Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Emadine (emedastine) – Fuljett ta’ tagħrif - S01GX06

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEmadine
Kodiċi ATCS01GX06
Sustanzaemedastine
ManifatturNovartis Europharm Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

EMADINE 0.5 mg/ml Qtar Għall-Għajnejn, soluzzjoni.

Emedastine.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu EMADINE u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża EMADINE

3.Kif għandek tuża EMADINE

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen EMADINE

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu EMADINE u għalxiex jintuża

EMADINE huwa mediċina għall-kura ta’ konġuntivite allerġika ta’ l-istaġun fl-għajnejn (kundizzjonijiet allerġiċi ta’ l-għajnejn). Huwa jaħdem billi jnaqqas l-intensità tar-reazzjoni allerġika.

Allerġija fil-konġuntiva: Xi materjali (allerġeni) bħal polline, trabijiet u suf tal-annimali jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi li jirriżultaw f’ħakk, ħmura, kif ukoll nefħa fis-superfiċje ta’ l-għajn.

Għandek tkellem lit-tabib jekk ma tħossokx aħjar jew jekk tħossok agħar.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża EMADINE

Tużax EMADINE

jekk inti allerġiku għal emedastine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Tużax EMADINE fi tfal taħt it-3 snin.

Jekk tuża lentijiet tal-kuntatt jekk jogħġbok ara s-sezzjoni ‘EMADINE fih benzalkonium chloride’ taħt.

EMADINE mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti b’età ’l fuq minn 65 sena għax fl- istudji kliniċi ma kienx studjat f’pazjenti ta’ din l-età.

EMADINE mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti bi problemi tal-kliewi jew tal-fwied.

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tuża EMADINE.

Mediċini oħra u EMADINE

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra.

Jekk qed tuża qtar għall-għajnejn oħra fl-istess waqt ma’ EMADINE, segwi l-pariri fl-aħħar ta’ sezzjoni 3 “Kif għandek tuża EMADINE”.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila, jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il- parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Għandek mnejn issib li l-vista tiegħek tkun imċajpra għal xi ħin hekk kif tuża EMADINE. M’għandekx issuq jew tħaddem magni qabel il-vista tiegħek tiċċara.

EMADINE fih benzalkonium chloride

Preservattiv f’EMADINE (benzalkonium chloride) jista’ jikkawża irritazzjoni fl-għajn u huwa magħruf li jbiddel il-kulur ta’ lentijiet tal-kuntatt rotob. Għalhekk tilbisx lentijiet tal-kuntatt waqt li qed tuża EMADINE. Stenna 15-il minuta wara li tuża EMADINE qabel ma terġa’ tilbes il-lentijiet tiegħek.

3.Kif għandek tuża EMADINE

Dejjem għandek tuża EMADINE skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rrakkomandata fl-adulti u tfal ta’ aktar minn 3 snin: Qatra waħda fl-għajn, darbtejn kuljum.

Dejjem għandek tuża din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew skont il-parir tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Uża l-qtar f’għajnejk biss

Aqleb il-paġna għall-aktar tagħrif.

Aqleb >

3. Kif għandek tuża EMADINE (ikompli)

Id-doża rrakkomandata

<ara naħa 1

Aqbad il-flixkun ta’ EMADINE u mera.

Aħsel idejk.

Aqbad il-flixkun u neħħi l-għatu.

Wara li jitneħħa l-għatu tal-flixkun, jekk iċ-ċirku li juri li għadu ssiġillat u li jinqata’ jkun maħlul, neħħieħ qabel tuża l-prodott.

Żomm il-flixkun wiċċu ’l isfel bejn subgħajk il-kbir u subgħajk tan-nofs.

Itfa’ rasek lura. B’seba’ nadif, niżżel il-kappell ta’ għajnejk sakemm ikun hemm ‘spazju’ bejn il-kappell t’għajnejk u l-għajn tiegħek. Il-qatra se tmur hawn (stampa 1).

Ġib it-tarf tal-flixkun viċin tal-għajn. Jekk jgħin uża l-mera.

Tmissx għajnejk jew il-kappell ta’ l-għajn, il-postijiet tal-madwar jew xi superfiċji oħra bil-qattara. Dan jista’ jikkontamina il-qtar li jifdal fil-flixkun.

Għafas il-qiegħ tal-flixkun bil-mod biex tinżel qatra waħda ta’ EMADINE kull darba.

Tagħfasx il-flixkun bis-saħħa. Il-flixkun huwa maħsub biex għafsa żgħira fuq il-qiegħ tkun biżżejjed (stampa 2).

Jekk tuża l-qtar f’għajnejk it-tnejn, irrepeti il-proċedura għal l-għajn l-oħra.

Agħlaq sew l-għatu tal-flixkun immedjatament wara l-użu.

Jekk bi żball tibla’ EMADINE jew tinjettah, ikkuntattja tabib immedjatament. Din il-mediċina tista’ taffettwa r-ritmu ta’ qalbek.

Jekk qatra ma tidħolx f’għajnejk, erġa’ pprova.

Jekk jidħlu qtar żejda f’għajnejk, jekk jista’ jkun laħlaħ b’ilma mielaħ sterilizzat, jew jekk mhux disponibbli, b’ilma fietel. Tużax aktar qtar qabel isir il-ħin għad-doża tas-soltu li jmiss.

Jekk tinsa tuża EMADINE, applika qatra waħda hekk kif tiftakar, u wara kompli bir-rutina tas-soltu.

M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk qed tuża qtar għall-għajnejn ieħor, stenna mill-inqas 10 minuti bejn l-użu ta’ EMADINE u l- qtar l-ieħor. Ingwent għall-għajnejn għandu jintuża l-aħħar.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jekk l-effetti ma jkunux serji tista’ tkompli bil-qtar. Jekk inti inkwetat/a, kellem lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek.

Effetti sekondarji komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

Effetti fl-għajn: uġigħ fl-għajn, ħakk fl-għajn, ħmura fl-għajn

Effetti sekondarji mhux komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

Effetti fl-għajn: disturb fil-kornea, sensazzjoni mhux normali fl-għajn, żieda fil-produzzjoni ta’ dmugħ, għeja fl-għajnejn, irritazzjoni fl-għajn, vista mċajpra, tebgħa fil-kornea, għajn tinħass xotta.

Effetti sekondarji ġenerali: uġigħ ta’ ras, diffikultà biex torqod, uġigħ ta’ ras mis-sinusis, togħma ħażina, raxx

Mhux magħruf

(il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)

Effetti sekondarji ġenerali: żjieda fir-rata tal-qalb

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen EMADINE

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax EMADINE wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kaxxa wara “EXP”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25 C.

Għandek tarmi l-flixkun erba’ ġimgħat wara li tkun ftaħtu l-ewwel darba, biex tipprevjeni infezzjonijiet. Ikteb id-data meta ftaħt kull flixkun fl-ispazju taħt u fl-ispazju fuq it-tikketta tal-flixkun u l-kaxxa.

Infetaħ:

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih EMADINE

-Is-sustanza attiva hi emedastine 0.5 mg/ml bħala difumarate.

-Is-sustanzi l-oħra ħuma benzalkonium chloride, trometamol; sodium chloride; hypromellose; purified water. Xi kultant jiżdiedu ammonti żgħar ta’ hydrochloric acid jew sodium hydroxide biex iżommu l-livelli tal-aċidità (livelli tal-pH) normali.

Kif jidher EMADINE u l-kontenut tal-pakkett

EMADINE huwa likwidu (soluzzjoni) disponibbli f’pakkett li fih flixkun tal-plastik (DROP-TAINER) ta’ 5 ml jew 10 ml b’għatu bil-kamin. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni

Manifattur

 

 

 

 

Manifattur

 

 

 

għat-Tqegħid fis-Suq

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Novartis Europharm Limited,

S.A. Alcon-Couvreur N.V.,

 

Alcon Cusí, S.A.,

 

Frimley Business Park

Rijksweg 14,

 

 

Camil Fabra 58,

 

Camberley GU16 7SR

B-2870 Puurs,

 

08320 El Masnou,

Ir-Renju Unit.

Il-Belġju S

 

panja

 

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft.

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

Novartis Pharma GmbH

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 911 273 0

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Novartis Farmacéutica, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 306 42 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: + 421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

 

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’xxxxxx

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

EMADINE 0.5 mg/ml Qtar Għall-Għajnejn, soluzzjoni, kontenitur b’doża waħda.

Emedastine.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu EMADINE u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża EMADINE

3.Kif għandek tuża EMADINE

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen EMADINE

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu EMADINE u għalxiex jintuża

EMADINE huwa mediċina għall-kura ta’ konġuntivite allerġika ta’ l-istaġun fl-għajnejn (kundizzjonijiet allerġiċi ta’ l-għajnejn). Huwa jaħdem billi jnaqqas l-intensità tar-reazzjoni allerġika.

Allerġija fil-konġuntiva: Xi materjali (allerġeni) bħal polline, trabijiet u suf tal-annimali jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi li jirriżultaw f’ħakk, ħmura kif ukoll nefħa fis-superfijċe ta’ l-għajn.

Għandek tkellem lit-tabib jekk ma tħossokx aħjar jew jekk tħossok agħar.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża EMADINE

Tużax EMADINE

jekk inti allerġiku għal emedastine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Tużax EMADINE fi tfal taħt it-3 snin.

EMADINE mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti b’età ’l fuq minn 65 sena għax fl- istudji kliniċi ma kienx studjat f’pazjenti ta’ din l-età.

EMADINE mhux irrakkomandat għall-użu f’pazjenti bi problemi tal-kliewi jew tal-fwied. Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tuża EMADINE.

Mediċini oħra u EMADINE

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra.

Jekk qed tuża qtar għall-għajnejn oħra fl-istess waqt ma’ EMADINE, segwi l-pariri fl-aħħar ta’ sezzjoni 3 “Kif għandek tuża EMADINE”.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila, jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il- parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Għandek mnejn issib li l-vista tiegħek tkun imċajpra għal xi ħin hekk kif tuża EMADINE. M’għandekx issuq jew tħaddem magni qabel il-vista tiegħek tiċċara.

3. Kif għandek tuża EMADINE

Dejjem għandek tuża EMADINE skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rrakkomandata fl-adulti u tfal ta’ aktar minn 3 snin: Qatra waħda fl-għajn, darbtejn kuljum.

Dejjem għandek tuża din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew skont il-parir tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Uża l-qtar f’għajnejk biss

Aqleb il-paġna għall-aktar tagħrif.

Aqleb >

3. Kif għandek tuża EMADINE (ikompli)

Id-doża rrakkomandata

<ara naħa 1

Tużax kontenitur li tkun ftaħt qabel. Tużax kontenituri issiġillati minn pakkett tal-fojl li jkun infetaħ aktar minn ġimgħa qabel.

Iftaħ il-pakkett tal-fojl u oħroġ l-istrippa ta’ 5 kontenituri.

Tużax jekk is-soluzjoni hija mdardra jew fiha xi frak.

Żomm l-istrippa bin-naħa ċ-ċatta wiċċha ’l fuq, u ssepara kontenitur wieħed billi tiġbed lejk waqt li żżomm l-oħrajn. Se jkollok taqta’ fejn il-kontenitur imiss ma’ l-oħrajn (stampa 1).

Ħalli l-kontenitur b’doża waħda barra. Poġġi l-kontenituri l-oħra li m’intix ser tuża lura fil- pakkett tal-fojl.

Żomm mera fil-viċin u aħsel idejk

Żomm il-kontenitur min-naħa t-twila u ċatta bejn subgħajk il-kbir u l-werrej, u iftħu billi ddawwar in-naħa l-oħra (stampa 2).

Itfa’ rasek lura. B’seba’ nadif, niżżel il-kappell ta’ għajnejk sakemm ikun hemm ‘spazju’ bejn il-kappell t’għajnek u l-għajn tiegħek. Il-qatra se tmur hawn.

Żomm il-kontenitur wiċċu ’l isfel bejn subgħajk il-kbir u s-swaba l-oħra.

Ġib it-tarf tal-kontenitur viċin tal-għajn. Jekk jgħin, uża l-mera.

Tmissx għajnek jew il-kappell ta’ l-għajn, il-postijiet tal-madwar jew xi superfiċji oħra bit-tarf tal-kontenitur. Dan jista’ jikkontamina il-qtar.

Għafas il-kontenitur bil-mod biex tinżel qatra waħda fl-ispazju bejn il-kappell t’għajnek u l- għajn (stampa 3).

Jekk it-tabib tiegħek qallek biex tuża l-qtar f’għajnejk it-tnejn, irrepeti il-proċedura għal l-għajn l-oħra - uża l-istess kontenitur.

Armi l-kontenitur u s-soluzzjoni li jifdal immedjatament.

Armi l-kontenituri mhux użati ġimgħa wara li tkun ftaħt il-pakkett tal-fojl - anki jekk il- kontenituri jkunu għadhom issiġillati.

Jekk bi żball tibla’ EMADINE jew tinjettah, ikkuntattja tabib immedjatament. Din il-mediċina tista’ taffettwa r-ritmu ta’ qalbek.

Jekk qatra ma tidħolx f’għajnejk, erġa’ ipprova.

Jekk jidħlu qtar żejda f’għajnejk, jekk jista’ jkun laħlaħ b’ilma mielaħ sterilizzat, jew jekk mhux disponibbli, b’ilma fietel. Tużax aktar qtar qabel isir il-ħin għad-doża tas-soltu li jmiss.

Jekk tinsa tuża EMADINE, applika qatra waħda hekk kif tiftakar, u wara kompli bir-rutina tas-soltu. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk qed tuża qtar għall-għajnejn ieħor, stenna mill-inqas 10 minuti bejn l-użu ta’ EMADINE u l- qtar l-ieħor. Ingwent għall-għajnejn għandu jintuża l-aħħar.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jekk l-effetti ma jkunux serji tista’ tkompli bil-qtar. Jekk inti inkwetat/a, kellem lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek.

Effetti sekondarji komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

Effetti fl-għajn: uġigħ fl-għajn, ħakk fl-għajn, ħmura fl-għajn

Effetti sekondarji mhux komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

Effetti fl-għajn: disturb fil-kornea, sensazzjoni mhux normali fl-għajn, żieda fil-produzzjoni ta’ dmugħ, għeja fl-għajnejn, irritazzjoni fl-għajn, vista mċajpra, tebgħa fil-kornea, għajn tinħass xotta.

Effetti sekondarji ġenerali: uġigħ ta’ ras, diffikultà biex torqod, uġigħ ta’ ras mis-sinusis, togħma ħażina, raxx

Mhux magħruf

(il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)

Effetti sekondarji ġenerali: żjieda fir-rata tal-qalb

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen EMADINE

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax EMADINE wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kaxxa wara “EXP”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30 C.

Għandek tarmi l-kontenitur eżatt wara li tużah. Kif jinfetaħ il-pakkett tal-fojl għandek tarmi l- kontenituri mhux użati ġimgħa wara li tkun ftaħtu l-ewwel darba.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih EMADINE

-Is-sustanza attiva hi emedastine 0.5 mg/ml bħala difumarate.

-Is-sustanzi l-oħra huma: trometamol; sodium chloride; hypromellose; ilma ppurifikat. Xi kultant jiżdiedu ammonti żgħar ta’ hydrochloric acid jew sodium hydroxide biex iżommu l-livelli ta’ l- aċidità (livelli tal-pH) normali

Kif jidher EMADINE u l-kontenut tal-pakkett

EMADINE huwa likwidu (soluzzjoni) disponibbli f’kontenituri tal-plastik b’doża waħda b’volum ta’ 0.35 ml. Ħames kontenituri b’doża waħda huma pprovduti f’pakkett tal-fojl. EMADINE huwa disponibbli f’pakketti li fihom 30 jew 60 kontenitur. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni

Manifattur

 

 

 

għat-Tqegħid fis-Suq

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Novartis Europharm Limited,

S.A. Alcon-Couvreur N.V.,

Frimley Business Park

Rijksweg 14,

 

 

Camberley GU16 7SR

B-2870 Puurs,

 

Ir-Renju Unit.

Il-Belġju

 

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft.

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

Novartis Pharma GmbH

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 911 273 0

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Novartis Farmacéutica, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 306 42 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: + 421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

 

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati