Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Envarsus (tacrolimus) – Fuljett ta’ tagħrif - L04AD02

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEnvarsus
Kodiċi ATCL04AD02
Sustanzatacrolimus
ManifatturChiesi Farmaceutici S.p.A.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Envarsus 0.75 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Envarsus 1 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Envarsus 4 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

Tacrolimus

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Envarsus u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Envarsus

3.Kif għandek tieħu Envarsus

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Envarsus

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Envarsus u għalxiex jintuża

Envarsus fih is-sustanza attiva tacrolimus. Huwa immunosoppressant. Wara t-trapjant tal-kliewi jew tal-fwied tiegħek, is-sistema immuni ta’ ġismek se tipprova tirrifjuta l-organu l-ġdid. Envarsus jintuża biex jikkontrolla r-rispons immuni ta’ ġismek, u b’hekk jippermetti li ġismek jaċċetta l-organu trapjantat.

Tista’ tingħata Envarsus ukoll għal rifjut li jkun għaddej tal-fwied, kliewi, qalb jew organu ieħor trapjantat tiegħek meta kwalunkwe kura preċedenti li kont qed tieħu ma kinitx kapaċi tikkontrolla dan ir-rispons immuni wara t-trapjant tiegħek.

Envarsus jintuża fl-adulti.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Envarsus

Tiħux Envarsus:

-jekk inti allerġiku għal tacrolimus jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

-jekk inti allerġiku għal sirolimus jew għal xi antibijotiku macrolide (eż. erythromycin, clarithromycin, josamycin).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Envarsus fih is-sustanza attiva tacrolimus ippreżentat f’formulazzjoni li terħi l-mediċina bil-mod. Envarsus jittieħed darba kuljum u ma jistax jinbidel ma’ mediċini oħra li fihom tacrolimus (li jerħu l- mediċina b’mod immedjat jew bil-mod) fuq bażi ta’ doża b’doża ugwali.

Għid lit-tabib tiegħek jekk xi waħda minn dawn li ġejjin tgħodd għalik:

-jekk għandek, jew kellek, problemi tal-fwied.

-jekk għandek dijarea li ddum aktar minn ġurnata waħda.

It-tabib tiegħek għandu mnejn ikollu bżonn jaġġusta d-doża tiegħek ta’ Envarsus.

Għandek iżżomm kuntatt regolari mat-tabib tiegħek. Kultant, it-tabib tiegħek għandu mnejn ikollu bżonn jagħmel testijiet tad-demm, tal-awrina, tal-qalb jew tal-għajnejn, biex jistabbilixxi d-doża korretta ta’ Envarsus.

Għandek tillimita l-esponiment tiegħek għad-dawl tax-xemx u tal-UV (ultravjola) waqt li tkun qed tieħu Envarsus. Dan huwa peress li immunosoppressanti jistgħu jżidu r-riskju ta’ kanċer tal-ġilda.

Ilbes ilbies protettiv adattat u uża krema ta’ protezzjoni mix-xemx b’fattur ta’ protezzjoni għoli.

Tfal u adolexxenti

L-użu ta’ Envarsus mhux irrakkomandat fi tfal u adolexxenti b’età inqas minn 18- il sena.

Mediċini oħra u Envarsus

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, inkluż mediċini mingħajr riċetta u mill-ħxejjex.

Mhux irrakkomandat li Envarsus jittieħed flimkien ma’ ciclosporin (mediċina oħra użata għall- prevenzjoni ta’ rifjut ta’ organi trapjantati).

Il-livelli ta’ Envarsus fid-demm jistgħu jiġu affettwati minn mediċini oħra li tkun qed tieħu, u l-livelli ta’ mediċini oħra fid-demm jistgħu jiġu affettwati mit-teħid ta’ Envarsus, u għandhom mnejn ikollhom bżonn interruzzjoni, żieda jew tnaqqis fid-doża ta’ Envarsus. B’mod partikolari, għandek tgħid lit- tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar mediċini bħal:

-mediċini kontra l-fungi u antibijotiċi, b’mod partikolari antibijotiċi li jissejħu macrolide, użati għall-kura ta’ infezzjonijiet (eż. ketoconazole, fluconazole, itraconazole, voriconazole, clotrimazole, erythromycin, clarithromycin, josamycin, u rifampicin)

-inibituri tal-protease tal-HIV (eż. ritonavir, nelfinavir, saquinavir), użati għall-kura ta’ infezzjoni tal-HIV

-inibituri tal-protease tal-HCV (eż. telaprevir, boceprevir), użati għall-kura ta’ infezzjoni tal- epatite Ċ

-mediċini għall-ulċera fl-istonku u rifluss tal-aċidu (eż. omeprazole, lansoprazole jew cimetidine)

-antiemetiċi, użati għall-kura ta’ dardir u rimettar (eż. metoclopramide)

-cisapride jew l-antaċidu magnesium-aluminium-hydroxide, użati għall-kura ta’ ħruq ta’ stonku

-il-pillola kontraċettiva jew kura oħra ta’ ormoni b’ethinylestradiol, kura ta’ ormoni b’danazol

-mediċini użati għall-kura ta’ pressjoni għolja jew problemi fil-qalb (eż. nifedipine, nicardipine, diltiazem u verapamil)

-sustanzi kontra l-arritmija (eż. amiodarone) użati għall-kontroll tal-arritmija (taħbit irregolari tal-qalb)

-mediċini magħrufa bħala “statins”, użati għall-kura ta’ kolesterol u trigliċeridi elevati

-phenytoin jew phenobarbital, użati għall-kura tal-epilessija

-prednisolone u methylprednisolone, li jappartjenu għall-klassi ta’ kortikosterojdi użati għall- kura ta’ infjammazzjonijiet jew biex irażżnu s-sistema immuni (eż. f’rifjut ta’ trapjant)

-nefazodone, użat għall-kura tad-depressjoni

-preparazzjonijiet mill-ħxejjex li fihom St. John’s Wort (Hypericum perforatum)

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu jew teħtieġ tieħu ibuprofen (użat għall-kura ta’ deni, infjammazzjoni u uġigħ), amphotericin B (użat għall-kura ta’ infezzjonijiet ikkawżati mill-moffa jew sustanzi kontra l-virusis (użati għall-kura ta’ infezzjonijiet virali, eż aciclovir). Dawn jistgħu jaggravaw problemi tal-kliewi jew fis-sistema nervuża meta jittieħdu flimkien ma’ Envarsus.

Waqt li qed tieħu Envarsus it-tabib tiegħek jkollu bżonn ikun jaf jekk tiħux supplimenti tal-potassium jew ċerti dijuretiċi użati għall-insuffiċjenza tal-qalb, pressjoni għolja u mard tal-kliewi (eż. amiloride, triamterene, jew spironolactone), sustanzi anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs, eż. ibuprofen) użati għad-deni, infjammazzjoni u uġigħ, sustanzi kontra il-koagulazzjoni tad-demm (irraqqu d- demm), jew mediċini orali għad-dijabete.

Jekk għandek bżonn xi tilqim, jekk jogħġbok l-ewwel għid lit-tabib tiegħek.

Envarsus ma’ ikel u xorb

Evita grejpfrut (bħala meraq ukoll) waqt kura b’Envarsus, peress li dan jista’ jaffettwa l-livelli tiegħu fid-demm.

Tqala u treddigħ

Tacrolimus jgħaddi mill-plaċenta. Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Tacrolimus jgħaddi fil-ħalib tas-sider. Għalhekk, m’għandekx tredda’ waqt li tkun qed tieħu Envarsus.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

M’għandekx issuq jew tuża xi għodda jew magni jekk tħossok sturdut jew bi ngħas, jew ikollok problemi biex tara ċar wara li tieħu Envarsus. Dawn l-effetti huma aktar frekwenti jekk tixrob l- alkoħol wkoll.

Envarsus fih lactose

Envarsus fih lactose (zokkor tal-ħalib). Jekk ġejt mgħarraf mit-tabib tiegħek li għandek intolleranza għal xi zokkrijiet, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu Envarsus

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Din il-mediċina għandha tiġi preskritta biss għalik minn tabib b’esperjenza fil-kura ta’ pazjenti li għamlu trapjant.

Kun żgur li tirċievi l-istess mediċina ta’ tacrolimus kull darba li tiġbor ir-riċetta tiegħek, sakemm l- ispeċjalista tat-trapjanti tiegħek ma qabilx li jbiddel għal mediċina ta’ tacrolimus differenti.

Din il-mediċina għandha tittieħed darba kuljum. Jekk id-dehra ta’ din il-mediċina ma tkunx l-istess bħas-soltu, jew jekk l-istruzzjonijiet dwar id-dożaġġ jinbidlu, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek malajr kemm jista’ jkun sabiex tkun żgur li għandek il-mediċina t-tajba.

Id-doża inizjali biex tipprevjeni r-rifjut tal-organu trapjantat tiegħek se tkun determinata mit-tabib tiegħek ikkalkulata skont il-piż tal-ġisem tiegħek. Dożi inizjali ta’ kuljum eżatt wara t-trapjant ġeneralment ikunu fil-firxa ta’: 0.11- 0.17 mg għal kull kg ta’ piż tal-ġisem kuljum, skont l-organu trapjantat. Meta jkun qed jiġi kkurat rifjut, jistgħu jintużaw l-istess dożi.

Id-doża tiegħek tiddependi fuq il-kondizzjoni ġenerali tiegħek u fuq liema mediċini immunosoppressanti oħra tkun qed tieħu. Wara l-bidu tal-kura tiegħek b’din il-mediċina, se jittieħdu testijiet tad-demm frekwenti mit-tabib tiegħek biex tiġi definita d-doża t-tajba. Wara se jkunu meħtieġa testijiet tad-demm regolari mit-tabib tiegħek biex tiġi definita d-doża t-tajba u biex minn żmien għal żmien tiġi aġġustata d-doża. It-tabib tiegħek normalment inaqqas id-doża ta’ Envarsus tiegħek ladarba l-kondizzjoni tistabilizza.

Inti se jkollok bżonn tieħu Envarsus kuljum sakemm ikollok bżonn immunosoppressjoni biex tipprevjeni rifjut tal-organu trapjantat tiegħek. Għandek iżżomm kuntatt regolari mat-tabib tiegħek.

Envarsus jittieħed mill-ħalq darba kuljum, ġeneralment fuq stonku vojt.

Ħu l-pilloli immedjatament wara li tneħħihom mill-folja. Il-pilloli għandhom jinbelgħu sħaħ ma’ tazza ilma. Tiblax il-dessikant li jinsab fil-pakkett tal-fojl.

Jekk tieħu Envarsus aktar milli suppost

Jekk bi żball ħadt wisq Envarsus, ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza ta’ sptar immedjatament.

Jekk tinsa tieħu Envarsus

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu. Ħu l-pillola mill-aktar fis possibbli fl-istess jum.

Jekk tieqaf tieħu Envarsus

Jekk twaqqaf il-kura tiegħek b’Envarsus jista’ jiżdied ir-riskju ta’ rifjut tal-organu trapjantat tiegħek. Twaqqafx il-kura tiegħek jekk ma jgħidlekx biex tagħmel hekk it-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Tacrolimus inaqqas il-mekkaniżmu ta’ difiża tal-ġisem tiegħek (sistema immuni), li ma tkunx tajba bħas-soltu biex tiġġieled kontra l-infezzjonijiet. Għalhekk, għandek mnejn tkun aktar suxxettibbli għall-infezzjonijiet waqt li tkun qed tieħu Envarsus.

Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih, jekk ikollok effetti severi.

Jistgħu jseħħu effetti severi, inkluż reazzjonijiet allerġiċi u anafilattiċi. Tumuri beninni u malinni kienu rrappurtati wara kura b’Envarsus.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

-Żieda fiż-zokkor fid-demm, dijabete mellitus, żieda fil-potassium fid-demm

-Diffikultà fl-irqad

-Tregħid, uġigħ ta’ ras

-Żieda fil-pressjoni

-Testijiet tal-funzjoni tal-fwied mhux normali

-Dijarea, dardir

-Problemi fil-kliewi

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

-Tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli tad-demm (plejtlits, ċelluli ħomor jew bojod tad-demm), żieda fl- għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm, bidliet fl-għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm (osservati fit- testijiet tad-demm)

-Tnaqqis fil-livell ta’ magnesium, phosphate, potassium, calcium jew sodium fid-demm, fluwidu

żejjed, żieda ta’ aċidu uriku jew lipidi fid-demm, tnaqqis fl-aptit, żieda fl-aċidità tad-demm, bidliet oħra fl-imluħa tad-demm (osservati fit-testijiet tad-demm)

-Sintomi ta’ ansjetà, konfużjoni u diżorjentazzjoni, depressjoni, bidliet fil-burdata, ħmar il-lejl, alluċinazzjoni, disturbi mentali

-Aċċessjonijiet, disturbi fil-kuxjenza, tingiż u tnemnim (xi kultant bl-uġigħ) fl-idejn u s-saqajn, sturdament, kapaċità tal-kitba mnaqqsa, disturbi fis-sistema nervuża

-Vista mċajpra, sensittività akbar għad-dawl, disturbi fl-għajnejn

-Ħoss ta’ żarżir f’widnejk

-Fluss ta’ demm imnaqqas fil-kanali tal-qalb, taħbit tal-qalb aktar mgħaġġel

-Fsada, imblokk parzjali jew komplut tal-kanali tad-demm, pressjoni mnaqqsa

-Qtugħ ta’ nifs, disturbi fit-tessuti respiratorji fil-pulmun, akkumulazzjoni ta’ likwidu madwar il- pulmun, infjammazzjoni tal-farinġi, sogħla, sintomi li jixbħu l-influwenza

-Problemi fl-istonku bħal infjammazzjoni jew ulċera li tikkawża uġigħ addominali jew dijarea, fsada fl-istonku, infjammazzjoni jew ulċera fil-ħalq, akkumulazzjoni ta’ fluwidu fiż-żaqq, rimettar, uġigħ addominali, indiġestjoni, stitikezza, tgħaddi l-gass, nefħa, purgar maħlul

-Disturbi fil-kanal tal-bili, sfurija tal-ġilda minħabba problemi fil-fwied, ħsara fit-tessut tal-fwied u infjammazzjoni tal-fwied

-Ħakk, raxx, telf ta’ xagħar, akne, żieda fl-għaraq

-Uġigħ fil-ġogi, riġlejn u dirgħajn, jew dahar, bugħawwieġ fil-muskoli

-Funzjoni tal-kliewi insuffiċjenti, tnaqqis fil-produzzjoni tal-awrina, indeboliment biex tgħaddi l- awrina jew uġigħ biex tgħaddi l-awrina

-Dgħufija ġenerali, deni, akkumulazzjoni ta’ fluwidu f’ġismek, uġigħ u skonfort, żieda fl-enzima alkaline phosphatase fid-demm tiegħek, żieda fil-piż, sensazzjoni ta’ disturb fit-temperatura

-Funzjoni insuffiċjenti tal-organu trapjantat tiegħek

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

-Bidliet fit-tagħqid tad-demm, tnaqqis fl-għadd tat-tipi kollha ta’ ċelluli fid-demm (osservati fit- testijiet tad-demm)

-Deidratazzjoni, ma tkunx tista’ tgħaddi l-awrina

-Riżultati tat-testijiet tad-demm mhux normali: proteina jew zokkor imnaqqsa, żieda ta’ phosphate, żieda fl-enzima lactate dehydrogenase

-Koma, fsada fil-moħħ, puplesija, paralisi, disturb fil-moħħ, anormalitajiet fid-diskors u fil- lingwa, problemi ta’ memorja

-Lenti tal-għajn tiċċajpar, smigħ imnaqqas

-Taħbit irregolari tal-qalb, waqfien tat-taħbit tal-qalb, prestazzjoni mnaqqsa ta’ qalbek, disturb fil-muskolu tal-qalb, tkabbir tal-muskolu tal-qalb, taħbit tal-qalb aktar f’saħħtu, ECG mhux normali, rata tal-qalb u polz mhux normali

-Embolu tad-demm f’vina ta’ riġel jew driegħ, xokk

-Diffikultajiet fin-nifs, disturbi fl-apparat respiratorju, ażżma

-Ostruzzjoni tal-imsaren, żieda fil-livell fid-demm tal-enzima amylase, rifluss tal-kontenut tal- istonku fi griżmejk, tbattil tal-istonku ttardjat

-Infjammazzjoni tal-ġilda, sensazzjoni ta’ ħruq fid-dawl tax-xemx

-Disturbi fil-ġogi

-Mestrwazzjoni bl-uġigħ u fsada mestrwali mhux normali

-Insuffiċjenza ta’ ħafna organi, marda li tixbaħ l-influwenza, sensittività miżjuda għas-sħana u l- kesħa, sensazzjoni ta’ pressjoni f’sidrek, tħossok nervuż jew mhux normali, telf ta’ piż

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000):

-Emorraġiji żgħar fil-ġilda tiegħek minħabba emboli tad-demm

-Żieda fl-ebusija tal-muskoli

-Telf tal-vista, telf tas-smigħ

-Akkumulazzjoni ta’ fluwidu madwar il-qalb

-Qtugħ ta’ nifs akut

-Formazzjoni ta’ ċesta fil-frixa tiegħek

-Problemi bil-fluss tad-demm fil-fwied

-Mard serju b’infafet fil-ġilda, ħalq, għajnejn u ġenitali; żieda fl-ammont ta’ xagħar

-Għatx, waqa, sensazzjoni ta’ tagħfis f’sidrek, tnaqqis fil-mobbilità, ulċera

Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000):

-Dgħufija fil-muskoli

-Skan tal-qalb mhux normali

-Insuffiċjenza tal-fwied

-Tgħaddi l-awrina bl-uġigħ u bid-demm

-Żieda tat-tessut tax-xaħam

Effetti sekondarji bi frekwenzi mhux magħrufa (jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna waħda minn kull 10,000):

-Każijiet ta’ aplażija pura taċ-ċelluli ħomor (tnaqqis sever ħafna fl-għadd ta’ ċelluli ħomor tad- demm),

-agranuloċitożi (numru mnaqqas b’mod sever ta’ ċelluli bojod tad-demm)

-anemija emolitika (numru mnaqqas ta’ ċelluli ħomor tad-demm minħabba tkissir mhux normali)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Envarsus

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna, il-folja u l-ippakkjar ta’ barra wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Aħżen fl-ippakkjar oriġinali b’fojl tal-aluminju sabiex tilqa’ mid-dawl.

Uża l-pilloli kollha li jerħu l-mediċina bil-mod fi żimen 45 ġurnata wara li jinfetaħ l-ippakkjar tal- aluminju.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Envarsus

-Is-sustanza attiva hi tacrolimus.

Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 0.75 mg tacrolimus (bħala monohydrate).

-L-eċċipjenti l-oħra huma hypromellose, lactose monohydrate, macrogol 6000, poloxamer 188, magnesium stearate, tartaric acid (E334), butylated hydroxytoluene (E321), dimethicone 350.

Kif jidher Envarsus u l-kontenut tal-pakkett

Envarsus 0.75 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod huma ovali, ta’ lewn abjad sa abjad maħmuġ, mhux miksija, imnaqqxa b’“0.75” fuq naħa waħda u “TCS” fuq in-naħa l-oħra.

Envarsus 1 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod huma ovali, ta’ lewn abjad sa abjad maħmuġ, mhux miksija, imnaqqxa b’“1” fuq naħa waħda u “TCS” fuq in-naħa l-oħra.

Envarsus 4 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod huma ovali, ta’ lewn abjad sa abjad maħmuġ, mhux miksija, imnaqqxa b’“4” fuq naħa waħda u “TCS” fuq in-naħa l-oħra.

Envarsus huwa fornut f’folji tal-PVC li fihom 10 pilloli. 3 folji huma ppakkjati flimkien f’ippakkjar protettiv b’fojl tal-aluminju, inkluż dessikant. Hemm disponibbli pakketti ta’ 30, 60 u 90 pillola li jerħu l-mediċina bil-mod.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Chiesi Farmaceutici S.p.A. Via Palermo, 26/A

43122 Parma

Manifattur

Rottendorf Pharma GmbH

Ostenfelder Straβe 51-61

59320 Ennigerloh

North Rhine-Westphalia

Il-Ġermanja

jew

Chiesi Farmaceutici S.p.A.

Via San Leonardo 96 43122 Pharma L-Italja

jew

Chiesi Pharmaceuticals GmbH Gonzagagasse 16/16

1010 Wien

L-Awstrija

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Chiesi sa/nv

Chiesi Pharmaceuticals GmbH

Tél/Tel: + 32 (0)2 788 42 00

Tel: +43 1 4073919

България

Luxembourg/Luxemburg

Chiesi Bulgaria EOOD

Chiesi sa/nv

Teл.: + 359 29201205

Tél/Tel: + 32 (0)2 788 42 00

Česká republika

Magyarország

Chiesi CZ s.r.o.

Chiesi Hungary Kft.

Tel: +420 261221745

Tel.: +36-1-429 1060

Danmark

Malta

Chiesi Farmaceutici S.p.A.

Chiesi Farmaceutici S.p.A.

Tlf: + 39 0521 2791

Tel: + 39 0521 2791

Deutschland

Nederland

Chiesi GmbH

Chiesi Pharmaceuticals B.V.

Tel: + 31 0 88 5016400

Eesti

Norge

Chiesi Pharmaceuticals GmbH

Chiesi Farmaceutici S.p.A.

Tel: +43 1 4073919

Tlf: + 39 0521 2791

Ελλάδα

Österreich

Chiesi Hellas AEBE

Chiesi Pharmaceuticals GmbH

Τηλ: + 30 210 6179763

Tel: + 43 1 4073919

España

Polska

Chiesi España, S.A.U.

Chiesi Poland Sp. z .o.o.

Tel: + 34 93 494 8000

Tel.: + 48 22 620 1421

France

Portugal

Chiesi S.A.S

Chiesi Farmaceutici S.p.A.

Tél: + 33 1 47688899

Tel: + 39 0521 2791

Hrvatska

România

Chiesi Pharmaceuticals GmbH

Chiesi Romania S.R.L.

Tel: + 43 1 4073919

Tel: + 40 212023642

Ireland

Slovenija

Chiesi Ltd

Chiesi Slovenija d.o.o.

Tel: + 44 0161 4885555

Tel: + 386-1-43 00 901

Ísland

Slovenská republika

Chiesi Farmaceutici S.p.A.

Chiesi Slovakia s.r.o.

Sími: + 39 0521 2791

Tel: + 421 259300060

Italia

Suomi/Finland

Chiesi Farmaceutici S.p.A.

Chiesi Farmaceutici S.p.A.

Tel: + 39 0521 2791

Puh/Tel: + 39 0521 2791

Κύπρος

Sverige

Chiesi Farmaceutici S.p.A.

Chiesi Farmaceutici S.p.A.

Τηλ: + 39 0521 2791

Tel: + 39 0521 2791

Latvija

United Kingdom

Chiesi Pharmaceuticals GmbH

Chiesi Ltd

Tel: + 43 1 4073919

Tel: + 44 0161 4885555

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ XX/SSSS.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati