iżvilupp ta’ l-embriju u tal-fetu saru minn dożi bejn 0.2- u 2- il darba (fil-firien) jew bejn 1- u 4-il darba (fil-fniek), id-doża terapewtika proposta ta’ manutenzjoni ta’ 100 mg. Anidulafungin ma pproduċa l-ebda tossiċità ta’ l-iżvilupp relatata mal-mediċina fil-firien bl-ogħla doża. L-effetti fuq l- iżvilupp osservati fil-fniek (tnaqqis żgħir fil-piż tal-fetu) seħħew biss fl-ogħla doża studjata, doża li pproduċiet ukoll tossiċità fl-omm.

F’adulti u firien tat-twelid li m’humiex infettati, il-konċentrazzjoni ta’ anidulafungin fil-moħħ wara doża waħda kienet baxxa (il-proporzjon tal-konċentrazzjoni fil-moħħ meta mqabbel ma’ dak fil- plażma kien ta’ madwar 0.2). Madankollu, kien hemm żieda il-konċentrazzjonijiet f’firien tat-twelid li m’humiex infettati wara doża waħda kuljum għal ħamest ijiem 5 (il-proporzjon tal-konċentrazzjoni fil- moħħ meta mqabbel ma’ dak fil-plażma kien ta’ madwar 0.7) Fi studji ta’ dożi multipli fi fniek li

kellhom candidiasis mifruxa u ġrieden li kellhom infezzjoni ta’ candida fis-CNS, intwera li anidulafungin inaqqas it-tagħbija fungali fil-moħħ.

Il-firien ingħataw anidulafungin fi tliet livelli ta’ dożaġġ u ġew anestetizzati fi żmien siegħa bl-użu ta’ taħlita ta’ ketamine u xylazine. Il-firien fil-grupp tad-doża l-għolja esperjenzaw reazzjonijiet relatati ma’ l-infużjoni li kienu aggravati bl-anestesija. Xi firien fil-grupp tad-doża tan-nofs esperjenzaw reazzjonijiet simili iżda biss wara li ngħataw l-anestesija. Ma kienx hemm reazzjonijiet avversi fl- annimali li ngħataw doża baxxa fil-preżenza jew fin-nuqqas ta’ anestesija, u l-ebda reazzjonijiet relatati ma’ l-infużjoni fil-grupp tad-doża tan-nofs fin-nuqqas ta’ anestesija.

6 TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Fructose

Mannitol

Polysorbate 80

Tartaric acid

Sodium hydroxide (għal aġġustament tal-pH)

Hydrochloric acid (għal aġġustament tal-pH)

6.2Inkompatibilitajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jiġi mħallat ma’ prodotti mediċinali oħra jew elettroliti ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

Il-prodott jista’ jkun espost sa 96 siegħa għal temperatura sa 25oC. Wara li jkun espost għal din it- temperatura, it-trab jista’ jerġa’ jiġi maħżun fil-friġġ.

Soluzzjoni rikostitwita:

Is-soluzzjoni rikostitwita tista’ tinħażen f’temperatura sa 25oC għal massimu ta’ 24 siegħa.

L-istabbilità kimika u fiżika effettiva tas-soluzzjoni rikostitwita ġiet murija għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 25oC.

Minn perspettiva mikrobijoloġika, meta jintużaw proċeduri asettiċi tajbin, is-soluzzjoni rikostitwita tista’ tintuża sa massimu ta’ 24 siegħa wara meta tinħażen f’temperatura ta’ 25oC

Soluzzjoni għal infużjoni:

Is-soluzzjoni għal infużjoni tista’ tinħażen f’temperatura ta’ 25oC għal 48 siegħa jew tinħażen fil- friża għal ta’ l-anqas 72 siegħa.

L-istabbilità kimika u fiżika effettiva tas-soluzzjoni għal infużjoni ġiet murija għal 48 siegħa ftemperatura ta’ 25oC.

Minn perspettiva mikrobijoloġika, meta jintużaw proċeduri asettiċi tajbin, is-soluzzjoni għal infużjoni tista’ tintuża sa massimu ta’ 48 siegħa wara meta tinħażen f’temperatura ta’ 25oC.

6.4Tagħrif speċjali dwar għall-ħażna

Aħżen fil-friġġ (2oC – 8oC).

Għal kondizzjonijiet tal-ħażna wara r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett ta’ 30 mL magħmul minn ħġieġ tat-Tip 1 bi stopper tal-lastku (gomma butyl b’kisja ta’ polimer minn ġewwa fuq is-superfiċje li tmiss mal-prodott u b’kisja ta’ lubrikant fuq is-superfiċje ta’ fuq għal manifattura faċilitata) u siġill ta’ l-aluminju b’għatu flip-off.

Daqs tal-pakkett ta’ kunjett wieħed.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

M’hemm l-ebda ħtiġijiet speċjali biex jintrema.

ECALTA jrid jiġi rikostitwit f’ilma għall-injezzjonijiet) u wara jiġi dilwit BISS b’9 mg/mL (0.9%) sodium chloride soluzzjoni għall-injezzjoni jew 50 mg/mL (5%) glukożju għal infużjoni. Il- kompatibilità ta’ ECALTA rikostitwit ma’ sustanzi, addittivi, jew mediċini għal ġol-vina għajr 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride għal infużjoni jew 50 mg/mL (5%) glukożju għal infużjoni ma ġietx stabbilita.

Rikostituzzjoni

Irrikostitwixxi b’mod asettiku kull kunjett fi 30mL ilma għall-injezzjonijiet biex jipprovdi konċentrazzjoni ta’ 3.33 mg/mL. Il-ħin tar-rikostituzzjoni jista’ jieħu sa 5 minuti. Wara dilwizzjoni suċċessiva, is-soluzzjoni għandha tintrema jekk jinstab frak jew tidnis tal-kulur.

Dilwizzjoni u infużjoni

Ittrasferixxi b’mod asettiku l-kontenut tal-kunjett(i) rikostitwit(i) ġo borża (jew flixkun) għal ġol-vini li jkun fiha 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride għal infużjoni jew 50 mg/mL (5%) glukożju għal infużjoni biex tinkiseb konċentrazzjoni ta’ anidulafungin ta’ 0.77 mg/mL. It-tabella ta’ hawn isfel tipprovdi l-volumi meħtieġa għal kull doża.

Rekwiżiti tad-dilwizzjoni għall-għoti ta’ ECALTA

Doża

Numru

Volum totali

Volum ta’

Volum totali

Rata ta’ l-

Ħin minimu

 

ta’

rikostitwit

l-infużjoni

ta’ l-

infużjoni

ta’ Infużjoni

 

kunjetti

 

A

infużjoniB

 

 

 

ta’ trab

 

 

 

 

 

100 mg

30 mL

100 mL

130 mL

1.4 mL/min

90 min

200 mg

60 mL

200 mL

260 mL

1.4 mL/min

180 min

AJew 9 mg/mL (0.9%) sodium chloride għal infużjoni jew 50 mg/mL (5%) glukożju għal infużjoni.

BKonċentrazzjoni tas-soluzzjoni ta’ l-Infużjoni hija 0.77 mg/mL

Ir-rata ta’ infużjoni ma għandiex tkun iktar minn 1.1mg/min (li hija ekwivalenti għal 1.4mL/min meta rikostitwita u dilwita skont l-istruzzjonijiet) (ara sezzzjonijiet 4.2, 4.4 u 4.8).

Prodotti mediċinali parenterali għandhom jiġu eżaminati viżwalment għal frak u tidnis tal-kulur qabel ma jiġu amministrati, kull meta s-soluzzjoni u l-kontenitur jippermettu. Jekk tidentifika frak jew tidnis tal-kulur, armi s-soluzzjoni.

Kwalunkwe prodott mediċinali mhux użat jew materjal ta’ skart għandu jintrema skont ir-rekwiżiti lokali.

7.ID-DETENTUR TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Pfizer Limited

Ramsgate Road, Sandwich

Kent, CT13 9NJ, Ir-Renju Unit.

8.NUMRU(I) TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/07/416/002

9.DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazjoni: 20 ta’ Settembru 2007

Data tal-aħħar tiġdid: 23 ta’ Awissu 2012

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati