Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Eviplera (emtricitabine / rilpivirine hydrochloride...) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AR08

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEviplera
Kodiċi ATCJ05AR08
Sustanzaemtricitabine / rilpivirine hydrochloride /tenofovir disoproxil fumarate
ManifatturGilead Sciences International Ltd  

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Eviplera 200 mg/25 mg/245 mg pilloli miksija b’rita emtricitabine/rilpivirine/tenofovir disoproxil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Eviplera u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Eviplera

3.Kif għandek tieħu Eviplera

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Eviplera

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Eviplera u gћalxiex jintuża

Eviplera fih tliet sustanzi attivi li jintużaw għal kura ta’ infezzjoni bil-Virus tal-Immunodefiċjenza Umana (HIV):

Emtricitabine, li hu inibitur ta’ nucleoside reverse transcriptase (NRTI).

Rilpivirine, li hu non-inibitur ta’ nucleoside reverse transcriptase (NNRTI).

Tenofovir disoproxil, li hu inibitur ta’ nucleotide reverse transcriptase (NtRTI).

Kull waħda minn dawn is-sustanzi attivi, li huma magħrufa wkoll bħala mediċini antiretrovirali, taħdem billi tinterferixxi ma’ enzima (proteina msejħa ‘reverse transcriptase’) li hi essenzjali biex il- virus jimmultiplika.

Eviplera inaqqas l-ammont ta’ HIV fil-ġisem tiegħek. Dan ser itejjeb is-sistema immuni tiegħek u jnaqqas ir-riskju li tiżviluppa mard assoċjat mal-infezzjoni bl-HIV.

Eviplera hu trattament għal Virus ta’ l-Immunodefiċjenza Umana (HIV) fl-adulti minn età ta’

18-il sena u aktar.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Eviplera Tiħux Eviplera

Jekk inti allerġiku għal emtricitabine, rilpivirine, tenofovir disoproxil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6 ta’ dan il-fuljett).

Jekk dan japplika għalik, għid lit-tabib tiegħek immedjatament.

Jekk bħalissa qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin

carbamazepine, oxcarbazepine, phenobarbital u phenytoin (mediċini għal kura ta’ epillessija u għal prevenzjoni ta’ aċċessjonijiet)

rifampicin u rifapentine (jintużaw għal kura ta’ xi infezzjonijiet batterjali bħat- tuberkulosi)

omeprazole, lansoprazole, rabeprazole, pantoprazole u esomeprazole (inibituri tal- pompa tal-proton li huma mediċini li jintuża biex jiġu evitati u għal kura ta’ ulċeri fl- istonku ulċeri, qrusa fl-istonku, u mard tar-rifluss tal-aċidu)

dexamethasone (kortikosterojd li jintuża għal kura ta’ infjammazzjoni u biex irażżan is- sistema immuni) meta jittieħed mill-ħalq jew jiġi injettat (ħlief bħala trattament b'doża waħda)

prodotti li fihom St. John’s wort (Hypericum perforatum) (rimedju li ġej mill-ħxejjex li jintuża għad-dipressjoni u l-ansjetà)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Għandek tibqa’ taħt il-kura tat-tabib tiegħek waqt li tkun qed tieħu Eviplera.

Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tkun qiegħed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jonqos b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tipprevjeni li tinfetta persuni oħra. Din il-mediċina mhijiex kura għal infezzjoni bl-HIV. Waqt li tkun qed tieħu Eviplera, xorta tista’ tiżviluppa infezzjonijiet jew mard ieħor assoċjat ma’ infezzjoni bl-HIV.

Għid lit-tabib tiegħek jekk kellek mard tal-kliewi, jew jekk it-testijiet urew li hemm problemi fil-kliewi tiegħek. Eviplera tista’ taffettwa l-kliewi tiegħek. Qabel jew waqt t-trattament, it-tabib tiegħek jista’ jordna testijiet tad-demm biex ikejjel il-funzjoni tal-kliewi. Eviplera mhuwiex rakkomandat jekk għandek mard minn moderat sa sever tal-kliewi.

Eviplera normalment ma titteħidx ma’ mediċini oħra li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kliewi tiegħek (ara Mediċini oħra u Eviplera). Jekk dan ma jkunx jista’ jiġi evitat, it-tabib tiegħek ser jimmonitorja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek darba f’ġimgħa.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek storja medika ta’ mard tal-fwied, li jinkludi l-epatite. Pazjenti bl-HIV, b’mard fil-fwied (li jinkludi epatite kronika B jew Ċ, li huma kkurati bl-antitretrovirali, għandhom riskju ogħla ta’ kumplikazzjonijiet severi tal-fwied, u li potenzjalment jistgħu jkunu fatali. Jekk għandek infezzjoni tal-epatite B, it-tabib tiegħek se jikkunsidra b’attenzjoni l-aħjar kors ta’ kura għalik. Tnejn mis-sustanzi attivi f’Eviplera (tenofovir disoproxil u emtricitabine) juru xi attività kontra l-virus tal-epatite B. Jekk għandek storja medika ta’ mard tal-fwied, jew infezzjoni kronika bl-epatite B, it-tabib tiegħek jista’ jagħmillek testijiet tad-demm biex jimmonitorja l-funzjoni tal-fwied.

Jekk għandek infezzjoni bl-epatite B, il-problemi tal-fwied jistgħu jaggravaw wara li tieqaf tieħu Eviplera. Hu importanti li ma tiqafx tieħu Eviplera mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek: ara sezzjoni 3, Tiqafx tieħu Eviplera.

Għid lit-tabib tiegħek minnufih u tkomplix tieħu Eviplera jekk tiżviluppa raxx tal-ġilda bis-sintomi li ġejjin: deni, infafet, ħmura f’għajnejk u nefħa f’wiċċek, ħalqek jew f’ġismek.

Dan jista’ jsir sever jew potenzjalment jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek iktar minn 65 sena. Ma kienx hemm pazjenti biżżejjed fuq il-65 sena li ġew studjati. Jekk għandek iktar minn 65 sena u tingħata riċetta għal Eviplera, it-tabib tiegħek ser jimmonitorjat b’attenzjoni.

Waqt li tkun qed tieħu Eviplera

Ġaladarba tibda tieħu Eviplera, oqgħod attent għal:

kwalunkwe sinjali ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni

problemi fl-għadam

Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi, għid lit-tabib tiegħek immedatjament.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Eviplera

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Dawn jinkludu mediċini u mediċini li ġejjin mill-ħxejjex miksuba mingħajr riċetta.

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu xi waħda minn dawn li ġejjin:

Kwalunkwe mediċina oħra li fiha:

emtricitabine

rilpivirine

tenofovir disoproxil

tenofovir alafenamide

kwalunkwe mediċina antivirali oħra li fiha lamivudine jew adefovir dipivoxil

Eviplera jista’ jinteraġixxi ma’ mediċini oħrajn. B’riżultat ta’ dan, l-ammonti ta’ Eviplera jew ta’ mediċini oħrajn fid-demm tiegħek jistgħu jiġu affettwati. Dan jista’ jwaqqaf il-mediċini tiegħek milli jaħdmu kif suppost, jew jista’ jaggrava kwalunkwe effetti sekondarji. F’xi każijiet, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jaġġusta d-doża tiegħek jew jiċċekkja l-livelli tad-demm tiegħek.

Mediċini li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kliewi tiegħek, eżempji jinkludu:

aminoglycosides (bħal streptomycin, neomycin u gentamicin), vancomycin (għal infezzjonijiet batterjali)

foscarnet, ganciclovir, cidofovir (għal infezzjonijiet virali)

amphotericin B, pentamidine (għal infezzjonijiet fungali)

interleukin-2 imsejjaħ ukoll aldesleukin (għal kura tal-kanċer)

mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs, għas-serħan mill-uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli)

Mediċini li fihom didanosine (għall-infezzjoni bl-HIV): Li tieħu Eviplera ma’ mediċini antivirali oħra li fihom didanosine jista’ jgħolli l-livelli ta’ didanosine fid-demm tiegħek u jista’ jnaqqas l-għadd taċ-ċelluli CD4 tiegħek. Infjammazzjoni tal-frixa u aċidożi lattika (ammont żejjed ta’ aċidu lattiku fid-demm), li xi kultant tikkawża l-mewt, kienu rrappurtati meta mediċini li fihom tenofovir disoproxil fumarate u didanosine, ittieħdu flimkien. It-tabib tiegħek ikollu jikkunsidra attentament jekk jagħtikx trattament b’mediċini oħrajn li jintużaw għal kura ta’ infezzjoni bl-HIV (ara Mediċini oħrajn li jintużaw għal infezzjoni bl-HIV).

Mediċini oħrajn li jintużaw għal infezzjoni bl-HIV: Non-inibituri ta’ nucleoside reverse transcriptase (NNRTIs). Eviplera fih NNRTI (rilpivirine) u għalhekk Eviplera m’għandux jiġi kkombinat ma’ mediċini oħrajn ta’ dan it-tip. It-tabib tiegħek ser jiddiskuti mediċina differenti jekk ikun hemm bżonn.

Rifabutin, mediċina għal kura ta’ xi infezzjonijiet batterjali. Din il-mediċina tista’ tnaqqas l- ammont ta’ rilpivirine (komponent ta’ Eviplera) fid-demm tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jagħtik doża addizzjonali ta’ rilpivirine biex jikkura l-infezzjoni bl-HIV tiegħek (ara sezzjoni 3 Kif għandek tieħu Eviplera).

Antibijotiċi użati għall-kura ta’ infezzjonijiet batteriċi, inkluża t-tuberkulożi, li fihom:

clarithromycin

erythromycin

Dawn il-mediċini jistgħu jżidu l-ammont ta' rilpivirine (komponent ta’ Eviplera) fid-demm tiegħek. It-tabib tiegħek jista' jkollu bżonn ibiddel id-doża tal-antibijotiku jew jagħtik antibijotiku differenti.

Mediċini għall-ulċeri fl-istonku, qrusa fl-istonku jew rifluss tal-aċidu bħal:

antaċidi (aluminium/magnesium hydroxide jew calcium carbonate)

antagonisti ta’ H2 (famotidine, cimetidine, nizatidine jew ranitidine)

Dawn il-mediċini jistgħu jnaqqsu ammont ta’ rilpivirine (komponent ta’ Eviplera) fid-demm tiegħek. Jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini, it-tabib tiegħek jew ser jagħtik mediċina differenti għall-ulċeri fl-istonku, qrusa fl-istonku jew rifluss tal-aċidu, jew jirrakkomanda kif u meta għandek tieħu dik il-mediċina.

Jekk qed tieħu antaċidu (bħal mediċini li jkun fihom magnesium jew potassium), ħudu mill- inqas sagħtejn qabel jew mill-inqas 4 sigħat wara Eviplera (ara sezzjoni 3 Kif għandek tieħu Eviplera).

Jekk qed tieħu antagonist ta’ H2 (jintuża wkoll għall-kura ta’ aċidu fl-istonku aċidu jew il- marda tar-rifluss tal-aċidu), ħudu mill-inqas 12-il siegħa qabel jew mill-inqas 4 sigħat wara

Eviplera. Antagonisti ta’ H2 jistgħu jittieħdu biss darba kuljum jekk tieħu Eviplera. Antagonisti ta’ H2 m’għandhomx jittieħdu f’kors fejn il-mediċina tittieħed darbtejn kuljum. Kellem lit-tabib tiegħek dwar kors alternattivi (ara sezzjoni 3 Kif għandek tieħu Eviplera).

Methadone, mediċina li tintuża biex tikkura d-dipenza fuq l-opiate, għax it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tiegħek ta’ methadone.

Dabigatran etexilate, mediċina li tintuża għal kura ta’ kundizzjonijiet tal-qalb, għax it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jimmonitorja l-livelli ta’ din il-mediċina fid-demm tiegħek.

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini. Twaqqafx it-trattament tiegħek mingħajr ma tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Tqala u treddigħ

Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

In-nisa m’għandhomx joħorġu tqal waqt li jkunu qed jieħdu Eviplera.

Uża kontraċezzjoni effettiva waqt li tkun qed tieħu Eviplera.

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk toħroġ tqila. Nisa tqal m’għandhomx jieħdu Eviplera ħlief jekk inti u t-tabib tiegħek tiddeċiedu li hu meħtieġ b’mod ċar. It-tabib tiegħek ser jiddiskuti miegħek il-benefiċċji u r-riskji potenzjali li tieħu Eviplera lilek u lit-tarbija tiegħek.

Jekk ħadt Eviplera waqt it-tqala, it-tabib jista’ jagħmillek testijiet regolari tad-demm u testijiet dijanjostiċi oħra biex jimmonitorja l-iżvilupp tat-tarbija tiegħek. Fi tfal li ommhom ħadet NRTIs waqt it-tqala, il-benefiċċju mill-protezzjoni kontra l-HIV kien ikbar mir-riskju ta’ l-effetti sekondarji.

M’għandekx tredda’ matul il-kura b’Eviplera:

Dan għaliex is-sustanzi attivi f’din il-mediċina jgħaddu ġol-ħalib tas-sider uman.

Jekk inti mara li għandek l-HIV hu rakkomandat li ma treddax, biex tevita li tgħaddi l-virus lit- tarbija mill-ħalib tas-sider.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

M’għandekx issuq jew tuża magni jekk tħossok għajjien, bi ngħas jew stordut wara li tieħu l-mediċina tiegħek.

Eviplera fih lactose u sunset yellow aluminium lake (E110)

Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek intolleranza għal lactose jew intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor. Eviplera fih lactose monohydrate. Jekk għandek intolleranza għal lactose, jew jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek allerġija għal sunset yellow aluminium lake (E110).

Eviplera fih sunset yellow aluminium lake, imsejjaħ ukoll “E110”, li jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi.

3.Kif għandek tieħu Eviplera

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża li s-soltu tingħata hi ta’ pillola waħda li tittieħed kuljum mill-ħalq. Il-pillola trid tittieħed mal-ikel. Dan hu importanti biex tikseb il-livelli korretti ta' sustanza attiva fil-ġisem tiegħek. Xarba nutrittiva waħidha ma tissostitwix l-ikel.

Ibla’ l-pillola sħiħa mal-ilma.

M’għandekx tomgħod, tgħaffeġ jew taqsam il-pillola – jekk tagħmel hekk, dan jista’ jaffettwa l- mod li bih il-mediċina tintreħa ġo ġismek.

Jekk it-tabib tiegħek jiddeċiedi li jwaqqaf wieħed mill-komponenti ta’ Eviplera jew li jibdel id-doża ta’ Eviplera, inti tista’ tingħata emtricitabine, rilpivirine u/jew tenofovir disoproxil separatament jew ma’ mediċini oħra għat-trattament ta’ infezzjoni bl-HIV.

Jekk qed tieħu antaċidu bħal mediċini li jkun fihom magnesium jew potassium. Ħudu mill-inqas sagħtejn qabel jew mill-inqas 4 sigħat wara Eviplera.

Jekk qed tieħu antagonist ta’ H2 bħal famotidine, cimetidine, nizatidine jew ranitidine. Ħudu mill- inqas 12-il siegħa qabel jew mill-inqas 4 sigħat wara Eviplera. Antagonisti ta’ H2 jistgħu jittieħdu biss darba kuljum jekk tieħu Eviplera. Antagonisti ta’ H2 m’għandhomx jittieħdu darbtejn kuljum. Kellem lit-tabib tiegħek dwar kors alternattiv.

Jekk qed tieħu rifabutin. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jagħtik doża addizzjonali ta’ rilpivirine. Ħu l-pillola ta’ rilpivirine fl-istess ħin meta tieħu Eviplera. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Jekk tieħu Eviplera aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment tieħu iktar mid-doża rakkomandata ta’ Eviplera, tista' tkun f'riskju akbar li jkollok effetti sekondarji b'din il-mediċina (ara sezzjoni 4 Effetti sekondarji possibbli).

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew l-eqreb dipartiment ta’ l-emerġenza immedjatament għal parir. Żomm il-flixkun tal-pilloli miegħek ħalli tkun tista’ faċilment tiddeskrivi dak li tkun ħadt.

Jekk tinsa tieħu Eviplera

Huwa importanti li ma tinsa tieħu ebda doża ta’ Eviplera.

Jekk tinsa tieħu doża:

Jekk tinnota fi żmien 12-il siegħa mill-ħin li fih s-soltu normalment tieħu Eviplera, trid tieħu l-pillola malajr kemm jista’ jkun. Dejjem ħu l-pillola mal-ikel. Imbagħad ħu d-doża li jkun imissek tieħu bħas-soltu.

Jekk tinnota wara 12-il siegħa jew aktar mill-ħin li fih normalment tieħu Eviplera, allura tiħux id-doża li tkun insejt tieħu. Stenna u ħu d-doża li jkun jmiss, mal-ikel, fil-ħin li s-soltu teħodha.

Jekk tirremetti inqas minn 4 sigħat wara li tkun ħadt Eviplera, ħu pillola oħra mal-ikel. Jekk tirremetti iktar minn 4 sigħat wara li tkun ħadt Eviplera m’hemmx bżonn li tieħu pillola oħra sakemm jasal il-ħin għad-doża skedata normali tiegħek.

Tiqafx tieħu Eviplera

Tiqafx tieħu Eviplera mingħajr ma titkellem mat-tabib tiegħek. Li tieqaf tieħu Eviplera jista’ jaffettwa serjament ir-rispons tiegħek għal kura futura. Jekk Eviplera jitwaqqaf għal kwalunkwe raġuni, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tibda tieħu l-pilloli Eviplera mill-ġdid. It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li jagħtik il-komponenti ta’ Eviplera separatament jekk ikollok il-problemi jew jekk ikun hemm bżonn li d-doża tiegħek tiġi aġġustata.

Meta l-provvista tal-pilloli Eviplera tiegħek tibda tonqos, ikseb aktar pilloli mingħand it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dan hu importanti ħafna għax l-ammont ta’ virus jista’ jibda jiżdied jekk il-mediċina titwaqqaf imqar għal żmien qasir. Il-virus imbagħad issir aktar diffiċli biex jiġi kkurat.

Jekk għandek infezzjoni ta’ l-HIV u tal-epatite B, hu partikularment importanti li ma twaqqafx it- trattament tiegħek b’Eviplera mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek qabel. Xi pazjenti kellhom testijiet tad-demm jew sintomi li indikaw li l-epatite tagħhom marret għall-agħar wara li waqfu emtricitabine jew tenofovir disoproxil fumarate (tnejn mit-tliet sustanzi attivi ta’ Eviplera). Jekk Eviplera jitwaqqaf, it-tabib tiegħek jista’ jirrakkomanda li tkompli bil-kura tiegħek tal-epatite B. Jista’ jkollok bżonn li jsirulek testijiet tad-demm biex tiċċekkja kif il-fwied tiegħek qed jaħdem għal 4 xhur wara li twaqqaf it-trattament. F’xi pazjenti b’mard avvanzat tal-fwied jew ċirrożi, it-twaqqif tat-trattament mhuwiex rakkomandat, għax dan jista’ jwassal li l-epatite tiegħek tmur għall-agħar, li jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja.

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament dwar sintomi ġodda jew mhux tas-soltu wara li twaqqaf it-trattament, b’mod partikulari dawk is-sintomi li normalment inti tassoċja ma’ l-epatite B.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqst lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji possibbli: għid lil tabib immedjatament

Aċidożi lattika (ammont żejjed ta’ lactic acid fid-demm) hi effett sekondarju rari ta’ xi mediċini kontra l-HIV, iżda li potenzjalment jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja. L-aċidożi lattika sseħħ iżjed ta’ spiss fin-nisa – partikularment jekk ikunu ħoxnin, u f’nies b’mard tal-fwied. Dawn li ġejjin jistgħu jkunu sinjali ta’ aċidożi lattika:

Nifs qawwi u mgħaġel

Għeja jew ngħas

Tħossok imdardar (nawseja), tirremetti (rimettar)

Uġigħ fl-istonku

Jekk taħseb li jista’ jkollok l-aċidożi lattika, għid lit-tabib tiegħek immedjatament.

Kwalunkwe sinjali ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni. F’xi pazjenti b’infezzjoni avvanzata tal-HIV

(AIDS) u bi storja medika ta’ infezzjonijiet opportunistiċi (infezzjonijiet li jseħħu f’nies b’sistema immuni dgħajfa), sinjali u sintomi ta’ infjammazzjoni minn infezzjonijiet fil-passat jistgħu jseħħu dritt wara li tinbeda l-kura kontra l-HIV. Hu maħsub li dawn is-sintomi jseħħu minħabba titjib fir-rispons tas-sistema immuni tal-ġisem, li tippermetti lil ġisem biex jiġġieled infezzjonijiet li setgħu kienu preżenti mingħajr l-ebda sintomi ovvji.

Flimkien mal-infezzjonijiet opportunistiċi, disturbi awtoimmuni (kundizzjoni li sseħħ meta s-sistema immuni tattakka tessut b’saħħtu tal-ġisem) jistgħu jseħħu wkoll wara li tibda tieħu mediċini għall-kura tal-infezzjoni tiegħek bl-HIV. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu ħafna xhur wara l-bidu tal-kura. Jekk tinnota kwalunkwe sintomu ta’ infezzjoni jew sintomi oħrajn bħal dgħufija fil-muskoli, dgħufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn u li tinfirex ’il fuq lejn il-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek immedjatament biex tfittex il-kura meħtieġa.

Jekk tinnota kwalunkwe sintomi ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni, għid lit-tabib tiegħek immedjatament.

Effetti sekondarji komuni ħafna

(jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10 persuni)

Dijarea, tkun imdardar (tirremetti), tħossok imdardar (nawseja)

Diffikultà biex torqod (insomnja)

Sturdament, uġigħ ta’ ras

Raxx

Tħossok dgħajjef

It-testijiet jistgħu juru wkoll:

Tnaqqis fil-livelli tal-phosphate fid-demm

Żieda fil-livelli ta’ creatine kinase fid-demm li tista’ tirriżulta f’uġigħ tal-muskoli u dgħufija

Żieda fil-livelli ta’ kolesterol u/jew amylase pankreatika fid-demm

Żieda fil-livelli ta’ enzimi tal-fwied fid-demm

Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jsir serju, għid lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10 persuni)

Nuqqas ta’ aptit

Dipressjoni u burdata ta’ dwejjaq

Għeja, tħossok bi ngħas (sonnolenza)

Ngħas

Uġigħ, uġigħ jew skonfort fl-istonku, tħossok minfuħ, ħalq xott

Ħolm mhux normali, disturbi fl-irqad

Problemi bid-diġestjoni li jwasslu għal skonfort wara l-ikel, tħossok minfuħ, gass (uġigħ ta’ gass fl-istonku)

Raxx (fosthom tikek ħomor jew dabriet xi kultant bl-infafet u nefħa tal-ġilda), li jistgħu jkunu reazzjonijiet allerġiċi, ħakk, tibdil fil-kulur tal-ġilda li jinkludi l-iskurament fi dbabar tal-ġilda

Reazzjonijiet allerġiċi oħrajn, bħal tħarħir, nefħa jew ikollok il-mejt

It-testijiet jistgħu juru wkoll:

Għadd baxx ta’ ċelluli tad-demm bojod (tnaqqis fl-għadd taċ-ċelluli bojod tad-demm jista’ jagħmlek iktar suxxettibbli għall-infezzjoni)

Għadd baxx ta’ plejtlits (tip ta’ ċelluli tad-demm involuti fl-għaqid tad-demm)

Tnaqqis fl-emoglobina fid-demm tiegħek (għadd baxx ta’ ċelluli tad-demm ħomor)

Żieda ta’ aċidi li jkun fihom ix-xaħam (triglycerides), bilirubina jew zokkor fid-demm

Problemi fil-frixa

Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jsir serju, għid lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji mhux komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100 persuna)

Anemija (għadd baxx ta’ ċelluli tad-demm ħomor)

Uġigħ fl-addome (żaqq) ikkawżat minn infjammazzjoni tal-frixa

Kollass tal-muskoli, uġigħ jew dgħufija fil-muskoli

Nefħa tal-wiċċ, xufftejn, ilsien jew gerżuma

Sinjali jew sintomi ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni

Reazzjonijiet severi tal-ġilda li jinkludu raxx akkumpanjat minn deni, nefħa u problemi tal- fwied

Ħsara liċ-ċelluli tubulari tal-kliewi

It-testijiet jistgħu juru wkoll:

Tnaqqis fil-livell ta’ potassium fid-demm

Żidiet fil-livell ta’ krejatinina fid-demm

Tibdel fl-awrina

Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jsir serju, għid lit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji rari

(jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000 persuna)

Aċidożi lattika (ara Effetti sekondarji possibbli: għid lil tabib immedjatament)

Uġigħ fid-dahar ikkawżat minn problemi fil-kliewi, li jinkludu kollass tal-kliewi. It-tabib tiegħek jista’ jordna testijiet tad-demm biex jara jekk il-kliewi tiegħek humiex jaħdmu kif suppost.

Fwied li jkun fih ix-xaħam

Ġilda jew għajnejn sofor, ħakk, jew uġigħ fl-addome (żaqq), ikkawżati minn infjammazzjoni tal-fwied

Infjammazzjoni tal-kliewi, tagħmel ħafna awrina u tħossok bil-għatx

Irtubija ta’ l-għadam (b’uġigħ fl-għadam u li xi kultant jirriżulta fi ksur)

Il-kollass ta’ muskolu, it-trattib tal-għadam (b’uġigħ tal-għadam u li xi kultant jirriżulta fi ksur), uġigħ fil-muskoli, dgħufija muskolari u tnaqqis fil-potassju jew fosfat fid-demm jistgħu jseħħu minħabba ħsara liċ-ċelluli tubulari tal-kliewi.

Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jsir serju, għid lit-tabib tiegħek.

Effetti oħra li jistgħu jiġu osservati matul il-kura kontra l-HIV

Il-frekwenza tal-effetti sekondarji li ġejjin mhijiex magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Problemi fl-għadam. Xi pazjenti li jkunu qed jieħdu mediċini antiretrovirali kombinati bħal Eviplera jistgħu jiżviluppaw marda tal-għadam li tissejjaħ osteonekrosi (mewt ta’ tessut tal- għadam ikkawżata minn telf tal-provvista tad-demm lill-għadma). Li tieħu dan it-tip ta’ mediċina għal żmien twil, li tieħu l-kortikosterojdi, tixrob l-alkoħol, li jkollok sistema immuni dgħajfa ħafna, u li jkollok piż żejjed, jistgħu jkunu xi ftit mill-ħafna fatturi ta’ riskju li tiżviluppa din il-marda. Is-sinjali ta’ osteonekrosi huma:

Ebusija fil-ġogi

Dulur u wġigħ (speċjalment tal-ġenbejn, l-irkopptejn u tal-ispallejn)

Diffikultà biex tiċċaqlaq

Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi, għid lit-tabib tiegħek.

Matul it-terapija kontra l-HIV, jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli tal-lipidi u tal-glucose fid- demm. Dan hu parzjalment marbut ma’ saħħa li terġa’ lura għan-normal u l-istil tal-ħajja, u fil-każ tal- lipidi fid-demm, xi kultant mal-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek se jittestjak għal dawn it-tibdiliet.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar

tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan

il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Eviplera

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kaxxa wara {JIS}. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Żomm il-flixkun magħluq sewwa.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Eviplera

Is-sustanzi attivi huma emtricitabine, rilpivirine u tenofovir disoproxil. Kull pillola miksija b’rita Eviplera fiha 200 mg ta’ emtricitabine, 25 mg ta’ rilpivirine (bħala hydrochloride) u

245 mg ta’ tenofovir disoproxil (bħala fumarate).

Is-sustanzi l-oħra huma:

Il-qalba tal-pillola:

Microcrystalline cellulose, lactose monohydrate, povidone, pregelatinised maize starch, polysorbate 20, croscarmellose sodium, u magnesium stearate.

Kisja tar-rita:

Hypromellose, indigo carmine aluminium lake, lactose monohydrate, polyethylene glycol, red iron oxide, sunset yellow aluminium lake (E110), titanium dioxide, u triacetin.

Kif jidher Eviplera u l-kontenut tal-pakkett

Eviplera hi pillola miksija b’rita, ta’ lewn jagħti fil-vjola-roża, b’forma ta’ kapsula, imnaqqxa b’“GSI” fuq naħa waħda u xejn fuq in-naħa l-oħra. Eviplera jiġi fi fliexken ta’ 30 pillola u f’pakketti li jikkonsistu minn sa 3 fliexken, li kull wieħed ikun fih 30 pillola. Kull flixkun fih ġel dessikant tas- silika li jrid jinżamm ġol-flixkun biex jgħin ħalli jipproteġi l-pilloli tiegħek. Il-ġel dessikant tas-silika jinsab f’qartas jew kontenitur separat u m’għandux jinbela’.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Gilead Sciences International Ltd

Cambridge

CB21 6GT

Ir-Renju Unit

Manifattur

Gilead Sciences Ireland UC

IDA Business & Technology Park

Carrigtohill

County Cork

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Gilead Sciences Belgium SPRL-BVBA

Gilead Sciences Sweden AB

Tél/Tel: + 32 (0) 24 01 35 50

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

България

Luxembourg/Luxemburg

Gilead Sciences International Ltd.

Gilead Sciences Belgium SPRL-BVBA

Тел.: + 44 (0) 20 7136 8820

Tél/Tel: + 32 (0) 24 01 35 50

Česká republika

Magyarország

Gilead Sciences s.r.o.

Gilead Sciences International Ltd.

Tel: + 420 (0) 910 871 986

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Danmark

Malta

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences International Ltd.

Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Deutschland

Nederland

Gilead Sciences GmbH

Gilead Sciences Netherlands B.V.

Tel: + 31 (0) 20 718 36 98

Eesti

Norge

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences Sweden AB

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849

Ελλάδα

Österreich

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ.

Gilead Sciences GesmbH

Τηλ: + 30 (0) 210 8930 100

Tel: + 43 (0) 1 260 830

España

Polska

Gilead Sciences, S.L.

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o.

Tel: + 34 (0) 91 378 98 30

Tel: +48 (0) 22 262 8702

France

Portugal

Gilead Sciences

Gilead Sciences, Lda.

Tél: + 33 (0) 1 46 09 41 00

Tel: + 351 (0) 21 7928790

Hrvatska

România

Gilead Sciences International Ltd.

Gilead Sciences International Ltd.

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Ireland

Slovenija

Gilead Sciences Ltd.

Gilead Sciences International Ltd.

Tel: + 353 (0) 214 825 999

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Ísland

Slovenská republika

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences Slovakia s.r.o.

Sími: + 46 (0) 8 5057 1849

Tel: + 421 (0) 232 121 210

Italia

Suomi/Finland

Gilead Sciences S.r.l.

Gilead Sciences Sweden AB

Tel: + 39 (0) 02 439201

Puh/Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Κύπρος

Sverige

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ.

Gilead Sciences Sweden AB

Τηλ: + 30 (0) 210 8930 100

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Latvija

United Kingdom

Gilead Sciences Sweden AB

Gilead Sciences Ltd.

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Tel: + 44 (0) 8000 113 700

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ .

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati