Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Edarbi (azilsartan medoxomil) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - C09CA09

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEdarbi
Kodiċi ATCC09CA09
Sustanzaazilsartan medoxomil
ManifatturTakeda Pharma A/S

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Edarbi 20 mg pilloli

Edarbi 40 mg pilloli

Edarbi 80 mg pilloli

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Edarbi 20 mg pilloli

Kull pillola fiha 20 mg ta’ azilsartan medoxomil (bħala potassju).

Edarbi 40 mg pilloli

Kull pillola fiha 40 mg ta’ azilsartan medoxomil (bħala potassju)

Edarbi 80 mg pilloli

Kull pillola fiha 80 mg ta’ azilsartan medoxomil (bħala potassju)

Għallista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola.

Edarbi 20 mg pilloli

Pilloli bojod għal kważi bojod tondi, b’dijametru ta’ 6.0 mm, b’ “ASL” imbuzzat fuq naħa waħda u “20” fuq in-naħa l-oħra.

Edarbi 40 mg pilloli

Pilloli bojod għal kważi bojod tondi, b’dijametru ta’ 7.6 mm, b’ “ASL” imbuzzat fuq naħa waħda u “40” fuq in-naħa l-oħra.

Edarbi 80 mg pilloli

Pilloli bojod għal kważi bojod tondi, b’dijametru ta’ 9.6 mm, b’ “ASL” imbuzzat fuq naħa waħda u “80” fuq in-naħa l-oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Edarbi hu indikat għal kura ta’ pressjoni għolja essenzjali f’adulti.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-doża rrikmandata fil-bidu hi ta’ 40 mg darba kuljum. Id-doża tista' tiġi miżjuda għal massimu ta' 80 mg darba kuljum għal pazjenti li l-pressjoni tad-demm tagħhom ma tkunx ikkontrollata b'mod adegwat b’doża aktar baxxa.

Effett kważi massimu anti-ipertensiv hu evidenti wara ġimgħatejn, bl-effetti massimi milħuqa sa 4 ġimgħat.

Jekk il-pressjoni tad-demm ma tkunx ikkontrollata b'mod adegwat b’Edarbi biss, tnaqqis miżjud fil- pressjoni tad-demm jista' jintlaħaq meta dan it-trattament jingħata flimkien ma’ prodotti oħra

mediċinali anti-ipertensivi, inklużi dijuretiċi (bħal klortalidon u idroklorotijazide) u imblokkaturi tal- kanali tal-kalċju (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4, 4.5 u 5.1).

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani (65 sena u akbar)

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament inizjali fid-doża b’Edarbi f'pazjenti anzjani (ara sezzjoni 5.2), għalkemm konsiderazzjoni tista' tingħata sa 20 mg bħala doża tal-bidu fl-anzjani akbar (≥ 75 sena), li jistgħu jkunu f'riskju ta' pressjoni baxxa.

Indeboliment renali

Għandu jkun hemm kawtela f'pazjenti bi pressjoni għolja b'indeboliment renali serju u fl-aħħar stadju tal-mard tal-kliewi minħabba li m'hemmx esperjenza ta’ użu ta’ Edarbi f'dawn il-pazjenti (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Emodijalisi ma jneħħix azilsartan miċ-ċirkolazzjoni sistemika.

M’hemmx bżonn ta' aġġustament fid-doża f’pazjenti b’indeboliment epatiku ħafif jew moderat.

Indeboliment epatiku

Edarbi ma ġiex studjat f'pazjenti b'indeboliment epatiku serju u għalhekk l-użu tiegħu mhux rakkomandat f'dan il-grupp ta' pazjenti (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Hekk kif hemm esperjenza limitata tal-użu ta’ Edarbi f'pazjenti b'indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat, treġija mill-viċin hu rrikmandat u konsiderazzjoni għandha tingħata għal 20 mg bħala doża tal-bidu (ara sezzjoni 5.2).

Tnaqqis fil-volum intravaskulari

Għal pazjenti bi tnaqqis possibbli fil-volum intravaskulari jew tnaqqis fil-melħ (eż. pazjenti b’rimettar, dijarea jew li jieħdu dożi għolja ta' dijuretiċi), Edarbi għandu jinbeda taħt superviżjoni medika stretta u konsiderazzjoni tista' tingħata sa 20 mg bħala doża tal-bidu (ara 4.4 ).

Popolazzjoni sewda

M’hemmx bżonn ta' aġġustament fid-doża fil-popolazzjoni sewda, għalkemm tnaqqis iżgħar fil- pressjoni tad-demm kien osservat meta mqabbla ma' popolazzjoni mhux sewda (ara sezzjoni 5.1). Dan ġeneralment kien jgħodd għal antagonisti ta’ riċetturi ta’ anġjotensina II oħra (A T1), u inibituri tal- enżimi li jikkonvertu l-anġjotensina. Konsegwentement, żieda fit-titrazzjoni ta’ Edarbi u terapija konkomitanti jistgħu ikunu meħtieġa aktar spiss għall-kontroll tal-pressjoni tad-demm f'pazjenti suwed.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta' Edarbi fit-tfal u adolexxenti ta’ età minn 0 sa < 18-il sena għadhom ma ġewx determinati s’issa.

M’hemm l-ebda data disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Edarbi hu għall-użu orali u jista’ jittieħed mal-ikel jew mingħajru (ara sezzjoni 5.2).

4.3Kontraindikazzjonijiet

-Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis- sezzjoni 6.1.

-Fit-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.6).

-L-użu fl-istess ħin ta’ Edarbi ma’ prodotti li jkun fihom aliskiren hu kontraindikat f’pazjenti b’dijabete mellitus jew indeboliment tal-kliewi (GFR < 60 mL/min/1.73m2) (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Sistema attivata ta’ renin-anġjotensina-aldosteron (RAAS – renin-angiotensin-aldosterone system) F'pazjenti li t-ton vaskulari u l-funzjoni renali jiddependu b'mod predominanti fuq l-attività tal-RAAS (eż. pazjenti b'insuffiċjenza tal-qalb, indeboliment renali serju jew stenosi tal-arterja renali), kura bi prodotti mediċinali li jaffettwaw din is-sistema, bħall-inibituri tal-enżimi li jikkonvertu l-anġjotensina (ACE – angiotensin-converting enzyme) u l-antagonisti tar-riċetturi ta’ anġjotensina II, ġiet assoċjata ma’ pressjoni baxxa akuta, ażotemija, oligurja jew b’mod rari, insuffiċjenza renali akuta. Il-possibbiltà ta’ effetti simili ma tistax tiġi eskluża b’Edarbi.

Għandu jkun hemm kawtela f'pazjenti bi pressjoni għolja b'indeboliment renali serju, b’insuffiċjenza tal-qalb jew stenosi arterja tal-kliewi, hekk kif hemm esperjenza limitata ta' użu b’Edarbi f'dawn il- pazjenti (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Tnaqqis eċċessiv tal-pressjoni tad-demm f'pazjenti b’kardjomijopatija iskemika jew mard ċerebrovaskulari iskemiku jista' jwassal għal infart mijokardijaku jew attakk ta' puplesija.

Imblokk doppju tal-RAAS

Hemm evidenza li l-użu fl-istess ħin ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren iżid ir-riskju ta’ pressjoni baxxa, iperkalimja u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi). Imblokk doppju ta’ RAAS permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren għalhekk mhuwiex rakkomandat (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

Jekk terapija b’imblokk doppju tkun ikkunsidrata li hi assolutament meħtieġa, din għandha ssir biss taħt is-superviżjoni ta’ speċjalista u tkun suġġetta għal monitoraġġ frekwenti mill-qrib tal-funzjoni tal- kliewi, elettroliti u pressjoni tad-demm.

Inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl-istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

Trapjant tal-kliewi

Bħalissa m'hemm ebda esperjenza dwar l-użu ta’ Edarbi f'pazjenti li reċentement għaddew minn trapjant tal-kliewi.

Indeboliment epatiku

Edarbi ma ġiex studjat f'pazjenti b'indeboliment epatiku serju u għalhekk l-użu tiegħu mhux rakkomandat f’dan il-grupp ta' pazjenti (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Pressjoni baxxa fil-volum u / jew f’pazjenti b’tnaqqis fil-melħ

F'pazjenti b’volum immarkat u/ jew b’tnaqqis fil-melħ (eż. pazjenti b’rimettar, dijarea jew li jieħdu dożi għolja ta' dijuretiċi) pressjoni baxxa sintomatika tista' sseħħ wara l-bidu tal-kura b’Edarbi. Ipovolemija għandha tiġi kkoreġuta qabel l-għoti ta' Edarbi, jew il-kura għandha tinbeda taħt superviżjoni medika mill-viċin, u konsiderazzjoni tista' tingħata għal doża tal-bidu ta' 20 mg.

Iperaldosteroniżmu primarju

Pazjenti b’iperaldosteroniżmu primarju ġeneralment mhux ser jirrispondi għal prodotti mediċinali anti- ipertensivi li jaġixxu permezz ta’ inibizzjoni tal-RAAS. Għalhekk, l-użu ta’ Edarbi mhux rakkomandat f'dawn il-pazjenti.

Iperkalemija

Ibbażat fuq l-esperjenza bl-użu ta' prodotti mediċinali oħra li jaffettwaw l-RAAS, l-użu konkomitanti ta’ Edarbi b’dijuretiċi li jġemmgħu l-potassju, supplimenti tal-potassju, sostituti tal-melħ li fihom il- potassju, jew prodotti mediċinali oħra li jistgħu jżidu l-livelli tal-potassju (eż. eparina) jistgħu jwasslu għal żidiet tal-potassju fis-serum f'pazjenti bi pressjoni għolja (ara sezzjoni 4.5). Fl-anzjani, f'pazjenti b'insuffiċjenza renali, f'pazjenti dijabetiċi u / jew f'pazjenti b’komorbożitajiet oħra, ir-riskju ta' iperkalemija, li tista' tkun fatali, hija miżjuda. Treġija tal-potassju għandu jkun imwettaq kif suppost.

Stenosi ta’ l-aorta u tal-valv mitrali, kardjomijopatija ipertrofika ostruttiva

Attenzjoni speċjali hi indikata f'pazjenti li jbatu minn stenosi ta’ l-aorta jew tal-valv mitrali, jew kardjomijopatija ipertrofika ostruttiva (HOCM).

Tqala

Antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jinbdew waqt it-tqala. Ħlief jekk it-tkomplija tal-kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il-pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l-pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala. Meta t- tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.6).

Litju

Bħal b’antagonisti tar-riċetturi ta’ anġjotensina II oħrajn il-kombinazzjoni ta’ litju u Edarbi mhux irrikmandata (ara sezzjoni 4.5).

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

L-użu konkomitanti mhux irrikmandat

Litju

Żidiet riversibbli fil-konċentrazzjonijiet ta' litju fis-serum u tossiċità ġew irrapportati waqt l-użu konkorrenti ta' litju u inibituri ta’ enżimi li jikkonvertu l-anġjotensina. Effett simili jista’ jseħħ ma' antagonisti tar-riċetturi ta’ anġjotensina II. Minħabba n-nuqqas ta' esperjenza bl-użu konkomitanti ta' azilsartan medoxomil u litju, din it-taħlita mhix rakkomandata. Jekk il-kombinazzjoni tkun meħtieġa, treġija b'attenzjoni tal-livelli tal-litju fis-serum hu rakkomandat.

Attenzjoni meħtieġa bl-użu konkomitanti

Mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs), inklużi inibituri COX-2 selettivi, aċidu aċitilsaliċiliku > 3 g/kuljum), u NSAIDs mhux selettivi

Meta l-antagonisti tar-riċetturi ta’ anġjotensina II huma mogħtija simultanjament ma’ NSAIDs (i.e inibituri COX-2 selettivi, aċidu aċitilsaliċiliku (> 3 g/kuljum), u NSAIDs mhux selettivi), attenwazzjoni tal-effett anti-ipertensiv tista' sseħħ. Barra minn hekk, l-użu konkomitanti ta' antagonisti tar-riċetturi ta’ anġjotensina u NSAIDs jista' jwassal għal riskju akbar ta' deterjorament tal-funzjoni renali u żieda fil-potassju fis-serum. Għalhekk, idratazzjoni adegwata u l-treġija tal-funzjoni renali fil- bidu tal-kura huma rakkomandati.

Dijuretiċi li jġemmgħu l-potassju, supplimenti tal-potassju, sostituti tal-melħ li fihom il-potassju u sustanzi li jistgħu iżidu l-livelli tal-potassju.

L-użu konkomitanti ta’ dijuretiċi li jġemmgħu l-potassju, supplimenti tal-potassju, sostituti tal-melħ li fihom il-potassju, jew prodotti mediċinali oħra (eż. eparina) jistgħu iżidu il-livelli tal-potassju. Treġija tal-potassju fis-serum għandu jitwettaq kif xieraq (ara sezzjoni 4.4).

Informazzjoni addizzjonali

Dejta minn provi kliniċi wriet li imblokk doppju tal-RAAS permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren, hu assoċjat ma’ frekwenza ogħla ta’ avvenimenti avversi bħal pressjoni baxxa, iperkalimja u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi) meta mqabbel mal-użu ta’ sustanza waħda li taġixxi fuq RAAS (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.1)

Ma kien hemm ebda interazzjonijiet klinikament sinjifikanti rrappurtati fl-istudji ta' azilsartan medoxomil azilsartan jew azilsartan meta ġie mogħti ma' amlodipin, antaċidi, klortalidon, digoxin, flukonażol, gliburid, ketokonażol, metformin u warfarina.

Azilsartan medoxomil huwa jdorilizzat malajr għas-sustanza attiva ta’ azilsartan minn esterases tal- apparat gastrointestinali u/jew waqt l-assorbiment tal-medicina (ara sezzjoni 5.2) Studji in-vitro indikaw li interazzjonijiet ibbażżati fuq l-inibizzjoni ta’ esterases hija mprobbabli.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

L-użu ta’ antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mhuwiex rakkomandat matul l-ewwel trimestru tat- tqala (ara sezzjoni 4.4).

L-użu ta’ antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II hu kontra-indikat matul it-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ azilsartan medoxomil f’nisa tqal. Studji fuq bhejjem urew ħsara fuq is- sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3).

Evidenza epidemjoloġika dwar ir-riskju ta’ teratoġeniċità wara espożizzjoni għal inibituri ta’ enżimi li jikkonvertu l-anġjotensina matul l-ewwel trimestru tat-tqala ma kinitx konklussiva; madankollu, żieda żgħira fir-riskju ma tistax tiġi eskluża. Filwaqt li m’hemm l-ebda dejta epidemjoloġika kkontrollata fuq ir-riskju b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, riskji simili jistgħu jkunu jeżistu għal din il- klassi ta’prodotti mediċinali. Ħlief jekk it-tkomplija tal-kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il-pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l-pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala. Meta t-tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva.

Espożizzjoni għall-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II matul it-tieni u t-tielet trimestri hu magħruf li jinduċi fetotossiċità (tnaqqis fil-funzjoni renali, oligoidramnios, ittardjar fl-ossifikazzjoni tal-kranju) u tossiċità fit-trabi tat-twelid (insuffiċjenza renali, pressjoni baxxa, iperkalemija). (Ara sezzjoni 5.3).

Jekk tkun seħħet espożizzjoni għal antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mit-tieni trimestru tat- tqala, hu rakkomandat li jsir kontroll bl-ultrasound tal-funzjoni renali u tal-kranju.

Trabi li ommijiethom ikunu ħadu antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, għandhom ikunu taħt osservazzjoni mill-qrib għal pressjoni baxxa (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Treddigħ

Minħabba li m’hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar l-użu ta’ azilsartan medoxomilwaqt il- perjodu ta’ treddigħ, Edarbi mhuwiex rakkomandat u kuri alternattivi li għandhom profili tas-sigurtà stabbiliti aħjar waqt it-treddigħ huma preferibbli, speċjalment meta omm tkun tredda’ tarbija tat-twelid jew tarbija li twieldet qabel iż-żmien.

Fertilità

M'hemmx dejta disponibbli dwar l-effett ta' azilsartan medoxomilfuq il-fertilità tal-bniedem. Studji mhux kliniċi wrew li azilsartan ma jidhirx li jaffettwa l-fertilità maskili jew femminili fil-far (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Azilsartan medoximil m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Madanakollu wieħed għandu mnejn li kultant jista’ jħossu sturdut jew għajjien.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta' sigurtà

B'dożi ta' 20, 40 jew 80 mg Edarbi ġie evalwat għas-sigurtà f’studji kliniċi f'pazjenti kkurati sa

56 ġimgħa. F'dawn l-istudji kliniċi, reazzjonijiet avversi assoċjati mal-kura b’Edarbi kienu l-aktar ħfief jew moderati, b'inċidenza globali simili għal plaċebo. L-aktar reazzjoni avversa komuni kienet sturdament. L-inċidenza ta' reazzjonijiet avversi b’dan it-trattament ma kienux affettwatati minn sess, età, jew razza. Reazzjonijiet avversi kienu rapportati bi frekwenza simili għad-doża ta’ Edarbi 20 mg kif ukoll bid-dożi ta’ 40 mg u 80 mg fi studju bil-plaċebo bħala kontroll.

Lista f'forma tabulari ta' reazzjonijiet avversi

Reazzjonijiet avversi bbażati fuq dejta miġbura (dożi 40 u 80 mg) huma mniżżla hawn taħt skond il- klassifika tas-sistema tal-organi u termini preferuti.Dawn huma kklassifikati skond il-frekwenza, bil- konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100); rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000); rari ħafna (< 1/10,000), inklużi rapporti iżolati. F'kull sezzjoni ta' frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi huma mniżżla skond is-serjetà tagħhom.

Sistema tal-klassifika tal-

Frekwenza

Reazzjonijiet avversi

organi

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Sturdament

Disturbi vaskulari

Mhux komuni

Pressjoni baxxa

Disturbi gastro-intestinali

Komuni

Dijarea

 

Mhux komuni

Dardir

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’

Mhux komuni

Raxx, ħakk

taħt il-ġilda

Rari

Anġjoedema

Disturbi muskolu-skeletriċi u

Mhux komuni

Spażmi fil-muskoli

tat-tessuti konnettivi

 

 

Disturbi ġenerali u

Mhux komuni

Għeja kbira

kondizzjonijiet ta’ fejn tingħata

 

Edema periferali

Investigazzjonijiet

Komuni

Żieda fil-krejatinina fosfokinażi

 

 

fid-demm

 

Mhux komuni

Żieda fil-krejatinina fid-demm

 

 

Żieda fl-aċidu uriku fid-

 

 

demm/Iperuriċemija

Deskrizzjoni ta' reazzjonijiet avversi magħżula

Meta Edarbi ingħata flimkien ma’ klortalidon, il-frekwenzi tal-krejatinina fid-demm u pressjoni baxxa żdiedu minn mhux komuni għal komuni.

Meta Edarbi ingħata flimkien ma’ amlodipin, il-frekwenza ta' edema periferali żdiedet minn mhux komuni għal komuni, iżda kienet aktar baxxa minn amlodipine waħdu.

Investigazzjonijiet

Serum krejatinina

L-inċidenza ta' żiediet fil-krejatinina fis-serum wara l-kura b’Edarbi kienet simili għal plaċebo fl- istudji b’monoterapija arbitrarji kkontrollati bi plaċebo. L-għoti ta' Edarbi flimkien ma’ dijuretiċi, bħal klortalidon, wasslet għal inċidenza akbar ta' żiediet ta’ krejatinina, osservazzjoni konsistenti ma' dik ta' antagonisti oħra tar-riċetturi anġjotensina II u inibituri tal-enżimi li jikkonvertu anġjotensina. Iż-żidiet fil-krejatinina fis-serum meta Edarbi kien mogħti flimkien ma’ dijuretiċi kienu kienu assoċjati ma' tnaqqis akbar fil-pressjoni tad-demm meta mqabbla ma' prodott wieħed mediċinali waħdu. Ħafna minn dawn iż-żidiet kienu temporanji jew mhux progressivi filwaqt suġġetti komplew jirċievu kura. Wara

twaqqif tal-kura, il-maġġoranza ta' l-elevazzjonijiet li ma kinux solvuti waqt il-kura kienu riversibbli, b’ livelli ta' kreatinina tal-parti l-kbira tas-suġġetti jirritornaw għall-valuri ta’ Linja Bażi jew viċin il- linja bażi.

Aċidu Uriku

Żidiet medji żgħar ta’ aċidu uriku fis-serum kienu osservati b’Edarbi (10.8 µmol/l) meta mqabbla ma' placebo (4.3 µmol/l).

Emoglobina u ematokrit

Tnaqqis żgħar fl-emoglobina u ematokrit (tnaqqis medju ta' madwar 3 g/lu 1 volum fil-mija, rispettivament) kienu osservati fi studji b'monoterapija kontrollati bi plaċebo. Dan l-effett huwa wkoll meqjus flimkien ma' inibituri oħra tal-RAAS.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sintomi

Ibbażat fuq konsiderazzjonijiet farmakoloġiċi, il-manifestazzjoni prinċipali ta' doża eċċessiva x'aktarx li jkun ipotensjoni sintomatika u sturdament. Waqt studji kliniċi kkontrollati f'persuni f'saħħithom, dożi mogħtija darba kuljum sa 320 mg ta' azilsartan medoxomil kienu amministrati għal 7 ijiem u kienu tollerati sew.

Tmexxija

Jekk ikun hemm pressjoni baxxa sintomatika, trattament ta' għajnuna għandha tingħata u sinjali vitali mmonitorjati.

Azilsartan ma jitneħħiex b’dijaliżi.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Sustanzi li jaġixxu fuq is-sistema renin-angiotensin, antagonisti tar- riċetturi anġjotensina II, sempliċi, Kodiċi ATC: C09CA09

Mekkaniżmu ta' azzjoni

Azilsartan medoxomil hija prodroga attiva mill-ħalq li rapidament tinbidel għal frazzjoni attiva, azilsartan, li b'mod selettiv jantagonizza l-effetti ta’ anġjotensina II billi jimblokka l-legatura tagħha mar-riċettur AT1 fit-tessuti multipli (ara sezzjoni 5.2). Anġjotensina II huwa l-aġent prinċipali li jikkawza id-djieq tal-vini jew arterji tal-RAAS, b'effetti li jinkludu vażokostrizzjoni, stimulazzjoni ta' sintesi u ħelsien ta' aldosteron, stimulazzjoni kardijaka, u riassorbiment renali ta' sodju.

Imblokk tar-riċettur AT1 jinibixxi r-rispons regolatorju negattiv ta' anġjotensina II fuq it-tnixxija tar- renin, iżda ż-żidiet li jirriżultaw fl-attività tar-renin fil-plażma u livelli li jiċċirkulaw tal-anġjotensina II ma jegħlbux l-effett anti-ipertensiv ta' azilsartan.

Pressjoni għolja essenzjali

Fis-seba' studji doppji għomja kkontrollati, total ta' 5,941 pazjent (3,672 mogħtija Edarbi,

801 mogħtija plaċebo, u 1468 mogħtija komparatur attiv) kienu evalwati. B'mod ġenerali, 51% tal- pazjenti kienu rġiel u 26% kellhom 65 sena jew aktar (5% ≥ 75 sena); 67% kienu bojod u 19% kienu suwed.

Edarbi ġie mqabbel mal-plaċebo u komparaturi attivi f’ żewġ studji każwali, doppji għomja ta’

6 ġimgħat. Tnaqqis fil- pressjoni tad-demm mqabbel ma’ placebo bbażat fuq 24 siegħa ta’ pressjoni tad-demm medja permezz ta’ treġija ambulatorju tal-pressjoni tad-demm (ABPM) u pressjoni tad- demm klinika bil-qieghda huma murija fit-tabella hawn taħt.Barra minn hekk, 80 mg ta’ Edarbi irriżulta f’tnaqqis akbar b'mod sinifikanti fl-SPB minn dożi għolja approvati ta' medoxomil olmesartan u valsartan.

 

Plaċebo

Edarbi

Edarbi

Edarbi

OLM-M

Valsartan

 

 

20 mg

40 mg#

80 mg#

40 mg#

320 mg#

Punt aħħari primarju:

24-Siegħa Medja SBP: LS Tibdil Medju mill-Linja Bażi (BL) sas-6 Ġimgħa (mm Hg)

Studju 1

Tibdil minn BL

-1.4

-12.2 *

-13.5 *

-14.6 *†

-12.6

-

Studju 2

 

 

 

 

 

 

Tibdil minn BL

-0.3

-

-13.4 *

-14.5 *†

-12.0

-10.2

Punt Ewlieni Aħħari Sekondarju:

Klinika SBP: LS Tibdil Medju mill-Linja Bażi (BL) sas-6 Ġimgħa (mm Hg) (LOCF)

Studju 1

Tibdil minn BL

-2.1

-14.3 *

-14.5*

-17.6 *

-14.9

-

Studju 2

 

 

 

 

 

 

Tibdil minn BL

-1.8

-

-16.4 *†

-16.7 *†

-13.2

-11.3

OLM-M = olmesartan medoxomil, LS = least squares, LOCF = last observation carried forward

* Differenza sinjifikanti vs. Plaċebo f’livell ta’ 0.05 fil-qafas tal-analiżi ta’ pass-għaqli

† Differenza sinjifikanti vs. Komparatur(i) f’livell ta’ 0.05 fil-qafas tal-analiżi ta’ pass-għaqli

#Doża massima akkwistata fis-studju 2. Id-dożi kienu titrati b’forza fit-2 Gimgħa minn 20 sa

40 mg u 40 sa 80 mg ta’ Edarbi, u 20 sa 40 mg u 160 sa 320 mg, rispettivament, għal olmesartan medoxomil u valsartan

F’dawn iż-żewġ studji, effetti avversi klinikament importanti u l-iktar konumi kienu jinkludu sturdament, uġigħ ta’ ras u dislipidemja. Għal Edarbi, olmesartan medoximil u valsartan, ripettivament sturdament kien osservat b'inċidenza ta' 3.0%, 3.3% u 1.8%, uġigħ ta’ ras ta’ 4.8%, 5.5% u 7.6% u dislipidemja ta’ 3.5%, 2.4% u 1.1%.

Fi studji komparattivi attivi jew ma’ valsartan jew ramipril, l-effett anti-ipertensivi b’Edarbi inżamm waqt trattament fit-tul.Edarbi kellu inċidenza aktar baxxa ta' sogħla (1.2%) meta mqabbel ma' ramipril (8.2%).

L-effetti anti-ipertensivi b'azilsartan medoxomil seħħew fl-ewwel ġimgħatejn tad-dożaġġ bl-effett sħiħ milħuq fi żmien 4 ġimgħat. L-effett li azilsartan medoxomil jbaxxi l-pressjoni tad-demm wkoll inżammu tul l-intervall tad-dożaġġ ta’ 24 siegħa. Il-proporzjonijiet korretti bi plaċebo minn l-inqas livell għal dak l-aktar għoli għal SPB u DBP kienu madwar 80% jew ogħla.

Ma kienx osservat ritorn ta’ ipertensjoni wara waqfien f'daqqa tat-terapija b’Edarbi wara 6 xhur ta' kura.

L-ebda differenzi globali fis-sigurtà u l-effikaċja bejn pazjenti anzjani u pazjenti iżgħar, iżda sensittivita’ ogħla għall- effetti li jbaxxu l-pressjoni fid-demm f'xi individwi anzjani ma jistax jiġi eskluż (ara sezzjoni 4.2). Bħal b’antagonisti oħra tar-riċetturi anġjotensina II u inibituri ta’ enżimi li jikkonvertu anġjotensina, l-effett anti-ipertensiv kien aktar baxx f'pazjenti suwed (normalment popolazzjoni b'livell baxx ta' renin).

L-amministrazzjoni ta' Edarbi 40 u 80 mg flimkien ma' imblokkatur tal-kanali tal-kalċju (amlodipine) jew dijuretiku tat-tip tijazide (klortalidon) irriżulta fi tnaqqis miżjud fil-pressjoni tad-demm meta mqabbla ma’ l-anti-ipertensiv ieħor waħdu. Effetti avversi dipendenti fuq id-doża inklużi sturdament, pressjoni baxxa u elevazzjonijiet fis-serum tal-krejatinina kienu aktar frekwenti bl-għoti flimkien bl-

amministrazzjoni dijuretiku meta mqabbla ma' Edarbi waħdu, filwaqt li ipokalimja kienet inqas frekwenti meta mqabbla ma' dijuretiku waħdu.

L-effetti benefiċjali ta' Edarbi fuq il-mortalità u morbidità kardjovaskulari u ħsara fl-organu affettwat bħalissa mhumiex magħrufa.

Effett fuq ir-ripolarizzazzjoni kardijaka

Studju komprensiv tal-QT/QTc sar biex jeżamina l-potenzjal ta' azilsartan medoxomil biex itawwal l- intervall QT/QTc f'suġġetti b'saħħithom. Ma kienx hemm evidenza ta' QT/QTc b'doża ta' 320 mg ta' azilsartan medoxomil.

Informazzjoni addizzjonali

Żewġ provi kbar, ikkontrollati, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali (ONTARGET (ONgoing Telmisartan Alone and in combination with Ramipril Global Endpoint Trial) u VA NEPHRON-D (The Veterans Affairs Nephropathy in Diabetes)) eżaminaw l-użu tal-kombinazzjoni ta’ inibitur ta’ ACE flimkien ma’ imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II.

ONTARGET kien studju li twettaq f’pazjenti bi storja medika ta’ mard kardjovaskulari jew ċerebrovaskulari, jew dijabete mellitus tip 2 akkumpanjat minn evidenza ta’ ħsara fl-organu aħħari. VA NEPHRON-D kien studju li twettaq f’pazjenti b’dijabete mellitus tip 2 u nefropatija dijabetika.

Dawn l-istudji ma wrew l-ebda effett ta’ benefiċċju sinifikanti fuq ir-riżultati renali u/jew kardjovaskulari u l-mortalità, filwaqt li ġiet osservata żieda fir-riskju ta’ iperkalimja, ħsara akuta fil- kliewi u/jew pressjoni baxxa meta mqabbla ma’ monoterapija. Minħabba l-kwalitajiet farmakodinamiċi simili tagħhom, dawn ir-riżultati huma rilevanti wkoll għal inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II oħrajn.

Għalhekk, inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl- istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

ALTITUDE (Aliskiren Trial in Type 2 Diabetes Using Cardiovascular and Renal Disease Endpoints) kien studju maħsub biex jittestja l-benefiċċju li jiżdied aliskiren ma’ terapija standard ta’ inibitur ta’ ACE jew imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II f’pazjenti b’dijabete mellitus tip 2 u mard kroniku tal-kliewi, mard kardjovaskulari, jew it-tnejn. L-istudju twaqqaf kmieni minħabba żieda fir-riskju ta’ riżultati avversi. Mewt kardjovaskulari u puplesija t-tnejn kienu numerikament iktar frekwenti fil- grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo, u avvenimenti avversi u avvenimenti avversi serji ta’ interess (iperkalimja, pressjoni baxxa u disfunzjoni tal-kliewi) ġew irrappurtati b’mod iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’Edarbi f’wieħed jew iktar kategoriji tal-popolazzjoni pedjatrika fl-ipertensjoni (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni fuq l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Wara li jingħata mill-ħalq, azilsartan medoxomil hu idrolizzat b’mod rapidu għal nofs attiv ta’ azilsartan fil-passaġġ gastro-intestinali u/jew waqt assorbiment. Skond studji in-vitro, carboxymethylenebutenolidase huwa involut f’idroliżi fl-intestin u fil-fwied. Barra min hekk, esterases tal-plasma huma involuti fl-idroliżi ta’ azilsartan medoxomil f’azilsartan.

Assorbiment

Il-bijodisponibiltà orali assoluta stmata ta’ azilsartan medoxomil bbażata fuq livelli fil-plażma ta’ azilsartan hi madwar 60%. Wara li azilsartan medoxomil jingħata mill-ħalq, l-għola konċentrazzjonijiet fil-plażma (Cmax) ta' azilsartan jintlaħqu fi żmien 1.5 sa 3 sigħat. L-ikel ma jaffettwax il-bijodisponibilità ta’ azilsartan (ara sezzjoni 4.2).

Distribuzzjoni

Il-volum ta' distribuzzjoni ta’ azilsartan huwa madwar 16 litru. Azilsartan hu marbut mal-proteini fil- plażma (> 99%), prinċipalment mal-albumina fis-serum. Ir-rabta tal-proteini hi kostanti f'konċentrazzjonijiet aktar ogħla fil-firxa tad-dożi rakkomandati fil-plażma ta’ azilsartan.

Bijotrasformazzjoni

Azilsartan huwa metabolizzat għal żewġ metaboliti primarji. Il-metabolit prinċipali fil-plażma huwa ffurmat mill-O-dealkylation, riferut bħala metabolit M-II, u l-iżgħar metabolit huwa ffurmat minn dekarbossazzjoni, riferut bħala metabolit M-I. Espożizzjonijiet sistemiċi lejn il-metaboliti prinċipali u minuri fil-bnedmin kienu madwar 50% u inqas minn 1% ta’ azilsartan, rispettivament. M-I u M-II ma jikkontribixxux għall-attività farmakoloġika ta' azilsartan medoxomil. L-enżima prinċipali responsabbli għall-metaboliżmu azilsartan hija CYP2C9.

Eliminazzjoni

Wara doża orali ta' 14C-tabellata ta’ azilsartan medoxomil, madwar 55% ta' radjoattività kienet irkuprata fl-ippurgar u madwar 42% fl-awrina, b’15% tad-doża mneħħija fl-awrina bħala azilsartan. Iż-żmien tal-eliminazzjoni bin-nofs ta’ azilsartan hi madwar 11-il siegħa u t-tneħħija renali hi ta’ madwar 2.3 ml/min. Livelli f’stati fissi ta' azilsartan jintlaħqu fi żmien 5 ijiem u l-ebda akkumulazzjoni fil-plażma sseħħ ma' dożaġġ ta' darba repetut kuljum.

Linearità/nuqqas ta’ linearità Il-proporzjonalità fid-doża fl-espożizzjoni ġiet stabbilita għal azilsartan fil-firxa tad-doża medoxomil azilsartan ta’ 20 mg sa 320 mg wara dożaġġ singolu jew multiplu.

Karatteristiċi fi gruppi speċifiċi ta’ pazjenti

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetiċi ta’ azilsartan ma ġewx studjati fit-tfal ta’ età ta’ taħt it-18-il sena.

Persuni aktar anzjani

Il-farmakokinetiċi ta' azilsartan ma jvarjawx b'mod sinifikanti bejn pazjenti żgħażagħ (ta’ etajiet bejn it-18 u 45 sena) u anzjani (ta’ etajiet bejn 65-85 sena).

Indeboliment renali

F'pazjenti b'indeboliment renali ħafif, moderat, u sever esponiment totali lejn azilsartan (AUC) żdied b’ +30%, +25% u + 95%. Ebda żieda (+5%) ma kienet osservata f'pazjenti fl-aħħar stadju ta’ mard renali li kienu dijalizati. Madankollu, m’hemmx esperjenza klinika f'pazjenti b'indeboliment renali serju jew fl-aħħar stadju ta’ mard tal-kliewi (ara sezzjoni 4.2). L-emodijalisi ma jneħħix azilsartan miċ-ċirkolazzjoni sistemika.

Indeboliment epatiku

L-amministrazzjoni ta' Edarbi sa 5 ijiem f'suġġetti b'indeboliment ħafif ta’ indeboliment epatiku (Child-Pugh A) jew moderat (Child-Pugh B) rriżulta f'żieda żgħira f'esposizzjoni ta’ azilsartan (AUC żied minn 1.3 għal 1.6 il-darba (ara sezzjoni 4.2)). Edarbi ma ġiex studjat f'pazjenti b'indeboliment epatiku sever.

Sess

Farmakokinetiċi ta' azilsartan ma jvarjawx b'mod sinifikanti bejn maskili u femminili. Ebda aġġustament fid-doża hu meħtieġ ibbażata fuq is-sess.

Razza

Farmakokinetiċi ta' azilsartan ma jvarjawx b'mod sinifikanti bejn il-popolazzjonijiet suwed u bojod. Ebda aġġustament fid-doża huwa meħtieġ bbażata fuq ir-razza.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina, azilsartan medoxomil u M-II, il-metabolit prinċipali tal-bniedem, kienu eżaminati għal tossiċità b'doża ripetuta, tossiċità fir-riproduzzjoni, mutaġeniċità u karċinoġeniċità.

Fl-istudji ta' tossiċità b'dożi ripetuti, id-dożi li jipproduċu espożizzjoni komparabbli ma' dik fil-medda terapewtika klinika ikkawżaw nuqqas fil-parametri taċ-ċelluli ħomor, bidliet fl-emodinamiċi tal-kliewi u renali, kif ukoll żieda fil-potassju fis-serum fl-annimali b’pressjoni normali. Dawn l-effetti, li kienu evitati b’supplimentazzjoni orali ta' melħ, m'għandhomx sinifikat kliniku fil-kura ta' pressjoni għolja.

Fil-firien u klieb, żieda fl-attività fir-renin fil-plażma u ipertrofija/iperplasija taċ-ċelluli renali ġukstaglomerulari kienu osservati. Dawn il-bidliet, wkoll effett tal-klassi tal-inibituri tal-enżimi li jikkonvertu anġjotensina u antagonisti oħra tar-riċetturi ta’ anġjotensina II, ma jidhrux li għandhom sinifikat kliniku.

Azilsartan u M-II għaddew mill-plaċenta u nstabu fil-feti ta' firien tqal u kienu mneħħija fil-ħalib ta' firien li qed ireddgħu. Fl-istudji tat-tossiċità fir-riproduzzjoni, ma kienx hemm effetti fuq il-fertilità maskili jew femminili. M'hemm l-ebda evidenza ta' effett teratoġeniku, iżda studji fl-annimali indikaw xi potenzjal perikoluż għall-iżvilupp wara t-twelid tal-frieħ bħal piż tal-ġisem aktar baxx, dewmien żgħir fl-iżvilupp fiżiku (eruzzjoni tal-inċiżuri ittardjat, distakkament tal-pinna, ftuħ tal-għajnejn), u mortalità ogħla.

Azilsartan u M-II ma wrew l-ebda evidenza ta' mutaġeniċità u attività klastoġeniku rilevanti fi studji in vitro u l-ebda evidenza ta' karċinoġeniċità fil-firien u ġrieden.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol (E 421)

Fumaric Acid (E 297)

Sodium hydroxide Hydroxypropylcellulose (E 463)

Croscarmellose sodium

Microcrystalline cellulose (E 460)

Magnesium stearate (E 572)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u l-umdità.

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni ta' temperatura speċjali għall-ħażna.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji tal-aluminju integrati b’dessikant.

Daqs tal-pakketti:

14, 28, 30, 56, 90 jew 98 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Takeda Pharma A/S

Dybendal Alle 10

2630 Taastrup

Id-Danimarka

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/11/734/001 14-il pillola

EU/1/11/734/002 28 pillola

EU/1/11/734/012 30 pillola

EU/1/11/734/003 56 pillola

EU/1/11/734/013 90 pillola

EU/1/11/734/004 98 pillola

EU/1/11/734/005 14-il pillola

EU/1/11/734/006 28 pillola

EU/1/11/734/014 30 pillola

EU/1/11/734/007 56 pillola

EU/1/11/734/015 90 pillola

EU/1/11/734/008 98 pillola

EU/1/11/734/016 14-il pillola

EU/1/11/734/009 28 pillola

EU/1/11/734/017 30 pillola

EU/1/11/734/010 56 pillola

EU/1/11/734/018 90 pillola

EU/1/11/734/011 98 pillola

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 7 ta’ Diċembru 2011

Data tal-aħħar tiġdid:

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati