Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Fabrazyme (agalsidase beta) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - A16AB04

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFabrazyme
Kodiċi ATCA16AB04
Sustanzaagalsidase beta
ManifatturGenzyme Europe B.V.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Fabrazyme 35 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Fabrazyme 5 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Fabrazyme 35 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Kull kunjett ta’ Fabrazyme fih valur nominali ta’ 35 mg ta’ agalsidase beta. Wara r-rikostituzzjoni b’7.2 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet, kull kunjett ta’ Fabrazyme ikun fih 5 mg/ml (35 mg/7 ml) ta’ agalsidase beta. Is-soluzzjoni rikostitwita trid tkun dilwita aktar (ara sezzjoni 6.6).

Fabrazyme 5 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Kull kunjett ta’ Fabrazyme fih valur nominali ta’ 5 mg ta’ agalsidase beta. Wara r-rikostituzzjoni b’1.1 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet, kull kunjett ta’ Fabrazyme ikun fih 5 mg/ml ta’ agalsidase beta. Is-soluzzjoni rikostitwita trid tkun dilwita aktar (ara sezzjoni 6.6).

Agalsidase beta hi forma rikombinanti ta’ l-α-galactosidase A umana li hu magħmul mit-teknoloġija tad-DNA rikombinanti mit-trobbijja ta’ ċelluli mammiferi ta’ l-Ovarji tal-Ħamster

Ċiniż (CHO). Is-sekwenza ta’ l-aċidi aminiċi tal-forma rikombinanti, flimkien mas-sekwenza tan-nukleotidi li tiddeċifrha, huma identiċi għall-forma naturali ta’ l-α-galactosidase A.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Kejk jew trab abjad jew off-white lajofilizzat.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Fabrazyme jintuża għal terapija ta’ sostituzzjoni ta’ enżimi fuq perijodu ta’ żmien twil f’pazjenti li għandhom djanjosi konfermati għal marda Fabry (nuqqas ta’ α-galactosidase A).

Fabrazyme hu indikat għall-uzu fl-adulti, tfal u adolexxenti li għandhom 8 snin jew iżjed.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura b’Fabrazyme għandha tkun f’idejn tabib li għandu esperjenza fl-immaniġġjar ta’ pazjenti li jbatu mill-marda Fabry jew mard ieħor metaboliku li jintired.

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata ta’ Fabrazyme hi 1 mg/kg tal-piż tal-ġisem li tingħata darba kull ħmistax bħala infużjoni minn ġol-vina.

Fi studji kliniċi ntużaw programmi ta’ dożaġġ aktar baxxi. F’wieħed minn dawn l-istudji, li sar f’pazjenti adulti irġiel, wara doża inizjali ta’ 1.0 mg/kg kull ġimagħtejn għal 6 xhur, 0.3 mg/kg kull ġimagħtejn jistgħu jikkawżaw eliminazzjoni ta’ GL-3 f’ċertu tipi ta’ ċelloli f’xi pazjenti; madankollu ir-rilevanza klinika fuq perijodu ta’ żmien twil ta’ dawn ir-riżultati għadu ma ġiex stabbilit (ara sezzjoni 5.1).

Ir-rata tal-bidu ta’ l-infuzjoni m’għandhiex tkun ta’ aktar minn 0.25 mg/min (15 mg/kull siegħa) biex tnaqqas r-riskju ta’ reazzjonijiet relatati ma’ l-infużjoni. Wara li tkun stabbilita t-toleranza tal-pazjent, ir-rata ta’ l-infużjoni għandha mnejn tkun miżjuda bil-mod il-mod bl-infużjonijiet ta’ wara.

L-infużjoni ta’ Fabrazyme id-dar tista’ tiġi kkunsidrata għal pazjenti li jkunu qed jittolleraw l- infużjonijiet tagħhom tajjeb. Id-deċiżjoni li l-pazjent jaqleb għal infużjoni d-dar għandha ssir wara evalwazzjoni u rakkomandazzjoni mit-tabib li jkun qed jikkura l-pazjent. Pazjenti li jkollhom avvenimenti avversi waqt l-infużjoni d-dar iridu jwaqqfu l-proċess tal-infużjoni immedjatament u jfittxu l-attenzjoni ta’ professjonista fil-qasam tal-kura tas-saħħa. Infużjonijiet sussegwenti jista’ jkollhom jingħataw fi klinika. Id-doża u r-rata ta’ infużjoni għandhom jibqgħu kostanti waqt li l- pazjent ikun id-dar, u m’għandhomx jinbidlu mingħajr is-superviżjoni ta’ professjonista fil-qasam tal-kura tas-saħħa.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment tal-kliewi

M’hemm bżonn l-ebda tibdil tad-doża għall-pażjenti li jsofru minn insuffiċjenza tal-kliewi.

Indeboliment epatiku

Ma saru l-ebda studji fuq pazjenti li jsofru minn insuffiċjenza epatika.

Anzjani

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Fabrazyme f’pazjenti akbar minn 65 sena ma ġewx stabbiliti u l-ebda reġim tad-doża ma jista’ jkun rakkomandat fil-preżent għal dawn il-pazjenti.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Fabrazyme fit-tfal ta’ età bejn 0 sa 7 snin għadhom ma ġewx stabbiliti. It-tagħrif disponibbli bħalissa huwa deskritt fis-sezzjonijiet 5.1 u 5.2 iżda ma tista’ ssir ebda rakkomandazzjoni ta’ pożoloġija fit-tfal ta’ età bejn 5 sa 7 snin. M’hemm ebda tagħrif disponibbli fit-tfal ta’ età minn 0 sa 4 snin.

L-ebda aġġustament tad-doża mhu meħtieġ għal tfal bejn 8-16-il sena.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal istruzzjonijiet fuq ir-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali qabel l- amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva li tista’ tikkawża l-mewt (reazzjoni anafilattika) għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati f’sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Immunoġeniċità

Peress li agalsidase beta (r-hαGAL) hi proteina rikombinanti, hu mistenni li jiġu żviluppati antikorpi ta’ l-IgG f’pazjenti bi ftit jew xejn attività ta’ l-enżimi residwali. Il-maġġoranza ta’ pazjenti żviluppaw l-antikorpi IgG għal r-hαGAL, ġeneralment fi żmien 3 xhur mill-ewwel infużjoni b’Fabrazyme. Maż-żmien, il-biċċa l-kbira ta’ pazjenti seropożittivi fil-provi kliniċi wrew jew xejra l-isfel fit-titri (fuq bażi ta’ tnaqqis ta’4 darbiet fit-titru mill-kejl l-aktar għoli sa l-aħħar kejl) (40% tal-pazjenti), ittolerizzaw (l-ebda antikorpi intraċċati kkonfermati permezz ta’ 2 assaġġi ta’ radjuimmunopreċipitazzjoni (RIP) konsekuttivi) (14% tal-pazjenti) jew urew livellar (35% tal-pazjenti).

Reazzjonijiet assoċjati mal-infużjoni

Pazjenti b’antikorpi għal r-hαGA għandhom potenzjal ogħla li jkollhom reazzjonijiet assoċjati ma’ l-infużjoni (IAR ), li huma mfissra bħala kull każ avvers relatat li jseħħ fil-jum ta’ l-infużjoni. Dawn il-pazjenti għandhom jiġu trattati b’kawtela meta jiġu mogħtija agalsidase beta mill-ġdid (ara sezzjoni 4.8). L-istat ta’ l-antikorpi għandu jiġi monitorat regolarment.

Fil-provi kliniċi, sebgħa u sittin fil-mija (67%) tal-pazjenti kellhom ta’ l-anqas reazzjoni waħda assoċjata ma’ l-infużjoni (ara sezzjoni 4.8). Il-frekwenza ta’ l-IAR naqset maż-żmien. Pazjenti li kellhom reazzjonijiet relatati ma’ l-infużjoni ħfief jew moderati, meta kienu trattati b’agalsidase beta waqt provi kliniċi issoktaw bit-terapija wara tnaqqis fir-rata ta’ l-infużjoni (~0.15 mg/min; 10 mg/siegħa) u/jew trattament minn qabel b’antistamini , paracetamol, ibuprofen u/jew kortikosterojdi.

Sensittività eċċessiva

Bħal kwalunkwe prodott mediċinali tal-proteina li jingħata minn ġol-vina, jista’ jkun hemm reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva ta’ tip allerġiku.

Għadd żgħir ta’ pazjenti kellhom reazzjonijiet suġġestivi ta’ sensittività eċċessiva immedjata (Tip

I). Jekk ikun hemm reazzjonijiet qawwija tat-tip allerġiku jew reazzjonijiet qawwija tat-tip anafilattiku, wieħed għandu jara jekk għandux iwwaqqaf immedjatament Fabrazyme u jagħti kura kif jixraq. L-istandards mediċi attwali f’każ ta’ emerġenza għandhom ikunu mħarsa. Bi sfida kawta Fabrazyme ngħata mill-ġdid lil kull wieħed mis-sitt pazjenti li kienu rriżultaw pożittiv għall-antikorpi IgE jew kellhom test pożittiv fuq il-ġilda għal Fabrazyme fi prova klinika. F’din il-prova, l-għoti inizjali mill-ġdid kien f’doża baxxa u f’rata ta’ infużjoni aktar baxxa (1/2 id-doża terpaewtika f’1/2 5 tar-rata standard rakkomandata) Ladarba pazjent jittolera l-infużjoni, id-doża tista’ tiżdied biex tilħaq id-doża terapewtika ta’ 1 mg/kg u r-rata ta’ l-infużjoni tista’ tiżdied b’titrazzjoni li togħla ftit ftit, skont kif jiġi tollerat.

Pazjenti b’mard avvanzat tal-kliewi

L-effett tal-kura b’Fabrazyme fuq il-kliewi għandu mnejn ikun limitat f’pazjenti li jsofru minn mard avvanzat tal-kliewi.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma sarux studji dwar l-effett li jista’ jkun hemm meta jingħataw mediċini oħra u dwar metaboliżmu in vitro . Meta wieħed iqies il-metaboliżmu tiegħu, mhux probabbli li jista’ ikun hemm interazzjonijiet permezz taċ-ċitokromju P450 bejn l-agalsidase beta u mediċini oħra.

Fabrazyme m’għandux jingħata flimkien ma’ chloroquine, amiodarone, benoquin jew gentamycin għax hemm il-ħsieb li dawn is-sustanzi jistgħu jimpedixxu l-attività intra-ċellulari ta’ α-galactosidase A.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta adegwata dwar l-użu ta’ agalsidase beta waqt it-tqala.

Studji fuq annimali ma urewx li hemm effetti diretti jew indiretti li jagħmlu ħsara fl-iżvilupp ta’ l- embriju/tal-fetu (ara sezzjoni 5.3).

Fabrazyme m’għandux jintuża waqt it-tqala għajr meta jkun jidher ċar li hemm bżonnu.

Treddigħ

Agalsidase beta jista’ jiġi eliminat fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Minħabba li m’hemmx tagħrif dwar x’effetti jista’ jkollhom trabi tat-twelid jekk jingħataw agalsidase beta mill-ħalib tas-sider, huwa rakkomandat li ma jkunx hemm treddigħ waqt it-teħid ta’ Fabrazyme.

Fertilità

Ma saru l-ebda studji biex jitqiesu l-effetti ħżiena li jista’ jkollu Fabrazyme fuq il-fertilità.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Fabrazyme jista’ jkollu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. fil-jum meta jingħata Fabrazyme, għax jistgħu jseħħu sturdament, ngħas, mejt u sinkope (ara sezzjoni 4.8).

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Billi agalsidase beta (r-hαGAL) hu proteina rikombinanti, l-iżvilupp ta’ antikorpi għal IgG hu mistenni f’pazjenti bi ftit jew bla ebda attività residwa ta’ enzimi. Pazjenti b’antikorpi għal r-hαGAL għandhom potenzjal akbar li jkollhom reazzjonijiet assoċjati mal-infużjoni (IARs). Reazzjonijiet li jissuġġerixxu sensittività eċċessiva immedjata (Tip I) ġew irrappurtati f’numru żgħir ta’ pazjenti (ara sezzjoni 4.4).

Reazzjonijiet avversi komuni ħafna kienu jinkludu tertir ta’ bard, deni, tħoss il-bard, nawseja, rimettar, uġigħ ta’ ras u parestesija. Seba’ u sittin fil-mija (67%) tal-pazjenti kellhom mill-inqas reazzjoni waħda assoċjata mal-infużjoni. Reazzjonijiet anafilattojdi ġew irrappurtati fl-isfond ta’ wara t-tqegħid fis-suq.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Reazzjonijiet avversi rapportati minn provi b’total ta’ 168 pazjent (154 raġel u 14-il mara) ittrattati b’Fabrazyne li ngħataw doża ta’ 1 mg/kg kull ġimagħtejn għal minimu ta’ infużjoni waħda sa massimu ta’ 5 snin huma elenkati skont is-Sistema tal-Klassifika ta’ l-Organi u frekwenza (komuni ħafna 1/10; komuni 1/100 sa < 1/10 u mhux komuni ≥1/1000 sa <1/100) fit-tabella t’hawn taħt.

L-okkorrenza ta’ reazzjoni avversa f’xi pazjent hi mfissra bħala mhix komuni fid-dawl ta’ l-għadd relativament żgħir ta’ pazjenti trattati. Ir-reazzjonijiet avversi li ġew rapportati biss waqt il-perijodu ta’ Wara t-Tqegħid fis-Suq ġew inklużi wkoll fit-tabella t’hawn isfel fil-kategorija ta’ frekwenzi ta’ “mhux magħrufa” (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). Ir-reazzjonijiet avversi kienu fil- maġġoranza tagħhom ħfief jew moderati fil-qawwa tagħhom.

Inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi bi trattament b’Fabrazyme

Sistema

Komuni

Komuni

Mhux komuni

Mhux magħrufa

tal-klassifika ta’

ħafna

 

 

 

l-organi

 

 

 

 

Infezzjonijiet u

 

nasofarinġite

rinite

 

infestazzjonijiet

 

 

 

 

Disturbi

 

 

 

reazzjoni

fis-sistema

 

 

 

anafilattojdi

immuni

 

 

 

 

Disturbi fis-

Uġigħ ta’

sturdament, ħedla,

iperestesja,

 

sistema nervuża

ras,

ipoestesja, sensazzjoni

rogħda

 

 

paraestesija

ta’ ħruq, letarġija,

 

 

 

 

sinkope.

 

 

Disturbi

---

żieda fid-dmugħ

ħakk fl-għajnejn,

 

fl-għajnejn

 

 

iperemja okulari

 

Disturbi

---

tinnite, vertiġini

nefħa awrikulari,

 

fil-widnejn u fis-

 

 

uġigħ fil-widnejn

 

sistema

 

 

 

 

labirintika

 

 

 

 

Disturbi fil-qalb

---

takikardja,

sinus bradikarja

 

 

 

palpitazzjonijiet,

 

 

 

 

bradikardja

 

 

Disturbi vaskulari

---

fwawar, pressjoni

kesħa periferali

---

 

 

għolja, sfurija,

 

 

 

 

pressjoni baxxa,

 

 

 

 

fwawar sħan

 

 

Disturbi

---

dispnea, konġestjoni

bronkospażmu,

ipoksja

respiratorji,

 

fl-imnieħer, griżmejn

uġigħ

 

toraċiċi u

 

issikkati, tħarħir,

faringolarinġejali,

 

medjastinali

 

sogħla, dispnea

rinorreja,

 

 

 

mħarxa

takipneja,

 

 

 

 

konġestjoni

 

 

 

 

fl-apparat

 

 

 

 

respiratorju ta’

 

 

 

 

fuq

 

Disturbi

dardir,

uġigħ addominali,

dispepsja,

---

gastro-intestinali

remettar

uġigħ addominali n-

disfaġja

 

 

 

naħa ta’ fuq, skonfort

 

 

 

 

addominali, skumdita

 

 

 

 

fl-istonku, ipoestesija

 

 

 

 

orali, dijarea

 

 

Disturbi fil-ġilda

---

ħakk, urtikarja, raxx,

livedo reticularis,

vaskulite

u fit-tessuti ta’

 

eritema, ħakk

raxx eritematosi,

lewkoċitoklastika

taħt il-ġilda

 

ġeneralizzat, edema

ħakk tar-raxx,

 

 

 

anġjonewrotika, wiċċ

tibdil tal-kulur

 

 

 

minfuħ, raxx makulo-

tal-ġilda, skonfort

 

 

 

papulari

fuq il-ġilda.

 

Disturbi muskolu-

---

uġigħ fl-estremitajiet,

uġigħ

---

skeletriċi u

 

uġigħ fl-għadam,

muskoluskeletrku

 

tat-tessuti

 

uġigħ fid-dahar,

 

 

konnettivi

 

spażmi muskolari,

 

 

 

 

artralġja, tagħfis fil-

 

 

 

 

muskoli, ebusija

 

 

 

 

muskolu-skeletriku

 

 

 

 

 

 

Disturbi ġenerali

sirdat,

għeja, skonfort

tħoss is-sħana u

---

u kondizzjonijiet

deni, tħoss

fis-sider, tħoss

l-bard, mard bħal

 

ta' mnejn

il-bard

is-sħana, edema

ta’ l-influwenza,

 

jingħata

 

periferali, uġigħ,

uġigħ fis-sit ta’

 

 

 

astenja, uġigħ

l-infużjoni,

 

 

 

fis-sider, edema tal-

trombożi fis-sit

 

 

 

wiċċ, ipertemja

ta’ l-injezzjoni,

 

 

 

 

tħossok ma

 

 

 

 

tiflaħx, edema

 

Investigazzjonijiet

 

 

 

is-saturazzjoni

 

 

 

 

tal-ossiġenu

 

 

 

 

mnaqqsa

Għall-iskop ta’ din it-tabella, ≥1% hu mfisser bħala reazzjonijiet li seħħew f’2 pazjenti jew aktar.

Terminoloġija tar-reazzjonijiet avversi hi bażata fuq id-Dizzjunarju Mediku għal Attivitajiet

Regolatorji (MedDRA)

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Reazzjonijiet assoċjati mal-infużjoni

Reazzjonijiet assoċjati ma’ l-infużjoni kienu jikkonsistu ta’ spiss minn deni u sirdat. Sintomi addizzjonali kienu jinkludu dispnea ħafifa jew moderata, ipoksja (saturazzjoni tal-ossiġenu mnaqqsa), griżmejn issikkati, skonfort fis-sider, fwawar, ħakk, urtikarja, edema tal-wiċċ, edema anġjonewrotika, rinite, bronkospażmu, takipneja, tħarħir, pressjoni għolja, pressjoni baxxa, takikardja, palpitazzjonijiet, uġigħ addominali, nawsja, rimettar, uġigħ relatat ma’ l-infużjoni li jinkludi uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ fl-għadam u uġigħ ta’ ras.

Reazzjonijiet assoċjati ma’ l-infużjoni kienu mmaniġġati bi tnaqqis fir-rata ta’ l-infużjoni flimkien ma’ l-għoti ta’ prodotti mediċinali anti-infjammatorji mhux sterojdi, antistamini u/jew kortikosterojdi. Sebgħa u sittin fil-mija (67%) tal-pazjenti kellhom ta’ lanqas reazzjoni waħda assoċjata ma’ l-infużjoni. Il-frekwenza ta’ dawn ir-reazzjonijiet naqset maż-żmien. Il-maġġoranza ta’ dawn ir-reazzjonijiet jistgħu jkunu attribwiti mal-formazzjoni ta’ l-antikorpi IgG u/jew attivazzjoni komplimentari. F’għadd limitat ta’ pazjenti intwera li kien hemm antikorpi IgE (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika

Informazzjoni ristretta minn provi kliniċi tissuġerixxi li l-profil tas-sigurtà tat-trattament b’Fabrazyme f’pazjenti pedjatriċi b’etajiet minn 5-7 snin, ittrattati jew b’0.5 mg/kg kull ġimagħtejn jew 1.0 mg/kg kull 4 ġimgħat kien simili għal dak ta’ pazjenti (li għandhom ’il fuq minn 7 snin) ittrattati b’1.0 mg/kg kull ġimagħtejn

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal- prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Fi studji kliniċi dożi sa 3 mg/kg piż tal-ġisem kienu użati.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Prodotti oħrajn tal-apparat alimentari u tal-metaboliżmu, enżimi. Kodiċi ATC: A16AB04.

Il-marda ta’ Fabry

Il-marda Fabry hi marda eteroġena li tintiret u marda multisistematika progressiva, li taffettwa kemm l-irġiel u n-nisa. Hija karatterizzata minn nuqqas ta’ l-α-galactosidase. Tnaqqis jew l-assenza ta’ l-attività α-galactosidase tirriżulta fl-akkumulazzjoni tal-GL-3 f’ħafna tipi ta’ ċelluli inklużi ċelluli endotiljali u ċelluli parenkimali, li fl-aħħar mill-aħħar twassal għal deterjorazzjonijiet kliniċi li jistgħu ikunu ta’ periklu għal ħajja bħala riżultat ta’ komplikazzjonijiet renali, kardijaċi u ċerebrovaskulari.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Terapija ta’ sostituzzjoni ta’ l-enżima issir biex jerġa’ jintlaħaq il-livell ta’ attività enżimatika li jkun biżżejjed biex ineħħi s-subtrat akkumulat fit-tessuti ta’ l-organi; b’hekk jiġi evitat, stabilizzat jew irriversjat it-tnaqqis progressiv tal-funzjoni ta’ dawn l-organi qabel ma ssir ħsara rriversibbli.

Wara l-infużjoni minn ġol-vina, agalsidase beta malajr jitneħħa miċ-ċirkolazzjoni u jiġi assorbit miċ-ċelluli vaskulari endotiljali u ċelluli parenkimali f’liżożomi, x’aktarx permezz ta’ mannose-6 phosphate, mannose u riċetturi ta’ asialoglycoprotein

Effikaċja u sigurtà klinika

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ Fabrazyme ġew evalwati f’żewġ studji fuq it-tfal, studju wieħed fuq id- dożi, żewġ studji double-blind ikkontrollati bi plaċebo , u studju wieħed ta’ estensjoni open label li sar bi pazjenti kemm irġiel kif ukoll nisa.

Fl-istudju dwar id-dożi l-effetti ta’ 0.3, 1.0 u 3.0 mg/kg darba kull ġimagħtejn u 1.0 u 3.0 mg/kg darba kull jumejn kienu evalwati. Kien hemm tnaqqis sinifikanti ta’ GL-3 fil-kliewi, qalb, ġilda u plażma fid-dożi kollha. Ir-rata ta’ tneħħija ta’ GL-3 fil-plażma kienet tiddependi mid-doża, imma kienet inqas konsistenti meta d-doża kienet 0.3 mg/kg. Barraminhekk, ir-reazzjonijiet relatati ma’ l-infużjoni kienu dipendenti mid-doża.

Fl-ewwel prova klinika bi plaċebo bħala kontrolli, Fabrazyme kien effettiv fit-tneħħijja ta’ GL-3 mill-endotilju vaskulari tal-kilwa wara 20 ġimgħa ta’ kura. Din ir-rata ta’ tneħħijja ntlaħqet f’69% (20/29) tal-pazjenti trattati b’Fabrazyme, imma fl-ebda pazjent li ngħata l-plaċebo (p<0.001). Dan ir-riżultat kien sostnut aktar bi tnaqqis statiskament sinjifikanti fl-ammont ta’ GL-3 fil-kliewi, il-qalb u l-ġilda kif ukoll fl-organi individwali ta’ pazjenti li ngħataw agalsidase beta meta mqabbla ma’ pazjenti li ngħataw il-plaċebo (p<0.001). Tneħħija sostnuta ta’ GL-3 mill-endotelju vaskulari tal-kliewi bi trattament b’agalsidase beta kien appoġġjat aktar fl-estensjoni open label ta’ din il-prova. Dan intlaħaq f’47 mid-49 pazjent (96%) b’informazzjoni disponibbli fis-6 xahar, u fi 8 mit-8 pazjenti (100%) b’informazzjoni disponibbli fl-aħħar ta’ l-istudju (sa total ta’ 5 snin ta’ trattament). It-tneħħija ta’ GL-3 kien milħuq ukoll f’diversi tipi ta’ ċelloli oħra mill-kliewi. Livelli ta’ GL-3 fil-plażma innormalizzaw malajr bi trattament u baqgħu normali matul il- 5 snin.

Il-funzjoni renali, kif imkejjel bir-rata ta’ filtrazzjoni glomerulari u kreatinin fis-serum, kif ukoll proteinurja baqgħu stabbli fil-maġġoranza tal-pazjenti. Madankollu l-effett ta’ trattament b’Fabrazyme fuq il-funzjoni tal-kliewi kien ristrett f’xi pazjenti li kellhom mard tal-kliewi avvanzat.

Għalkemm ma sar ebda studju speċifiku biex jassessja l-effett fuq is-sinjali u sintomi newroloġiċi, ir-riżultati jindikaw ukoll li pazjenti jista’ jkollhom uġigħ mnaqqas u kwalità ta’ ħajja mtejba permezz ta’ trattament ta’ sostituzzjoni ta’ l-enżimi.

Sar studju double-blind ieħor, bi plaċebos użati bħala kontrolli, fuq 82 pazjent biex jistabilixxi jekk Farbrazyme jnaqqasx ir-rata ta’ mard renali, kardijaku jew ċerebovaskulari jew mewt. Ir-rata ta’ każijiet kliniċi kien sostanzjalment inqas fost pazjenti trattati b’ Fabrazyme meta mqabbel ma’ pazjenti trattati bi plaċebo (tnaqqis fir-riskju = 53% maħsuba biex jittrattaw popolazzjoni

(p=0.0577); tnaqqis fir-riskju = 61% skont popolazzjoni ta’ protokoll (p=0.0341)). Dan ir-riżultat kien konsistenti għal każijiet renali, kardijaċi u ċerebrovaskulari.

Ir-riżultati ta’ dawn l-istudji jindikaw li t-trattament b’Fabrazyme b’1mg/kg ġimgħa iva u ġimgħa le huwa ta’ benefiċċju kliniku f’eżiti kliniċi prinċipali f’pazjenti li għandhom marda bikrija jew avvanzata ta’ Fabry. Minħabba li din il-kundizzjoni tipprogressa bil-mod, huwa kritiku li jkun hemm intraċċar u trattament bikri għall-aħjar riżultati.

Fi studju addizzjonali, 21 pazjent raġel kienu rekrutati biex isegwu t-tneħħija tal-GL3 mill-kliewi u t-tessuti tal-ġilda bi programm ta’ dożi alternattivi. Wara t-tratatment b’1 mg/kg ġimgħa iva u ġimgħa le għal 24 ġimgħa, programm b’doża ta’ 0.3 mg/kg kull ġimagħtejn għal 18-il xahar seta’ jikkawża tneħħija ta’ GL-3 ċellulari fl-endotelju kapillari tal-kliewi, tipi oħra ta’ ċelloli tal-kliewi u l-ġilda (endotelju kapillari superfiċjali tal-ġilda) fil-maġġoranza tal-pazjenti. Madankollu, fid-doża aktar baxxa, l-antikorpi IgG jista’ jkollhom rwol fir-rigward ta’ tneħħija ta’ GL-3 f’xi pazjenti.

Minħabba l-limitazzjonijiet ta’ kif l-istudju kien ippjanat (għadd żgħir ta’ pazjenti), ma setgħax ikun hemm konklużjoni definittiva dwar il-programm ta’ żamma ta’ doża, imma dawn ir-riżultati jissuġerixxu li, wara doża inizjali ta’1.0 mg/kg kull ġimagħtejn ġiet imwaqqfa, 0.3 mg/kg kull ġimagħtejn tista’ tkun biżżejjed f’xi pazjenti biex iżommu t-tneħħija ta’ GL-3.

Fl-isfond ta’ wara t-tqegħid fis-suq, inkisbet esperjenza f’pazjenti li bdew il-kura f’doża ta’ 1 mg/kg kull ġimagħtejn u sussegwentement irċivew doża mnaqqsa għal perjodu estiż. F’xi wħud minn dawn il-pazjenti, ġiet irrappurtata b’mod spontanju żieda ta’ xi wħud mis-sintomi li ġejjin: uġigħ, parestesija u dijarea, kif ukoll manifestazzjonijiet kardijaċi, fis-sistema nervuża ċentrali u fil-kliewi. Dawn is-sintomi rrappurtati jixbhu l-kors naturali tal-marda ta’ Fabry.

Popolazzjoni pedjatrika

F’studju wieħed pedjatriku open label, sittax-il pazjent bil-marda Fabry (8-16-il sena; 14-il raġel, 2 nisa) kienu ilhom jiġu ttrattati għal sena b’1.0 mg/kg kull ġimagħtejn. It-tneħħija ta’ GL-3 fl- endotilju vaskulari tal-ġilda superfiċjali intlaħaq fil-pazjenti kollha li kienu akkumulaw GL-3 fil- punt ta’ linja bażi. Iż-2 pazjenti nisa kellhom ftit jew xejn akkumulazzjoni ta’ GL-3 fl-endotilju vaskulari tal-ġilda superfiċjali fil-punt ta’ linja bażi, li jagħmel din il-konklużjoni applikabbli għal pazjenti rġiel biss.

F’studju pedjatriku open-label ieħor li dam 5 snin, ġew magħżula b’mod arbitrarju u qabel ma bdew is-sintomi kliniċi li jinvolvu l-organu maġġuri, 31 pazjent maskili ta’ età minn 5 sa 18-il sena u ttrattati b’żewġ skedi baxxi ta’ dożaġġi ta’ agalsidase beta, 0.5 mg/kg kull ġimagħtejn jew

1.0 mg/kg kull 4 ġimgħat. Ir-riżultati kienu simili bejn iż-żewġ ġruppi ta’ trattament. Il- punteġġi GL-3 tal-endotiljum kapillari tas-superfiċje tal-ġilda tnaqqsu għal zero jew inżammu f’zero f’kull punt tal-ħin wara l-linja bażi waqt it-trattament f’19/27 pazjent li komplew l-istudju mingħajr żieda fid-doża. F’sottosett ta’ 6 pazjenti nkisbu il-bijopsiji tal- kliewi kemm fil-linja bażi kif ukoll wara 5 snin: f’kollha, il-punteġġi GL-3 tal-endotiljum kapillari tal-kliewi tnaqqsu għal zero iżda ġew osservati effetti li jvarjaw ħafna fil-GL-3 tal-podoċiti, b’tnaqqis f’tliet pazjenti. Għaxar (10) pazjenti laħqu l-kriterja ta’ żieda fid- doża skont il-protokoll, tnejn (2) kellhom żieda fid-doża sad-doża rrakkomandata ta’

1.0 mg kull ġimagħtejn.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Wara l-għoti ġol-vina ta’ agalsidase beta lil adulti f’dożi ta’ 0.3 mg, 1 mg u 3 mg/kg piż tal-ġisem, il-valuri ta’ l-AUC żdiedu b’rata ogħla milli kieku kienet direttament proporzjonali mad-doża mogħtija, minħabba tnaqqis fit-tneħħija, li turi li tneħħija saturata. Il-half-life ta’ l-eliminazzjoni kienet indipendenti mid-doża u kienet mifruxa fuq medda ta’ bejn 45 u 100 minuta.

Wara li ngħatat doża minn ġol-vina ta’ agalsidase beta lil adulti f’ħin ta’ infużjoni ta’ madwar 300 minuta u b’doża ta’ 1 mg/kg piż tal-ġisem, għal darbtejn fil-ġimgħa, il-livelli medji ta’ Cmax fil-konċentrazzjonijiet tal-plażma varjaw bejn 2000-3500 ng/ml, waqt li l-AUCinf kien bejn 370-780 μg.min/ml. Il-Vss varja bejn 8.3-40.8 1/kg, it-tneħħijja mil-plażma kienet bejn 119-345 ml/min u l-half-life ta’ l-eliminazzjoni medja kienet bejn 80-120 minuta.

Agalsidase beta hi proteina u hi mistennija li tkun degradata metabolikament permezz ta’ l-idrolisi tal-peptidi. Għalhekk, indeboliment fil-funzjoni epatika mhux mistenni li jaffettwa l-farmakokinetika ta’agalsidase beta b’mod klinikament sinifikanti. L-eliminazzjoni ta’ agalsidase beta mill-kliewi hu meqjus bħala passaġġ minuri ta’ kif jitneħħa mil-ġisem.

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetiċi ta’ Fabrazyme kienu evalwati wkoll f’żewġ studji pedjatriċi. F’wieħed minn dawn l-istudji, 15-il-pazjent pedjatriku b’tagħrif farmakokinetiku disponibbli, b’età minn 8.5 sa 16- il sena u li jiżnu 27.1 sa 69.4 kg ġew ttrattati b’1.0 mg/kg kull ġimagħtejn. . It-tneħħija ta’ agalsidase beta ma kinetx influwenzata mil-piż f’din il-popolazzjoni. Is-CL fil-linja bażi kienet ta’

77 ml/min b’Vss ta’ 2.61; half-life kien ta’ 55 min. Wara serokonverżjoni ta’ IgG, is-CL tnaqqset għal 35 ml/min, Vss żdied għal 5.4 l u l-half-life żdied għal 240 min. L-effett nett ta’ dawn il- bidliet wara serokonverżjoni kien żieda ta’ 2 sa 3 darbiet fl-espożizzjoni skont l-AUC u Cmax. Ma kienx hemm kwistjonijiet dwar sigurtà iffaċċjati f’pazjenti b’żieda fl-espożizzjoni wara serokonverżjoni.

F’studju ieħor b’30 pazjent pedjatriku b’tagħrif farmakokinetiku disponibbli, b’età minn 5 sa 18-il sena, ittrattati b’żewġ skedi baxxi ta’ dożaġġi ta’ 0.5 mg/kg kull ġimagħtejn u 1.0 mg/kg kull 4 ġimgħat, medja CL ta’ 4.6 u 2.3 ml/min/kg, rispettivament, medja Vss kienet ta’ 0.27 u 0.22 l/kg, rispettivament, u l-medja tal-half-life tal-eliminazzjoni kienet ta’ 88 u 107 minuti, rispettivament. Wara serokonverżjoni ta’ IgG, deher li ma kien hemm ebda bidla fis-CL (+24% u +6%, risp.), waqt

li l-Vss kien 1.8 u 2.2-il darba ogħla, b’effett nett ikun tnaqqis żgħir fis-Cmax (sa -34% u -11%, risp.) u ebda bidla fl-AUC (-19% u -6%, risp.).

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku ta’ doża waħda, effett tossiku minn dożi ripetuti u effett tossiku fuq l-embriju u l-fetu, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin. Studji dwar l-istadji l-oħra ta’ l-iżvilupp ma sarux. Mhux mistenni li jkun jista’ jkollu effett tossiku fuq il-ġeni jew effett kanċeroġenu.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol

Sodium phosphate monobasic, monohydrate

Sodium phosphate dibasic, heptahydrate

6.2Inkompatibbilitajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħra fl-istess infużjoni.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

Soluzzjonijiet rikostitwiti u dilwiti

Mil-lat mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża mill-ewwel. Jekk ma jintużax mill-ewwel, il-ħażna waqt l-użu u l-kondizzjonijiet qabel l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min jużah. Is-soluzzjoni rikostitwita ma tistax tinħażen u għandha tiġi dilwita minnufih; is-soluzzjoni dilwita biss tista’ tinżamm għal 24 siegħa f’temperatura ta’ bejn 2°C-8°C.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C).

Għall-kundizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Fabrazyme 35 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Fabrazyme 35 mg jiġi f’kunjetti tal-ħġieġ ċar ta’ Tip 1 ta’ 20 ml. L-għatu jikkonsisti minn tap tal-butyl silikonizzat b’siġill ta’ l-aluminju u għatu tal-plastik li tista’ tiftħu b’daqqa ta’saba’.

Qisien tal-pakketti: 1, 5 u 10 kunjetti kull kartuna.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Fabrazyme 5 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Fabrazyme 5 mg jiġi f’kunjetti tal-ħġieġ ċar ta’ Tip 1 ta’ 5 ml. L-għatu jikkonsisti minn tap tal-butyl silikonizzat b’siġill tal-aluminju u għatu tal-plastik li tista’ tiftħu b’daqqa ta’saba’.

Qisien tal-pakketti: 1, 5 u 10 kunjetti kull kartuna.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

It-trab tal-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni irid ikun rikostitwit bl-ilma għall-injezzjonijiet, dilwit b’soluzzjoni għal ġol vina ta’ 0.9% sodium chloride u mbagħad tingħata permezz ta’ infużjoni minn ġol-vina.Uża Teknika Asettika

Ikkalkula l-għadd ta’ kunjetti li jridu jiġu rikostitwiti skont il-piż tal-ġisem individwali tal-pazjent u neħħi l-kunjetti meħtieġa minn ġol-friġġ biex tħallihom jilħqu t-temperatura tal-kamra (f’madwar 30 minuta). Kull kunjett ta‘ Fabrazyme hu maħsub biex jintuża darba biss.

Rikostituzzjoni

Fabrazyme 35 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Irrikostitwixxi kull kunjett ta’ Fabrazyme 35 mg b’7.2 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet. Evita l- impatt qawwi ta’ l-ilma għall-injezzjonijiet fuq it-trab u evita r-ragħwa fis-soluzzjoni. Dan isir b’addizzjoni qatra qatra ta’ l-ilma għall-injezzjoni mal-ġenb ġewwieni tal-kunjett u mhux

direttament fuq il-kejk lajofilizzat. Irrollja u mejjel il-kunjett bil-mod. Taqlibx, iddawwarx jew ixxengilx il-kunjett.

Fabrazyme 5 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Irrikostitwixxi kull kunjett ta’ Fabrazyme 5 mg b’1.1 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet. Evita l-impatt qawwi ta’ l-ilma għall-injezzjonijiet fuq it-trab u evita r-ragħwa fis-soluzzjoni. Dan isir b’addizzjoni qatra qatra ta’ l-ilma għall-injezzjoni mal-ġenb ġewwieni tal-kunjett u mhux direttament fuq il-kejk lajofilizzat. Irrollja u mejjel il-kunjett bil-mod. Taqlibx, iddawwarx jew ixxengilx il-kunjett.

Il-soluzzjoni rikostitwita fiha 5 mg agalsidase beta f’kull ml, u tidher bħala soluzzjoni ċara u bla kulur. Il-pH tas-soluzzjoni rikostitwita hi madwar 7.0. Qabel ma ssir aktar dilwazzjoni, iċċekkja s- soluzzjoni rikostitwita f’kull kunjett għal frak jew tibdil fil-kulur. M’għandekx tuża s-soluzzjoni jekk tara xi frak jew jekk is-soluzzjoni bidlet il-kulur.

Wara r-rikostituzzjoni huwa rakkomandat li wieħed għandu jiddilwa immedjatament il-kunjetti biex jimminimizza l-formazzjoni ta’ proteini maż-żmien.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Dilwazzjoni

Fabrazyme 35 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Qabel ma żżid il-volum rikostitwit ta’ Fabryzyme għad-doża tal-pazjent, huwa rakkomandat li tneħħi volum ugwali ta’ soluzzjoni għal ġol vina ta’ 0.9% sodium chloride, minn ġol-borża ta’ l- infużjoni.

Neħħi l-ispazju ta’ l-arja minn ġol-borża ta’ l-infużjoni biex timminimizza l-wiċċ bejn l-arja u l- likwidu.

Bil-mod, neħħi 7.0 ml (ugwali għal 35 mg) ta’ soluzzjoni rikostitwita minn kull kunjett sakemm iġġib il-volum meħtieġ biex tagħmel id-doża tal-pazjent. Tużax labar bil-filters sabiex tevita r- ragħwa.

Imbagħad injetta bil-mod is-soluzzjoni rikostitwita fis-soluzzjoni intravenuża ta’ 0.9% sodium chloride (mhux f’xi wiċċ li fadal ta’ arja) għal konċentrazzjoni finali ta’ bejn 0.05 mg/ml u 0.7 mg/ml. Iddetermina l-volum totali ta’ 0.9% soluzzjoni għall-infużjoni ta’ sodium chloride (bejn 50 u 500 ml) skont id-doża individwali. Għal dożi anqas minn 35 mg uża minimu ta’ 50 ml, għal dożi ta’ 35 sa 70 mg uża minimu ta’ 100 ml, għal dożi ta’ 70 mg sa 100 mg uża minimu ta’ 250 mg u għal dożi akbar minn 100 mg uża biss 500 ml. Bil-mod aqleb jew immassaġġja l-borża ta’ l- infużjoni biex tħallat is-soluzzjoni dilwita. M’għandekx ixxengel jew taġita b’mod qawwi l-borża ta’ l-infużjoni.

Fabrazyme 5 mg trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Qabel ma żżid il-volum rikostitwit ta’ Fabryzyme għad-doża tal-pazjent, huwa rakkomandat li tneħħi volum ugwali ta’ soluzzjoni għal ġol vina ta’ 0.9% sodium chloride, minn ġol-borża ta’ l- infużjoni.

Neħħi l-ispazju ta’ l-arja minn ġol-borża ta’ l-infużjoni biex timminimizza l-wiċċ bejn l-arja u l- likwidu.

Bil-mod, neħħi 1.0 ml (ugwali għal 5 mg) ta’ soluzzjoni rikostitwita minn kull kunjett sakemm iġġib il-volum meħtieġ biex tagħmel id-doża tal-pazjent. Tużax labar bil-filters sabiex tevita r-

ragħwa.

Imbagħad injetta bil-mod is-soluzzjoni rikostitwita fis-soluzzjoni intravenuża ta’ 0.9% sodium chloride (mhux f’xi wiċċ li fadal ta’ arja) għal konċentrazzjoni finali ta’ bejn 0.05 mg/ml u 0.7 mg/ml. Iddetermina l-volum totali ta’ 0.9% soluzzjoni għall-infużjoni ta’ sodium chloride (bejn 50 u 500 ml) skont id-doża individwali. Għal dożi anqas minn 35 mg uża minimu ta’ 50 ml, għal dożi ta’ 35 sa 70 mg uża minimu ta’ 100 ml, għal dożi ta’ 70 mg sa 100 mg uża minimu ta’ 250 mg u għal dożi akbar minn 100 mg uża biss 500 ml. Bil-mod aqleb jew immassaġġja l-borża ta’ l- infużjoni biex tħallat is-soluzzjoni dilwita. M’għandekx ixxengel jew taġita b’mod qawwi l-borża ta’ l-infużjoni.

Kif jingħata

Huwa rakkomandat li s-soluzzjoni dilwita tingħata permezz ta’ pajp low-protein binding b’filter ta’ 0.2 µm sabiex jitneħħew il-partiċelli tal-proteini li ma jwasslux għal xi telf fl-attività ta’ agalsidase beta. Ir-rata inizjali ta’ l-infużjoni m’għandix tkun iżjed minn 0.25 mg/min (15 mg/siegħa) biex tnaqqas ir-riskju ta’ xi reazzjonijiet relatati ma’ l-infużjoni. Wara li tkun stabbilita t-tolleranza tal- pazjent, ir-rata ta’ l-infużjoni tista’ tiżdied bil-mod meta jkun hemm infużjonijiet sussegwenti.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Genzyme Europe B.V., Gooimeer 10, 1411DD Naarden, L-Olanda.

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/188/001 Fabrazyme 35 mg kunjett 1 ta’ trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall- infużjoni

EU/1/01/188/002 Fabrazyme 35 mg 5 kunjetti ta’ trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall- infużjoni

EU/1/01/188/003 Fabrazyme 35 mg 10 kunjetti ta’ trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall- infużjoni

EU/1/01/188/004 Fabrazyme 5 mg kunjett 1 ta’ trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall- infużjoni

EU/1/01/188/005 Fabrazyme 5 mg 5 kunjetti ta’ trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall- infużjoni

EU/1/01/188/006 Fabrazyme 5 mg 10 kunjetti ta’ trab għall-konċentrat għal soluzzjoni għall- infużjoni

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 03 ta’ Awwissu, 2001

Data tal-aħħar tiġdid: 03 ta’ Awwissu, 2006

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-

Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati