Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Elmiron (pentosan polysulfate sodium) – Fuljett ta’ tagħrif - G04BX15

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaElmiron
Kodiċi ATCG04BX15
Sustanzapentosan polysulfate sodium
Manifatturbene-Arzneimittel GmbH

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

elmiron 100 mg kapsuli iebsa sodju tal-polisulfat pentosan

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa' taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F'dan il-fuljett

1.X’inhu elmiron u għal xiex jintuża

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu elmiron

3.Kif għandek tieħu elmiron

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen elmiron

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu elmiron u għal xiex jintuża

elmiron huwa mediċina li fiha s-sustanza attiva sodju tal-polisulfat pentosan. Wara li tieħu l-mediċina, din tgħaddi fl-awrina u teħel mar-rita tal-bużżieqa tal-awrina, b’hekk tgħin biex tifforma saff protettiv.

elmiron jintuża f’adulti biex jikkura sindrome ta’ uġigħ fil-bużżieqa tal-awrina kkaratterizzat minn ħafna fsadi żgħar jew leżjonijiet distintivi fuq il-ħajt tal-bużżieqa tal-awrina u uġigħ moderat sa sever u urġenza frekwenti biex tgħaddi l-awrina.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu elmiron

Tiħux elmiron:

jekk inti allerġiku għal sodju tal-polisulfat pentosan jew għal xi sustanza oħra ta’ din il- mediċina (elenkata fis-sezzjoni 6)

jekk int għandek fsada (minbarra fsada tal-menstruwazzjoni)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu elmiron jekk:

se tagħmel operazzjoni

għandek disturb ta’ koagulazzjoni jew riskji miżjuda ta’ fsada, bħal użu ta’ mediċina li tinibixxi l-koagulazzjoni

qatt kellek għadd imnaqqas ta’ pjastrini tad-demm ikkawżat minn mediċina li tissejjaħ heparin

għandek funzjoni indebolita tal-fwied jew tal-kliewi

Tfal u adolexxenti

elmiron mhuwiex rakkomandat fi tfal taħt it-18-il sena peress li s-sigurtà u l-effikaċja ma ġewx stabbiliti f'dan il-grupp.

Mediċini oħra u elmiron

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Informa lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek, partikularment jekk qed tuża mediċini li jipprevjenu l- koagulazzjoni, jew painkillers li jnaqqsu l-koagulazzjoni.

Tqala u treddigħ

L-użu ta’ elmiron mhux irrakkomandat waqt it-tqala jew waqt it-treddigħ.

Sewqan u tħaddim ta' magni

elmiron m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

3.Kif għandek tieħu elmiron

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija: kapsula 1, 3 darbiet kuljum

It-tabib tiegħek se jivvaluta r-rispons tiegħek għal elmiron kull 6 xhur.

Metodu ta’ kif għandu jintuża

Ħu l-kapsuli sħaħ b’tazza ilma waħda, tal-inqas siegħa qabel jew sagħtejn wara l-ikel.

Jekk tieħu elmiron aktar milli suppost

F’każ ta’ doża eċċessiva, informa lit-tabib tiegħek. Jekk ikollok effetti sekondarji, ieqaf ħu elmiron sakemm dawn jgħaddu.

Jekk tinsa tieħu elmiron

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull kapsula li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Ġew irrapportati effetti sekondarji bil-frekwenzi li ġejjin: Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10

infezzjonijiet, influwenza

uġigħ ta’ ras, uġigħ fid-dahar

sturdament

nawsja, indiġestjoni, dijarea, uġigħ addominali, tkabbir tal-addome

fsada ġor-rektum

akkumulazzjoni ta’ fluwidu fid-dirgħajn jew fir-riġlejn

telf ta’ xagħar

dgħufija, uġigħ fil-pelvi (il-parti t’isfel tal-addome)

bżonn li tgħaddi l-awrina b’mod aktar frekwenti mis-soltu

funzjoni anormali tal-fwied

Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100

nuqqas ta’ pjastrini tad-demm, ċelluli ħomor jew bojod tad-demm

fsada, inkluż fsada żgħira taħt il-ġilda

disturbi ta’ koagulazzjoni

reazzjonijiet allerġiċi, sensittività miżjuda għad-dawl

telf ta’ aptit, żieda jew telf fil-piż

bidliet severi fil-burdata jew dipressjoni

żieda fl-għaraq, nuqqas ta’ rqad

aġitazzjoni

sensazzjoni anormali bħal tingiż, tnemnim u ħakk

fluss ta’ dmugħ, amblijopija

żanżin jew żarżir fil-widnejn

diffikultajiet biex tieħu n-nifs

indiġestjoni, remettar, sintomi relatati mal-gass, diffikultà biex tipporga

ulċeri fil-ħalq

raxx tal-ġilda, żieda fid-daqs tal-felul

uġigħ fil-ġogi jew fil-muskoli

Mhux magħruf: ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli

disturbi ta’ koagulazzjoni

reazzjonijiet allerġiċi

funzjoni anormali tal-fwied

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f'Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen elmiron

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

flixkun

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara ‘JIS’. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Żomm il-flixkun magħluq sewwa sabiex tilqa’ mill-umdità.

Wara l-ewwel ftuħ: użah fi żmien 30 jum. Armi kwalunkwe kapsuli li jkun għad fadal wara dan il- perjodu.

folja

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih elmiron

Is-sustanza attiva hi sodju tal-polisulfat pentosan.

Kapsula waħda iebsa fiha 100 mg ta’ sodju tal-polisulfat pentosan.

L-eċċipjenti l-oħra huma ċelluloża mikrokristallina, stearat tal-manjeżju, ġelatina, diossidu tat- titanju (E171).

Kif jidher elmiron u l-kontenut tal-pakkett

Il-kapsuli iebsa huma bojod u mhux trasparenti, li jiġu pprovduti fi flixkun tal-plastik b'għeluq reżistenti għat-tfal jew f’folji tal-plastik/aluminju, ippakkjati f’kartuna.

Kull kartuna fiha 90 kapsula.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

bene-Arzneimittel GmbH Herterichstrasse 1-3 D-81479 Munich

telefon: +49 (0) 89 749870 fax: +49 (0) 89 74987142

e-mail: contact@bene-arzneimittel.de

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropeja għall-

Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati