Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Evista (raloxifene hydrochloride) – Fuljett ta’ tagħrif - G03XC01

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaEvista
Kodiċi ATCG03XC01
Sustanzaraloxifene hydrochloride
ManifatturDaiichi Sankyo Europe GmbH

Evista 60 mg pilloli miksija b’rita raloxifene hydrochloride

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Evista u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Evista

3.Kif għandek tieħu Evista

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Evista

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Evista u gћalxiex jintuża

Evista fiha is-sustanza attiva raloxifene hydrochloride.

Evista tintuża biex tikkura u tipprevjeni l-osteoporożi fin-nisa wara l-menopawsa. Evista tnaqqas ir- riskju ta’ ksur tal-vertebri fin-nisa bl-osteoporożi wara l-menopawsa. Ma ntweriex tnaqqis fir-riskju ta’ ksur tal-għadam tal-ġenbejn.

Kif taħdem Evista

Evista tagħmel parti minn grupp ta’ mediċini mhux ormonali msejħa Modulaturi Selettivi għar- Riċetturi ta’ l-Estroġenu (SERMs). Meta mara tasal għall-menopawsa, il-livell ta’ l-ormon sesswali tal-mara, l-estroġenu, jinżel. Evista jimita ftit minn dawn l-effetti ta’ benfiċċju ta’ l-estroġenu wara l- menopawsa.

L-opsteoporożi hija marda fejn l-għadam jirqaq u jiddgħajjef – din il-marda hija speċjalment komuni fin-nisa wara l-menopawsa. Għalkemm tista’ ma tikkaġunax ebda sintomi għall-ewwel, l-osteoporożi twassal biex għadmek jinkiser faċilment, speċjalment fis-sinsla tad-dahar, il-ġenbejn, u l-polzijiet, u jista’ jikkawża uġigħ fid-dahar, taqsir mit-tul u dahar mgħawweġ.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Evista

Tieħux Evista:

Jekk qed tiġi kkurata jew kont ikkurata għal tagħqid tad-demm fis-saqajn (trombożi tal-vini fil- fond), fil-pulmun (emboliżmu pulmonari) jew fl-għajnejn (trombożi tal-vina tar-retina).

Jekk int allerġiku (tbati minn sensittività eċċessiva) għal raloxifene jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Jekk għad hemm il-possibbiltà li toħroġ tqila, Evista tista’ tagħmel ħsara lit-tarbija li għad trid titwieled.

Jekk għandek mard tal-fwied (eżempji ta’ mard tal-fwied huma ċirrożi, indeboliment ħafif tal- fwied jew is-suffejra kolestatika).

Jekk għandek problemi serji fil-kliewi.

Jekk għandek ħruġ ta’ demm mill-vaġina mingħajr spjegazzjoni. Din għandha tkun investigata mit-tabib tiegħek.

Jekk għandek kanċer attiv ta’ l-utru għax għad m’hemmx esperjenza biżżejjed fl-użu ta’ Evista fin-nisa li għandhom din il-marda.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Evista.

Jekk int immobiliżżata għal xi żmien bħal meta tkun qiegħda f’siġġu tar-roti, jew qed tistenna biex tidħol l-isptar jew trid toqgħod fis-sodda biex tirkupra wara operazzjoni jew xi marda mhix mistennija għax dawn jistgħu jżidu r-riskju li jkollok xi tgħaqqid tad-demm (trombożi tal-vini fil-fond, emboliżmu pulmonari jew trombożi fil-vini tal-għajnejn).

Jekk kellek xi inċident ċerebrovaskulari (eż.puplesija), jew jekk it-tabib qallek li hemm riskju għoli li jkollok xi inċident ċerebrovaskulari.

Jekk għandek mard fil-fwied.

Jekk inti qed tbati minn kanċer tas-sider, għax m’hemmx esperjenza biżżejjed fuq l-użu ta’ l- Evista fin-nisa b’din il-marda.

Jekk qiegħda tirċievi terapija ta’ estroġeni orali.

Mhux probabbli li Evista tikkawża l-ħruġ tad-demm mill-vaġina. Għalhekk, jekk hemm xi demm ġej mill-vaġina waqt li qed tieħu Evista dan mhux mistenni. Għandek tkun investigata mit-tabib tiegħek.

Evista ma tneħħilekx is-sintomi li jitfaċċaw wara l-menopawsa, bħall-fwawar.

Evista tbaxxilek il-livell totali tal-kolesterol u tal- kolesterol LDL (dak li hu ‘ħażin’). Bħala regola ġenerali m’għandhiex effett fuq it-trigliċeridi jew il- kolesterol HDL (dak li hu ‘tajjeb’). Madankollu, jekk kont tieħu l-estroġenu fil-passat u kellek livelli għoljin ħafna ta’ trigliċeridi, għandek tkellem lit- tabib tiegħek qabel tieħu Evista.

Evista fiha l-lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek xi intollerenza għall-lattosju, tip ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.

Mediċini oħra u Evista

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħda tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Jekk qiegħda tieħu xi mediċini għall-qalb li fihom id-diġitalis jew qiegħda tieħu xi antikoagulanti bħal warfarin biex traqaq id-demm, hemm il-possibilità li t-tabib tiegħek ikollu bżonn jagħmel xi tibdil żgħir fid-doża ta’ dawn il-mediċini.

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħda tieħu cholestyramine, mediċina li tintuża l-iżjed biex tbaxxi l- livelli tax-xaħam fid-demm għax Evista tista’ ma taħdimx sew.

Tqala u Treddigħ

Evista hija biss għall-użu minn nisa wara l-menopawsa u m’għandhiex tittieħed minn nisa li għad jista’ jkollhom tarbija. Evista tista’ tagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek li għad trid titwieled.

Tieħux Evista jekk inti qed tredda’ għax tista’ toħroġ fil-ħalib tas-sider.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Evista m’għandha ebda effett jew għandha effett negliġibbli fuq is-sewqan jew it-tħaddim ta’ magni.

3.Kif gћandek tieћu Evista

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża hija pillola waħda kuljum. Ma tagħmilx differenza f’liema ħin tal-ġurnata tieħu l-pillola tiegħek, iżda jekk tieħu l-pillola fl-istess ħin kuljum, dan jgħin biex tiftakar teħodha.Tista’ teħodha mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Il-pilloli huma għall-użu orali.

Ibla’ l-pillola sħiħa. Jekk trid, tista’ tniżżilha b’tazza ilma. M’għandekx tkisser jew tfarrak il-pillola qabel ma teħodha. Pillola miksura jew mfarrka tista’ tintiegħem hażin u hemm il-possibbiltà li ma tirċivix doża korretta.

It-tabib tiegħek sejjer jgħidlek għal kemm żmien għandek tieħu Evista. It-tabib għandu mnejn jagħtik parir biex tieħu supplimenti tal-calcium u tal-vitamina D.

Jekk tieħu Evista aktar milli suppost

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Jekk tieħu aktar Evista milli suppost, jista’ jkollok bugħawwiġijiet f’riġlejk u sturdament.

Jekk tinsa tieħu Evista

Ħu l-pillola hekk kif tiftakar, imbagħad kompli bħas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Evista

Għandek tkellem l-ewwel lit-tabib tiegħek. Hu importanti ħafna li tibqa’ tieħu Evista sakemm ikun ordnalek it-tabib. Evista tista’ biss tikkuralek jew tipprevenilek l-osteoporożi jekk tkompli tieħu l- pilloli.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd. Il-maġġoranza ta’ l-effetti sekondarji li dehru b’Evista kienu ħfief.

L-aktar effetti sekondarji komuni (jaffettwaw aktar minn pazjent 1 minn kull 10) huma:

Fwawar (vażodilatazzjoni)

Sindromu tal-influwenza

Sintomi gastro-intestinali bħal tqalligħ, rimettar, uġigħ addominali u stonku mqalleb

Żieda fil-pressjoni tad-demm

Effetti sekondarji komuni (jaffettwaw minn 1 sa 10 pazjenti minn kull 100) huma:

Uġigħ ta’ ras inkluża l-emikranja

Bugħawwiġijiet fir-riġlejn

Nefħa ta’ l-idejn, tas-saqajn u tar-riġlejn (edima periferali)

Ġebel fil-marrara

Raxx

Sintomi ħfief fis-sider bħal uġigħ, żieda fid-daqs u fis-sensittività

Effetti sekondarji mhux komuni ( jaffettwaw minn 1 sa 10 pazjenti minn kull 1000) huma:

Riskju ogħla ta’ koaguli tad-demm fir-riġlejn ( trombożi tal-vini fil-fond)

Riskju ogħla ta’ koaguli tad-demm fil-pulmuni ( emboliżmu pulmonari)

Riskju ogħla ta’ koaguli tad-demm fl-għajnejn (trombożi fil-vina tar-retina)

Il-ġilda madwar vina tkun ħamra u tuġa’ (tromboflebite tal-vini superfiċjali)

Formazzjoni ta’ embolu f’xi arterja ( per eżempju puplesija, inkluż żieda fir-riskju li tmut minn puplesija)

Tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits fid-demm

F’każijiet rari ħafna, waqt kura b’Evista jistgħu jiżdiedu l-livelli ta’ l-enzimi tal-fwied fid-demm.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

5.Kif taħżen Evista

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużahx wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-pakkett.

Aħżen fil-pakkett oriġinali. Tiffriżahx.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fiha Evista

-Is-sustanza attiva hi raloxifene hydrochloride. Kull pillola fiha 60 mg ta’ raloxifene hydrochloride li hi ekwivalenti ghal 56 mg raloxifene.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Il-Qalba tal-Pillola: Povidone, polysorbate 80, anhydrous lactose, lactose monohydrate, crospovidone, magnesium stearate

Ir-Rita tal-Pillola: Titanium dioxide (E171), polysorbate 80, hypromellose, macrogol 400, carnauba wax

L-Inkjostru: Shellac, propylene glycol, indigo carmine (E132).

Kif jidher Evista u l-kontenut tal-pakkett

Evista huma pilloli bojod, ovali, miksija b’rita u li għandhom in-numru 4165 stampat fuqhom.

Jiġu ġo folji jew fi fliexken tal-plastik. Il-kaxex tal-folji fihom 14, 28 jew 84 pilloli. Il-fliexken huma ta’ 100 pillola. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Daiichi Sankyo Europe GmbH, Zielstattstrasse 48, D-81379 Munich, Il-Ġermanja

Manifattur

-Lilly S.A., Avda. de la Industria 30, 28108 Alcobendas (Madrid), Spanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Daiichi Sankyo Belgium N.V.-S.A

Daiichi Sankyo Europe GmbH

Tél/Tel: +32-(0) 10 48 95 95

Tel: +49-(0) 89 7808 0

България

Luxembourg/Luxemburg

Daiichi Sankyo Europe GmbH

Daiichi Sankyo Belgium N.V.-S.A

Тел.: +49-(0) 89 7808 0

Tél/Tel: +32-(0) 10 48 95 95

Česká republika

Magyarország

Daiichi Sankyo Europe GmbH

Goodwill Pharma Kft.

Tel: +49-(0) 89 7808 0

Tel: +36 62 443 571

Danmark

Malta

Daiichi Sankyo Europe GmbH

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +49-(0) 89 7808 0

Tel: +356 25600 500

Deutschland

Nederland

Daiichi Sankyo Deutschland GmbH

Daiichi Sankyo Nederland B.V.

Tel: +49-(0) 89 7808 0

Tel: +31-(0) 20 4 07 20 72

Eesti

Norge

Daiichi Sankyo Europe GmbH

Daiichi Sankyo Europe GmbH

Tel: +49-(0) 89 7808 0

Tlf: +49-(0) 89 7808 0

Ελλάδα

Österreich

Φαρμασερβ-Λιλλυ Α.Ε.Β.Ε.

Daiichi Sankyo Austria GmbH

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: +43-(0) 1 485 86 42 0

España

Polska

Daiichi Sankyo España, S.A.

Daiichi Sankyo Europe GmbH

Tel: +34 91 539 99 11

Tel: +49-(0) 89 7808 0

France

Portugal

Daiichi Sankyo France S.A.S.

Daiichi Sankyo Portugal, Unip., Lda.

Tél: +33-(0) 1 55 62 14 60

Tel: +351 21 4232010

Hrvatska

România

Medis Adria d.o.o.

Terapia SA

Tel: +385-(0) 1 230 34 46

Tel: +40-(0) 26 45 01 502

Ireland

Slovenija

Daiichi Sankyo Ireland Ltd

Medis, d.o.o.

Tel: +353-(0) 1 489 3000

Tel: +386 1 589 69 00

Ísland

Slovenská republika

Daiichi Sankyo Europe GmbH

Daiichi Sankyo Europe GmbH

Simi: +49-(0) 89 7808 0

Tel: +49-(0) 89 7808 0

Italia

Suomi/Finland

Daiichi Sankyo Italia S.p.A.

Daiichi Sankyo Europe GmbH

Tel: +39-06 85 2551

Puh./Tel: +49-(0) 89 7808 0

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd.

Daiichi Sankyo Europe GmbH

Τηλ: +357 22 715000

Tel: +49-(0) 89 7808 0

Latvija

United Kingdom

Daiichi Sankyo Europe GmbH

Daiichi Sankyo UK Ltd

Tālr.: +49-(0) 89 7808 0

Tel: +44-(0) 1753 893 600

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’: xahar SSSS

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati