Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Eucreas (vildagliptin / metformin hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BD08

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEucreas
Kodiċi ATCA10BD08
Sustanzavildagliptin / metformin hydrochloride
ManifatturNovartis Europharm Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Eucreas 50 mg/850 mg pilloli miksija b’rita Eucreas 50 mg/1000 mg pilloli miksija b’rita vildagliptin/metformin hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Eucreas u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Eucreas

3.Kif għandek tieħu Eucreas

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Eucreas

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Eucreas u gћalxiex jintuża

Is-sustanzi attivi ta’ Eucreas, vildagliptin u metformin, jagħmlu parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu “antidijabetiċi orali”.

Eucreas jintuża għall-kura ta’ pazjenti adulti bid-dijabete tat-tip 2. Din it-tip ta’ dijabete hija magħrufa wkoll bħala dijabete mellitus li ma tiddependix fuq l-insulina.

Id-dijabete tat-tip 2 tiżviluppa jekk il-ġisem ma jagħmilx biżżejjed insulina jew jekk l-insulina li jagħmel il-ġisem ma jaħdimx tajjeb kif suppost. Tista’ tiżviluppa wkoll jekk il-ġisem jagħmel wisq glucagon.

Kemm l-insulina kif ukoll il-glucagon jiġu magħmula fil-frixa. L-insulina tgħin biex tbaxxi l-livell taz- zokkor fid-demm, l-aktar wara l-ikliet. Il-glucagon jistimola lill-fwied sabiex jibda jagħmel iz-zokkor, u b’hekk jikkawża żieda fil-livell taz-zokkor fid-demm.

Kif jaħdem Eucreas

Iż-żewġ sustanzi attivi, vildagliptin u metformin, jgħinu sabiex jikkontrolla l-livell taz-zokkor fid- demm. Is-sustanza vildagliptin taħdem billi iġġiegħel lill-frixa sabiex tagħmel aktar insulina u anqas glucagon. Is-sustanza metformin taħdem billi tgħin lill-ġisem jgħamel użu aħjar mill-insulina. Din il- mediċina ġiet ippruvata li tnaqqas il-livell taz-zokkor fid-demm, li jista' jgħin biex jiġu evitati kumplikazzjonijiet ikkawżati mid-dijabete tiegħek.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Eucreas

Tiħux Eucreas

-jekk inti allerġiku għal vildagliptin, metformin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6). Jekk taħseb li tista’ tkun allerġiku/a għal kwalunkwe wieħed minn dawn, tkellem mat-tabib tiegħek qabel tieħu Eucreas.

-jekk għandek dijabete mhux ikkontrollata, b’pereżempju, ipergliċemija severa (glucose għoli fid-demm), dardir, rimettar, dijarea, telf mgħaġġel fil-piż, aċidożi lattika (ara "Riskju ta’ aċidożi lattika" hawn taħt) jew ketoaċidożi. Ketoaċidożi hija kundizzjoni fejn sustanzi msejħa ’korpi ta’ ketoni’ jakkumulaw fid-demm u jistgħu jwasslu għal prekoma dijabetika. Sintomi jinkludu wġigħ fl-istonku, teħid ta’ nifs mgħaġġel u fil-fond, ngħas jew in-nifs tiegħek jiżviluppa riħa ta’ frott mhux tas-soltu.

-jekk ftit żmien ilu kellek attakk tal-qalb jew jekk kellek insuffiċjenza tal-qalb jew problemi serji biċ-ċirkolazzjoni tad-demm jew tbatija biex tieħu n-nifs li jista’ jkun sinjal ta’ problemi tal-qalb.

-jekk għandek funzjoni tal-kliewi imnaqqsa b’mod sever.

-jekk għandek infezzjoni severa jew deidratat b’mod serju (tlift ħafna ilma minn ġismek).

-jekk ser ikollok kuntrast bir-raġġi-x (tip speċifiku ta’ x –rays li jinvolvi kimika ta’ kulur li tingħata b’injezzjoni). Jekk jogħġbok ara wkoll l-informazzjoni fuq dan fis-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”.

-jekk għandek problemi tal-fwied.

-jekk tixrob ħafna alkoħol (kemm jekk kuljum kif ukoll darba kultant).

-jekk qed tredda’ (ara wkoll “Tqala u treddigħ”).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Riskju ta’ aċidożi lattika

Eucreas jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika, b’mod partikulari jekk il-kliewi tiegħek ma jkunux qed jaħdmu sew. Ir-riskju li wieħed jiżviluppa aċidożi lattika jiżdied ukoll b’dijabete mhux ikkontrollata, infezzjonijiet serji, sawm fit-tul jew konsum ta’ alkoħol, deidratazzjoni (ara aktar informazzjoni hawn taħt), problemi fil-fwied u kwalunkwe kundizzjonijiet mediċi li fihom xi parti tal-ġisem jkollha provvista ta’ ossiġnu mnaqqsa (bħal mard tal- qalb sever u akut).

Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.

Waqqaf it-teħid ta’ Eucreas għal żmien qasir jekk għandek kundizzjoni li tista’ tkun assoċjata ma’ deidratazzjoni (telf sinifikanti ta’ fluwidi tal-ġisem) bħal rimettar sever, dijarea, deni, esponiment għal sħana jew jekk tixrob inqas fluwidu min-normal. Kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.

Waqqaf it-teħid ta’ Eucreas u kkuntattja lit-tabib jew l-eqreb sptar immedjatament jekk ikollok xi wħud mis-sintomi ta’ aċidożi lattika, għax din il-kundizzjoni tista’ twassal għal koma.

Sintomi ta’ aċidożi lattika jinkludu:

-rimettar

-uġigħ fl-istonku (uġigħ addominali)

-bugħawwieġ fil-muskoli

-sensazzjoni ġenerali li ma tiflaħx flimkien ma’ għeja severa

-diffikultà biex tieħu n-nifs

-temperatura tal-ġisem u taħbit tal-qalb imnaqqsa

Aċidożi lattika hija emerġenza medika u għandha tiġi ttrattata fi sptar.

Eucreas mhux sostitut għall-insulina. Għalhekk, m’għandekx tirċievi Eucreas għall-kura ta’ dijabete ta’ tip 1.

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar, jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Eucreas jekk għandek jew kellek marda tal-frixa.

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar, jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Eucreas jekk qed tieħu mediċina ta’ kontra d-dijabete magħrufa bħala sulphonylurea. It-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid inaqqas id- doża tiegħek ta’ sulphonyurea meta jittieħed flimkien ma’ Eucreas sabiex jiġi evitat livell baxx ta’ glukosju fid-demm (ipogliċemija).

Jekk xi darba ħadt vildagliptin iżda kellek twaqqfu minħabba mard tal-fwied, m’għandekx terġa’ tieħu din il-mediċina.

Feriti fil-ġilda tad-dijabete huma kumplikazzjoni komuni tad-dijabete. Int konsiljat li ssegwi r- rakkomandazzjonijiet għall-kura tal-ġilda u s-saqajn li jingħatawlek mit-tabib jew infermier tiegħek. Int konsiljat ukoll li toqgħod attent b’mod partikolari għal xi nfatet jew ulċeri li jistgħu joħorġu waqt li tkun qed tieħu Eucreas. Jekk dawn iseħħu, għandek tikkonsulta mat-tabib tiegħek minnufih.

Jekk għandek bżonn kirurġija maġġuri għandek tieqaf tieħu Eucreas matul u għal xi żmien wara l- proċedura. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda it-trattament tiegħek b’Eucreas mill-ġdid.

Test sabiex tiġi stabbilita l-funzjoni tal-fwied tiegħek se ssir qabel ma tibda l-kura b’Eucreas, f’intervalli ta’ tlett xhur fl-ewwel sena u darba kulltant minn hemm ’l quddiem. Dan isir sabiex sinjali ta’ żieda fil-livelli ta’ l-enzimi tal-fwied jintebħu bihom kmieni kemm jista’ jkun.

Waqt it-trattament b’Eucreas, it-tabib tiegħek se jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek mill-inqas darba fis-sena jew aktar ta’ spiss jekk inti anzjan/a u/jew jekk għandek funzjoni tal-kliewi li qed tmur għall-agħar.

It-tabib tiegħek ser jittestja d-demm u l-awrina għaz-zokkor b’mod regolari.

Tfal u adolexxenti

L-użu ta’ Eucreas fi tfal u adolexxenti ta’ età ta’ sa 18-il sena mhux rakkomandat.

Mediċini oħra u Eucreas

Jekk għandek bżonn tieħu injezzjoni ta’ mezz ta’ kuntrast li fih il-jodju fid-demm tiegħek, pereżempju f’kuntest ta’ X-ray jew skan, inti trid tieqaf tieħu Eucreas qabel jew fil-ħin tal-injezzjoni. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda t-trattament tiegħek b’Eucreas mill-

ġdid.

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Jista’ jkollok bżonn testijiet tal-glucose fid-demm u tal-funzjoni tal-kliewi aktar ta’ spiss, jew it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-dożaġġ ta’ Eucreas. Huwa importanti ħafna li wieħed isemmi dan li ġej:

-glukokortikojdi li b’mod ġenerali jintużaw għall-kura ta’ l-infjammazzjoni

-agonisti beta-2 li b’mod ġenerali jintużaw għall-kura ta’ disturbi respiratorji

-mediċini oħrajn li jintużaw għall-kura tad-dijabete

-mediċini li jżidu l-produzzjoni tal-awrina (dijuretiċi)

-mediċini użati biex jittrattaw l-uġigħ u l-infjammazzjoni (NSAID u inibituri ta’ COX-2, bħal ibuprofen u celecoxib)

-ċerti mediċini għat-trattament ta’ pressjoni għolja (impedituri ACE u antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II)

-ċerti mediċini li jaffettwaw it-tirojde, jew

-ċerti mediċini li jeffettwaw is-sistema nervuża.

Eucreas ma’ alkoħol

Evita konsum eċċessiv ta’ alkoħol meta tkun qed tieħu Eucreas peress li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ aċidożi lattika (jekk jogħġbok ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Tqala u treddigħ

-jekk inti tqila, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. It-tabib tiegħek ser jiddiskuti miegħek dwar ir-riskju li jista’ jkun hemm jekk tieħu Eucreas waqt it-tqala.

-Tużax Eucreas jekk tqila jew qed tredda’ (ara wkoll “Tiħux Eucreas”).

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk tħossok sturdut meta tkun qed tieħu Eucreas, mgħandekx issuq jew tuża l-ebda għodda jew magni.

3.Kif għandek tieħu Eucreas

L-ammont ta’ Eucreas li għandhom jieħdu n-nies tvarja skont il-kundizzjoni tagħhom. It-tabib tiegħek sejjer jgħidlek eżattament id-doża ta’ Eucreas li għandek tieħu.

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija pillola waħda miksija b’rita ta’ 50 mg/850 mg jew ta’ 50 mg/1000 mg meħuda darbtejn kuljum.

Jekk għandek funzjoni tal-kliewi mnaqqsa, it-tabib tiegħek jista’ jordnalek doża aktar baxxa. Jekk qed tieħu mediċina kontra d-dijabete magħrufa bħala sulphonylurea t-tabib tiegħek jista’ jordnalek doża aktar baxxa ukoll.

It-tabib tiegħek jista’ jordnalek din il-mediċina waħedha jew flimkien ma’ ċerti mediċini oħra li jbaxxu l-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek.

Meta u kif għandek tieħu Eucreas

-Ibla’ l-pilloli ma’ tazza ilma sħiha

-Ħu pillola waħda filgħodu u l-oħra filgħaxija ma’ l-ikel jew eżatt wara l-ikel. Meta tieħu l-pillola eżattament wara l-ikel tnaqqas ir-riskju li jkollok taqlib ta’ stonku

Kompli segwi kwalunkwe parir dwar id-dieta li t-tabib tiegħek tak. B’mod partikolari, jekk qed issegwi dieta ta’ kontroll tal-piż għad-dijabete, kompli b’din waqt li qed tieħu Eucreas.

Jekk tieħu Eucreas aktar milli suppost

Jekk tieħu wisq pilloli Eucreas, jew jekk xi ħadd ieħor jieħu l-pilloli tiegħek, kellem lit-tabib jew li spiżjar tiegħek mill-ewwel. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ attenzjoni medika. Jekk ikollok tmur għand tabib jew l-isptar, ħu l-pakkett u dan il-fuljett miegħek.

Jekk tinsa tieħu Eucreas

Jekk tinsa tieħu pillola, ħudha ma’ l-ikla li jkun imissek sakemm ma tkunx wasalt sabiex tieħu oħra xorta waħda. M’għandekx tieħu doża doppja (żewġ pilloli f’daqqa) biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Eucreas

Kompli ħu din il-mediċina sakemm jgħidlek it-tabib ħalli b’hekk tkun tista’ tibqa’ tikkontrolla -livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek. Tiqafx tieħu Eucreas sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tgħamel hekk. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kemm għandek iddum tieħu din il-mediċina, kellem lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Għandek tieqaf tieħu Eucreas u tara t-tabib tiegħek mill-ewwel jekk tħoss kwalunkwe minn dawn l- effetti sekondarji:

Aċidożi lattika (rari ħafna: tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000 li qed jużawh): Eucreas jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika (ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”). Jekk jiġri dan, inti trid tieqaf tieħu Eucreas u tikkuntattja lit-tabib jew l-eqreb sptar immedjatament, għax aċidożi lattika tista’ twassal għal koma.

Anġjoedema (rari: tista’ taffettwa sa persuna waħda f’kull 1,000): Sintomi jinkludu wiċċ, ilsien jew grieżem minfuħin, tbatija biex tibla’, tbatija biex tieħu n-nifs, raxx jew ħorriqija li joħorġu f’daqqa waħda, li tista’ tindika reazzjoni msejjħa “anġjoedema”.

Mard tal-fwied (epatite) (rari): Sintomi jinkludu ġilda u għajnejn sofor, tqalligħ, telf ta’ l-aptit jew awrina skura, li jista’ jindika mard tal-fwied (epatite).

Infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite) (frekwenza mhux magħrufa): Sintomi jinkludu uġigħ sever u persistenti fl-addome (iż-żona tal-istonku), li jista’ jilħaq lil dahrek, kif ukoll dardir u rimettar.

Effetti sekondarji oħrajn

Xi pazjenti kellhom l-effetti sekondarji li ġejjin meta kienu qed jieħdu Eucreas:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw sa aktar minn persuna waħda minn kull 10): dardir, rimettar, dijarea, uġiħ fl-istonku u mad-dawra (uġigħ addominali), telf tal-aptit

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10): sturdament, uġigħ ta’ ras, tregħid li ma jkunx jista’ jiġi kkontrollat, togħma ta’metall, glucose fid-demm baxx.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100): uġigħ fil-ġogi, għeja, stitikezza, idejn, għaksa jew saqajn minfuħin (edema).

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000): grieżem misluħin, imnieħer iqattar, deni; sinjali ta’ livell għoli ta’ aċidu lattiku fid-demm (magħruf bħala aċidożi lattika) bħal tħeddil jew sturdament, dardir qawwi jew rimettar, uġigħ addominali, qalb tħabbat irregolari jew profonda, tieħu n-nifs bil-għaġġla; ħmura tal-ġilda, ħakk; tnaqqis fil-livelli ta’ vitamina B12 (pallidità, għeja, sintomi mentali bħal konfużjoni jew disturbi tal-memorja).

Xi pazjenti esperjenzaw l-effetti sekondarji li ġejjin waqt li kienu qed jieħdu Eucreas u sulphonylurea:

Komuni: sturdament, rogħda, dgħufija, glukosju baxx fid-demm, għaraq eċċessiv.

Xi pazjenti kellhom l-effetti sekondarji li ġejjin waqt li kienu qed jieħdu Eucreas u l-insulina:

Komuni: uġigħ ta ras, sirdat, dardir (tħossok ma tiflaħx), glukosju baxx fid-demm, uġigħ fl- istonku.

Mhux komuni: dijarea, gass.

Minn mindu dan il-prodott iddaħħal fis-suq, kienu rrappurtati wkoll l-effetti sekondarji li ġejjin:

Frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tiġi stabbilita mid-dejta disponibbli): raxx bil-ħakk, infjammazzjoni tal-frixa, tqaxxir lokalizzat tal-ġilda jew infafet, uġigħ fil-muskoli.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Eucreas

-Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

-Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara

“EXP/JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

-Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30C.

-Aħżen fil-pakkett oriġinali (folja) sabiex tilqa’ mill-umdità.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Eucreas

-Is-sustanzi attivi huma vildagliptin u metformin hydrochloride.

-Kull pillola miksija b’rita ta’ Eucreas fiha 50 mg vildagliptin u 850 mg metformin hydrochloride (jikkorrispondu għal 660 mg metformin).

-Kull pillola miksija b’rita ta’ Eucreas fiha 50 mg vildagliptin u 1000 mg metformin hydrochloride (jikkorrispondu għal 780 mg metformin).

-Is-sustanzi l-oħra huma Hydroxypropylcellulose, magnesium stearate, hypromellose, titanium dioxide (E 171), yellow iron oxide (E 172), macrogol 4000 u talc.

Kif jidher Eucreas u l-kontenut tal-pakkett

Eucreas 50 mg/850 mg pilloli miksija b’rita huma pilloli sofor, ovali b’“NVR” fuq naħa waħda u “SEH” fuq l-oħra.

Eucreas 50 mg/1000 mg pilloli miksija b’rita huma pilloli sofor skuri, ovali b’“NVR” fuq naħa waħda u “FLO” fuq l-oħra.

Eucreas jiġi f’pakketti li jkun fihom 10, 30, 60, 120, 180 jew 360 pillola miksija b’rita u f’pakketti b’ħafna li jkun fihom 120 (2x60), 180 (3x60) jew 360 (6x60) pillola miksija b’rita. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu disponibbli f’pajjiżek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

Manifattur

Novartis Pharma GmbH

Roonstraße 25

D-90429 Nürnberg

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft. Pharma

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

Novartis Pharma GmbH

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 911 273 0

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Novartis Farmacéutica, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 306 42 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati