Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Erbitux (cetuximab) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XC06

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaErbitux
Kodiċi ATCL01XC06
Sustanzacetuximab
ManifatturMerck KGaA

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Erbitux 5 mg/mL soluzzjoni għall-infużjoni

Cetuximab

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Erbitux u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Erbitux

3.Kif għandek tuża Erbitux

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Erbitux

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Erbitux u gћalxiex jintuża

X’inhu Erbitux

Erbitux fih cetuximab, antikorp monoklonali. Antikorpi monoklonali huma proteini li speċifikament jagħrfu u jeħlu ma’ proteini uniċi oħrajn imsejħa antiġeni. Cetuximab jeħel ma’ l-epidermal growth factor receptor (EGFR), antiġen li jinsab fil-wiċċ ta’ ċerti ċelluli tal-kanċer. EGFR jattiva proteini msejħa RAS. Il-proteini RAS għandhom rwol importanti fil-passaġġ EGFR – kaskata ta’ kumplessi li tibgħat il-messaġġi li hi involuta fl-iżvilupp u l-progressjoni tal-kanċer. Bħala riżultat ta’ dan it- twaħħil, iċ-ċellula tal-kanċer ma tkunx tista’ tirċievi iżjed il-messaġġi li għandha bżonn għat-tkabbir, il-progressjoni u l-metastasi.

Għalxiex jintuża Erbitux

Erbitux jintuża għall-kura ta’ żewġ tipi differenti ta’ kanċer:

kanċer metastatiku tal-musrana l-kbira. F’dawn il-pazjenti, Erbitux jintuża waħdu jew flimkien ma’ mediċini oħrajn kontra l-kanċer.

ċertu tip ta’ kanċer fir-ras u fl-għonq (kanċer taċ-ċelluli skwamużi). F’dawn il-pazjenti, Erbitux jintuża flimkien ma’ terapija bir-raġġi jew flimkien ma’ mediċini oħrajn kontra l-kanċer.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tuża Erbitux

Tużax Erbitux

Tużax Erbitux jekk xi darba kellek sensittività eċċessiva severa (jiġifieri kont allerġiku/a) għal cetuximab.

Qabel ma tibda l-kura għal kanċer metastatiku tal-musrana l-kbira it-tabib tiegħek se jittestja ċ-ċelluli tal-kanċer tiegħek biex jara jekk fihomx il-forma normali (wild-type) jew mutanti ta’ RAS.

M’għandekx tirċievi Erbitux flimkien ma’ kura oħra kontra l-kanċer li jkun fiha oxaliplatin jekk iċ-

ċelluli tal-kanċer tiegħek jkun fihom il-forma mutanti ta’ RAS.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża Erbitux, jekk kwalunkwe mill-informazzjoni li ġejja ma tkunx ċara.

Erbitux jista’ jikkawża effetti sekondarji marbuta ma’ l-infużjoni. Dawn ir-reazzjonijiet jistgħu jkunu allerġiċi fin-natura tagħhom. Jekk jogħġbok aqra ‘Effetti sekondarji marbuta ma’ l-infużjoni’ f’sezzjoni 4 għad-dettalji, għax dawn jista’ jkollhom konsegwenzi serji fuqek, li jinkludu kundizzjonijiet li huma ta’ periklu għall-ħajja. Dawn l-effetti sekondarji normalment iseħħu waqt l- infużjoni, fi żmien siegħa wara l-infużjoni, jew xi kultant ukoll iktar tard. Biex tagħraf is-sinjali tal- bidu ta’ effetti bħal dawn, il-kundizzjoni tiegħek ser tkun iċċekkjata regolarment kull darba li tingħata infużjoni ta’ Erbitux, u għal mill-inqas siegħa wara.

Għandek aktar ċans li jkollok reazzjonijiet allerġiċi severi jekk inti allerġiku għal-laħam aħmar, għall- gdim tal-qurdien jew jekk kellek riżultati pożittivi għal ċerti antikorpi (li jidhru f’test). It-tabib tiegħek se jiddiskuti miżuri xierqa miegħek.

Erbitux jista’ jikkawża effetti sekondarji li jikkonċernaw il-ġilda. It-tabib tiegħek se jiddiskuti miegħek jekk jistax ikollok bżonn kwalunkwe miżuri preventivi jew kura bikrija. Jekk jogħġbok aqra wkoll ‘Effetti sekondarji li jikkonċernaw il-ġilda’ f’sezzjoni 4 għad-dettalji, għax xi reazzjonijiet tal- ġilda jista’ jkollhom konsegwenzi serji għalik li jinkludu kundizzjonijiet li huma ta’ periklu għall- ħajja.

Jekk għandek problemi tal-qalb, it-tabib tiegħek sejjer jiddiskuti miegħek jekk inti tistax tirċievi Erbitux flimkien ma’ mediċini oħra kontra l-kanċer, b’mod speċjali jekk għandek 65 sena jew iktar. Erbitux jista’ jikkawża effetti sekondarji li jikkonċernaw l-għajnejn. Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk għandek problemi akuti jew li qegħdin jiggravaw fl-għajnejn bħal viżta mċajpra, uġigħ fl- għajnejn, għajnejn ħomor u/jew xi għajn xotta b'mod sever, jekk inti kellek minn dawn il-problemi fil- passat jew jekk inti tuża lentijiet ta' kuntatt. It-tabib tiegħek sejjer jiddiskuti miegħek jekk inti għandekx tikkonsulta speċjalista.

Jekk tirċievi Erbitux flimkien ma’ mediċini kontra l-kanċer li jinkludu l-platinum, x’aktarx li jkun iktar possibbli li l-għadd taċ-ċelluli tad-demm bojod tiegħek jista’ jonqos. It-tabib tiegħek għalhekk ser jimmonitorja d-demm u kundizzjoni ġenerali tiegħek għal sinjali ta’ infezzjoni (ara wkoll ‘Effetti sekondarji flimkien ma’ kuri oħrajn kontra l-kanċer’ f’sezzjoni 4).

Jekk tirċievi Erbitux flimkien ma’ mediċini oħra kontra l-kanċer li jinkludu fluoropyrimidines, jista’ jkun aktar possibbli li jkollok problemi tal-qalb li jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħajja. It-tabib tiegħek ser jiddiskuti miegħek jekk hux ser ikollok bżonn ta’ xi superviżjoni partikulari (ara wkoll ‘Effetti sekondarji flimkien ma’ kuri oħrajn kontra l-kanċer’ f’sezzjoni 4).

Tfal u adolexxenti

Erbitux fil-popolazzjoni pedjatrika m’għandux użu rilevanti.

Mediċini oħra u Erbitux

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Tqala

Għid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila jew jekk m’intix tuża kontraċezzjoni affidabbli (kellem lit-tabib tiegħek jekk m’intix ċerta). It-tabib tiegħek ser jiddiskuti miegħek ir-riskji u l-benefiċċji tal-użu ta’

Erbitux waqt it-tqala f’dawn is-sitwazzjonijiet.

Treddigħ

Treddax lit-tarbija tiegħek matul il-perijodu li fih tkun qed tiġi kkurata b’Erbitux, u għal xahrejn wara l-aħħar doża.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Issuqx u m’għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni jekk ikollok sintomi marbuta mal-kura li jaffettwaw il-ħila tiegħek li tikkonċentra u tirreaġixxi.

3.Kif gћandek tuża Erbitux

Tabib b’esperjenza fl-użu ta’ mediċini kontra l-kanċer ser jissorvelja t-terapija tiegħek b’Erbitux. Waqt kull infużjoni u għal mill-inqas siegħa wara, il-kundizzjoni tiegħek ser tkun iċċekkjata regolarment għal sinjali bikrin ta’ effett sekondarju marbut ma’ l-infużjoni.

Qabel il-kura

Qabel l-ewwel doża, inti ser tirċievi mediċina kontra l-allerġija sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ reazzjoni allerġika. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi jekk din il-kura preventiva hix meħtieġa għal dożi sussegwenti.

Dożaġġ u kif jingħata

Erbitux normalment jingħata bħala infużjoni ġo vina (mogħti bħala dripp) darba f’ġimgħa. It-tabib tiegħek ser jikkalkula d-doża ta’ Erbitux li għandek bżonn, għax din tiddependi fuq l-erja tas- superfiċje ta’ ġismek. L-ewwel doża (400 mg/m² ta’ erja tas-superfiċje tal-ġisem) hi infuża fuq perijodu ta’ madwar sagħtejn b’rata ta’ infużjoni ta’ mhux aktar minn 5 mg/min. Kull doża sussegwenti (250 mg/m² ta’ erja tas-superfiċje tal-ġisem) hi infuża f’madwar siegħa b’rata ta’ infużjoni ta’ mhux aktar minn 10 mg/min.

Struzzjonijiet dettaljati għat-tabib jew in-ners tiegħek dwar kif għandhom jippreparaw l-infużjoni b’Erbitux huma inklużi fit-tmiem ta’ dan fuljett ta’ tagħrif (ara ‘Struzzjonijiet dwar l-immaniġġjar’).

Tul tal-kura

Erbitux normalment jingħata bħala infużjoni darba f’ġimgħa. It-tul ta’ żmien tal-kura jista’ jvarja, u dan jiddependi fuq il-marda tiegħek kif ukoll ivarja minn persuna għall-oħra, u għalhekk it-tabib tiegħek ser jiddiskuti miegħek it-tul ta’ żmien kemm ser iddum tirċievi Erbitux.

L-għoti ma’ kuri oħrajn kontra l-kanċer

Jekk inti tirċievi Erbitux flimkien ma’ mediċini oħrajn kontra l-kanċer, dawn il-mediċini jridu jingħataw mill-inqas siegħa wara t-tmiem tal-infużjoni b’Erbitux.

Jekk tirċievi Erbitux flimkien ma’ terapija bir-raġġi, il-kura b’Erbitux normalment tinbeda ġimgħa qabel it-terapija bir-raġġi.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-effetti sekondarji ewlenin ta’ Erbitux huma effetti sekondarji marbuta ma’ l-infużjoni u effetti sekondarji li jikkonċernaw l-ġilda:

Effetti sekondarji marbuta ma’ l-infużjoni

Iktar minn 10 minn kull 100 pazjent x’aktarx li ser ikollhom effetti sekondarji marbuta ma’ l- infużjoni; f’iktar minn 1 minn kull 100 pazjent, dawn l-effetti sekondarji x’aktarx li ser ikunu severi. Dawn ir-reazzjonijiet jistgħu jkunu allerġiċi fin-natura tagħhom. Dawn normalment iseħħu waqt l- infużjoni, jew fi żmien siegħa wara l-infużjoni, jew xi kultant ukoll iktar tard.

Effetti ħfief jew moderati marbuta ma’ l-infużjoni jinkludu:

deni

tertir ta’ bard

sturdament

diffikultajiet biex tieħu n-nifs

Jekk dawn is-sintomi jseħħu, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr.

It-tabib tiegħek jista’ jaħseb biex inaqqas ir-rata tal-infużjoni ta’ Erbitux biex jikkontrolla dawn is- sintomi.

Effetti sekondarji severi marbuta ma’ l-infużjoni jinkludu:

diffikultajiet severi biex tieħu n-nifs li jiżviluppaw malajr

urtikarja

ħass ħażin

uġigħ fis-sider (sintomi ta’ effetti sekondarji fuq qalbek)

Jekk dawn is-sintomi jseħħu, kellem lil tabib immedjatament. Dawn l-effetti sekondarji jista’ jkollhom konsegwenzi serji, li f’każijiet rari jinkludu kundizzjonijiet ta’ periklu għall-ħajja, u jeħtieġu attenzjoni immedjata. Il-kura b’Erbitux għandha mbagħad titwaqqaf.

Effetti sekondarji li jikkonċernaw il-ġilda

Iktar minn 80 minn kull 100 pazjent x’aktarx li ser ikollhom effetti sekondarji fil-ġilda. F’madwar 15 minn kull 100 pazjent, dawn ir-reazzjonijiet tal-ġilda x’aktarx li ser ikunu severi. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-effetti sekondarji jiżviluppaw matul l-ewwel tliet ġimgħat tal-kura. Dawn normalment jgħibu maż-żmien wara t-tmiem tat-terapija b’Erbitux.

Effetti sekondarji ewlenin li jikkonċernaw il-ġilda jinkludu:

bidliet fil-ġilda qishom akne

ħakk

ġilda xotta

ġilda li titqaxxar

tkabbir eċċessiv ta’ xagħar

disturbi fid-dwiefer, per eżempju infjammazzjoni fil-bażi tad-difer

F’każijiet rari ħafna (li jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’kull 10,000 persuni) il-pazjenti jista’ jkollhom infafet jew tqaxxir tal-ġilda, li jista’ jindika reazzjoni severa tal-ġilda msejħa “sindrome ta’ Stevens- Johnson”. Jekk ikollok dawn is-sintomi, jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek immedjatament, għax dawn is-sinjali jista’ jkollhom konsegwenzi serji li jinkludu kundizzjonijiet li huma ta’ periklu għall-ħajja.

Jekk tinnota tibdil estensiv ieħor tal-ġilda, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr, minħabba li d-doża ta’ Erbitux jew il-ħin bejn l-infużjonijiet jista’ jkollhom jinbidlu. It- tabib tiegħek ser jiddeċiedi jekk il-kura għandhiex titwaqqaf jekk ir-reazzjonijiet tal-ġilda jitfaċċaw mill-ġdid wara tnaqqis ripetut fid-doża.

Jekk tinnota li l-partijiet tal-ġilda tiegħek li huma diġà affettwati jmorru għall-agħar, kellem lil tabib immedjatament, speċjalment jekk flimkien magħhom, ikollok ukoll sinjali ġenerali ta’

infezzjoni, bħal deni u għeja. Dawn is-sinjali jistgħu jindikaw infezzjoni tal-ġilda, li jista’ jkollha konsegwenzi serji li jinkludu kundizzjonijiet ta’ periklu għall-ħajja.

Effetti sekondarji li jikkonċernaw il-pulmun

F’każijiet mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’kull 100 persuni) il-pazjenti jista’ jkollhom infjammazzjoni tal-pulmun (li tissejjaħ marda interstizjali tal-pulmun) li tista’ twassal għal konsegwenzi serji li jinkludu kundizzjonijiet li huma ta’ periklu għall ħajja.

Jekk tinduna b’xi sintomi bħal ma huwa problemi li jistgħu jaggravaw fit-teħid tan-nifs, kellem lil tabib minnufih, speċjalment jekk ikollok is-sogħla jew id-deni. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li

jwaqqaf il-kura.

Effetti sekondarji oħrajn

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iżjed minn persuna 1 f’kull 10)

infjammazzjoni tal-kisja tal-imsaren, tal-ħalq, u tal-imnieħer (severa f’xi każijiet), li jistgħu jwasslu għal ħruġ ta’ demm mill-imnieħer f’xi pazjenti

tnaqqis fil-livelli fid-demm ta’ magnesium

żieda fil-livelli fid-demm ta’ ċerti enzimi tal-fwied

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’kull 10 persuni)

uġigħ ta’ ras

għeja

irritazzjoni u ħmura tal-għajnejn

dijarea

nuqqas ta’ likwidu f’ġismek li jista’ jkun minħabba d-dijarea jew minħabba nuqqas ta’ teħid ta’ fluwidu

tħossok imdardar

rimettar

telf ta’ aptit, li jwassal għal tnaqqis fil-piż

tnaqqis fil-livelli fid-demm tal-calcium

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’kull 100 persuni)

emboli tad-demm fil-vini tar-riġlejn

emboli tad-demm fil-pulmuni

infjammazzjoni ta’ tebqet il-għajnejn jew tal-parti ta’ quddiem tal-għajn (kornea)

Effetti sekondarji li l-frekwenza tagħhom mhijiex magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli)

infjammazzjoni tal-kisja tal-moħħ (meninġite asettika)

Effetti sekondarji flimkien ma’ kuri oħrajn kontra l-kanċer

Jekk tirċievi Erbitux flimkien ma’ mediċini oħrajn kontra l-kancer, xi wħud mill-effetti sekondarji li jista’ jkollok, jistgħu jkunu marbuta wkoll ma’ din il-kumbinazzjoni tal-mediċina jew mal-mediċini oħrajn. Għalhekk, jekk jogħġbok aċċerta ruħek li taqra wkoll il-fuljett ta’ tagħrif għall-mediċini oħrajn.

Jekk tirċievi Erbitux flimkien ma’ mediċini kontra l-kanċer li jinkludu l-platinum, x’aktarx li jkun iktar possibbli li l-għadd taċ-ċelluli tad-demm bojod tiegħek jista’ jonqos. Dan jista’ jwassal għal kumplikazzjonijiet infettivi li jinkludu kundizzjonijiet ta’ periklu għall-ħajja, speċjalment jekk ikollok reazzjonijiet tal-ġilda, infjammazzjoni tal-kisja tal-imsaren u l-ħalq jew dijarea. Għalhekk, jekk ikollok sinjali ġenerali ta’ infezzjoni bħal deni u għeja, jekk jogħġbok kellem lil tabib immedjatament.

Jekk tirċievi Erbitux flimkien ma’ mediċina kontra l-kanċer li jkun fiha fluoropyrimidines, x’aktarx li ser ikollok dawn l-effetti sekondarji li ġejjin ta’ din il-mediċina l-oħra:

uġigħ fis-sider

attakk tal-qalb

insuffiċjenza tal-qalb

ħmura u nefħa tal-kefef tal-idejn jew fil-qiegħ tas-saqajn li jistgħu jikkawżaw il-ġilda li titqaxxar (sindrome tal-idejn-saqajn)

Jekk tirċievi Erbitux flimkien ma’ terapija bir-raġġi, xi wħud mill-effetti sekondarji li jista’ jkollok jistgħu jkunu marbuta wkoll ma’ din il-kumbinazzjoni tal-mediċina, bħal:

infjammazzjoni tal-kisja tal-imsaren u l-ħalq

reazzjonijiet tal-ġilda li huma tipiċi għat-terapija bir-raġġi

diffikultà biex tibla’

tnaqqis fin-numru taċ-ċelluli bojod tad-demm

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Erbitux

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u fuq il-kaxxa tal-kartun wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).

Ġaladarba jinfetaħ, Erbitux għandu jintuża minnufih.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Erbitux

Is-sustanza attiva hi cetuximab.

Kull 1 mL ta’ soluzzjoni għall-infużjoni fiha 5 mg ta’ cetuximab. Kull kunjett ta’ 20 mL fih 100 mg ta’ cetuximab.

Kull kunjett ta’ 100 mL fih 500 mg ta’ cetuximab.

Is-sustanzi l-oħra huma sodium chloride, glycine, polysorbate 80, citric acid monohydrate, sodium hydroxide u ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Erbitux u l-kontenut tal-pakkett

Erbitux 5 mg/mL soluzzjoni għall-infużjoni hu fornut f’kunjetti li fihom 20 mL jew 100 mL. Kull pakkett fih 1 kunjett.

Jista’ jkun li mhux il-kunjetti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Merck KGaA

64271 Darmstadt

Il-Ġermanja

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ XX/SSSS.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

-----------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Struzzjonijiet dwar l-immaniġġjar

Erbitux jista’ jingħata permezz ta’ gravity drip, pompa ta’ l-infużjoni jew pompa tas-siringa. Minħabba li Erbitux hu kompatibbli biss ma’ soluzzjoni għall-injezzjoni sterili ta’ sodium chloride

9 mg/mL (0.9%), m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn li jingħataw minn ġol-vina. Linja separata ta’ l-infużjoni trid tintuża għall-infużjoni, u l-linja trid titlaħlaħ fit-tmiem ta’ l-infużjoni b’sodium chloride 9 mg/mL (0.9%) soluzzjoni sterili għall-injezzjoni.

Erbitux 5 mg/mL hu kompatibbli

ma’ boroż tal-polyethylene (PE), ethyl vinyl acetate (EVA) jew polyvinyl chloride (PVC),

ma’ settijiet ta’ l-infużjoni tal-polyethylene (PE), polyurethane (PUR), ethyl vinyl acetate (EVA), polyolefine thermoplastic (TP) jew polyvinyl chloride (PVC),

ma’ siringi tal-polypropylene (PP) għall-pompa tas-siringa.

Erbitux 5 mg/mL hu kimikament u fiżikament stabbli sa 48 siegħa f’temperatura ta’ 25°C, jekk is- soluzzjoni tkun ppreparata kif deskritt hawn taħt. Madankollu, billi ma fih l-ebda sustanza preservattiva jew batterjostatika kontra l-mikrobi, hu intenzjonat għal użu immedjat. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat l-immaniġġjar asettiku meta tipprepara l-infużjoni. Erbitux 5 mg/mL għandu jkun ippreparat kif ġej:

Biex tagħti l-infużjoni bil-pompa jew bi gravity drip (dilwita b’soluzzjoni sterili ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9%)): Uża borża ta’ l-infużjoni ta’ daqs adegwat ta’ soluzzjoni sterili ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9%). Ikkalkula l-volum meħtieġ ta’ Erbitux. Neħħi volum adegwat tas-soluzzjoni ta’ sodium chloride mill-borża ta’ l-infużjoni, billi tuża siringa sterili adattata ma’ labra adattata. Uża siringa sterili adattata u waħħal labra adattata. Iġbed il-volum meħtieġ ta’ Erbitux minn kunjett. Ittrasferixxi Erbitux ġol-borża ppreparata ta’ l-infużjoni. Irrepeti din il- proċedura sakemm ikollok il-volum li trid. Waħħal il-linja ta’ l-infużjoni u imliha (prime it) b’Erbitux dilwit ma’ tibda l-infużjoni. Uża gravity drip jew pompa ta’ l-infużjoni biex tagħti l- mediċina. L-ewwel doża (400 mg/m² ta’ erja tas-superfiċje tal-ġisem) hi infuża fuq perijodu ta’ madwar sagħtejn b’rata ta’ infużjoni ta’ mhux aktar minn 5 mg/min. Kull doża sussegwenti (250 mg/m² ta’ erja tas-superfiċje tal-ġisem) hi infuża f’madwar siegħa b’rata ta’ infużjoni ta’ mhux aktar minn 10 mg/min.

Biex tagħti l-infużjoni bil-pompa jew bi gravity drip (mhux dilwit): Ikkalkula l-volum meħtieġ ta’ Erbitux. Uża siringa sterili adattata (minimu ta’ 50 mL) u waħħal labra adattata. Iġbed il- volum meħtieġ ta’ Erbitux minn kunjett. Ittrasferixxi Erbitux ġo kontenitur jew borża vojta sterili. Irrepeti din il-proċedura sakemm ikollok il-volum li trid. Waħħal il-linja tal-infużjoni u imliha (prime it) b’Erbitux qabel ma’ tibda l-infużjoni. L-ewwel doża (400 mg/m² ta’ erja tas- superfiċje tal-ġisem) hi infuża fuq perijodu ta’ madwar sagħtejn b’rata ta’ infużjoni ta’ mhux aktar minn 5 mg/min. Kull doża sussegwenti (250 mg/m² ta’ erja tas-superfiċje tal-ġisem) hi infuża f’madwar siegħa b’rata ta’ infużjoni ta’ mhux aktar minn 10 mg/min.

Meta tuża b’pompa tas-siringa: Ikkalkula l-volum meħtieġ ta’ Erbitux. Uża siringa sterili adattata u waħħal labra adattata. Iġbed il-volum meħtieġ ta’ Erbitux minn kunjett. Neħħi l-labra u poġġi s-siringa ġol-pompa tas-siringa. Waħħal il-linja ta’ l-infużjoni mas-siringa u ibda l- infużjoni wara li tagħmel priming tal-linja b’Erbitux jew b’soluzzjoni sterili ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9%). Irrepeti din il-proċedura sakemm jingħata l-volum ikkalkulat. L-ewwel doża

(400 mg/m² ta’ erja tas-superfiċje tal-ġisem) hi infuża fuq perijodu ta’ madwar sagħtejn b’rata ta’ infużjoni ta’ mhux aktar minn 5 mg/min. Kull doża sussegwenti (250 mg/m² ta’ erja tas- superfiċje tal-ġisem) hi infuża f’madwar siegħa b’rata ta’ infużjoni ta’ mhux aktar minn

10 mg/min.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati