Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

EllaOne (ulipristal) – Fuljett ta’ tagħrif - G03AD02

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaellaOne
Kodiċi ATCG03AD02
Sustanzaulipristal
ManifatturLaboratoire HRA Pharma

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

ellaOne 30 mg pillola

Ulipristal acetate

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina, mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Dejjem ħu din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew kif qallek it-tabib, l-ispiżjar jew il- professjonist ieħor fil-kura tas-saħħa tiegħek.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Staqsi lill-ispiżjar tiegħek jekk tkun trid aktar informazzjoni jew pariri..

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem -ispiżjar, lit-tabib jew lill-professjonist ieħor fil-kura tas-saħħa tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu ellaOne u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża ellaOne

3.Kif għandek tuża ellaOne

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen ellaOne

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

-Informazzjoni utli dwar il-kontraċezzjoni

1.X’inhu ellaOne u gћalxiex jintuża

ellaOne huwa kontraċettiv emerġenza

ellaOne huwa kontraċettiv maħsub biex jevita t-tqala wara sess mhux protett jew jekk il-metodu kontraċettiv tiegħek ma jkunx ħadem. Pereżempju:

jekk għamilt sess mingħajr protezzjoni;

jekk il-kondom tiegħek jew tas-sieħeb tiegħek tqatta’, żelaq jew ħareġ, jew jekk insejt tuża wieħed;

jekk ma ħadtx il-pillola kontraċettiva tiegħek kif irrakkomandat.

Għandek tieħu ellaOne mill-aktar fis possibbli wara s-sess, u sa mhux aktar tard minn 5 ijiem wara (120 siegħa).

Dan peress li l-isperma tista’ tgħix sa 5 ijiem fil-ġisem tiegħek wara l-att sesswali.

ellaOne huwa xieraq għal kwalunkwe mara li tkun fl-età li tista’ toħroġ tqila, inkluż l-adolexxenti.

Tista’ tieħu ellaOne fi kwalunkwe mument matul iċ-ċiklu mestrwali.

ellaOne ma jaħdimx jekk inti diġà tqila.

Jekk il-mestrwazzjoni tiegħek tkun tard, teżisti l-possibbiltà li nqbadt tqila. Meta l-mestrwazzjoni tiegħek tkun tard jew meta jkollok sintomi ta’ tqala (sider tqil, tqum ma tiflaħx) għandek tikkonsulta lit-tabib jew lil professjonist ieħor fil-kura tas-saħħa qabel ma tieħu ellaOne.

Jekk ikollok sess mhux protett wara li tieħu ellaOne, dan mhux ser jevitalek milli tinqabad tqila. Is-sess mhux protett fi kwalunkwe żmien matul iċ-ċiklu tiegħek jista’ jwassal għal tqala.

ellaOne ma għandux jintuża bħala kontraċezzjoni regolari

Jekk ma għandekx metodu ta’ kontraċezzjoni regolari, kellem lit-tabib jew lill-professjonista fil-kura tas-saħħa tiegħek biex tagħżel wieħed li huwa adattat għalik.

Kif jaħdem ellaOne

ellaOne fih is-sustanza ulipristal acetate li taġixxi billi timmodifika l-attività tal-proġesteron tal-ormon naturali li huwa meħtieġ biex ikun hemm ovulazzjoni. Bħala riżultat ta’ dan, ellaOne jaħdem billi jipposponi l-ovulazzjoni. Kontraċezzjoni ta’ emerġenza mhijiex effikaċi f’kull każ. Minn 100 mara li jieħdu ellaOne madwar tnejn jinqabdu tqal.

ellaOne huwa kontraċettiv li jintuża biex jevita l-bidu ta’ tqala. Jekk diġà inti tqila, dan mhuwiex ser jinterrompi tqala eżistenti.

Il-kontraċezzjoni ta’ emerġenza ma tipproteġix minn infezzjonijiet trażmessi sesswalment.

Il-kondoms biss jistgħu jipproteġuk minn infezzjonijiet trażmessi sesswalment. ellaOne ma jipproteġikx kontra infezzjoni tal-HIV jew kwalunkwe mard ieħor trażmess sesswalment (eż. klamidja, ħerpes fil-ġenitali, felul fil-ġenitali, gonorrea, epatite B u sifilide). Itlob il-parir ta’ professjonista fil- kura tas-saħħa jekk inti mħassba dwar dan.

Hemm aktar informazzjoni dwar il-kontraċezzjoni fl-aħħar ta’ dan il-fuljett.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tuża ellaOne

Tiħux ellaOne

Jekk inti allerġika għal ulipristal acetate jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lill-ispiżjar, lit-tabib jew lil professjonist ieħor fil-kura tas-saħħa tiegħek qabel ma tieħu ellaOne

jekk il-mestrwazzjoni tiegħek hija tard jew għandek sintomi ta’ tqala (sider tqil, tqum ma tiflaħx), peress li jaf diġà inti tqila (ara sezzjoni “Tqala, treddigħ u fertilità”);

jekk tbati minn ażżma severa;

jekk tbati minn mard tal-fwied sever.

Fin-nisa kollha, il-kontraċezzjoni ta’ emerġenza għandha tittieħed malajr kemm jista’ jkun wara att sesswali mingħajr protezzjoni. Hemm xi evidenza li ellaOne jista’ jkun inqas effettiv iktar ma jkun għoli l-piż tal-ġisem jew l-indiċi tal-massa tal-ġisem (BMI), iżda din id-dejta kienet limitata u inkonklużiva. Għalhekk, ellaOne xorta huwa rakkomandat għan-nisa kollha, indipendentement mill- piż jew il-BMI tagħhom.

Huwa rakkomandat li tkellem lil professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa jekk għandek xi tħassib fuq xi problema marbuta mat-teħid ta’ kontraċezzjoni ta’ emerġenza.

Jekk tinqabad tqila minkejja li tieħu ellaOne, huwa importanti li tkellem lit-tabib tiegħek. Ara sezzjoni “Tqala, treddigħ u fertilità” għal aktar informazzjoni.

Kontraċettivi oħra u ellaOne

ellaOne jista’ jkun kontraċettiv ormonali regolari, bħal pilloli u garżi, temporanjament inqas effikaċi. Jekk fil-preżent qiegħda tieħu kontraċezzjoni ormonali, ibqa’ użaha bħas-soltu wara li tieħu ellaOne, imma agħmel ċert li tuża l-kondoms kull meta tagħmel is-sess sal-mestrwazzjoni li jmiss tiegħek.

Tużax ellaOne flimkien ma’ pillola kontraċettiva ta’ emerġenza oħra li fiha levonorgestrel. Jekk teħodhom it-tnejn f’daqqa, jaf tagħmel ellaOne inqas effikaċi.

Mediċini oħra u ellaOne

Għid lill-ispiżjar, lit-tabib jew lil professjonist ieħor fil-kura tas-saħħa tiegħek jekk qiegħda tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħrajn, inkluż mediċini miksubin mingħajr riċetta ta’ tabib jew mediċini erbali.

Xi mediċini jistgħu jipprevjenu lil ellaOne milli jaħdem b’mod effettiv. Jekk użajt xi waħda mill- mediċini elenkati hawn isfel tul l-aħħar 4 ġimgħat ellaOne jaf ikun inqas adatt għalik. It-tabib tiegħek jaf joħroġlok ir-riċetta għal tip ieħor ta’ kontraċettiv (mhux ormonali) ta’ emerġenza, jiġifieri apparat tar-ram fil-ġuf (Cu-IUD):

mediċini li jintużaw biex jikkuraw l-epilessija (pereżempju, primidone, phenobarbital, phenytoin, fosphenytoin, carbamazepine, oxcarbazepine u barbiturati)

mediċini li jintużaw biex jikkuraw it-tuberkulożi (pereżempju, rifampicin, rifabutin)

kura għall-HIV (ritonavir, efavirenz, nevirapine)

mediċina użata biex tikkura infezzjonijiet fungali (griseofulvin)

rimedji mill-ħxejjex li fihom St John's wort (Hypericum perforatum).

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża ellaOne meta tuża (jew użajt dan l-aħħar) xi waħda mill-mediċini msemmija hawn fuq.

Tqala, treddigħ u fertilità

Tqala

Qabel tieħu ellaOne, jekk il-mestrwazzjoni tiegħek hija tard, għid lill-ispiżjar, lit-tabib jew lil professjonista ieħor fil-kura tas-saħħa tiegħek, jew agħmel test tat-tqala sabiex tiżgura li m’intix tqila (ara sezzjoni “Twissija u prekawzjonijiet”).

ellaOne huwa kontraċettiv li jintuża biex jevita l-bidu ta’ tqala. Jekk diġà inti tqila, dan mhux ser jinterrompi tqala eżistenti.

Jekk tinqabad tqila minkejja li tieħu ellaOne, m’hemm l-ebda prova li ellaOne ser jaffettwa t-tqala tiegħek. Madankollu, huwa importanti li tkellem lit-tabib tiegħek. Kif jiġri f’kull tqala, it-tabib tiegħek jaf ikun irid jiċċekja li t-tqala tiegħek mhijiex barra mill-ġuf. Dan huwa importanti speċjalment jekk ikollok uġigħ jew fsada addominali (fl-istonku) sever/a jew jekk xi darba kellek tqala barra mill-ġuf, kirurġija tubali jew infezzjoni ġenitali (kronika) fit-tul.

Jekk tinqabad tqila minkejja li tieħu ellaOne, inti mħeġġa biex titlob lit-tabib tiegħek jirreġistra t-tqala tiegħek f’reġistru uffiċjali. Inti tista’ wkoll tirrapporta din l-informazzjoni inti stess fuq www.hra- pregnancy-registry.com. L-informazzjoni tiegħek ser tinżamm anonima - ħadd mhu ser ikun jaf li din hija informazzjoni dwarek. Il-qsim tal-informazzjoni tiegħek jista’ jgħin lin-nisa biex fil-futur jifhmu s-sigurtà jew ir-riskji ta’ Ellaone waqt it-tqala.

Treddigħ

Jekk tieħu ellaOne waqt li tkun qed tredda’ treddax għal ġimgħa wara li tieħu ellaOne. Matul dan iż- żmien, huwa rrakkomandat li tuża pompa tas-sider sabiex iżżomm il-produzzjoni tal-ħalib, iżda armi l- ħalib tas-sider tiegħek. L-effett tat-treddigħ tat-tarbija tiegħek fil-ġimgħa wara li tieħu ellaOne mhux magħruf.

Fertilità

ellaOne mhux ser jaffettwa l-fertilità tiegħek fil-futur. Jekk tagħmel sess mhux protett wara li tieħu ellaOne, dan mhux ser jevitalek milli tinqabad tqila. Għalhekk huwa importanti li tuża l-kondoms sal- mestrwazzjoni li jmiss tiegħek.

Jekk tixtieq li tibda jew tkompli b’metodu ta’ kontraċezzjoni regolari, wara l-użu ta’ ellaOne, inti tista’ tagħmel dan iżda għandek tuża wkoll il-kondoms sal-mestrwazzjoni li jmiss tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Wara li tieħu ellaOne, xi nisa jesperjenzaw sturdament, ħedla, vista mċajpra u/jew telf ta’ konċentrazzjoni (ara sezzjoni “Effetti sekondarji possibbli”). Jekk ikollok dawn is-sintomi, m’għandekx issuq jew tħaddem magni.

ellaOne fih lattożju

Jekk it-tabib jew professjonist ieħor fil-kura tas-saħħa tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, kellem lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tuża ellaOne

Dejjem għandek tuża din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew skont il-parir tal-ispiżjar, tat- tabib jew professjonist ieħor fil-kura tas-saħħa tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kif tieħu l-pillola ta’ ellaOne

Ħu pillola waħda mill-ħalq mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 5 ijiem (120 siegħa) wara relazzjoni sesswali mingħajr protezzjoni jew fejn il-kontraċettiv ma jkunx ħadem. Ħu l- pillola mingħajr dewmien.

Tista’ tieħu ellaOne fi kwalunkwe żmien fiċ-ċiklu tiegħek.

Tista’ tieħu ellaOne fi kwalunkwe ħin matul il-jum qabel, matul jew wara ikla.

Jekk inti qed tuża waħda mill-mediċini li tista’ tipprevjeni lil ellaOne milli jaħdem sew (ara s- sezzjoni li hemm fuq “Mediċini oħrajn u ellaOne”) jew jekk inti użajt waħda minn dawn il- mediċini tul l-aħħar 4 ġimgħat, ellaOne jista’ jaħdem b’mod inqas effettiv għalik. Kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża ellaOne. It-tabib tiegħek jaf jiktiblek riċetta għal tip ieħor ta’ kontraċettiv (mhux ormonali) ta’ emerġenza, jiġifieri apparat tar-ram fil-ġuf (Cu-IUD).

Jekk tirremetti wara li tieħu ellaOne

Jekk tirremetti (tħossok ma tiflaħx) fi żmien 3 sigħat minn xħin tieħu l-pillola, ħu pillola oħra mill- aktar fis possibbli.

Jekk terġa’ tagħmel is-sess wara li tieħu ellaOne

Jekk tagħmel sess mhux protett wara li tieħu ellaOne, dan mhux ser jevitalek milli tinqabad tqila. Wara li tieħu ellaOne u sal-mestrwazzjoni li jmiss tiegħek, għandek tuża l-kondoms kull darba li tagħmel is-sess.

Jekk il-mestrwazzjoni li jmiss tkun tard wara li tieħu ellaOne

Wara li tieħu ellaOne, huwa normali għall-mestrwazzjoni li jmiss tiegħek li tkun xi ftit jiem tard. Madankollu, jekk il-mestrwazzjoni tiegħek hija aktar tard minn 7 ijiem; jekk hija eċċezzjonalment ħafifa jew eċċezzjonalment qawwija; jekk jekk ikollok sintomi bħal uġigħ addominali (fl-istonku), sider tari, rimettar jew dardir, jista’ jkun li inti tqila. Għandek tagħmel test tat-tqala minnufih. Jekk inti tqila, huwa importanti li inti tara lit-tabib tiegħek. (Ara sezzjoni “Tqala, treddigħ u fertilità”).

Jekk tieħu ellaOne aktar milli suppost

Kien hemm rapporti ta’ effetti ta’ ħsara mit-teħid ta’ doża ogħla milli rrakkomandat ta’ din il-mediċina.

Madankollu itlob il-parir tal-ispiżjar, tat-tabib jew ta’ professjonista ieħor fil-kura tas-saħħa tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lill-ispiżjar, lit-tabib jew lil professjonist ieħor fil-kura tas-saħħa tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista' tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f'kulħadd.

Xi sintomi bħal sider tari u uġigħ addominali (fl-istonku), tirremetti, tħossok ma tiflaħx (dardir) huma wkoll sinjali ta’ tqala possibbli. Jekk taqbeż il-mestrwazzjoni tiegħek u jkollok sintomi bħal dawn wara li tieħu ellaOne, inti għandek tagħmel test tat-tqala (ara sezzjoni “Tqala, treddigħ u fertilità”).

Effetti sekondarji komuni (dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

dardir, skumdità jew uġigħ addominali (fl-istonku), rimettar

mestrwazzjonijiet b’uġigħ, uġigħ fil-pelvis, sider tari

uġigħ ta’ ras, sturdament, bidliet fil-burdata

uġigħ fil-muskoli, uġigħ fid-dahar, għeja

Effetti sekondarji mhux komuni (dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

dijarrea, ħruq ta’ stonku, gass, ħalq xott

fsada vaġinali mhux tas-soltu jew irregolari, pirjids qawwijin/imtawwla, sindromu premestrwali, irritazzjoni jew tnixxija mill-vaġina , aptit akbar jew iżgħar għal attività sesswali

fwawar

tibdil fl-aptit, disturbi emozzjonali, ansjetà, aġitazzjoni, diffikultà biex torqod, ngħas, emigranja, disturbi fil-vista

influwenza

akne, leżjoni tal-ġilda, ħakk

deni, tertir, telqa

Effetti sekondarji rari (dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

uġigħ jew ħakk ġenitali, uġigħ waqt is-sess, fqigħ ta’ ċista tal-ovarji, mestrwazzjoni ħafifa mhux tas-soltu

telf ta’ konċentrazzjoni, defiċit tal-attenzjoni, vertiġini, rogħda, disorjentament, ħass ħażin

sensazzjoni mhux tas-soltu fl-għajnejn, għajnejn ħomor, sensittività għad-dawl

gerżuma xotta, disturbi fit-togħma

ħorriqija (raxx bil-ħakk), tħossok bil-għatx

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lil professjonista tal-kura tas-saħħa tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen ellaOne

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja wara JIS immarkata. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen f’temperatura taħt 25°C. Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Żomm il-folja fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih ellaOne

-Is-sustanza attiva hija ulipristal acetate. Pillola waħda fiha 30 milligramma ta’ ulipristal acetate.

-Eċċipjenti l-oħra huma lattożju, povidone k30, croscarmellose sodiku, manjeżju stearat.

Kif jidher ellaOne u l-kontenut tal-pakkett

ellaOne huwa pillola tonda bajda għal kulur il-krema rħamata, li tiġi fit-tond, imnaqqxa bil-kodiċi “еllа” fuq iż-żewġ uċuħ.

ellaOne jiġi f’kartuna li fiha folja ta’ pillola waħda.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Laboratoire HRA Pharma 15, rue Béranger F-75003 Paris

Franza

E-mail: info-ella@hra-pharma.com

Il-Manifattur

Cenexi

17, rue de Pontoise F-95520 Osny

Franza

jew

Laboratorios León Farma S.A.

C/ La Vallina, s/n Pol. Ind. Navatejera 24008 Navatejera, León

Spanja

jew

Delpharm Lille S.A.S.

Parc d’activités Roubaix-Est 22, rue de Toufflers

CS 50070

59452 Lys-Lez-Lannoy Franza

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

HRA Pharma Benelux

Orivas UAB

 

Tél/Tel: +32 2 709 2295

Tel: +370 5 252 6570

България

Luxembourg/Luxemburg

A&D Pharma Bulgaria

HRA Pharma Benelux

Teл.: + 359 800 12 400

Tél/Tel: +32 2 709 2295

Česká republika

Magyarország

Akacia Group, s.r.o.

Aramis Pharma Kft.

Tel: + 420-(0)220 610 491

Tel.: + 36-(0)1 219 0775

Danmark

Malta

Takeda Pharma A/S

Laboratoire HRA Pharma

Tlf: + 45-(0)46 77 11 11

Tel: + 33-(0)1 40 33 11 30

Deutschland

Nederland

HRA Pharma Deutschland GmbH

HRA Pharma Benelux

Tel: +32 2 709 2295

Eesti

Norge

Orivas OÜ

Takeda AS

Tel: +372 639 8845

Tlf: + 47 6676 3030

Ελλάδα

Österreich

ΑΡΡΙΑΝΙ ΦΑΡΜΑΚΕΥΤΙΚΗ ΑΕ

Sanova Pharma GesmbH

Τηλ: + 30-(0)210 66 83 000

Tel: + 43-(0)1 801 040

España

Polska

HRA Pharma Iberia S.L.

A&D Pharma Poland Sp. z o. o.

Tel: + 34-(0)902 107 428

Tel: + 48-(0)22 570 27 00

France

Portugal

HRA Pharma France

HRA Pharma Iberia S.L.

Tél/Tel: + 33-(0) 1 53 24 81 00

sucursal em Portugal

 

Tel: +351 707 501 996

Hrvatska

România

Arenda d.o.o.

A&D Pharma Romania

Tel: + 385-(0)1 644 44 80

Tel: + 40-(0)372 072 219

Ireland

Slovenija

HRA Pharma UK & Ireland Limited

Dr. Gorkič d.o.o.

Tel: 1800 812 984

Tel: + 386-(0)1 7590 251

Ísland

Slovenská republika

Laboratoire HRA Pharma

Liek, s.r.o.

Sími: + 33-(0)1 40 33 11 30

Tel: + 421-(0)905 667 410

Italia

Suomi/Finland

HRA Pharma Italia srl, società unipersonale

Takeda Oy

Tel: + 39 06 59 60 09 87

Puh/Tel: + 358-(0)20 746 50 00

Κύπρος

Sverige

ΑΡΡΙΑΝΙ ΦΑΡΜΑΚΕΥΤΙΚΗ ΑΕ

Takeda Pharma AB

Τηλ: + 30-(0) 210 66 83 000

Tel: + 46-(0)8 731 28 00

Latvija

United Kingdom

Orivas SIA

HRA Pharma UK & Ireland Limited

Tel: +371 676 124 01

Tel: 0800 917 9548

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’:

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

INFORMAZZJONI UTLI DWAR IL-KONTRAĊEZZJONI

AKTAR DWAR IL-KONTRAĊEZZJONI TA’ EMERĠENZA

Aktar ma tieħu kontraċezzjoni ta’ emerġenza malajr, aktar għandek ċans li tevita tqala. Il-kontraċezzjoni ta’ emerġenza mhux ser taffettwa l-fertilità tiegħek.

Il-kontraċezzjoni ta’ emerġenza tista’ ddewwem l-ovulazzjoni matul ċiklu mestrwali partikolari, iżda mhux ser tevitalek li tinqabad tqila jekk terġa’ tagħmel sess mhux protett. Wara li tieħu kontraċezzjoni ta’ emerġenza u sal-mestrwazzjoni li jmiss, għandek tuża kondom kull darba li tagħmel is-sess.

AKTAR DWAR KONTRAĊEZZJONI REGOLARI

Jekk ħadt kontraċezzjoni ta’ emerġenza u ma tużax metodu ta’ kontraċezzjoni regolari (jew ma għandekx metodu ta’ kontraċezzjoni adatt għalik), itlob il-parir tat-tabib jew tal-klinika għall-ippjanar tal-familja tiegħek. Hemm ħafna tipi differenti ta’ kontraċezzjoni disponibbli, u inti għandek tkun tista’ ssib il-metodu tajjeb għalik.

Eżempji ta’ metodi ta’ kontraċezzjoni regolari:

Metodi ta’ kuljum

Pillola kontraċettiva

Metodi ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar

 

Garża kontraċettiva

Ċirku Vaġinali

Metodi fit-tul

 

Impjant kontraċettiv

IUD (apparat fil-ġuf)

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati