Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Efient (prasugrel) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - B01AC22

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEfient
Kodiċi ATCB01AC22
Sustanzaprasugrel
ManifatturDaiichi Sankyo Europe GmbH

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Efient 10 mg pilloli miksija b'rita.

Efient 5 mg pilloli miksija b'rita.

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Efient 10 mg:

Kull pillola fiha 10 mg prasugrel (bħala hydrochloride).

Eċċipjent(i) b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 2.1 mg lactose.

Efient 5 mg:

Kull pillola fiha 5 mg prasugrel (bħala hydrochloride).

Eċċipjent(i) b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 2.7 mg lactose.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b'rita (pillola).

Efient 10 mg:

Pilloli beġ f'forma ta' vleġġa doppja, b' “10 MG” imnaqqxa fuq naħa waħda u “4759” imnaqqxa fuq in-naħa l-oħra.

Efient 5 mg:

Pilloli sofor f'forma ta' vleġġa doppja, b' “5 MG” imnaqqxa fuq naħa waħda u “4760” imnaqqxa fuq in-naħa l-oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Efient, mogħti ma' acetylsalicylic acid (ASA), huwa indikat għall-prevenzjoni ta' avvenimenti aterotrombotiċi f'pazjenti adulti b'sindromu koronarju akut (jiġifieri anġina mhux stabbli, infart mijokardijaku mingħajr elevazzjoni tas-segment ST [UA/NSTEMI] jew infart mijokardijaku b'elevazzjoni tas-segment ST [STEMI]) li għaddejjin minn intervent koronarju minn ġol-ġilda (PCI) primarju jew ittardjat.

Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok irreferi għal sezzjoni 5.1.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Adulti

Efient għandu jinbeda b'doża waħda ta’ kkargar ta' 60 mg u mbagħad jitkompla b'doża ta' 10 mg darba kuljum. F’pazjenti UA/NSTEMI, fejn l-anġjografija koronarja ssir fi żmien 48 siegħa minn meta l- pazjent jiddaħħal l-isptar,id-doża ta’ kkargar għandha tingħata biss fil-ħin tal-PCI (ara sezzjonijiet 4.4, 4.8 u 5.1). Pazjenti li jieħdu Efient għandhom jieħdu wkoll ASA kuljum (75 mg sa 325 mg).

F'pazjenti b'sindromu koronarju akut (ACS) li huma ttrattati b'PCI, it-twaqqif prematur ta' kull sustanza kontra l-plejtlits, fosthom Efient, jista' jirriżulta ,minħabba l-marda li għaddej minnha l- pazjent, f'riskju akbar ta' trombożi, infart mijokardijaku jew mewt. Huwa rrakkomandat li l-kura ddum sa 12-il xahar, għajr meta t-twaqqif ta' Efient huwa klinikament indikat (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1).

Pazjenti 75 sena

Normalment l-użu ta’ Efient f’pazjenti ≥ 75 sena mhux rakkomandat.. Jekk, wara valutazzjoni individwali bir-reqqa mill-ispeċjalista li qed jippreskrivih (ara sezzjoni 4.4), il-kura f’dan il-grupp ta’ età ta’ pazjenti ≥ 75 sena tidher li tkun neċċessarja, mela mbagħad, wara d-doża ta’ kkargar ta’ 60 mg għandha tinkiteb riċetta ta’ doża mnaqqsa ta’ manteniment ta’ 5 mg. Pazjenti ≥ 75 sena għandhom tendenza ogħla ta’ fsada u espożizzjoni akbar għal metabolit attiv ta’ prasugrel (ara sezzjonijiet 4.4, 4.8, 5.1 u 5.2).

Pazjenti li jiżnu <60 kg

Efient għandu jingħata bħala doża waħda ta’ kkargar ta' 60 mg u mbagħad jitkompla b'doża ta' 5 mg darba kuljum. Id-doża ta' 10 mg mhix irrakkomandata. Dan minħabba espożizzjoni ogħla għall- metabolit attiv ta' prasugrel, u riskju akbar ta' fsada f'pazjenti b'piż tal-ġisem <60 kg meta jingħataw doża ta' 10 mg darba kuljum meta mqabbel ma' pazjenti ≥60 kg (ara sezzjonijiet 4.4, 4.8 u 5.2).

Indeboliment tal-kliewi

Mhux meħtieġ aġġustament fid-doża għal pazjenti b'indeboliment tal-kliewi, fosthom pazjenti b'mard tal-kliewi fl-aħħar stadju (ara sezzjoni 5.2). L-esperjenza terapewtika f'pazjenti b'indeboliment tal- kliewi hija limitata (ara sezzjoni 4.4).

Indeboliment tal-fwied

Mhux meħtieġ aġġustament fid-doża għal pazjenti b'indeboliment tal-fwied ħafif jew moderat (Child Pugh klassi A u B) (ara sezzjoni 5.2). L-esperjenza terapewtika f'pazjenti b'disfunzjoni tal-fwied ħafifa u moderata hija limitata (ara sezzjoni 4.4). Efient huwa kontraindikat f’pazjenti b’indeboliment qawwi tal-fwied (Child Pugh klassi Ċ).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Efient fit-tfal ta’ taħt it-18-il sena ma ġewx determinati s’issa. It-tagħrif li hemm fi tfal b’anemija tat-tip sickle cell huwa limitat(ara sezzjoni 5.1).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għall-użu mill-ħalq. Efient jista' jingħata ma' l-ikel jew fuq stonku vojt. L-għoti fuq stonku vojt tad- doża ta’ kkargar ta’ 60 mg prasugrel jista’ jipprovdi l-aktar mod mgħaġġel biex jibda jaħdem (ara sezzjoni 5.2). Tfarrakx u taqsamx il-pillola.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

Fsada patoloġika attiva.

Passat ta' puplesija jew attakk iskemiku temporanju (TIA). Indeboliment qawwi tal-fwied (Child Pugh klassi Ċ).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Riskju ta' fsada

Fil-prova klinika ta’ fażi 3 (TRITON), il-kriterji ta' esklużjoni l-aktar importanti kienu jinkludu riskju akbar ta' fsada; anemija; tromboċitopenija; passat ta' sejbiet patoloġiċi fil-kranju. Pazjenti b'sindromi koronarji akuti ttratati b'PCI u kkurati b'Efient u ASA wrew riskju akbar ta' fsada maġġuri u minuri skont is-sistema ta' klassifikazzjoni TIMI. Għaldaqstant, l-użu ta' Efient f'pazjenti b'riskju akbar ta' fsada għandhom jiġu kkunsidrati biss meta l-benefiċċji fis-sens tal-prevenzjoni ta' avvenimenti iskemiċi huma maħsuba li jkunu akbar mir-riskju ta' fsadat serji. Dan it-tħassib japplika speċjalment għal pazjenti:

≥75 sena (ara hawn taħt).

b'tendenza li jkollhom xi fsada (eż. minħabba trawma reċenti, kirurġija reċenti, fsada gastro- intestinali reċenti jew rikorrenti, jew mard attiv ta' ulċera peptika)

b'piż tal-ġisem <60 kg (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.8). F'dawn il-pazjenti d-doża ta' manteniment ta' 10 mg mhix irrakkomandata. Għandha tintuża doża ta' manteniment ta' 5 mg.

li fl-istess waqt jingħataw prodotti mediċinali li jistgħu jkabbru r-riskju ta' fsada, fosthom sustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm li jittieħdu mill-ħalq, clopidogrel, mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs), u fibrinolitiċi.

F’pazjenti b’fsada attiva li jkollhom bżonn il-maqlub tal-effetti farmakoloġiċi ta’ Efient, tista’ tkun xierqa it-trasfużjoni bil-plejtlits.

L-użu ta' Efient f'pazjenti ta' ≥75 sena ġeneralment mhux irrakkomandat u għandu jingħata biss b'kawtela wara li valutazzjoni individwali bir-reqqa tal-benefiċċju/riskju mill-ispeċjalista li jippreskrivih tindika li l-benefiċċji fis-sens tal-prevenzjoni ta' avvenimenti iskemici jkunu akbar bil- qabda mir-riskju ta' fsadat serji. Fl-istudju kliniku ta' fażi 3 dawn il-pazjenti kienu f'riskju akbar ta' fsada, inkluża fsada fatali, meta mqabbel ma' pazjenti <75 sena. Jekk jiġi preskritt, għandha tintuża doża ta' manteniment aktar baxxa ta' 5 mg; id-doża ta' manteniment ta' 10 mg mhix irrakkomandata (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.8).

L-esperjenza terapewtika b'prasugrel f'pazjenti b'indeboliment tal-kliewi (inkluż ESRD) u f'pazjenti b'indeboliment moderat tal-fwied hija limitata. Dawn il-pazjenti jistgħu jkollhom riskju akbar ta' fsada. Għaldaqstant, prasugrel għandu jintuża b'kawtela f'dawn il-pazjenti.

Il-pazjenti għandhom jiġu infurmati li meta jieħdu prasugrel (flimkien ma' ASA) jista' jkun li t- twaqqif ta' fsada ddum aktar mis-soltu, u li għandhom jirrapportaw kull fsada mhux tas-soltu (sit jew tul ta' fsada) lill-ispeċjalista tagħhom.

Ir-Riskju ta’ Fsada Assoċjat mal-Ħin li Fih Tingħata d-Doża ta’ Kkargar f’NSTEMI

Fi prova klinika ta’ pazjenti b’NSTEMI (l-istudju ACCOAST), fejn il-pazjenti kellhom ippjanat li ssirilhom anġjografija koronarja fi żmien sagħtejn sa 48 siegħa minn meta ntagħżlu b’mod arbitrarju, doża ta’ kkargar ta’ prasugrel mogħtija f’medja ta’ 4 sigħat qabel anġjografija koronarja żiedet ir- riskju ta’ fsada maġġuri u minuri peri-proċedurali meta mqabbla ma’ doża ta’ kkargar ta’ prasugrel mogħtija fl-istess ħin tal-PCI. Għalhekk, f’pazjenti UA/NSTEMI, fejn l-anġjografija koronarja ssir fi żmien 48 siegħa minn meta l-pazjent jiddaħħal l-isptar, id-doża ta’ kkargar għandha tingħata meta ssir il-PCI (ara sezzjonijiet 4.2, 4.8 u 5.1).

Kirurġija

Il-pazjenti għandhom jiġu avżati biex jinfurmaw lill-ispeċjalisti u lid-dentisti li huma qegħdin jieħdu prasugrel qabel ma tiġi ppjanata xi kirurġija u qabel ma jittieħed xi prodott mediċinali ġdid. Jekk pazjent se ssirlu kirurġija mhux urġenti, u mhux mixtieq effett kontra l-plejtlits, Efient għandu jitwaqqaf mill-anqas 7 ijiem qabel il-kirurġija. F'pazjenti li ssirilhom kirurġija ta' CABG fi żmien 7 ijiem li jitwaqqaf prasugrel tista' sseħħ fsada b'severità u frekwenza akbar (ara sezzjoni 4.8). Il- benefiċċji u r-riskji ta' prasugrel għandhom jiġu kkunsidrati sewwa f'pazjenti li l-anatomija koronarja tagħhom ma ġietx definita u hemm possibiltà ta' CABG urġenti.

Sensittività eċċessiva inkluża l-anġjoedima

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva inkluża l-anġjoedima ġew irrapportati f’pazjenti li qed jirċievu prasugrel, inkluż f’pazjenti b’passat ta’ reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva għal clopidogrel. Huwa rrakkomandat li wieħed joqgħod attent għas-sinjali ta’ sensittività eċċessiva f’pazjenti magħrufa li huma allerġiċi għat-thienopyridines (ara sezzjoni 4.8).

Purpura Trombotika Tromboċitopenika (TTP)

Ġiet irrapportata TTP bl-użu ta' prasugrel. TTP hija kundizzjoni serja u tirrikjedi kura fil-pront.

Lactose

Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta' intolleranza għal galactose, b'nuqqas ta' Lapp lactase jew b'assorbiment ħażin ta' glucose-galactose m'għandhomx jieħdu Efient.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Warfarin:

It-teħid ta' Efient flimkien ma' derivattivi ta' coumarin minbarra warfarin ma ġiex studjat. Minħabba l- potenzjal ta' riskju akbar ta' fsada, warfarin (jew derivattivi oħra ta' coumarin) u prasugrel għandhom jingħataw flimkien b'kawtela (ara sezzjoni 4.4).

Mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs):

It-teħid flimkien ma' NSAIDs kroniċi ma ġiex studjat. Minħabba l-potenzjal ta' riskju akbar ta' fsada, NSAIDs kroniċi (fosthom inibituri ta' COX-2) u Efient għandhom jingħataw flimkien b'kawtela (ara sezzjoni 4.4).

Efient jista' jingħata flimkien ma' prodotti mediċinali li jiġu mmetabolizzati minn enzimi ta' ċitokromu P450 (fosthom statins), jew prodotti mediċinali li huma stimulanti jew inibituri ta' l-enzimi ta' ċitokromu P450. Efient jista' jingħata wkoll flimkien ma' ASA, eparina, digoxin, u prodotti mediċinali li jgħollu l-pH ta' l-istonku, fosthom inibituri tal-pompa tal-proton u mblokkaturi ta' H2. Għalkemm ma ġiex studjat fi studji speċifiċi ta' interazzjonijiet, fl-istudju kliniku ta' fażi 3 Efient ġie mogħti flimkien ma' eparina b'piż molekulari baxx, bivalirudin, u inibituri ta' GP IIb/IIIa (m'hemmx tagħrif dwar liema tip ta' inibitur ta' GP IIb/IIIa ġie użat) mingħajr evidenza ta' interazzjonijiet avversi klinikament sinifikanti.

Effetti ta' prodotti mediċinali oħra fuq Efient

Acetylsalicylic acid:

Efient għandu jingħata flimkien ma' acetylsalicylic acid (ASA). Għalkemm hemm possibiltà ta' interazzjoni farmakodinamika ma' ASA li twassal għal riskju akbar ta' fsada, it-turija ta' l-effikaċja u s-sigurtà ta' prasugrel ġejja minn pazjenti li jeħduh flimkien ma' ASA.

Eparina:

Doża waħda sħiha ġol-vini ta' eparina mhux maqsuma fi frazzjonijiet (100 U/kg) ma bidlitx l- inibizzjoni ta' l-aggregazzjoni ta' plejtlits permezz ta' prasugrel b'mod sinifikanti. Bl-istess mod, prasugrel ma bidilx l-effett ta' eparina fuq il-miżuri ta' koagulazzjoni b'mod sinifikanti. Għaldaqstant, iż-żewġ prodotti mediċinali jistgħu jittieħdu flimkien. Huwa possibbli li jkun hemm riskju akbar ta' fsada meta Efient jingħata flimkien ma' eparina.

Statins:

Atorvastatin (80 mg kuljum) ma bidilx il-farmakokinetika u l-inibizzjoni ta' l-aggregazzjoni ta' plejtlets ta' prasugrel. Għaldaqstant, statins li huma substrati ta' CYP3A mhumiex mistennija li jkollhom effett fuq il-farmakokinetika ta’ prasugrel jew l-inibizzjoni ta' l-aggregazzjoni ta' plejtlets permezz ta' prasugrel.

Prodotti mediċinali li jgħollu l-pH ta' l-istonku:

It-teħid kuljum flimkien ma' ranitidine (imblokkatur ta' H2) jew lansoprazole (inibitur tal-pompa tal- proton) ma bidilx l-AUC u Tmax tal-metabolit attiv ta' prasugrel, iżda naqqas is-Cmax b'14% u 29%, rispettivament. Fl-istudju kliniku ta' fażi 3, Efient ingħata mingħajr rigward għat-teħid flimkien ma' inibitur tal-pompa tal-proton jew imblokkatur ta' H2. It-teħid tad-doża ta’ kkargar ta’ 60 mg prasugrel mingħajr l-użu fl-istess ħin ta' inibituri tal-pompa tal-proton jista’ jipprovdi l-aktar mod mgħaġġel biex jibda jaħdem.

Inibituri ta' CYP3A:

Ketoconazole (400 mg kuljum), inibitur selettiv u qawwi ta' CYP3A4 u CYP3A5, ma affettwax l- inibizzjoni ta' l-aggregazzjoni ta' plejtlits permezz ta' prasugrel jew l-AUC u Tmax tal-metabolit attiv ta' prasugrel, iżda naqqas is-Cmax b’34% sa 46%. Għaldaqstant, inibituri ta' CYP3A bħal sustanzi azol

kontra l-fungi , inibituri ta' HIV protease, clarithromycin, telithromycin, verapamil, diltiazem, indinavir, ciprofloxacin, u meraq tal-grejpfrut mhumiex mistennija li jkollhom effett sinifikanti fuq il- farmakokinetika tal-metabolit attiv.

Stimulanti ta' ċitokromi P450:

Rifampicin (600 mg kuljum), stimulant qawwi ta' CYP3A u CYP2B6, u stimulant ta' CYP2C9, CYP2C19, u CYP2C8, ma bidilx il-farmokokinetika ta' prasugrel b'mod sinifikanti. Għaldaqstant, stimulanti magħrufa ta' CYP3A bħal rifampicin, carbamazepine, u stimulanti oħra ta' ċitokromi P450 mhumiex mistennija li jkollhom effett sinifikanti fuq il-farmakokinetika tal-metabolit attiv.

Effett ta' Efient fuq prodotti mediċinali oħra

Digoxin:

Prasugrel m'għandu l-ebda effett klinikament sinifikanti fuq il-farmakokinetika ta' digoxin.

Prodotti mediċinali mmetabolizzati minn CYP2C9:

Prasugrel ma inibixxiex CYP2C9, u ma affettwax il-farmakokinetika ta' S-warfarin. Minħabba l- potenzjal ta' riskju akbar ta' fsada, warfarin u Efient għandhom jingħataw flimkien b'kawtela (ara sezzjoni 4.4).

Prodotti mediċinali mmetabolizzati minn CYP2B6:

Prasugrel huwa inibitur dgħajjef ta' CYP2B6. F'suġġetti b'saħħithom, prasugrel naqqas l-espożizzjoni għal hydroxybupropion, metabolit ta' bupropion permezz ta' CYP2B6, b'23%. Dan l-effett jista' jkun ta' interess kliniku biss meta prasugrel jingħata flimkien ma' prodotti mediċinali għal liema CYP2B6 hija l-unika katalista għas-sensiela ta' reazzjonijiet metaboliċi u għandhom skala terapewtika dejqa (eż. cyclophosphamide, efavirenz).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Ma sarux studji kliniċi f'nisa tqal jew li qegħdin ireddgħu.

Tqala

Studji fuq il-bhejjem ma jurux effetti ħżiena diretti fuq it-tqala, fuq l-iżvilupp ta' l-embriju/fetu, ħlas jew żvilupp wara t-twelid (ara sezzjoni 5.3). Billi studji tar-riproduzzjoni fil-bhejjem mhux dejjem jagħtu pronostku tar-rispons fl-umani, Efient għandu jintuża fit-tqala biss jekk il-benefiċċju potenzjali għall-omm jiġġustifika r-riskju potenzjali għall-fetu.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk prasugrel joħroġx fil-ħalib tas-sider uman. Studji fuq il-bhejjem urew li prasugrel joħroġ fil-ħalib tas-sider. L-użu ta' prasugrel waqt it-treddigħ mhux irrakkomandat.

Fertilità

Prasugrel ma kellu l-ebda effett fuq il-fertilità ta' firien maskili u femminili b'dożi mill-ħalq sa espożizzjoni ta' 240 darba aktar mid-doża ta' manteniment irrakkomandata għall-umani li tittieħed kuljum (ibbażata fuq mg/m2).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Huwa mistenni li prasugrel ma jkollu l-ebda jew ftit li xejn effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

F'studju wieħed ikkontrollat bi clopidogrel (TRITON) ġiet ivvalutata s-sigurtà f'pazjenti b'sindromu koronarju akut ittrattati b'PCI fejn 6741 pazjent ġie kkurat b'prasugrel (doża ta’ kkargar ta' 60 mg u doża ta' manteniment ta' 10 mg darba kuljum) għal medjan ta' 14.5 xhur (5802 pazjenti ġew ikkurati għal aktar minn 6 xhur, 4136 pazjent ġie kkurati għal aktar minn sena). Ir-rata tat-twaqqif tal-

mediċina taħt studju minħabba avvenimenti avversi kienet ta' 7.2% għal prasugrel u 6.3% għal clopidogrel. Minn dawn, il-fsada kienet ir-reazzjoni avversa l-aktar komuni għaż-żewġ mediċini li waslet għat-twaqqif tal-mediċina taħt studju(2.5% għal prasugrel u 1.4% għal clopidogrel).

Fsada

Fsada relatata ma' trapjant ta' bypass ta' arterja li mhijiex koronarja (non-CABG)

F'TRITON, il-frekwenza ta' pazjenti li esperjenzaw avveniment ta' fsada relatata ma' non-CABG tidher f'Tabella 1. L-inċidenza ta' fsada maġġuri skont TIMI relatata ma' non-CABG, fosthom dik ta' theddid għall-ħajja u fatali, kif ukoll fsada minuri skont TIMI, kienet statistikament ogħla b'mod sinifikanti f'suġġetti kkurati b'prasugrel meta mqabbel ma' clopidogrel f'UA/NSTEMI u l- popolazzjonijiet tal-Pazjenti Kollha b'ACS. Ma ġietx innutata l-ebda differenza sinifikanti fil- popolazzjoni STEMI. Is-sit l-aktar komuni ta' fsada spontanja kien l-apparat gastro-intestinali (rata ta' 1.7% b'prasugrel u rata ta' 1.3% b'clopidogrel); l-aktar sit frekwenti ta' fsada pprovokata kien is-sit tat- titqib arterjali (rata ta' 1.3% b'prasugrel u rata ta' 1.2% b'clopidogrel).

Tabella 1: Inċidenza ta' fsada relatata ma' Non-CABG a (% ta' Pazjenti)

Avveniment

Pazjenti Kollha b'ACS

UA/NSTEMI

STEMI

 

Prasugrelb

Clopidogrelb

Prasugrelb

Clopidogrelb

Prasugrelb

Clopidogrelb

 

+ASA

+ASA

+ASA

+ASA

+ASA

+ASA

 

(N=6741)

(N=6716)

(N=5001)

(N=4980)

(N=1740)

(N=1736)

Fsada maġġuri

2.2

1.7

2.2

1.6

2.2

2.0

skont TIMI c

 

 

 

 

 

 

Ta' theddid għall-

1.3

0.8

1.3

0.8

1.2

1.0

ħajjad

 

 

 

 

 

 

Fatali

0.3

0.1

0.3

0.1

0.4

0.1

ICH

0.3

0.3

0.3

0.3

0.2

0.2

sintomatikae

 

 

 

 

 

 

Ħtieġa ta’

0.3

0.1

0.3

0.1

0.3

0.2

inotropes

 

 

 

 

 

 

Ħtieġa ta’

0.3

0.3

0.3

0.3

0.1

0.2

intervent

 

 

 

 

 

 

kirurġiku

 

 

 

 

 

 

Ħtieġu ta’

0.7

0.5

0.6

0.3

0.8

0.8

trasfużjoni (≥4

 

 

 

 

 

 

unitajiet)

 

 

 

 

 

 

Fsada minuri skont

2.4

1.9

2.3

1.6

2.7

2.6

TIMI f

 

 

 

 

 

 

a Avvenimenti ġġudikati ċentrali mfissra mill-kriterji tal-Grupp ta' Studju ta' Trombolisi f'Infart Mijokardijaku (TIMI) . b Terapiji standard oħra ġew użati kif xieraq.

c Kull emorraġija fir-ras jew kull fsada li tidher klinikament u assoċjata ma' waqa' ta' emoglobina ta' ≥5 g/dL.

d Fsada ta' theddid għall-ħajja hija set sekondarju mis-set ta' fsada maġġuri skont TIMI u tinkludi t-tipi mdaħħlin aktar 'il ġewwa ta' hawn taħt. Il-pazjenti jistgħu jiġu magħduda f'aktar minn ringiela waħda.

e ICH= emorraġija fir-ras.

f Fsada li tidher klinikament u assoċċjata ma' waqa' ta' emoglobina ta' ≥3 g/dL iżda <5 g/dL.

Pazjenti ≥ 75 sena

Rati ta' fsada maġġuri jew minuri skont TIMI relatata ma' non-CABG :

Età

Prasugrel 10 mg

Clopidogrel 75 mg

75 sena (N=1785)*

9.0% (1.0% fatali)

6.9% (0.1% fatali)

<75 sena (N=11672)*

3.8% (0.2% fatali)

2.9% (0.1% fatali)

<75 sena (N=7180)**

2.0% (0.1% fatali) a

1.3% (0.1% fatali)

 

Prasugrel 5 mg

Clopidogrel 75 mg

≥75 sena(N=2060) **

2.6% (0.3% fatali)

3.0% (0.5% fatali)

*Studju TRITON f’pazjenti ACS li qed jagħmlu PCI

**Studju TRILOGY-ACS f’pazjenti li mhumiex jagħmlu PCI (ara 5.1): a 10 mg prasugrel; 5 mg prasugrel jekk <60 kg

Pazjenti < 60 kg

Rati ta' fsada maġġuri jew minuri skont TIMI relatata ma' non-CABG :

Piż

Prasugrel 10 mg

Clopidogrel 75 mg

<60 kg (N=664)*

10.1% (0% fatali)

6.5% (0.3% fatali)

60 kg (N=12672)*

4.2% (0.3% fatali)

3.3% (0.1% fatali)

≥60 kg (N=7845)**

2.2% (0.2% fatali) a

1.6% (0.2% fatali)

 

Prasugrel 5 mg

Clopidogrel 75 mg

<60kg (N=1391)**

1.4% (0.1% fatali)

2.2% (0.3% fatali)

*Studju TRITON f’pazjenti ACS li qed jagħmlu PCI

**Studju TRILOGY-ACS f’pazjenti li mhumiex jagħmlu PCI (ara 5.1): a 10 mg prasugrel; 5 mg prasugrel jekk ≥75 years of age

Pazjenti ≥60 kg u età <75 sena

F'pazjenti ≥60 kg u età <75 sena, ir-rati ta' fsada maġġuri jew minuri skont TIMI relatata ma' non- CABG kienu ta' 3.6% għal prasugrel u 2.8% għal clopidogrel; ir-rati ta' fsada fatali kienu ta' 0.2% għal prasugrel u 0.1% għal clopidogrel.

Fsada relatata ma' CABG

Fl-istudju kliniku ta' fażi 3, 437 pazjent saritilhom CABG matul l-istudju. Minn dawk il-pazjenti, ir- rata ta' fsada maġġuri jew minuri skont TIMI relatata ma' CABG kienet ta' 14.1% għall-grupp ta' prasugrel u 4.5% fil-grupp ta' clopidogrel. L-ogħla riskju ta' avvenimenti ta' fsada f'suġġetti kkurati b'prasugrel ippersista sa 7 ijiem mid-doża l-aktar riċenti tal-mediċina studjata. Għall-pazjenti li rċevew thienopyridine fi żmien 3 ijiem qabel CABG, il-frekwenzi ta' fsada maġġuri jew minuri skont TIMI kienu ta' 26.7% (12 minn 45 pazjent) fil-grupp ta' prasugrel, meta mqabbel ma' 5.0% (3 minn 60 pazjent) fil-grupp ta' clopidogrel. Għall-pazjenti li rċevew l-aħħar doża ta' thienopyridine fi żmien 4 sa 7 ijiem qabel CABG, il-frekwenzi naqsu għal 11.3% (9 minn 80 pazjent) fil-grupp ta' prasugrel u 3.4% (3 minn 89 pazjent) fil-grupp ta' clopidogrel. Wara 7 ijiem mit-twaqqif tal-mediċina, ir-rati osservati ta' fsada relatata ma' CABG kienu simili bejn il-gruppi ta' kura (ara sezzjoni 4.4).

Ir-Riskju ta’ Fsada Assoċjat mal-Ħin li Fih Tingħata d-Doża ta’ Kkargar f’NSTEMI

Fi studju kliniku ta’ pazjenti b’NSTEMI (l-istudju ACCOAST), fejn il-pazjenti kellhom ippjanat li ssirilhom anġjografija koronarja fi żmien sagħtejn sa 48 siegħa minn meta ntagħżlu b’mod arbitrarju, il-pazjenti li ngħataw doża ta’ kkargar ta’ 30 mg, b’medja ta’ 4 sigħat qabel l-anġjografija koronarja segwita minn doża ta’ kkargar ta’ 30 mg fil-ħin tal-PCI kellhom żieda fir-riskju ta’ fsada non-CABG peri-proċedurali u ebda benefiċċju addizzjonali meta mqabbla ma’ pazjenti li ngħataw doża ta’ kkargar ta’ 60 mg fil-ħin tal-PCI (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4). Ir-rati ta’ fsada TIMI li mhumiex relatati ma’ CABG f’pazjenti għal perjodu ta’ 7 ijiem kienu hekk:

 

Prasugrel Qabel

Prasugrel fil-

Reazzjoni Avversa

Anġjografija

ħin tal-PCIa

 

Koronarjaa

 

 

(N=2037)

(N=1996)

 

%

%

Fsada maġġuri TIMIb

1.3

0.5

Ta’ periklu għall-ħajjac

0.8

0.2

Fatali

0.1

0.0

ICH sintomatikad

0.0

0.0

Meħtieġa l-inotropi

0.3

0.2

Meħtieġ intervent kirurġiku

0.4

0.1

Meħtieġa trasfużjoni (4 unitajiet)

0.3

0.1

Fsada minuri TIMI e

1.7

0.6

aIntużaw terapiji standard oħra skont il-bżonn. Il-protokoll tal-istudju kliniku għamilha possibbli li l-pazjenti kollha jirċievu l-aspirina u doża ta’ manteniment ta’ kuljum ta’ prasugrel.

bKwalunkwe emorraġija intrakranjali jew kwalunkwe tip ta’ fsada evidenti b’mod kliniku assoċjata ma’ tnaqqis fl- emoglobina ta’ ≥5 g/dL.

ċTa’ periklu għall-ħajja huwa sottogrupp ta’ Fsada maġġuri TIMI u jinkludi t-tipi aktar ’l isfel mdaħħlin ’il ġewwa. Il- pazjenti jistgħu jkunu magħduda f’aktar minn ringiela waħda.

dICH=emorraġija fil-kranju.

eFsada evidenti b’mod kliniku assoċjata ma’ tnaqqis fl-emoglobina ta’ ≥3 g/dL iżda <5 g/dL.

Sommarju ta’ reazzjonijiet avversi b’forma tabulari

Tabella 2 tiġbor fil-qosor ir-reazzjonijiet avversi emorraġiċi u mhux emorraġiċi fi TRITON jew li ġew irrapportati b’mod spontanju, ikklassifikati skont il-frekwenza u s-sistema ta' klassifika ta' l-organi. Il- frekwenzi huma ddefiniti kif ġej:

Komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1000 sa < 1/100);

rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000); rari ħafna (< 1/10,000); mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid- data disponibbli).

Tabella 2: Reazzjonijiet avversi emorraġiċi u mhux emorraġiċi

Sistema ta' klassifika

Komuni

Mhux komuni

Rari

Mhux magħruf

ta' l-organi

 

 

 

 

Disturbi tad-demm u

Anemija

 

Tromboċitopinja

Purpura

tas-sistema limfatika

 

 

 

trombotika

 

 

 

 

tromboċitopenika

 

 

 

 

(TTP)- ara

 

 

 

 

sezzjoni 4.4

Disturbi fis-sistema

 

Sensittività eċċessiva

 

 

immuni

 

inkluża l-anġjoedima

 

 

Disturbi fl-għajnejn

 

Emorraġija fl-għajnejn

 

 

Disturbi vaskulari

Ematoma

 

 

 

Disturbi respiratorji,

Epistassi

Sogħla bid-demm

 

 

toraċiċi u

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

Disturbi gastro-

Emorraġija gastro-

Emorraġija

 

 

intestinali

intestinali

retroperitonali

 

 

 

 

Emorraġija fir-rektum

 

 

 

 

Demm fl-ippurgar

 

 

 

 

Fsada mill-ħanek

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-

Raxx

 

 

 

tessuti ta’ taħt il-ġilda

Ekimożi

 

 

 

Disturbi fil-kliewi u

Ematurja

 

 

 

fis-sistema urinarja

 

 

 

 

Disturbi ġenerali u

Ematoma fis-sit

 

 

 

kondizzjonijiet ta'

tat-titqib ta' l-

 

 

 

mnejn jingħata

arterja/vina

 

 

 

 

Emorraġija fis-sit

 

 

 

 

tat-tiqib

 

 

 

Korriment,

Tbenġil

Emorraġija wara l-

Ematoma taħt il-

 

avvelenament u

 

proċedura

ġilda

 

komplikazzjonijiet ta’

 

 

 

 

xi proċedura

 

 

 

 

F'pazjenti li għandhom jew li m’għandhomx passat ta' TIA jew puplesija, l-inċidenza ta' puplesija fl- istudju kliniku ta' fażi 3 kienet kif ġej (ara sezzjoni 4.4):

Passat ta' TIA jew

Prasugrel

Clopidogrel

puplesija

 

 

Iva (N=518)

6.5% (2.3% ICH*)

1.2% (0% ICH*)

Le (N=13090)

0.9% ( 0.2% ICH*)

1.0% (0.3% ICH*)

* ICH=emorraġija fir-ras.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Doża eċċessiva ta' Efient tista' twassal għal ħin imtawwal ta' fsada u kumplikazzjonijiet konsegwenti ta' fsada. M'hemmx tagħrif dwar kif l-effett farmakoloġiku ta' prasugrel jista' jitreġġa' lura; madanakollu, jekk tkun meħtieġa korrezzjoni fil-pront tal-ħin imtawwal ta' fsada, tista' tiġi kkunsidrata trasfużjoni ta' plejtlits u/jew l-użu ta' prodotti tad-demm oħra.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Inibituri tat-tgħaqqid f’massa tal-plejtlits li ma jinkludux l-eparina. Kodiċi ATC: B01AC22.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni / Effetti farmakodinamiċi

Prasugrel huwa inibitur ta' l-attivazzjoni u l-aggregazzjoni tal-plejtlits permezz ta' rbit irriversibbli tal- metabolit attiv tiegħu mal-klassi P2Y12 tar-riċetturi ADP fuq il-plejtlits. Billi l-plejtlits jipparteċipaw fil-bidu u/jew fl-iżvilupp ta' kumplikazzjonijiet trombotiċi ta' mard aterosclerotiku, l-inibizzjoni tal- funzjoni tal-plejtlits tista' tirriżulta fit-tnaqqis tar-rata ta' avvenimenti kardjovaskulari bħall-mewt, infart mijokardijaku, jew puplesija.

Wara doża ta’ kkargar ta' 60 mg prasugrel, inibizzjoni ta' aggregazzjoni ta' plejtlits stimulata minn ADP seħħet wara 15-il minuta b'5 µM ADP u 30 minuta b'20 µM ADP. L-inibizzjoni massima permezz ta' prasugrel ta' aggregazzjoni ta' plejtlits stimulata minn ADP hija ta' 83% b'5 µM ADP u ta' 79% b'20 µM ADP, fiż-żewġ każijiet b'89% tas-suġġetti b'saħħithom u pazjenti b'aterosklerosi li kellhom mill-anqas 50% inibizzjoni ta' aggregazzjoni ta' plejtlits f'siegħa. L-inibizzjoni ta' aggregazzjoni ta' plejtlits permezz ta' prasugrel turi varjabbilità baxxa bejn is-suġġetti (9%) u fis- suġġetti (12%) kemm b'5 µM u b'20 µM ADP. Steady state medju tal-inibizzjoni ta' aggregazzjoni ta' plejtlits kien ta' 74% u 69% rispettivament għal 5 µM ADP u 20 µM ADP, u ntlaħaq wara li ngħatat id-doża ta' manteniment ta' 10 mg prasugrel għal 3 sa 5 ijiem wara d-doża ta’ kkargar ta' 60 mg. Aktar minn 98% tas-suġġetti kellhom ≥20% inibizzjoni ta' aggregazzjoni ta' plejtlits waqt id-dożaġġ ta' manteniment.

L-aggregazzjoni ta' plejtlits reġgħet lura bil-mod għall-valuri fil-linja bażi wara l-kura f'7 sa 9 ijiem wara li ngħatat doża waħda ta’ kkargar ta' 60 mg prasugrel u f'5 ijiem wara t-twaqqif tad-dożaġġ ta' manteniment fi steady state.

Tagħrif dwar il-bidla: Wara li ngħatat 75 mg clopidogrel darba kuljum għal 10 ijiem, 40 suġġett b'saħħtu nqalbu għal prasugrel 10 mg darba kuljum bid-doża ta’ kkargar ta' 60 mg jew mingħajrha. Inibizzjoni simili jew ogħla ta' aggregazzjoni ta' plejtlits ġiet osservata b'prasugrel. It-taqlib dirett għal prasugrel b'doża ta’ kkargar ta' 60 mg wassal għall-aktar mod mgħaġġel ta’ inibizzjoni aktar għolja ta' plejtlits. Wara li ngħatat doża ta’ kkargar ta' 900 mg clopidogrel (ma' ASA), 56 suġġett b'ACS ġew ikkurati għal 14-il ġurnata jew b'prasugrel 10 mg darba kuljum jew b'clopidogrel 150 mg darba kuljum, u mbagħad inqalbu jew għal clopidogrel 150 mg jew prasugrel 10 mg għal 14-il ġurnata oħra. Ġiet osservata inibizzjoni ogħla ta' aggregazzjoni ta' plejtlits fil-pazjenti li nqalbu għal 10 mg prasugrel meta mqabbel ma' dawk ikkurati b'150 mg clopidogrel. F’studju ta’ 276 pazjent ACS li għamlu PCI, il-bidla minn doża inizjali ta’ kkargar ta’ 600 mg clopidogrel jew plaċebo mogħti mal- wasla tagħhom l-isptar qabel l-anġjografija koronarja għal doża ta’ kkargar ta’ 60 mg prasugrel

mogħti fil-ħin tal-intervent koronarju perkutanju, irriżulta f’żieda simili fl-inibizzjoni tal- aggregazzjoni tal-plejtlits għat-tul ta’ żmien tal-istudju ta’ 72 siegħa.

Effikaċja klinika u sigurtà

Sindromu Koronarju Akut (ACS -Acute Coronary Syndrome)

L-istudju TRITON ta' fażi 3 qabbel Efient (prasugrel) ma' clopidogrel, it-tnejn li huma ngħataw flimkien ma' ASA u terapija oħra standard. TRITON b'13,608 pazjenti kien studju tat-tip internazzjonali b'ħafna ċentri, randomised, double blind, b'grupp parallel. Il-pazjenti kellhom ACS b'UA, NSTEMI, jew STEMI ta' riskju moderat jew għoli u ġew ittrattati b'PCI.

Pazjenti b'UA/NSTEMI fi żmien 72 siegħa tas-sintomi jew STEMI bejn 12-il siegħa u 14-il ġurnata tas-sintomi ġew magħżulin b'mod arbitrarju wara li ġiet magħrufa l-anatomija koronarja. Pazjenti b'STEMI fi żmien 12–il siegħa tas-sintomi u li kellhom ippjanat PCI setgħu jiġu magħżula b'mod arbitrarju mingħajr ma tkun magħrufa l-anatomija koronarja. Għall-pazjenti kollha, id-doża ta’ kkargar setgħet tingħata f'kull ħin bejn li tingħata b'mod arbitrarju u siegħa minn mindu l-pazjent jitlaq mil-laboratorju ta’ katetirizzazzjoni

Pazjenti magħżulin b'mod arbitrarju biex jirċievu prasugrel (b'doża ta' kkargar ta’ 60 mg segwita b'10 mg darba kuljum) jew clopidogrel (b'doża ta’ kkargar ta' 300 mg segwita b'75 mg darba kuljum) ġew ikkurati għal medjan ta' 14.5 xhur (massimu ta' 15-il xahar u segwiti wara l-kura għal minimu ta' 6 xhur). Il-pazjenti rċevew ukoll ASA (75 mg sa 325 mg darba kuljum). L-użu ta' xi thienopyridine fi żmien 5 ijiem qabel ir-reġistrazzjoni kien kriterju ta' esklużjoni. Terapiji oħra, bħal eparina u inibituri ta' GPIIb/IIIa, ingħataw skont id-deċiżjoni ta' l-ispeċjalista. Madwar 40% tal-pazjenti (f'kull grupp ta' kura) irċevew inibitur ta' GPIIb/IIIa bħala sostenn għal PCI (m'hemmx tagħrif dwar it-tip ta' inibitur GPIIb/IIIa li ntuża). Madwar 98% tal-pazjenti (f'kull grupp ta' kura) irċevew sustanzi kontra thrombin (eparina, eparina b'piż molekulari baxx, bivalirudin, jew sustanza oħra) direttament bħala sostenn għal PCI.

Ir-riżultat primarju li bih ġie mkejjel l-istudju kien iż-żmien biex ikun hemm l-ewwel okkorrenza ta' mewt karjovaskulari (CV), infart mijikardijaku (MI) mhux fatali, jew puplesija mhux fatali. L-analiżi tar-riżultat finali kompost fil-popolazzjoni tal-Pazjenti Kollha b'ACS (gruppi ta’ UA/NSTEMI kkombinati u STEMI) kienet kontinġenti fit-turija ta' superjorità statistika ta' prasugrel kontra clopidogrel fil-grupp ta’ UA/NSTEMI (p<0.05).

Il-popolazzjoni kollha b'ACS:

Efient wera effikaċja superjuri meta mqabbel ma' clopidogrel fit-tnaqqis tal-avvenimenti primarji komposti riżultanti kif ukoll tal-avvenimenti sekondarji riżultanti speċifikati minn qabel, fosthom it- trombożi minn stent (ara Tabella 3). Il-benefiċċju ta' prasugrel deher fl-ewwel 3 ijiem u ppersista sa l- aħħar ta' l-istudju . L-effikaċja superjuri kienet akkumpanjata ma' żieda fi fsada maġġuri (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8). Il-poplazzjoni tal-pazjenti kienet ta' 92% Kawkasi, 26% femminili, u 39% ≥65 sena. Il-benefiċċji assoċjati ma' prasugrel kienu indipendenti mill-użu ta' terapiji oħra kardjovaskulari akuti u għat-tul, fosthom eparina/ eparina b'piż molekulari baxx, bivalirudin, inibituri ta' GPIIb/IIIa li jingħataw ġol-vini, prodotti mediċinali li jbaxxu l-lipidi, imblokkaturi tar-riċetturi beta, u inibituri ta' l-enzim li jikkonverti angiotensin. L-effikaċja ta' prasugrel kienet indipendenti mid-doża ta' ASA (75 mg sa 325 mg darba kujum). F'TRITON ma kienx permess l-użu ta' sustanzi kontra l-koagulazzjoni li jittieħdu mill-ħalq, prodotti mediċinali kontra l-plejtlits mhux ta' l-istudju u NSAIDs kroniċi. Fil- popolazzjoni tat-Pazjenti Kollha b'ACS, prasugrel kien assoċjat ma' inċidenza aktar baxxa ta' mewt CV, MI mhux fatali, jew puplesija mhux fatali meta mqabbel ma' clopidogrel, mingħajr kunsiderazzjoni tal-karateristiċi bażilari bħall-età, is-sess, il-piż tal-ġisem, ir-reġjun ġeografiku, l-użu ta' inibituri ta' GPIIb/IIIa, it-tip ta' stent. Il-benefiċċju prinċipalment seħħ minħabba tnaqqis sinifikanti f'MI mhux fatali (ara Tabella 3). Suġġetti bid-dijabete kellhom tnaqqis sinifikanti fir-riżultati finali komposti primarji u fis-sekondarji kollha.

Il-benefiċċju ta' prasugrel li ġie osservat f'pazjenti ≥ 75 sena kien anqas minn dak osservat f'pazjenti <75 sena. Pazjenti ≥ 75 sena kellhom riskju ogħla ta’ fsada inkluża dik fatali (ara sezzjonijiet 4.2,4.4 u

4.8). Pazjenti ≥ 75 li fihom il-benefiċċju ta’ prasugrel kien aktar evidenti kienu jinkludu dawk bid- dijabete, b’STEMI, f’riskju ogħla ta’ trombożi fl-istent jew li kellhom avveniment rikorrenti.

Pazjenti b'passat ta' TIA jew b'passat ta' puplesija iskemika aktar minn 3 xhur qabel it-terapija b'prasugrel ma kellhomx tnaqqis fir-riżultat finali primarju kompost.

Tabella 3: Pazjenti b’Avvenimenti li Seħħew fl-Analiżi Primarja TRITON

 

Prasugrel

Clopidogrel

Proporzjon ta'

valur p

 

+ ASA

+ASA

Periklu (HR)

 

Avvenimenti li Seħħew

 

 

(95% CI)

 

 

(N = 6813)

(N = 6795)

 

 

Pazjenti Kollha b'ACS

%

%

0.812 (0.732, 0.902)

< 0.001

Avvenimenti Primarji Komposti li Seħħew

9.4

11.5

Mewt kardjovaskulari (CV), MI mhux fatali,

 

 

 

 

jew puplesija mhux fatali

 

 

 

 

Avvenimenti Primarji Individwali li Seħħew

 

 

 

 

Mewt CV

2.0

2.2

0.886 (0.701, 1.118)

0.307

MI mhux fatali

7.0

9.1

0.757 (0.672, 0.853)

< 0.001

Puplesija mhux fatali

0.9

0.9

1.016 (0.712, 1.451)

0.930

UA/NSTEMI

(N = 5044)

(N = 5030)

 

 

Avvenimenti Primarji Komposti li Seħħew

%

%

 

 

Mewt kardjovaskulari, MI mhux fatali, jew

9.3

11.2

0.820 (0.726, 0.927)

0.002

puplesija mhux fatali

 

 

 

 

Mewt CV

1.8

1.8

0.979 (0.732,1.309)

0.885

MI mhux fatali

7.1

9.2

0.761 (0.663,0.873)

< 0.001

Puplesija mhux fatali

0.8

0.8

0.979 (0.633,1.513)

0.922

STEMI

(N = 1769)

(N = 1765)

 

 

Avvenimenti Primarji Komposti li Seħħew

%

%

 

 

Mewt kardjovaskulari, MI mhux fatali, jew

9.8

12.2

0.793 (0.649, 0.968)

0.019

puplesija mhux fatali

 

 

 

 

Mewt CV

2.4

3.3

0.738 (0.497,1.094)

0.129

MI mhux fatali

6.7

8.8

0.746 (0.588,0.948)

0.016

Puplesija mhux fatali

1.2

1.1

1.097 (0.590,2.040)

0.770

Fil-poplazzjoni tal-Pazjenti Kollha b'ACS, l-analiżi ta' kull riżultat finali sekondarju wera benefiċċju sinifikanti (p<0.001) għal prasugrel kontra clopidogrel. Dawn inkludew trombożi ċerta jew probabbli fl-istent fl-aħħar tal-istudju (0.9% kontra 1.8%; HR 0.498; CI 0.364, 0.683); mewt CV, MI mhux fatali, jew rivaskularizzazzjoni tal-vina/arterja mira tul 30 ġurnata (5.9% kontra 7.4%; HR 0.784; CI 0.688,0.894); mewt mill-kawżi kollha, MI mhux fatali, jew puplesija mhux fatali tul l-aħħar ta' l- istudju (10.2% kontra 12.1%; HR 0.831; CI 0.751, 0.919); mewt CV, MI mhux fatali, puplesija mhux fatali jew dħul lura l-isptar minħabba avveniment iskemiku kardijaku tul l-aħħar tal-istudju (11.7 % kontra 13.8 %; HR 0.838; CI 0.762, 0.921). Analiżi tal-mewt mill-kawżi kollha ma wriet ebda differenza sinifikanti bejn prasugrel u clopidogrel fil-poplazzjoni tal-Pazjenti Kollha b'ACS (2.7 % vs 2.9 %), fil-popolazzjoni UA/NSTEMI (2.58 % vs 2.41 %) u fil-popolazzjoni STEMI (3.28 % vs

4.31 %).

Prasugrel gie assoċjat ma' tnaqqis ta' 50% ta' trombożi fl-istent tul il-perijodu ta' 15-il xahar ta' studju ta' wara l-kura. It-tnaqqis fit-trombożi fl-istent b'Efient ġie osservat kemm mill-ewwel kif ukoll wara 30 ġurnata bl-istents tal-metal mhux miksi u wkoll bi stents miksija b'mediċina.

F'analiżi ta' pazjenti li baqgħu ħajjin wara avveniment iskemiku, prasugrel ġie assoċjat ma' tnaqqis fl- inċidenza ta' avvenimenti ta’ riżultati finali primarji sussegwenti (7.8% għal prasugrel kontra 11.9% għal clopidogrel).

Għalkemm bi prasugrel żdiedet il-fsada, analiżi tar-riżultat finali kompost ta' mewt minn kull kawża, infart mijokardijaku mhux fatali, puplesija mhux fatali, emorraġija maġġuri skont TIMI relatata ma' non-CABG iffavorixxit Efient meta mqabbel ma' clopidogrel (Proporzjon ta' periklu, 0.87; 95% CI,

0.79 sa 0.95; p=0.004). F'TRITON, għal kull 1000 pazjent ikkurat b'Efient, kien hemm 22 pazjent anqas b'infart mijokardijaku, u 5 aktar b'emorraġiji maġġuri skont TIMI relatata ma' non-CABG, meta mqabbel ma' pazjenti kkurati b'clopidogrel.

Ir-riżultati ta’ studju farmakodinamiku/farmakoġenomiku li sar f’ 720 pazjent Ażjatiku b’ACS PCI wrew li prasugrel meta mqabbel ma’ clopidogrel kiseb livelli ogħla ta’ inibizzjoni tal-plejtlits u li doża ta’ kkargar ta’ 60 mg/ doża ta’ manteniment ta’10mg ta’ prasugrel hija skeda ta’ dożaġġ tajba għal suġġetti Ażjatiċi li għandhom piż ta’ għallinqas 60 kg u li għandhom inqas minn 75 sena (ara sezzjoni4.2).

F’studju li dam 30 xahar (TRILOGY–ACS) f’9326 pazjent b’UA/NSTEMI ACS ikkurati bil-mediċini mingħajr rivaskularizzazzjoni (indikazzjoni li mhijiex liċenzjata), prasugrel ma naqqasx b’mod sinifikanti l-frekwenza tar-riżultat finali kompost ta’ mewt kardjovaskulari, MI jew puplesija meta mqabbel ma’ clopidogrel. Ir-rati ta’ fsada maġġuri skont TIMI (inklużi ta’ periklu għall-ħajja, fatali u ICH) kienu simili għall-pazjenti kkurati b’prasugrel u clopidogrel. B’mod arbitrarju, pazjenti ≥75 sena jew dawk inqas minn 60 kg (N=3022) ġew mogħtija 5 mg prasugrel. Bħall-pazjenti < 75 sena u ≥60 kg ikkurati b’10 mg prasugrel, ma kien hemm ebda differenza bejn 5 mg prasugrel u 75 mg clopidogrel f’avvenimenti kardjovaskulari. Ir-rati ta’ fsada maġġuri kienu simili f’pazjenti kkurati b’5 mg prasugrel u dawk ikkurati b’75 mg clopidogrel. Prasugrel 5 mg wera effett akbar kontra l- plejtlits milli clopidogrel 75 mg. Prasugrel għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti ≥ 75 sena u f’pazjenti li għandhom piż <60 kg (ara sezzjonijiet 4.2, 4.4 u 4.8).

F’studju li dam 30 ġurnata (ACCOAST),f’4033 pazjent b’NSTEMI u b’livell għoli ta’ troponin li kellhom ippjanata anġjografija koronarja segwita minn PCI fi żmien sagħtejn sa 48 siegħa minn meta ntagħżlu b’mod arbitrarju, il-pazjenti li ngħataw doża ta’ kkargar ta’ 30 mg prasugrel, b’medja ta’ 4 sigħat qabel l-anġjografija koronarja segwita minn doża ta’ kkargar ta’ 30 mg fil-ħin tal- PCI (n=2037) kellhom żieda fir-riskju ta’ fsada non-CABG peri-proċedurali u ebda benefiċċju addizzjonali meta mqabbla ma’ pazjenti li ngħataw doża ta’ kkargar ta’ 60 mg fil-ħin tal-PCI (n=1996). B’mod speċifiku, prasugrel ma naqqasx b’mod sinifikanti numru ta’ għanijiet finali bħal mewt kardjovaskulari (CV), infart mijokardijaku (MI), attakk ta’ puplesija, vaskularizzazzjoni urġenti mill-ġdid (UR) jew il-bżonn ta’ inibitur ta’ glycoprotein (GP) IIb/IIIa matul is-7 ijiem minn meta ntagħżlu b’mod arbitrarju f’suġġetti li rċevew prasugrel qabel l-anġjografija koronarja meta mqabbla ma’ pazjenti li rċevew id-doża sħiħa ta’ kkargar ta’ prasugrel fil-ħin tal-PCI u r-rata tal-aktar objettiv importanti ta’ sigurtà għal kull fsada maġġuri TIMI (avvenimenti CABG u non-CABG) matul is-7 ijiem minn meta ntagħżlu b’mod arbitrarju fil-pazjenti kkurati kollha kien ogħla b’mod sinifikanti fis- suġġetti li rċevew prasugrel qabel l-anġjografija koronarja kontra s-suġġetti li rċevew id-doża sħiħa ta’ kkargar ta’ prasugrel fil-ħin tal-PCI. Għalhekk f’pazjenti UA/NSTEMI, fejn l-anġjografija koronarja ssir fi żmien 48 siegħa minn meta l-pazjent jiddaħħal l-isptar, id-doża ta’ kkargar għandha tingħata fil-ħin tal-PCI. (Ara sezzjonijiet 4.2,4.4 u 4.8).

Popolazzjoni pedjatrika

L-istudju TADO ttestja l-użu ta’ prasugrel (n=171) vs plaċebo (n=170) f’pazjenti, b’etajiet minn sentejn sa inqas minn 18-il sena, b’anemija tat-tip sickle cell għal tnaqqis f’krisi vaso okklussiva f’studju ta’ fażi III. L-istudju ma laħaq ebda wieħed mill-għanijiet ewlenin kemm primarji u kemm sekondarji. B’mod ġenerali, ma ġew identifikati ebda sejbiet ġodda dwar is-sigurtà għal prasugrel bħala monoterapija f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Prasugrel huwa prodrug u jiġi metabolizzat malajr in vivo f'metabolit attiv u metaboliti inattivi. L- espożizzjoni (AUC) tal-metabolit attiv għandha varjabbilità bejn is-suġġetti (27%) u fis-suġġetti (19%) minn moderata għal baxxa. Il-farmakokinetika ta' prasugrel hija simili f'suġġetti b'saħħithom, pazjenti b'aterosklerosi stabbli, u pazjenti li għaddejjin minn intervent koronarju minn ġol-ġilda.

Assorbiment

L-assorbiment u l-metaboliżmu ta' prasugrel huma mgħaġġlin, bl-ogħla konċentrazzjoni fil-plażma (Cmax) tal-metabolit attiv iseħħ f'madwar 30 minuta. L-espożizzjoni (AUC) tal-metabolit attiv tiżdied

proporzjonalment fuq l-iskala tad-doża terapewtika. Fi studju b'suġġetti b'saħħithom, AUC tal- metabolit attiv ma ġiex affettwat b'ikla b'ħafna xaħam u ħafna kaloriji, iżda Cmax naqas b'49% u l-ħin biex intlaħaq Cmax (Tmax) żdied minn 0.5 għal 1.5 sigħat. F'TRITON, Efient ingħata mingħajr kunsiderazzjoni għall-ikel. Għaldaqstant, Efient jista' jingħata mingħajr kunsiderazzjoni għall-ikel; madanakollu, il-bidu l-aktar mgħaġġel ta' l-azzjoni jista' jseħħ b'għoti tad-doża tal-bidu bl-ogħla qawwa ta' prasugrel fl-istat ta' sawm (ara sezzjoni 4.2).

Distribuzzjoni

L-irbit tal-metabolit attiv ma' l-albumina fis-serum uman (soluzzjoni bafferjata ta' 4%) kien ta' 98%.

Metaboliżmu

Wara t-teħid mill-ħalq prasugrel ma jiġix osservat fil-plażma. Huwa jiġi idrolizzat b'mod rapidu fil- musrana f'thiolactone li b'pass wieħed tal-metaboliżmu ta' ċitokromu P450 jinbidel fil-metabolit attiv, prinċipalment minn CYP3A4 u CYP2B6 u anqas minn CYP2C9 u CYP2C19. Il-metabolit attiv jerġa' jiġi metabolizzat f'żewġ kompożizzjonijiet inattivi b'S-metilazzjoni jew konjugazzjoni ma' cysteine.

F'suġġetti b'saħħithom, pazjenti b'aterosklerosi stabbli, u pazjenti b'ACS li jirċievu Efient, ma kienx hemm effett rilevanti ta' varjazzjoni ġenetika f'CYP3A5, CYP2B6, CYP2C9, jew CYP2C19 fuq il- farmakokinetika jew l-inibizzjoni ta' l-aggregazzjoni ta' plejtlits ta' prasugrel.

Eliminazzjoni

Madwar 68% tad-doża ta' prasugrel titneħħa fl-awrina u 27% fl-ippurgar, bħala metaboliti inattivi. Il- metabolit attiv għandu half-life ta' l-eliminazzjoni ta madwar 7.4 sigħat (f'skala minn 2 sa 15-il siegħa).

Il-farmakokinetika f’Popolazzjonijiet Speċjali:

Anzjani:

Fi studju ta' suġġetti b'saħħithom b'etajiet bejn l-20 u t-80 sena, l-età ma kellix effett sinifikanti fuq il- farmakokinetika jew l-inibizzjoni ta' l-aggregazzjoni ta' plejtlits ta' prasugrel. Fi studju kliniku kbir ta' fażi 3, l-espożizzjoni medja stmata (AUC) tal-metabolit attiv kienet 19% ogħla f'pazjenti anzjani ħafna (≥75 sena) meta mqabbel ma' suġġetti <75 sena. Prasugrel għandu jintuża b'kawtela f'pazjenti ta' ≥ 75 sena minħabba r-riskju potenzjali ta' fsada f'din il-popolazzjoni (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4). F’studju f’pazjenti b’aterosklerożi stabbli, il-medja tal-AUC tal-metabolit attiv f’pazjenti ≥ 75 sena li kienu qed jieħdu 5 mg prasugrel kienet ta’ madwar nofs dik tal-pazjenti < 65 sena li kienu qed jieħdu 10 mg prasugrel u l-effett kontra l-plejtlits tal-5 mg kien anqas iżda ma kienx inferjuri meta mqabbel mal-10 mg.

Indeboliment tal-fwied:

Mhux meħtieġ li jsir aġġustament fid-doża għal pazjenti b'indeboliment ħafif jew moderat tal-funzjoni tal-fwied (Child Pugh Klassi A u B). Il-farmakokinetika u l-inibizzjoni ta' l-aggregazzjoni ta' plejtlits ta' prasugrel kienu simili f'suġġetti b'indeboliment tal-fwied ħafif jew moderat meta mqabbel ma' suġġetti b'saħħithom. Ma ġewx studjati l-farmakokinetika u l-farmakodinamika ta' prasugrel f'pazjenti b'indeboliment qawwi tal-fwied . Prasugrel m'għandux jintuża f'pazjenti b'indeboliment tal-fwied qawwi (ara sezzjoni 4.3).

Indeboliment tal-kliewi:

Mhux meħtieġ li jsir aġġustament fid-doża għal pazjenti b'indeboliment tal-kliewi, inklużi pazjenti b'mard tal-kliewi fl-aħħar stadju (ESRD). Il-farmakokinetika u l-inibizzjoni ta' l-aggregazzjoni ta' plejtlits ta' prasugrel kienu simili f'suġġetti b'indeboliment tal-kliewi moderat (GFR 30-<50 ml/min/1.73m2) u f'suġġetti b'saħħithom. L-inibizzjoni ta' aggregazzjoni ta' plejtlits permezz ta' prasugrel kienet simili wkoll f'pazjenti b'ESRD li kellhom bżonn dijaliżi tad-demm meta mqabbel ma' suġġetti b'saħħithom, għalkemm Cmax u AUC tal-metabolit attiv naqsu 51% u 42%, rispettivament, f'pazjenti b'ESRD.

Piż tal-ġisem:

L-espożizzjoni medja (AUC) tal-metabolit attiv ta' prasugrel hija madwar 30 sa 40% ogħla f'suġġetti b'saħħithom u pazjenti b'piż tal-ġisem ta' <60 kg ikkomparaw ma' dawk li jiżnu ≥60 kg. Prasugrel

għandu jintuża b'kawtela f'pazjenti b'piż tal-ġisem <60 kg minħabba r-riskju potenzjali ta' fsada f'din il-popolazzjoni (ara sezzjoni 4.4). F’studju f’pazjenti b’aterosklerożi stabbli, il-medja tal-AUC tal- metabolit attiv f’pazjenti < 60 kg li kienu qed jieħdu 5 mg prasugrel kienet 38 % inqas milli f’pazjenti ≥ 60 kg li kienu qed jieħdu 10 mg prasugrel u l-effett kontra l-plejtlits tal-5 mg kien simili għal dak tal-10 mg.

Etniċità:

Fi studji tal-farmakoloġija klinika, wara l-aġġustament għall-piż tal-ġisem, AUC tal-metabolit attiv kien madwar 19% ogħla f'suġġetti Ċiniżi, Ġappuniżi u Koreani meta mqabbel ma' dak tal-Kawkażi, il- biċċa l-kbira relatat ma' espożizzjoni ogħla f'suġġetti Asjatiċi <60 kg. M'hemmx differenza fl- espożizzjoni bejn suġġetti Ċiniżi, Ġappuniżi u Koreani. L-espożizzjoni f'suġġetti ta' dixxendenza Afrikana u Spanjola jew Latin-Amerikana hija komparabbli ma' dik tal-Kawkażi. Mhux irrakkomandat li jsir aġġustament fid-doża fuq il-bażi ta' etniċità biss.

Sess:

F'suġġetti u pazjenti b'saħħithom, il-farmakokinetika ta' prasugrel hija simili fl-irġiel u fin-nisa.

Popolazzjoni pedjatrika:

Il-farmakokinetika u l-farmakodinamika ta' prasugrel ma ġewx stmati fil-popolazzjoni pedjatrika (ara sezzjoni 4.2).

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Informazzjoni mhux klinika, magħmula fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, riskju ta’ kanċer, effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva, ma turi l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin . Fi studji mhux kliniċi, effetti dehru biss wara esponimenti meqjusa ferm aktar għolja mill-massimu ta’ l-esponimenti lill-bnedmin, li juru ftit li xejn rilevanza għall-użu kliniku.

Studji tossikoloġiċi fuq l-iżvilupp tal-embriju/fetu fil-firien u l-fniek ma wrew ebda evidenza ta’ malformazzjonijiet minħabba prasugrel. Meta ngħatat doża għolja ħafna ( > 240 darba d-doża rakkomandata ta’ manteniment ta’ kuljum fil-bniedem fuq bażi ta’ mg/m2 ) li kkawżat effetti fuq il-piż tal-ġisem matern u / jew il-konsum tal-ikel, kien hemm tnaqqis żgħir fil-piż tal-frieħ (meta mqabbel ma’ dawk użati bħala kontroll). F’studji ta’ qabel u wara t-tqala fil-firien, il-kura li ngħatat lil omm ma kellha ebda effett fuq l-iżvilupp tal-imġiba u tas-sistema riproduttiva fil-frieħ f’dożi sa esponiment ta’ 240 darba d-doża rakkomandata ta’ manteniment ta’ kuljum fil-bniedem (fuq bażi ta’ mg/m2 ).

Ma ġewx osservati tumuri kkawżati mill-prodott f’studju fil-firien li dam sentejn b’esponimenti għal prasugrel li waslu sa aktar minn 75 darba l-esponimenti terapewtiċi rakkomandati fil-bnedmin ( bbażati fuq l-esponimenti fil-plażma għall-metaboliti umani attivi u maġġuri li jkunu qed jiċċirkolaw). Kien hemm żieda fl-inċidenza ta’ tumuri (adenomas epatoċellulari) fil-ġrieden esposti għal sentenjn għal dożi għoljin (> 75 darba l-esponiment fil-bniedem) iżda din kienet ikkunsidrata bħala sekondarja għal dawk ikkawżati minn enzimi li fuqhom jaħdem prasugrel. L-assoċjazzjoni speċifika bejn l- annimali gerriema u t-tumuri fil-fwied u l-attivazzjoni tal-enzimi kkawżati mill-prodott mediċinali huma magħrufa sew fil-letteratura. Iż-żieda fit-tumuri tal-fwied fil-ġrieden mogħtija prasugrel mhijiex ikkunsidrata bħala riskju rilevanti fil-bniedem.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Qalba tal-pillola:

Microcrystalline cellulose

Mannitol (E421)

Croscarmellose sodium

Hypromellose (E464)

Magnesium stearate

Kisja tal-pillola:

Lactose monohydrate

Hypromellose (E464)

Titanium dioxide (E171)

Triacetin (E1518)

Iron oxide aħmar (E172) {għal Efient 10 mg biss}

Iron oxide isfar (E172)

Talc

6.2Inkompatibbilitajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Efient 10 mg:

3 snin.

Efient 5 mg:

2 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandu bżonn ta’ebda kundizzjonijiet speċjali ta’ temperatura ta’ ħażna. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-arja u mill-umdità.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji tal-fojl tal-aluminju f’pakketti ta’ 14, 28, 30, 30 (x1), 56, 84, 90 (x1) u 98 pillola. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Daiichi Sankyo Europe GmbH

Zielstattstrasse 48

81379 Munich

Il-Ġermanja

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Efient 5 mg:

EU/1/08/503/001 – 007, 015

Efient 10 mg:

EU/1/08/503/008 – 014, 016

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 25 ta’ Frar 2009

Data tal-aħħar tiġdid: 13 ta’ Novembru 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati