Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Edurant (rilpivirine hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AG05

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEdurant
Kodiċi ATCJ05AG05
Sustanzarilpivirine hydrochloride
ManifatturJanssen-Cilag International N.V.   

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

EDURANT pilloli ta’ 25 mg miksijin b’rita rilpivirine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu EDURANT u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu EDURANT

3.Kif għandek tieħu EDURANT

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen EDURANT

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu EDURANT u għalxiex jintuża

EDURANT fih rilpivirine li jintuża għat-trattament ta’ infezzjoni bil-Virus tal-Immunodefiċjenza Umana. Huwa jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini tal-HIV msejħa impedituri ta’ reverse transcriptase mhux nucleoside (NNRTIs). EDURANT jaħdem billi jnaqqas l-ammont ta’ HIV fil- ġisem tiegħek.

EDURANT jintuża flimkien ma’ mediċini oħra tal-HIV biex jittratta adolexxenti u adulti li b’età ta’ 12-il sena u aktar li huma infettati bl-HIV u li qatt ma kienu kkurati b’mediċini tal-HIV qabel.

It-tabib tiegħek se jiddiskuti miegħek liema taħlita ta’ mediċini hija l-aħjar għalik.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu EDURANT

Tiħux EDURANT jekk inti allerġiku/ għal rilpivirine jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

Tiħux EDURANT flimkien ma’ kwalunkwe waħda mill-mediċini li ġejjin minhabba li jistgħu jaffettwaw il-mod li bih jaħdem EDURANT jew il-mod li bih taħdem il-mediċina l-oħra:

-carbamazepine, oxcarbazepine, phenobarbital, phenytoin (mediċini li jintużaw għall-kura tal- epilessija u li jilqgħu kontra aċċessjonijiet)

-rifampicin, rifapentine (mediċini li jintużaw għall-kura ta’ xi infezzjonijiet tal-batterji bħat- tuberkulożi)

-omeprazole, esomeprazole, lansoprazole, pantoprazole, rabeprazole, (impedituri tal-pompa tal- proton li huma mediċini biex jilqgħu kontra u li jikkuraw ulċeri fl-istonku, ħruq ta’ stonku jew mard ta’ rifluss tal-aċidu)

-dexamethasone (kortikosterojd użat f’varjetà ta’ kundizzjonijiet bħal infjammazzjoni u reazzjonijiet allerġiċi) meta jittieħed mill-ħalq jew jiġi injettat, ħlief jekk jittieħed bħala doża waħda

-prodotti li fihom St John’s wort (Hypericum perforatum) (prodott magħmul mill-ħxejjex li jintuża għad-depressjoni).

Jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn t’hawn fuq, staqsi lit-tabib tiegħek dwar alternattivi oħra.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu EDURANT.

EDURANT mhuwiex kura għall-infezzjoni tal-HIV. Huwa parti minn kura li tnaqqas l-ammont tal- virus fid-demm Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tkun qiegħed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir- riskju jonqos b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tipprevjeni li tinfetta persuni oħra.

EDURANT intuża f’numru limitat biss ta’ pazjenti ta’ età ta’ 65 sena jew aktar. Jekk inti tagħmel ma’ dan il-grupp ta’ età, jekk jogħġbok iddiskuti l-użu ta’ EDURANT mat-tabib tiegħek.

Għid lit-tabib dwar is-sitwazzjoni tiegħek

Kun ċert li tiċċekkja l-punti kollha li ġejjin u li tgħid lit-tabib tiegħek jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik.

-Għid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek jew qatt kellek problemi bil-fwied, inkluż epatite B u/jew Ċ, u/jew problemi bil-kliewi. It-tabib tiegħek jista’ jikkalkula kemm hu qawwi l-mard tal-fwied jew tal-kliewi tiegħek qabel jiddeċiedi jekk inti tistax tieħu EDURANT.

-Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi sintomi ta’ infezzjonijiet (per eżempju, deni, tkexkix ta’ bard, għaraq). F’xi pazjenti b’infezzjoni tal-HIV avvanzata u storja ta’ infezzjoni opportunistika, jista’ jkun hemm sinjali u sintomi ta’ infjammazzjoni minn infezzjonijiet ta’ qabel ftit taż-żmien wara li tinbeda l-kura tal-HIV. Huwa maħsub li dawn is- sintomi jseħħu minħabba titjib fir-rispons immuni tal-ġisem, li jgħinu lill-ġisem biex jiġġieled infezzjonijiet li jista’ jkun li kienu preżenti mingħajr ebda sintomi evidenti.

-Flimkien mal-infezzjonijiet opportunistiċi, disturbi awtoimmuni (kundizzjoni li sseħħ meta s- sistema immuni tattakka tessut b’saħħtu tal-ġisem) jistgħu jseħħu wkoll wara li tibda tieħu mediċini għall-kura tal-infezzjoni tiegħek bl-HIV. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu ħafna xhur wara l-bidu tal-kura. Jekk tinnota kwalunkwe sintomu ta' infezzjoni jew sintomi oħrajn bħal dgħufija fil-muskoli, dgħufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn u li tinfirex ’il fuq lejn il-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek immedjatament biex tfittex il-kura meħtieġa.

-Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu xi mediċini li jistgħu jikkawżaw taħbit tal-qalb mhux regolari li jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja (Torsade de Pointes).

Tfal

EDURANT mhux qiegħed biex jintuża fi tfal b’età ta’ inqas minn 12-il sena, minħabba li ma ġiex studjat biżżejjed f’dawn il-pazjenti.

Mediċini oħra u EDURANT

Inti għandek tieħu EDURANT flimkien ma’ mediċini oħra tal-HIV. It-tabib tiegħek se jagħtik parir dwar liema mediċini tal-HIV jistgħu jingħataw ma’ EDURANT u t-tnejn flimkien se tiddeċiedu liema taħlita taqdi l-aħjar il-bżonnijiet tiegħek. Segwi l-istruzzjoni tat-tabib tiegħek bir-reqqa.

Xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-livelli ta’ EDURANT fid-demm meta jittieħdu fl-istess ħin ma’

EDURANT.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Mhuwiex rakkomandat li tħallat EDURANT ma’ impedituri oħra ta’ reverse transcriptase li mhumiex nucleoside (NNRTIs) bħalma huma delavirdine, efavirenz, etravirine, u nevirapine.

L-effetti ta’ EDURANT jew ta’ mediċini oħra jistgħu jiġu influwenzati jekk inti tieħu EDURANT flimkien ma’ kwalunkwe waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti tieħu:

-rifabutin (mediċina li tikkura xi infezzjonijiet batteriċi). Jekk tieħu in il-mediċina waqt li qed tieħu EDURANT, jekk jogħġbok aqra kif għandek tieħu EDURANT f’sezzjoni 3,

“Istruzzjonijiet għal użu kif suppost fl-adulti (> 18-il sena)”.

-clarithromycin, erythromycin (antibijotiċi)

-cimetidine, famotidine, nizatidine, ranitidine (antagonisti tar-riċettur ta’ H2 li jintużaw biex jiġu kkurati ulċeri fl-istonku jew fl-imsaren jew li jintużaw biex jittaffa ħruq ta’ stonku minħabba

rifluss ta’ aċidu). Jekk inti tieħu dawn il-mediċini, jekk jogħġbok aqra b’attenzjoni kif għandek toħodhom f’sezzjoni 3 “Istruzzjonijiet għal użu kif suppost fl-adulti (> 18-il sena)”.

-antaċidi (jintużaw biex jikkuraw mard marbut mal-aċidu fl-istonku; pereżempju,

aluminium / magnesium hydroxide, calcium carbonate). Jekk inti tieħu dawn il-mediċini, jekk jogħġbok aqra b’attenzjoni kif għandek toħodhom f’sezzjoni 3“Istruzzjonijiet għal użu kif suppost fl-adulti (> 18-il sena)”.

-methadone (użat għall-kura tas-sintomi li jirriżultaw mit-twaqqif u mid-dipendenza fuq narkotiċi)

-dabigatran etexilate (antikoagulant).

Tqala u treddigħ

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk inti tqila. Nisa tqal m’għandhomx jieħdu EDURANT sakemm ma jirċevux ordni speċifika biex jagħmlu dan minn tabib.

Ommijiet infettati bl-HIV m’għandhomx ireddgħu, minħabba li hemm il-possibbiltà ta’ riskju li t- tarbija tiġi infettata bl-HIV permezz tal-ħalib tal-omm.

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Xi pazjenti jistgħu jħossu għeja, sturdament jew ħedla tan-ngħas waqt li jkunu qed jieħdu kura bi EDURANT. M’għandekx issuq jew tħaddem magni jekk tħossok għajjien, stordut jew imħeddel waqt li tkun qed tieħu EDURANT.

EDURANT fih lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li inti għandek intolleranza għal xi zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu EDURANT

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju

Istruzzjonijiet għal użu kif suppost fl-adulti u adolexxenti (b’età ta’ 12 sa inqas minn 18-il sena)

Id-doża ta’ EDURANT hija ta’ pillola waħda, darba kuljum.

EDURANT għandu jittieħed ma’ ikla. Ikla hija importanti biex tikseb il-livelli tas-sustanza attiva li suppost ikollok fil-ġisem tiegħek. Xarba nutrittiva waħedha (eż. li fiha ħafna proteini) ma tistax tittieħed minflok ikla.

Hemm erba’ sitwazzjonijiet li għandhom jingħataw attenzjoni speċjali:

1.Jekk inti tieħu rifabutin (mediċina li tikkura xi infezzjonijiet batteriċi), ħu żewġ pilloli ta’ EDURANT darba kuljum, Meta tieqaf tieħu rifabutin, ħu pillola waħda ta’ EDURANT darba kuljum. Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek jekk m’intix żgur.

2.Jekk inti tieħu antaċidu (mediċina biex tikkura mard marbut mal-aċidu fl-istonku bħalma hu aluminium / magnesium hydroxide, calcium carbonate). Ħu l-antaċidu mill-anqas sagħtejn qabel jew mill-anqas 4 sigħat wara EDURANT (ara sezzjoni 2 “Meta tieħu mediċini oħra”).

3.Jekk inti tieħu antagonist tar-riċettur H2 (mediċini li jintużaw biex jikkuraw ulċeri fl-istonku jew fl-imsaren jew jintużaw biex itaffu ħruq ta’ stonku minħabba rifluss tal-aċidu (bħalma huma

cimetidine, famotidine, nizatidine jew ranitidine). Ħu l-antagonist tar-riċettur H2 mill-anqas 12-il siegħa qabel jew mill-anqas 4 sigħat wara EDURANT (ara sezzjoni 2 “Meta tieħu

mediċini oħra”). Antagonisti tar-riċettur H2 m’għandhomx jittieħdu bi skeda ta’ darbtejn kuljum. Kellem lit-tabib tiegħek dwar skeda alternattiva.

4.Jekk tieħu didanosine (mediċina biex titratta infezzjoni tal-HIV), ma jkun meħtieġ l-ebda aġġustament fid-doża. Didanosine għandu jingħata fuq stonku vojt mill-inqas sagħtejn qabel jew mill-inqas erba’ sigħat wara EDURANT (li għandu jingħata mal-ikel).

Kif tneħħi l-għatu li ma jistax jinfetaħ mit-tfal

Il-flixkun jiġi b’għatu li ma jistax jinfetaħ mit-tfal. Huwa jista’ jifetaħ billi timbotta l-għatu bil-kamin ’l isfel filwaqt li ddawwru lejn ix-xellug.

Jekk tieħu EDURANT aktar milli suppost

Ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek minnufih. F’każ ta’ doża eċċessiva, inti jista’ jkollok uġigħ ta’ ras, nawsja, sturdament u/jew ħolm mhux normali.

Jekk tinsa tieħu EDURANT

Jekk tinduna fi żmien 12-il siegħa minn meta s-soltu tieħu EDURANT, inti għandek tieħu l-pillola kemm jista’ jkun malajr. Il-pillola EDURANT għandha tittieħed ma’ ikla. Imbagħad ħu d-doża li jmiss bħas-soltu. Jekk tinduna wara 12-il siegħa, aqbeż dik id-doża u ħu d-dożi li jmiss bħas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tirremetti wara li jkunu għaddew inqas minn 4 sigħat minn meta tkun ħadt EDURANT, ħu pillola oħra ma’ ikla. Jekk tirremetti wara li jkunu għaddew aktar minn 4 sigħat minn meta tkun ħadt EDURANT, inti ma jkollokx bżonn terġa’ tieħu pillola oħra sa ma jmissek tieħu l-pillola li jkun imiss fl-iskeda regolari tiegħek.

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk m’intix ċert dwar x’għandek tagħmel jekk tinsa tieħu doża jew jekk tirremetti.

M’għandekx tieqaf tieħu EDURANT

It-trattament tal-HIV ma jfejjaqx l-infezzjoni tal-HIV! M’għandekx tieqaf tieħu EDURANT mingħajr ma l-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek. Anki jekk tħossok aħjar, tiqafx tieħu EDURANT jew il-mediċini l-oħra tiegħek tal-HIV. Jekk tagħmel dan tkun qed iżżid ir-riskju li l-virus jiżviluppa reżistenza. L- ewwel kellem lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Komuni ħafna:

-uġigħ ta’ ras

-nawsja

-tbati biex torqod (insomnja)

-sturdament

tibdil f’wieħed mit-testijiet ta’ rutina tal-fwied tiegħek (transaminase)

-żieda fil-kolesterol u/jew fl-amylase tal-frixa fid-demm tiegħek

Komuni:

-ħolm mhux normali

-raxx

-uġigħ fl-istonku

-depressjoni

-għeja

-rimettar

-ħedla tan-ngħas

-nuqqas ta’ aptit

-disturb fl-irqad

-skumdità fl-istonku

-burdata depressa,

-ħalq xott

-għadd baxx taċ-ċelluli bojod tad-demm u/jew tal-plejtlits, tnaqqis fl-emoglobina fid-demm

tiegħek, żieda fit-trigliċeridi, fil-lipase u/jew fil-bilirubin fid-demm tiegħek

-

-

Mhux komuni:

-sinjali jew sintomi ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni (per eżempju deni, tkexkix ta’ bard, għaraq (sindrome ta’ riattivazzjoni immuni).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen EDURANT

Żomm din il-mediċina fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-flixkun wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-flixkun oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni tal-ambjent

6.Kontenunt tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih EDURANT

-Is-sustanza attiva hi rilpivirine, fil-forma ta’ rilpivirine hydrochloride. Kull pillola ta’ EDURANT fiha rilpivirine hydrochloride ekwivalenti għal 25 mg ta’ rilpivirine.

-Is-sustanzi mhux attivi l-oħra tal-qalba tal-pillola miksija b’rita huma lactose monohydrate, croscarmellose sodium, povidone K30, polysorbate 20, silicified microcrystalline cellulose u magnesium stearate. Il-kisja tar-rita fiha lactose monohydrate, hypromellose 2910 6 mPa.s, titanium dioxide E171, macrogol 3000 u triacetin.

Kif jidher EDURANT u l-kontenut tal-pakkett

Pillola minn bajda sa ofwajt, miksija b’rita, tonda, konvessa fuq iż-żewġ naħat, b’“TMC” fuq naħa waħda u b’“25” fuq in-naħa l-oħra.

Flixkun b’għatu li ma jistgħux jiftħuħ it-tfal li fih 30 pillola miksijin b’rita.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Janssen-Cilag International NV

Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse

Il-Belġju

Il-Manifattur

Janssen-Cilag SpA

Via C. Janssen

Borgo San Michele

04100 Latina

L-Italja

Għal kwalunkwe tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Janssen-Cilag NV

UAB "JOHNSON & JOHNSON"

Antwerpseweg 15-17

Geležinio Vilko g. 18A

B-2340 Beerse

LT-08104 Vilnius

Tel/Tél: +32 14 64 94 11

Tel: +370 5 278 68 88

България

Luxembourg/Luxemburg

„Джонсън & Джонсън България” ЕООД

Janssen-Cilag NV

ж.к. Младост 4

Antwerpseweg 15-17

Бизнес Парк София, сграда 4

B-2340 Beerse

София 1766

Belgique/Belgien

Тел.: +359 2 489 94 00

Tél/Tel: +32 14 64 94 11

Česká republika

Magyarország

Janssen-Cilag s.r.o.

Janssen-Cilag Kft.

Karla Engliše 3201/06

Nagyenyed u. 8-14

CZ-150 00 Praha 5 - Smíchov

H-Budapest, 1123

Tel: +420 227 012 227

Tel.: +36 1 884 2858

Danmark

Malta

Janssen-Cilag A/S

AM MANGION LTD.

Bregnerødvej 133

Mangion Building, Triq Ġdida fi Triq Valletta

DK-3460 Birkerød

MT-Ħal-Luqa LQA 6000

Tlf: +45 45 94 82 82

Tel: +356 2397 6000

Deutschland

Nederland

Janssen-Cilag GmbH

Janssen-Cilag B.V.

Johnson & Johnson Platz 1

Dr. Paul Janssenweg 150

D-41470 Neuss

NL-5026 RH Tilburg

Tel: +49 2137 955-955

Tel: +31 13 583 73 73

Eesti

Norge

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Eesti filiaal

Janssen-Cilag AS

Lõõtsa 2

Postboks 144

EE-11415 Tallinn

NO-1325-Lysaker

Tel: +372 617 7410

Tlf: +47 24 12 65 00

Ελλάδα

Österreich

Janssen-Cilag Φαρμακευτική Α.Ε.Β.Ε.

Janssen-Cilag Pharma GmbH

Λεωφόρος Ειρήνης 56

Vorgartenstraße 206B

GR-151 21 Πεύκη, Αθήνα

A-1020 Wien

Tηλ: +30 210 80 90 000

Tel: +43 1 610 300

España

Polska

Janssen-Cilag, S.A.

Janssen-Cilag Polska Sp. z o.o.

ul. Iłżecka 24

E-28042 Madrid

PL-02-135 Warszawa

Tel: +34 91 722 81 00

Tel.: +48 22 237 60 00

France

Janssen-Cilag

1, rue Camille Desmoulins, TSA 91003 F-92787 Issy Les Moulineaux, Cedex 9 Tél: 0 800 25 50 75 / +33 1 55 00 40 03

Hrvatska

Johnson & Johnson S.E. d.o.o.

Oreškovićeva 6h

10010 Zagreb

Tel: +385 1 6610 700

Ireland

Janssen-Cilag Ltd.

50-100 Holmers Farm Way

High Wycombe

Buckinghamshire HP12 4EG

United Kingdom

Tel: +44 1 494 567 444

Portugal

Janssen-Cilag Farmacêutica, Lda. Estrada Consiglieri Pedroso, 69 A Queluz de Baixo

PT-2734-503 Barcarena

Tel: +351 21 43 68 835

România

Johnson & Johnson România SRL Str. Tipografilor nr. 11-15

Clădirea S-Park, Corp B3-B4, Etaj 3

013714 Bucureşti, ROMÂNIA

Tel: +40 21 207 1800

Slovenija

Johnson & Johnson d.o.o. Šmartinska cesta 53 SI-1000 Ljubljana

Tel: +386 1 401 18 30

Ísland

Slovenská republika

Janssen-Cilag AB

Johnson & Johnson s.r.o.

c/o Vistor hf.

CBC III, Karadžičova 12

Hörgatúni 2

SK-821 08 Bratislava

IS-210 Garðabær

Tel: +421 232 408 400

Sími: +354 535 7000

 

Italia

Suomi/Finland

Janssen-Cilag SpA

Janssen-Cilag Oy

Via M.Buonarroti, 23

Vaisalantie/Vaisalavägen 2

I-20093 Cologno Monzese MI

FI-02130 Espoo/Esbo

Tel: +39 02 2510 1

Puh/Tel: +358 207 531 300

Κύπρος

Sverige

Βαρνάβας Χατζηπαναγής Λτδ,

Janssen-Cilag AB

Λεωφόρος Γιάννου Κρανιδιώτη 226

Box 4042

Λατσιά

SE-16904 Solna

CY-2234 Λευκωσία

Tel: +46 8 626 50 00

Τηλ: +357 22 207 700

 

Latvija

United Kingdom

UAB "JOHNSON & JOHNSON" filiāle Latvijā

Janssen-Cilag Ltd.

Mūkusalas iela 101

50-100 Holmers Farm Way

Rīga, LV-1004

High Wycombe

Tel: +371 678 93561

Buckinghamshire HP12 4EG - UK

 

Tel: +44 1 494 567 444

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati