Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Edistride (dapagliflozin propanediol monohydrate) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BX09

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEdistride
Kodiċi ATCA10BX09
Sustanzadapagliflozin propanediol monohydrate
ManifatturAstraZeneca AB

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Edistride 5 mg pilloli miksija b’rita Edistride 10 mg pilloli miksija b’rita dapagliflozin

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Edistride u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Edistride

3.Kif għandek tieħu Edistride

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Edistride

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Edistride u gћalxiex jintuża

Edistride fih is-sustanza attiva li tissejjaħ dapagliflozin. Tagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu “anti-dijabetiċi orali”.

Dawn huma mediċni li jittieħdu mill-ħalq għad-dijabete

Jaħdmu billi jbaxxu l-ammont ta’ zokkor (glukows) fid-demm tiegħek.

Edistride jintuża għal tip ta’ dijabete li tissejjaħ “dijabete mellitus tat-tip 2” f’pazjenti adulti (minn 18-il sena-il fuq). “Dijabete mellitus tat-tip 2” huwa tip ta’ dijabete li s-soltu jibda meta tavvanza fl-età. Jekk għandek dijabete tat-tip 2, il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina jew ġismek ma jkunx kapaċi juża l-insulina li tipproduċi sew. Dan iwassal għal-livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm tiegħek. Edistride jaħdem billi jneħħi z-zokkor żejjed minn ġismek permezz tal-awrina tiegħek.

Edistride jintuża jekk id-dijabete tiegħek ma tkunx tista’ tiġi ikkontrollata b’mediċini oħrajn kontra d-dijabete, id-dieta u l-eżerċizzju.

It-tabib tiegħek jista’ jsaqsik biex tieħu Edistride waħdu jekk int intolleranti għal metformin jew flimkien ma’ mediċina oħra għall-kura tad-dijabete. Din tista’ tkun tittieħed mill-ħalq u/jew tista’ tkun mediċina li tingħata b’injezzjoni, bħall-insulina jew l-agonist tar-riċettur GLP-1.

Huwa importanti li tkompli timxi mal-parir fuq id-dieta u l-eżerċizzju li tak it-tabib, spiżjar jew infermier tiegħek.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Edistride

Tiħux Edistride:

-jekk inti allerġiku għal dapagliflozin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Edistride, u waqt il-kura:

jekk għandek “dijabete tat-tip 1” – it-tip li s-soltu tibda meta tkun għadek żgħir, u ġismek ma jgħamilx insulina.

jekk tesperjenza telf fil-piż f’qasir żmien, tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx, uġigħ fl- istonku, għatx eċċessiv, teħid tan-nifs mgħaġġel u fil-fond, konfużjoni, ngħas jew għejja mhux tas-soltu, togħma ħelwa jew metallika f’ħalqek jew riħa tal-awrina jew tal-għaraq tiegħek differenti minn tas-soltu, agħmel kuntatt ma’ tabib jew mal-eqreb sptar minnufih. Dawn is- sintomi jistgħu jkunu sinjal ta’ “ketoaċidożi dijabetika” – problema rari iżda serja, xi kultant ta’ periklu għall-ħajja li jista’ jkollok bid-dijabete minħabba żieda fil-livelli ta’ “korpi ketone” fl- awrina jew fid-demm tiegħek, li jidhru fit-testijiet. Ir-riskju li tiżviluppa ketoaċidożi dijabetika jista’ jiżdied b’sawm fit-tul, konsum eċċessiv tal-alkoħol, deidrazzjoni, tnaqqis f’daqqa fid-doża tal-insulina, jew ħtieġa ogħla ta’ insulina minħabba kirurġija maġġuri jew mard serju.

jekk għandek problema fil-kliewiit-tabib tiegħek jista’ jsaqsik biex tieħu mediċina differenti.

jekk għandek problema fil-fwiedit-tabib tiegħek jista’ jibdik fuq doża aktar baxxa.

jekk fil-passat kellek mard tal-qalb serju jew jekk tagħtek puplesija.

jekk qed tieħu mediċini li jbaxxulek il-pressjoni tad-demm (kontra l-ipertensjoni) u fil-passat kont tbati bil-pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni). Aktar tagħrif qed jingħata hawn taħt f’Mediċini oħra u Edistride.

jekk għandek livelli għoljin ħafna ta’ glukows fid-demm tiegħek li jista’ jgħamlek disidratat (titlef wisq fluwidu mill-ġisem). Dan ikun jista’ jiġri b’aktar probabilità jekk qed tieħu pillola tal-pipi (dijuretika). Is-sinjali li jista’ jkun hemm ta’ deidratazzjoni qed jiġu elenkati fil-parti ta’ fuq ta’ sezzjoni 4, “Effetti sekondarji li jista’ jkollu”. Għid lit-tabib tiegħek qabel tibda tieħu Edistride jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn is-sinjali.

jekk għandek jew tiżviluppa dardir (tħossok imqalla), rimettar jew deni jew jekk ma tistax tiekol jew tixrob. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jikkawżaw disidratazzjoni. It-tabib tiegħek jista’ jsaqsik biex twaqqaf Edistride sakemm tirkupra biex tevita d-disidratazzjoni.

jekk ta’ spiss jaqbduk infezzjonijiet fil-passaġġ tal-awrina.

jekk għandek 75 sena jew aktar m’għandekx tibda tieħu Edistride.

jekk qed tieħu mediċina oħra għad-dijabete li fiha “pioglitazone”, m’għandekx tibda tieħu Edistride.

jekk għandek żieda fl-ammont ta’ ċelluli ħomor tad-demm, jidher minn testijiet.

Bħal fil-każ tal-pazjenti dijabetiċi kollha, huwa importanti li tiċċekkja saqajk regolarment u li taderixxi ma’ kwalunkwe parir ieħor dwar il-kura tas-saqajn mogħti mill-professjonista tal-kura tas-saħħa tiegħek.

Jekk xi wieħed minn dawn ta’ hawn fuq japplika għalik (jew m’intix ċert), kellem lit-tabib, spiżjar jew infermier tiegħek qabel ma tieħu Edistride.

Il-funzjoni tal-kliewi

Il-kliewi għandhom jiġu eżaminati qabel ma tibda tieħu u waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina.

Glukows fl-awrina

Minħabba l-mod ta’ kif jaħdem Edistride, l-awrina tiegħek ser tirriżulta pożittiva għaz-zokkor waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina.

Tfal u adolexxenti

Edistride mhux rakkomandat għall-użu fi tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena, għaliex ma kienx studjat f’dawn il-pazjenti.

Mediċini oħra u Edistride

Għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek:

jekk qiegħed tieħu mediċina li tintuża biex tneħħi l-ilma minn ġismek (dijuretika) It-tabib tiegħek jista’ jsaqsik biex tieqaf tieħu Edistride. Sinjali li jista’ jkun hemm meta titlef wisq fluwidu minn ġismek huma elenkati fil-parti ta’ fuq ta’ sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji li jista’ jkollu’.

jekk qiegħed tieħu mediċini oħra li jbaxxu l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek bħall- insulina jew mediċina “sulphonylurea”. It-tabib tiegħek jista’ jkun irid jagħtik doża aktar baxxa ta’ dawn il-mediċini biex jevita li jaqawlek il-livelli taz-zokkor aktar milli suppost (ipogliċemija).

Tqala u, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Għandek twaqqaf din il-mediċina jekk toħroġ tqila, minħabba li mhux rakkomandat waqt it-tieni u t-tielet trimestri tat-tqala. Kellem lit-tabib tiegħek dwar l-aħjar mod biex tikkontrolla z-zokkor tiegħek waqt it-tqala.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk tixtieq jew qed tredda’ qabel tieħu din il-mediċina. Tużax Edistride jekk qed tredda.Mhux magħruf jekk din il-mediċina toħroġx mal-ħalib tal-mara.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Edistride m’għandux jew għandu ftit li xejn effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Meta tieħu din il-mediċina ma’ mediċini oħrajn li jissejħu sulphonylureas jew mal-insulina jista’ jikkawża livelli taz-zokkor baxxi wisq (ipogliċemija), li jistgħu jikkawżaw sintomi bħal tregħid, għaraq u bidla fil- vista, u jistgħu jeffettwaw il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni. M’għandekx issuq jew tuża kwalunkwe għodda jew magni, jekk tħossok sturdut waqt li tkun qed tieħu Edistride.

Edistride fih lactose

Edistride fih lactose (zokkor tal-ħalib). Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċertu tip ta’ zokkor, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3.Kif gћandek tieћu Edistride

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, mal-ispiżjar, jew mal-infermier tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tieħu

Id-doża rakkomandata hija pillola ta’ 10 mg kuljum.

It-tabib tiegħek jista’ jibdik fuq doża ta’ 5 mg, jekk għandek problema fil-fwied.

It-tabib tiegħek ser jiktiblek riċetta għall-qawwa li tgħodd għalik.

Kif tieħu din il-mediċina

Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ nofs tazza ilma.

Tista’ tieħu l-pillola tiegħek mal-ikel jew mingħajr ikel.

Tista’ tieħu l-pillola fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata. Madankollu, ipprova ħudha fl-istess ħin tal- ġurnata. Dan jgħinek biex tiftakar tieħodha.

It-tabib tiegħek jista’ jiktiblek riċetta għal Edistride flimkien ma’ mediċina/mediċini oħra biex tbaxxilek l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek. Dawn jistgħu jkunu mediċina/mediċini li tittieħed/jittieħdu mill-ħalq jew li tingħata b’injezzjoni, bħall-insulina jew agonist tar-riċettur GLP-1. Ftakar biex tieħu din/dawn il-mediċina/mediċini l-oħra kif qallek it-tabib tiegħek. Dan jgħinek tikseb l-aqwa riżultati għal saħħtek.

Dieta u eżerċizzju

Sabiex tikkontrolla d-dijabete tiegħek, xorta trid iżżomm id-dieta u l-eżerċizzju, anki meta tkun qed tieħu din il-mediċina. Għalhekk huwa importanti li ssegwi l-parir dwar id-dieta u l-eżerċizzju mit-tabib, spiżjar jew infermier tiegħek. B’mod partikolari, jekk qiegħed fuq dieta dijabetika għall-kontroll tal- piż, kompli segwiha waqt li tkun qed tieħu Edistride.

Jekk tieħu Edistride aktar milli suppost

Jekk tieħu aktar pilloli Edistride milli suppost, kellem lit-tabib tiegħek jew mur fi isptar minnufih. Ħu l-pakkett tal-mediċina miegħek.

Jekk tinsa tieħu Edistride

X’għandek tagħmel jekk tinsa tieħu pillola jiddependi minn kemm jonqos għad-doża li jmissek.

Jekk ikun fadal 12-il siegħa jew aktar għad-doża li jmissek, ħu id-doża ta’ Edistride hekk kif tiftakar. Imbagħad ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

Jekk ikun fadal anqas minn 12-il siegħa għad-doża li jmissek, aqbeż id-doża li nsejt. Imbagħad ħu d-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

M’għandekx tieħu doża doppja ta’ Edistride biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Edistride

Tieqafx tieħu Edistride mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek l-ewwel. Iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jgħola mingħajr din il-mediċina.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, l-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

Tkomplix tieħu Edistride u ara tabib kemm jista’ jkun malajr jekk tinnota kwalunkwe effett sekondarju serju bħal:

titlef wisq fluwidu minn ġismek (deidratazzjoni), tidher b’mod mhux komuni. Dawn huma s-sinjali ta’ deidrazzjoni:

-ħalq xott ħafna jew iwaħħal, ikollok ħafna għatx

-tħossok bi ngħas jew għajjien

-tgħaddi ftit ilma jew ma tgħaddi xejn ilma (awrina)

-qalb tħabbat mgħaġġel.

infezzjoni fil-passaġġ tal-awrina, tidher b’mod komuni.

Dawn huma s-sinjali ta’ infezzjoni severa fil-passaġġ tal-awrina:

-deni u/jew degħxiet

-sensazzjoni ta’ ħruq meta tgħaddi l-awrina (tagħmel pipì)

-uġigħ f’darek jew f’ġenbek.

Għalkemm mhux komuni, jekk tara d-demm fl-awrina tiegħek, għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Għamel kuntatt ma’ tabib jew mal-eqreb sptar minnufih jekk għandek xi wħud minn dawn l- effetti sekondarji:

ketoaċidozi dijabetika, li rari tidher (tista’ taffetwa sa persuna waħda minn kull 1,000)

Dawn huma s-sinjali ta’ ketoaċidożi dijabetika (ara wkoll sezzjoni 2 Twissijiet u prekawzjonijiet):

-żieda fil-livelli ta’ “korpi ketone” fl-awrina jew fid-demm tiegħek

-telf fil-piż f’qasir żmien

-tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx

-uġigħ fl-istonku

-għatx eċċessiv

-nifs mgħaġġel u fil-fond

-konfużjoni

-ngħas jew għejja mhux tas-soltu

-riħa ħelwa fin-nifs tiegħek, togħma ħelwa jew metallika f’ħalqek jew riħa tal-awrina jew tal- għaraq tiegħek differenti minn tas-soltu.

Dan jista’ jseħħ irrispettivament mil-livell ta’ glucose fid-demm. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf il-kura tiegħek b’Edistride b’mod temporanju jew permanenti.

Għamel kuntatt mat-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr jekk ikollok kwalnukwe effett sekondarju minn dawn li ġejjin:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 f’kull 10 persuni)

livelli ta’ zokkor fid-demm jitbaxxew (ipogliċemija) – meta tkun qed tieħu din il-mediċina ma’

sulphonylurea jew insulina

Dawn huma s-sinjali ta’ zokkor baxx fid-demm:

-titriegħed, tgħereq, tħossok anzjuż ħafna, qalbek tħabbat imgħaġġel

-tħossok bil-ġuħ, uġigħ ta’ ras, bidla fil-vista

-bidla fil-burdata jew tħossok konfuż.

It-tabib tiegħek ser jgħidlek kif tikkura l-livelli taz-zokkor baxx fid-demm u x’għandek tagħmel jekk jaqbdek xi wieħed mis-sinjali ta’ hawn fuq.

Effetti sekondarji oħra meta tkun qed tieħu Edistride:

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

infezzjoni ġenitali (traxx) tal-pene jew tal-vaġina (sinjali jistgħu jinkludu irritazzjoni, ħakk, nixxija jew riħa mhux normali)

uġigħ fid-dahar

tagħmel aktar awrina mis-soltu jew tħoss il-bżonn li tagħmel l-awrina aktar mis-soltu

bidliet fl-ammont ta’ kolesterol jew xaħmijiet fid-demm tiegħek (jirriżulta fit-testijiet)

bidliet fl-ammont ta’ ċelloli ħomor tad-demm fid-demm tiegħek (jirriżulta fit-testijiet)

tibdil fit-togħma

sturdament

raxx

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

għatx

stitikezza

tqum mill-irqad bil-lejl biex tagħmel l-awrina

ħalq xott

tnaqqis fil-piż

bidliet fit-testijiet tad-demm tal-laboratorju (kreatinina jew urea)

tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla fAppendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Edistride

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi, li tidher fuq il-folja jew kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Edistride

Is-sustanza attiva hi dapagliflozin.

Kull pillola Edistride 5 mg miksija b’rita (pillola) fiha dapagliflozin propanediol monohydrate ekwivalenti għal 5 mg dapagliflozin

Kull pillola Edistride 10 mg miksija b’rita (pillola) fiha dapagliflozin propanediol monohydrate ekwivalenti għal 10 mg dapagliflozin

Is-sustanzi l-oħra huma:

-qalba tal-pillola: microcrystalline cellulose (E460i), anhydrous lactose (ara sezzjoni 2 ‘Edistride fih lactose’), crospovidone (E1202), silicon dioxide (E551), magnesium stearate (E470b).

-kisja tar-rita: polyvinyl alcohol (E1203), titanium dioxide (E171),macrogol 3350, talc (E553b), yellow iron oxide (E172).

Kif jidher Edistride u l-kontenut tal-pakkett

Edistride 5 mg pilloli miksijin b’rita huma sofor u tondi b’dijametru ta’ 0.7 cm. Għandhom “5” fuq naħa u “1427” fuq in-naħa l-oħra.

Edistride 10 mg pilloli miksijin b’rita huma sofor u b’forma ta’ djamant madwar 1.1 x 0.8 cm mid-dijagonali. Għandhom “10” fuq naħa u “1428” fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli Edistride 5 mg u l-pilloli Edistride 10 mg jiġu ġo folji tal-aluminju f’daqsijiet ta’ pakketti ta’ 14, 28 jew 98 pilloli miksijin b’rita ġo folji mhux imtaqqbin tal-kalendarju u 30x1 jew 90x1 pilloli miksijin b’rita ġo folji imtaqqbin b’doża individwali.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti kollha jkunu fis-suq f’pajjiżek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

AstraZeneca AB

SE-151 85 Södertälje

L-Isvezja

Manifattur

AstraZeneca GmbH

Tinsdaler Weg 183

22880 Wedel

Il-Ġermanja

AstraZeneca UK Limited

Silk Road Business Park

Macclesfield

SK10 2NA

Ir-Renju Unit

Bristol-Myers Squibb Company

Contrada Fontana del Ceraso

IT-03012 Anagni (FR)

L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

AstraZeneca S.A./N.V.

UAB AstraZeneca Lietuva

Tel: +32 2 370 48 11

Tel: +370 5 2660550

България

Luxembourg/Luxemburg

АстраЗенека България ЕООД

AstraZeneca S.A./N.V.

Тел.: +359 (2) 44 55 000

Tél/Tel: +32 2 370 48 11

Česká republika

Magyarország

AstraZeneca Czech Republic s.r.o.

AstraZeneca Kft.

Tel: +420 222 807 111

Tel.: +36 1 883 6500

Danmark

Malta

AstraZeneca A/S

Associated Drug Co. Ltd

Tlf: +45 43 66 64 62

Tel: +356 2277 8000

Deutschland

Nederland

AstraZeneca GmbH

AstraZeneca BV

Tel: +49 41 03 7080

Tel: +31 79 363 2222

Eesti

Norge

AstraZeneca

AstraZeneca AS

Tel: +372 6549 600

Tlf: +47 21 00 64 00

Ελλάδα

Österreich

AstraZeneca A.E.

AstraZeneca Österreich GmbH

Τηλ: +30 2 106871500

Tel: +43 1 711 31 0

España

Polska

Laboratorios Dr. Esteve, S.A.

AstraZeneca Pharma Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 446 60 00

Tel.: +48 22 245 73 00

Laboratorio Tau, S. A.

 

Tel: +34 91 301 91 00

 

France

Portugal

AstraZeneca

AstraZeneca Produtos Farmacêuticos, Lda.

Tél: +33 1 41 29 40 00

Tel: +351 21 434 61 00

Hrvatska

România

AstraZeneca d.o.o.

AstraZeneca Pharma SRL

Tel: +385 1 4628 000

Tel: +40 21 317 60 41

Ireland

Slovenija

AstraZeneca Pharmaceuticals (Ireland) DAC

AstraZeneca UK Limited

Tel: +353 1609 7100

Tel: +386 1 51 35 600

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

AstraZeneca AB, o.z.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5737 7777

Italia

Suomi/Finland

AstraZeneca S.p.A.

AstraZeneca Oy

Tel: +39 02 9801 1

Puh/Tel: +358 10 23 010

Κύπρος

Sverige

Αλέκτωρ Φαρµακευτική Λτδ

AstraZeneca AB

Τηλ: +357 22490305

Tel: +46 8 553 26 000

Latvija

United Kingdom

SIA AstraZeneca Latvija

AstraZeneca UK Ltd

Tel: +371 67377100

Tel: +44 1582 836 836

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati