Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Episalvan (betulae cortex dry extract (5-10 : 1);...) – Fuljett ta’ tagħrif - D03AX13

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEpisalvan
Kodiċi ATCD03AX13
Sustanzabetulae cortex dry extract (5-10 : 1); extraction solvent: n-heptane 95% (w/w)
ManifatturBirken AG

Fuljett ta' tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Episalvan gel

Estratt tal-qoxra tal-betula

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tkun taf kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa' taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet preskritta lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F'dan il-fuljett:

1.X’inhu Episalvan u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Episalvan

3.Kif għandek tuża Episalvan

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Episalvan

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Episalvan u għalxiex jintuża

Episalvan gel huma prodott mediċinali erbali li fih estratt niexef mill-qoxra tal-betula.

Dan jintuża f'adulti għall-kura ta' ġrieħi tal-ġilda, li jirriżultaw minn pereżempju ġrieħi tal-ħruq ta' grad 2a jew minn trapjant tal-ġilda kirurġika. Mhemmx esperjenza dwar l- użu ta' Episalvan għall-kura ta' ġrieħi kroniċi, eż. ulċeri dijabetiċi tas-sieq jew ulċeri venużi tar-riġel.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Episalvan

Tużax Episalvan

-jekk inti allerġiku għal qoxra tal-betula jew għal xi sustanza oħra ta’ din il- mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6). Episalvan ma għandux għabra tad-dakra tal- betula, għalhekk jista jintuża' min-nies li għandhom allerġija għall-għabra tad- dakra tal-betula.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek qabel ma tuża Episalvan.

Jekk għandek infezzjoni fil-ġerħa tista' teħtieġ aktar kura. L-infezzjoni tal-ġrieħi hija kumplikazzjoni serja li tista' sseħħ waqt li l-ġerħa tkun fil-proċess ta' fejqan.

Sinjali possibbli ta' infezzjoni tal-ġerħa huma meta l-ġerħa tibda tnixxi fluwidu isfar jew

ħadrani (materja), jew meta l-ġilda madwar il-ġerħa ssir ħamra, sħuna, minfuħa, jew dejjem iżżid fl-uġigħ.

 

ema-combined-h3938mt

Pg. 16

Tfal u adolexxenti

Ma hemmx biżżejjed esperjenza dwar l-użu ta' Episalvan fit-tfal u l-adolexxenti taħt l- età ta' 18-il sena, għalhekk ma għandux jintuża f'dawn il-pazjenti.

Mediċini oħra u Episalvan

Għid lit-tabib jew l-infermier tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Ma sar l-ebda studju biex jistabbilixxi jekk Episalvan jinteraġixxix ma' mediċini oħra. Madankollu, minħabba li l-ammont ta' Episalvan assorbit fil-ġisem hu baxx ħafna mhuwiex mistenni li Episalvan jinteraġġixxi ma' mediċini oħrajn.

Mhemmx dejta disponibbli fuq l-interazzjoni possibbli bejn Episalvan u mediċini oħrajn użati fuq il-ġilda. Tużax prodotti oħrajn fuq l-erja tal-ġerħa fuq il-ġilda fl-istess ħin meta tuża Episalvan.

Tqala, treddigħ u fertilità

Ma sar l-ebda studju fuq l-effetti ta' Episalvan fuq nisa tqal, imma minħabba li l- ammont ta' Episalvan assorbit fil-ġisem hu baxx ħafna, ir-riskju għat-tarbija mhux imwielda huwa negliġibbli. Episalvan jista’ jintuża waqt it-tqala.

Mhuwiex magħruf jekk Episalvan jgħaddix għal ġol-ħalib tas-sider tal-bniedem, imma minħabba li l-ammont ta' Episalvan assorbit fil-ġisem hu baxx ħafna, ir-riskju għat- tarbija huwa negliġibbli. Episalvan jista' jintuża waqt it-treddigħ, sakemm l-erja tas- sider mhijiex tiġi kkurata.

L-effett ta' Episalvan fuq il-fertilità ma ġiex studjat, imma minħabba li l-assorbiment ta' din il-mediċina fil-ġisem hu baxx ħafna, mhuwiex mistenni li jkollu effett fuq il-fertilità tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta' magni

Il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni mhijiex se tiġi affettwata b'din il-mediċina.

3.Kif għandek tuża Episalvan

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-infermier tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-infermier tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Jekk hemm bżonn, il-ġrieħi għandhom jitnaddfu bl-użu ta' soluzzjoni antisettika xierqa qabel l-użu ta' Episalvan.

Episalvan għandu jiġi applikat fuq wiċċ il-ġerħa fi ħxuna ta' madwar 1 mm u għandu jinkesa b'garża sterili għall-ġrieħi.

Erġa' applika l-ġell kull darba li l-garża titbiddel, sakemm il-ġerħa tkun fieqet.

Ladarba t-tubu li jintuża darba jkun infetaħ, uża l-ġell minnufih u armi t-tubu, anke jekk ikun baqa' ftit.

Tul ta' żmien tal-użu

Episalvan għandu jintuża sakemm il-ġerħa tkun fieqet jew sa 4 ġimgħat. It-tabib jew l- infermier tiegħek jgħidulek għal kemm għandek tuża dan il-ġell.

Ma hemm l-ebda esperjenza mill-użu fit-tul ta' Episalvan għal aktar minn 4 ġimgħat.

 

ema-combined-h3938mt

Pg. 17

Jekk tuża Episalvan aktar milli suppost

Episalvan jiġi applikat fuq il-ġilda u l-assorbiment ta' Episalvan fil-ġisem huwa minimu. Dan jagħmel doża eċċessiva improbabbli ħafna, anke jekk użat fuq erjas kbar tal-ġilda u għal perjodu twil ta' żmien.

Jekk tinsa tuża Episalvan

M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tuża. Applika

Episalvan fil-bidla ppjanata li jmiss tal-garża tal-ġerħa, filwaqt li tkompli bir-rutina normali tiegħek.

Jekk tieqaf tuża Episalvan

Episalvan għandu jintuża skont il-parir tat-tabib jew l-infermier tiegħek. Tiqafx tużah mingħajr ma tikkonsulta mat-tabib jew l-infermier tiegħek. Jekk il-ġerħa tiegħek ma turi l-ebda sinjal ta' titjib biż-żmien, tkellem mat-tabib jew l-infermier tiegħek.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-effetti sekondarji rrapportati b'mod l-aktar komuni huma:

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

-uġigħ tal-ġilda

-ħakk

-kumplikazzjonijiet fil-proċess tal-fejqan tal-ġerħa

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

-infezzjonijiet tal-ġrieħi

-reazzjoni allerġika (sensittività eċċessiva)

-irritazzjoni tal-ġilda (dermatite)

-raxx bil-ħakk

-raxx ta' kulur vjola

-uġigħ

Rapportar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta

effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla

f’Appendiċi V.Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar

informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Episalvan

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal. Aħżen f’temperatura taħt it-30°C.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara 'JIS'. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum ta' dak ix-xahar.

 

ema-combined-h3938mt

Pg. 18

Dan il-prodott għandu jintuża darba biss u ladarba jinfetaħ dan il-prodott għandu jintuża minnufih. Armi t-tubu wara l-ewwel użu.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Episalvan

Is-sustanza attiva hija estratt niexef mill-qoxra tal-betula.

1 g ta' ġell fiha: 100 mg ta' estratt (bħala estratt niexef, raffinat) mill-qoxra tal-betula minn Betula pendula, Betula pubescens kif ukoll minn ibridi taż-żewġ speċi (ekwivalenti għal 0.5-1.0 g ta' qoxra tal-betula), li jikkorrespondu għal 72-88 mg betulin.

Solvent ta' estrazzjoni n-heptane.

L-ingredjent l-ieħor hu żejt tal-ġirasol raffinat.

Kif jidher Episalvan u l-kontenut tal-pakkett

Episalvan huwa ġell bla kulur sa kemxejn safrani, opalexxenti.

Episalvan gel huwa ppakkjat f'tubi tal-aluminju abjad kollassabbli. It-tubi huma magħluqin b'membrana tal-aluminju kontra t-tbagħbis u b'tapp abjad tal-polipropilin b'kamin. It-tubu li jintuża darba biss huwa ppakkjat f'kaxxa tal-kartun.

Daqs tal-pakkett: tubu wieħed ta' 23.4 g ta' ġell.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Birken AG Streiflingsweg 11

75223 Niefern-Öschelbronn Il-Ġermanja

tel +49 (0) 7233 9749 - 0 fax+49 (0) 7233 9749 – 210 Email: info@birken.eu

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija

Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

 

ema-combined-h3938mt

Pg. 19

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati