Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Fampyra (fampridine) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N07XX07

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFampyra
Kodiċi ATCN07XX07
Sustanzafampridine
ManifatturBiogen Idec Ltd  

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Fampyra 10 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 10 mg ta’ fampridine.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Kapsula li terħi l-mediċina bil-mod.

Pillola ta’ lewn abjad jagħti fil-griż, miksija b’rita, ovali u bikonvessa b’daqs ta’ 13 x 8 mm b’tarf ċatt, u mnaqqxa b’A10 fuq naħa waħda.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Fampyra hu indikat għat-titjib fil-mod kif wieħed jimxi f’pazjenti adulti bi sklerosi multipla b’diżabilità fil-mixi (EDSS 4-7).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

L-għoti ta’ Fampyra hu ristrett b’riċetta u għandu jkun hemm superviżjoni minn tobba b’esperjenza fl- immaniġġjar ta’ MS.

Pożoloġija

Id-doża rrakkomandata hi ta’ pillola waħda ta’ 10 mg, darbtejn kuljum, li tittieħed kull12-il siegħa (pillola waħda filgħodu u pillola waħda filgħaxija). Fampyra m’għandux jingħata b’mod iktar frekwenti jew f’doża ogħla minn dik irrakkomandata (ara sezzjoni 4.4). Il-pilloli għandhom jittieħdu fuq stonku vojt (ara sezzjoni 5.2).

Il-Bidu u l-Evalwazzjoni tal-Kura b’Fampyra

Ir-riċetta inizjali għanda tiġi llimitata għal ġimagħtejn sa erba’ ġimgħat ta’ terapija għax il- benefiċċji kliniċi ġeneralment jiġu identifikati fi żmien ġimagħtejn sa erba’ ġimgħat minn meta jinbeda Fampyra.

Evalwazzjoni tal-kapaċità tal-mixi, eż. Mixja ta’ 25 Pied bil-Ħin (T25FW), jew Skala tal-Mixi ta’ Persuni Bi Sklerożi Multipli bi Tnax-il Kriterju huma rrakkomandati biex jiġi evalwat it- titjib fi żmien minn ġimagħtejn sa erba’ ġimgħat. Jekk l-ebda titjib ma jiġi osservat, Fampyra għandu jitwaqqaf

Fampyra għandu jitwaqqaf jekk l-ebda benefiċċju ma jiġi rrappurtat mill-pazjenti.

L-Evalwazzjoni mill-Ġdid tal-Kura b’Fampyra

Jekk jiġi osservat tnaqqis fil-ħila tal-mixi, it-tobba għandhom jikkunsidraw li jwaqqfu temporanjament il-kura sabiex jevalwaw mill-ġdid il-benefiċċji ta’ Fampyra (ara hawn fuq). L- evalwazzjoni mill-ġdid għandha tinkludi t-twaqqif ta’ Fampyra u li ssir evalwazzjoni tal-kapaċità tal- mixi. Fampyra għandu jitwaqqaf jekk il-pazjenti ma jkollhomx aktar benefiċċju fil-mixi.

Meta Wieħed Jinsa Jieħu Doża

Il-kors tad-dożaġġ tas-soltu dejjem għandu jiġi segwit. M’għandhiex tittieħed doża doppja biex tpatti għal doża li wieħed ikun nesa jieħu.

Persuni aktar anzjani

Il-funzjoni tal-kliewi għandha tiġi ċċekkjata f’pazjenti aktar anzjani qabel ma tinbeda l-kura b’Fampyra. Hu rrakkomandat li jsir monitoraġġ tal-funzjoni tal-kliewi f’pazjenti aktar anzjani biex jiġi osservat kwalunkwe indeboliment tal-kliewi (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

Fampyra hu kontraindikat f’pazjenti b’indeboliment ħafif, moderat jew sever tal-kliewi (tneħħija tal- krejatinina ta’ <80 ml/min) (ara sezzjoni 4.3).

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u effikaċja ta’ Fampyra fit-tfal minn eta` ta’ 0 sa 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

Dejta mhix disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Fampyra hu għal użu orali.

Il-pillola għandha tinbela’ sħiħa. M’għandekx taqsamha, tfarrakha, tħolla, terdagħha jew tomgħoda. .

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għal fampridine jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

Il-kura fl-istess ħin bi prodotti mediċinali oħrajn li fihom fampridine (4-aminopyridine).

Pazjenti bi storja medika fil-passat ta’ puplesija, jew li bħalissa għandhom puplesija.

Pazjenti b’indeboliment ħafif, moderat jew sever tal-kliewi (tneħħija tal-krejatinina ta’ <80 ml/min).

L-użu fl-istess ħin ta’ Fampyra bi prodotti mediċinali li huma inibituri tal-Organic Cation Transporter 2 (OCT2), pereżempju, cimetidine.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Riskju ta’ puplesija

Il-kura b’fampridine żżid ir-riskju li pazjent ikollu puplesija (ara sezzjoni 4.8).

Fampyra għandu jingħata b’kawtela fil-preżenza ta’ kwalunkwe fatturi li jistgħu izidu c-cans ta’puplesija.

Fampyra għandu jitwaqqaf f’pazjenti li jkollhom puplesija waqt li jkunu qed jingħataw il-kura.

Indeboliment tal-kliewi

Fampyra jitneħħa primarjament mhux mibdul mill-kliewi. Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi jkollhom konċentrazzjonijiet ogħla fil-plażma li huma assoċjati ma’ żieda ta’ reazzjonijiet avversi, b’mod partikulari effetti newroloġiċi. Hu rrakkomandat li fil-pazjenti kollha tiġi stabbilita l-funzjoni tal- kliewi qabel il-kura u l-monitoraġġ regolari tagħha matul il-kura (partikularment f’persuni aktar anzjani li fihom il-funzjoni tal-kliewi tista’ titnaqqas). It-tneħħija tal-krejatinina tista’ tiġi stmata bl- użu tal-formula ta’ Cockroft-Gault.

Fampyra m’għandux jingħata lil pazjenti b’indeboliment tal-kliewi (rata ta’ tneħħija tal-krejatinina ta’ <80 ml/min) (ara sezzjoni 4.3).

Wieħed għandu joqgħod attent meta tingħata riċetta għal Fampyra fl-istess ħin ma’ prodotti mediċinali li huma substrati ta’ OCT2, pereżempju, carvedilol, propanolol u metformin.

Reazzjonijiet ta’ Sensittività Eċċessiva

Fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, reazzjonijiet serji ta’ sensittività eċċessiva (li jinkludu reazzjoni anafilattika) ġew irrappurtati, bil-maġġoranza ta’ dawn il-każijiet isseħħ matul l-ewwel ġimgħa tal-kura. Għandha tingħata attenzjoni partikulari lil pazjenti bi storja medika preċedenti ta’ reazzjonijiet allerġiċi. Jekk isseħħ reazzjoni anafilattika jew reazzjoni allerġika serja oħra, Fampyra għandu jitwaqqaf u ma jerġax jinbeda.

Twissijiet u prekawzjonijiet oħrajn

Għalhekk Fampyra għandu jingħata b’kawtela lil pazjenti b’sintomi kardjovaskulari ta’ disturbi kardijaċi tar-ritmu u tal-konduzzjoni sinoatrijali jew atrijoventrikulari (dawn l-effetti jiġu osservati f’każ ta’ doża eċċessiva). Hemm informazzjoni limitata dwar is-sigurtà f’dawn il-pazjenti.

Iż-żieda fl-inċidenza ta’ sturdament u disturb fil-bilanċ li kienu osservati b’Fampyra jistgħu jirriżultaw f’żieda fir-riskju li persuna taqa’. Għalhekk, il-pazjenti għandhom jużaw xi tagħmir/għajnuniet li jgħinuhom biex jimxu skont il-ħtieġa.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji ta’ interazzjoni twettqu biss f’adulti.

Il-kura fl-istess ħin bi prodotti mediċinali oħrajn li fihom fampridine (4-aminopyridine) hi kontraindikata (ara sezzjoni 4.3).

Fampridine jiġi eliminat primarjament mill-kliewi bi tnixxija attiva mill-kliewi li tammonta għal madwar 60% (ara sezzjoni 5.2). OCT2 hu t-trasportatur responsabbli għat-tnixxija attiva ta’ fampridine. Għaldaqstant, l-użu fl-istess ħin ta’ fampridine ma’ prodotti mediċinali li jkunu inibituri ta’ OCT2, pereżempju cimetidine, hu kontraindikat (ara sezzjoni 4.3) u l-użu fl-istess ħin ta’ fampridine ma’ prodotti mediċinali li huma substrati ta’ OCT2, pereżempju carvedilol, propanolol u metformin, għandu jsir b’attenzjoni (ara sezzjoni 4.4).

Interferon: fampridine ingħata fl-istess ħin ma’ interferon-beta u l-ebda interazzjonijiet farmakokinetiċi tal-prodott mediċinali ma kienu osservati.

Baclofen: fampridine ngħata fl-istess ħin ma’ baclofen u l-ebda interazzjonijiet farmakokinetiċi tal- prodott mediċinali ma kienu osservati.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ fampridine f’nisa tqal.

Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva (ara 5.3). Bћala prekawzjoni hu preferribli li ma jintuzax Fampyra waqt it-tqala

Treddigħ

Mhux magħruf jekk fampridine jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Fampyra m’għandux jintuża waqt it-treddigћ.

Fertilità

Fi studji fuq l-annimali l-ebda effetti fuq il-fertilità ma kienu osservati.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Fampyra għandu effett moderat fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni għax Fampyra jista’ jikkawża sturdament.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Is-sigurtà ta’ Fampyra ġiet evalwata fi studji kkontrollati fit-tul, open-label, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, u fi sfond ta’ wara t-tqegħid fis-suq.

Ir-reazzjonijiet avversi identifikati huma fil-biċċa l-kbira tagħhom newroloġiċi u jinkludu puplesija, nuqqas ta’ rqad, ansjetà, disturb fil-bilanċ, sturdament, parestesija, rogħda, uġigħ ta’ ras u astenja. Dan hu konsistenti mal-attività farmakoloġika ta’ fampridine. L-ogħla inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi identifikati minn provi kkontrollati bi plaċebo f’pazjenti bi sklerosi multipla, b’Fampyra li jingħata d-doża rrakkomandata, kienu rrappurtati bħala infezzjoni fl-apparat urinarju (f’madwar 12% tal-pazjenti).

Ir-reazzjonijiet avversi huma ppreżentati hawn taħt skont il-klassi tal-organi tas-sistema u l-frekwenza assoluta. Il-frekwenzi huma definiti bħala: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skont is-serjetà ta’ tagħhom.

L-effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji.

MedDRA SOC

Reazzjoni Avversa

Kategorija ta’ frekwenza

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

Infezzjoni fl-apparat tal-awrina

Komuni Ħafna

Disturbi fis-sistema immuni

Anafilassi

Mhux komuni

 

Anġjoedema

Mhux komuni

 

Sensittività eċċessiva

Mhux komuni

Disturbi psikjatriċi

Nuqqas ta’ rqad

Komuni

 

Ansjetà

Komuni

Disturbi fis-sistema nervuża

Sturdament

Komuni

 

Uġigħ ta’ ras

Komuni

 

Disturb fil-bilanċ

Komuni

 

Parestesija

Komuni

 

Rogħda

Komuni

 

 

 

Puplesija

Mhux komuni

 

Aggravament ta’ nevralġija

Mhux komuni

 

triġeminali

 

Disturbi fis- sistema tal-qalb

Palpitazzjonijiet

Komuni

 

Takikardja

Mhux Komuni

Disturbi vaskulari

Pressjoni baxxa*

Mhux komuni

Disturbi respiratorji, toraċiċi u

Dispneja

Komuni

medjastinali

Uġigħ faringolarinġeali

Komuni

Disturbi gastro-intestinali

Nawsja

Komuni

 

Rimettar

Komuni

 

Stitikezza

Komuni

 

Dispepsja

Komuni

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’

Raxx

Mhux komuni

taħt il-ġilda

Urtikarja

Mhux komuni

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-

Uġigħ fid-dahar

Komuni

tessuti konnettivi

 

 

Disturbi ġenerali u

Astenja

Komuni

kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata Skonfort fis-sider*

Mhux komuni

* Dawn is-sintomi ġew osservati fil-kuntest ta’ sensittività eċċessiva

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Puplesija

Fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, kien hemm rapporti ta’ puplesija, frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). Għal informazzjoni addizzjonali dwar ir-riskju ta’ puplesija, jekk jogħġbok irreferi għal sezzjonijiet 4.3 u 4.4.

Sensittività eċċessiva

Fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, kien hemm rapporti ta’ reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva (li jinkludu anafilassi) li seħħew ma’ wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin: dispneja, skonfort fis- sider, pressjoni baxxa, anġjoedema, raxx u urtikarja. Għal aktar informazzjoni dwar reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva, jekk jogħġbok irreferi għal sezzjonijiet 4.3 u 4.4.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi ssuspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sintomi

Sintomi akuti ta’ doża eċċessiva b’Fampyra kienu konsistenti ma’ tqanqil tas-sistema nervuża ċentrali u kienu jinkludu konfużjoni, rogħda, dijaforesi, puplesija, u amnesija.

L-effetti sekondarji fis-sistema nervuża ċentrali f’dożi għoljin ta’ 4-aminopyridine jinkludu konfużjoni, puplesiji, stat epilettiku, movimenti involontarji u koreoatetojdi. Effetti sekondarji oħrajn f’dożi għoljin jinkludu każijiet ta’ arritmiji kardijaċi (pereżempju, takikardja u bradikardija

supraventrikulari) u takikardija ventrikulari bħala konsegwenza ta’ titwil potenzjali tal-QT. Rapporti ta’ pressjoni għolja kienu wkoll irrapurtati.

Immaniġġjar

Pazjenti li jieħdu doża eċċessiva għandhom jingħataw kura ta’ appoġġ. Attività ta’ puplesija rekurrenti għandha tiġi kkurata b’benzodiazepine, phenytoin, jew terapija oħra adattata akuta kontra l- puplesiji.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini oħrajn tas-sistema nervuża, Kodiċi ATC: N07XX07.

Effetti farmakodinamiċi

Fampyra hu imblokkatur tal-kanal tal-potassium. Billi jimblokka l-kanali tal-potassium, Fampyra jnaqqas it-tnixxija ta’ kurrent joniku minn ġo dawn il-kanali, u b’hekk itawwal ir-ripolarizzazzjoni u għaldaqstant itejjeb il-formazzjoni potenzjali tal-azzjoni f’demyelinated axons u l-funzjoni newroloġika. Preżumibbilment, Billi jtejjeb il-formazzjoni potenzjali tal-azzjoni, wieħed għandu jifhem li aktar impulsi jistgħu jilħqu s-sistema nervuża ċentrali.

Effikaċja klinika u sigurtà

Saru tliet studji konfirmatorji ta’ fażi III, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, double- blind, ikkontrollati bi plaċebo, (MS-F203 u MS-F204 u 218MS305). Il-proporzjon ta’ persuni li rrispondew kien indipendenti minn terapija immunomodulatorja fl-isess ħin (li tinkludi interferons, glatiramer acetate, fingolimod u natalizumab). Id-doża ta’ Fampyra kienet ta’ 10 mg BID.

Studji MS-F203 u MS-F204

Il-punt aħħari primarju fi studji MS-F203 u MS-F204 kienet ir-rata ta’ dawk li rrispondew fil-veloċità tal-mixi kif imkejla mit-Timed 25-foot Walk (T25FW). Pazjent li rrisponda għall-kura kien definit jekk b’mod konsistenti kellu veloċità tal-mixi iktar mgħaġġla għal mill-inqas tliet viżti minn erba’ possibbli matul il-perijodu double blind meta mqabbel mal-valur massimu fost ħames viżti off- treatment.

Proporzjon akbar b’mod sinifikanti ta’ pazjenti kkurati b’Fampyra kienu persuni li rrispondew meta mqabbla mal-plaċebo (MS-F203: 34.8% vs. 8.3%, p<0.001; MS-F204: 42.9% vs. 9.3%, p<0.001).

Il-pazjenti li rrispondew għall-kura b’Fampyra żiedu l-veloċità tal-mixi tagħhom b’medja ta’ 26.3% vs

5.3% fuq il-plaċebo (p< 0.001) (MS-F203) u 25.3% vs 7.8% (p< 0.001) (MS-F204). It-titjib deher fi żmien ftit ġimgħatwara l-bidu tal-kura b’Fampyra.

Titjib statistikament u klinikament sinifikanti kien osservat, kif imkejjel bl-Iskala tal-Mixi tal-Isklerosi Multipla li fiha 12-il kriterju.

Tabella 1: Studji MS-F203 u MS-F204

STUDJU *

MS-F203

MS-F204

 

 

 

Fampyra

Plaċebo

 

Fampyra

 

Plaċebo

 

 

 

 

10 mg BID

 

 

10 mg BID

Numru ta’ persuni

 

 

Titjib konsistenti

8.3%

 

34.8%

9.3%

 

42.9%

Differenza

 

 

26.5%

 

 

33.5%

CI95%

 

 

17.6%, 35.4%

 

 

23.2%, 43.9%

valur p

 

 

< 0.001

 

 

< 0.001

 

 

 

 

 

 

 

Titjib ta’ ≥20%

11.1%

 

31.7%

15.3%

 

34.5%

Differenza

 

 

20.6%

 

 

19.2%

CI95%

 

 

11.1%,30.1%

 

 

8.5%,29.9%

valur p

 

 

<0.001

 

 

<0.001

Veloċità tal-mixi

Piedi kull sek

 

Piedi kull sek

Piedi kull sek

 

Piedi kull sek

Piedi/sek

 

 

 

 

 

 

Linja bażi

2.04

 

2.02

2.21

 

2.12

Punt aħħari

2.15

 

2.32

2.39

 

2.43

Bidla

0.11

 

0.30

0.18

 

0.31

Differenza

 

0.19

 

0.12

valur p

 

0.010

 

0.038

Medja % ta’ Bidla

5.24

 

13.88

7.74

 

14.36

Differenza

 

8.65

 

6.62

valur p

< 0.001

 

0.007

MSWS-12-punteġġ

 

 

 

 

 

 

(medja, sem)

 

 

 

 

 

 

Linja bażi

69.27 (2.22)

 

71.06 (1.34)

67.03 (1.90)

 

73.81 (1.87)

Bidla medja

-0.01 (1.46)

 

-2.84 (0.878)

0.87 (1.22)

 

-2.77 (1.20)

Differenza

 

2.83

 

3.65

valur p

 

0.084

 

0.021

LEMMT (medja, sem)

 

 

 

 

 

 

(Test Manwali tal-

 

 

 

 

 

 

Muskoli tal-Estremità

 

 

 

 

 

 

t’Isfel)

 

 

 

 

 

 

Linja bażi

3.92 (0.070)

 

4.01 (0.042)

4.01 (0.054)

 

3.95 (0.053)

Bidla medja

0.05 (0.024)

 

0.13 (0.014)

0.05 (0.024)

 

0.10 (0.024)

Differenza

 

0.08

 

0.05

valur p

 

0.003

 

0.106

Punteġġ Ashworth

 

 

 

 

 

 

(Test għall-ispastiċità

 

 

 

 

 

 

tal-muskoli)

 

 

 

 

 

 

Linja bażi

0.98 (0.078)

 

0.95 (0.047)

0.79 (0.058)

 

0.87 (0.057)

Bidla medja

-0.09 (0.037)

 

-0.18 (0.022)

-0.07 (0.033)

 

-0.17 (0.032)

Differenza

 

0.10

 

0.10

valur p

 

0.021

 

0.015

Studju 218MS305

Studju 218MS305 twettaq fuq 636 individwu bi sklerożi multipli u diżabilità fil-mixi. It-tul tal-kura double-blind kien ta’ 24 ġimgħa b’ġimagħtejn ta’ follow-up wara l-kura. Il-punt aħħari primarju kien it-titjib fil-kapaċità tal-mixi, imkejjel bħala l-proporzjon ta’ pazjenti li kisbu titjib medju ta’ ≥ 8 punti

mill-punteġġ MSWS-12 fil-linja bażi fuq 24 ġimgħa. F’dan l-istudju, kien hemm differenza statistikament sinifikanti fil-kura, bi proporzjon akbar ta’ pazjenti kkurati b’Fampyra li wrew titjib fil- kapaċità tal-mixi, meta mqabbla ma’ pazjenti kkontrollati bil-plaċebo (riskju relattiv ta’

1.38 (95% CI: [1.06, 1.70]). It-titjib ġeneralment deher fi żmien minn ġimagħtejn sa 4 ġimgħat mill- bidu tal-kura, u sparixxa fi żmien ġimagħtejn mit-twaqqif tal-kura.

Pazjenti kkurati b’Fampyra wrew ukoll titjib statistikament sinifikanti fit-Timed Up and Go (TUG) test, kejl ta’ bilanċ statiku u dinamiku u mobilità fiżika. F’dan il-punt aħħari sekondarju, proporzjon akbar ta’ pazjenti kkurati b’Fampyra kiseb titjib medju ta’ ≥ 15% mill-veloċità tat-TUG fil-linja bażi fuq perjodu ta’ 24 ġimgħa, meta mqabbel mal-plaċebo (B Id-differenza fl-Iskala tal-Bilanċ Berg (Berg Balance Scale, BBS; kejl ta’ bilanċ statiku), għalkemm id-differenza ma kinitx statistikament sinifikanti.

Ukoll, pazjenti kkurati b’Fampyra, urew titjib medju statistikament sinifikanti mil-linja bażi meta mqabbel mal-plaċebo fil-punteġġ fiżiku tal-Iskala tal-Impatt tal-Isklerożi Mutlipla (Multiple Sclerosis Impact Scale (MSIS-29)) (differenza LSM -3.31, p<0.001).

Tabella 2: Studju 218MS305

Matul 24 ġimgħa

Plaċebo

Fampyra 10 mg

Differenza (95% CI)

 

(N = 318)

BID

valur p

 

 

N = 315*

 

Proporzjon ta’ pazjenti

34%

43%

Differenza ta’ riskju:

b’titjib medju ta’ ≥ 8 punti

 

 

10.4%

mill-punteġġ MSWS-12 fil-

 

 

(3%; 17.8%)

linja bażi

 

 

0.006

 

 

 

 

Punteġġ MSWS-12

 

 

LSM: -4.14

Linja bażi

65.4

63.6

(-6.22; -2.06)

Titjib mil-linja bażi

-2.59

-6.73

<0.001

 

 

 

 

TUG

35%

43%

Differenza ta’ riskju:

Proporzjon ta’ pazjenti

 

 

9.2% (0.9%; 17.5%)

b’titjib medju ta’ ≥ 15% fil-

 

 

0.03

veloċità tat-TUG

 

 

 

 

 

 

 

TUG

 

 

LSM: -1.36

Linja bażi

27.1

24.9

(-2.85 ; 0.12)

Titjib mil-linja bażi

-1.94

-3.3

0.07

(sek)

 

 

 

Punteġġ fiżiku MSIS-29

55.3

52.4

LSM: -3.31

Linja bażi

-4.68

-8.00

(-5.13; -1.50)

Titjib mil-linja bażi

 

 

<0.001

Punteġġ BBS

 

 

LSM: 0.41

Linja bażi

40.2

40.6

(-0.13; 0.95)

Titjib mil-linja bażi

1.34

1.75

0.141

*Popolazzjoni b’intenzjoni li tiġi kkurata = 633; LSM Inqas Medja Kwadru

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jigu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Fampyra f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kura ta’ sklerosi multipla b’diżabilità fil-mixi (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment:

Fampridine mogħti mill-ħalq jiġi assorbit malajr u kompletament mill-apparat gastrointestinali. Fampridine għandu indiċi terapewtiku dejjaq. Il-bijodisponibilità assoluta ta’ Fampyra pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod ma ġietx evalwata, iżda l-bijodisponibilità relattiva (meta mqabbla ma’ soluzzjoni akweja orali) hi ta’ 95%. L-assorbiment ta’ fampridine minn Fampyra pillola li terħi l-mediċina bil- mod jidher permezz ta’ żieda iktar bil-mod għal konċentrazzjoni massima iktar baxxa, mingħajr ebda effett fuq il-grad ta’ assorbiment.

Meta l-pilloli Fampyra jittieħdu mal-ikel, it-tnaqqis taż-żona taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni tal- plażma-żmien (AUC0-∞) ta’ fampridine hi ta’ madwar 2-7% (doża ta’ 10 mg). It-tnaqqis żgħir fl- AUC mhux mistenni li jikkawża tnaqqis fl-effikaċja terapewtika. Madankollu, is-Cmax jiżdied bi 15- 23%. Billi hemm relazzjoni ċara bejn is-Cmax u reazzjonijiet avversi marbuta mad-doża, hu rrakkomandat li Fampyra jittieħed fuq stonku vojt (ara sezzjoni 4.2).

Distribuzzjoni:

Fampridine hu prodott mediċinali li jinħall fil-lipidi u li jgħaddi mingħajr tfixkil mid-demm għall- moħħ. Fampridine hu fil-biċċa l-kbira tiegħu mhux imwaħħal mal-proteini tal-plażma (il-porzjon li jeħel varja bejn 3-7% fil-plażma tal-bniedem). Fampridine għandu volum tad-distribuzzjoni ta’ madwar 2.6 l/kg.

Fampridine mhuwiex substrat għal P-glikoproteina.

Bijotrasformazzjoni:

Fampridine jiġi mmetabolizzat fil-bniedem permezz ta’ ossidazzjoni għal 3-hydroxy-4-aminopyridine u jiġi kkonjugat b’mod addizzjonali għal 3-hydroxy-4-aminopyridine sulfate. Ma nstabet l-ebda attività farmakoloġika għall-metaboliti ta’ fampridine kontra kanali magħżula tal-potassium in vitro.

It-3-hydroxylation ta’ fampridine għal 3-hydroxy-4-aminopyridine permezz ta’ mikrosomi tal-fwied tal-bniedem jidhru li huma kkatalizzati minn Ċitokrom P450 2E1 (CYP2E1).

Kien hemm evidenza ta’ inibizzjoni diretta ta’ CYP2E1 minn fampridine f’30 μM (inibizzjoni ta’ madwar 12%) li hi madwar 100 darba aktar mill-konċentrazzjoni medja ta’ fampridine fil-plażma mkejla għall-pillola ta’ 10 mg.

Il-kura ta’ epatoċiti umani f’koltura b’fampridine ftit li xejn kellha effett fuq l-induzzjoni ta’ attivitajiet tal-enzimi CYP1A2, CYP2B6, CYP2C9, CYP2C19, CYP2E1 jew CYP3A4/5.

Eliminazzjoni:

Ir-rotta maġġuri tat-tneħħija għal fampridine hi t-tneħħija mill-kliewi, b’madwar 90% tad-doża tkun irkuprata fl-awrina bħala l-prodott mediċinali prinċipali fi żmien 24 siegħa. It-tneħħija mill-kliewi (CLR 370 ml/min) hi akbar b’mod sostanzjali mir-rata tal-filtrazzjoni glomerulari minħabba l- filtrazzjoni glomerulari kombinata u t-tneħħija attiva mit-trasportatur OCT2 fil-kliewi. It-tneħħija permezz tal-ippurgar kienet ta’ inqas minn 1% tad-doża mogħtija.

Fampyra hu kkaratterizzat minn farmakokinetika lineari (proporzjonali mad-doża), b’half-life tat- tneħħija terminali ta’ madwar 6 sigħat. L-ogħla konċentrazzjoni fil-plażma (Cmax) u, fi grad anqas, iż- żona taħt il-kurva ta’ konċentrazzjoni fil-plażma-ħin (AUC), tiżdied b’mod proporzjonali mad-doża. M’hemmx evidenza ta’ akkumulazzjoni ta’ fampridine li hi klinikament rilevanti meta dan jittieħed fid-doża rrakkomandata f’pazjenti b’funzjoni sħiħa tal-kliewi. F’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi, l- akkumulazzjoni sseħħ b’mod relattiv mal-grad ta’ indeboliment.

Popolazzjonijiet Speċjali

Pazjenti aktar anzjani:

Studji kliniċi dwar Fampyra ma inkludewx numri suffiċjenti ta’ pazjenti li kellhom 65 sena jew iktar biex jiġi stabbilit jekk dawn jirrispondux b’mod differenti minn pazjenti iżgħar. Fampyra jitneħħa primarjament mhux mibdul mill-kliewi, u bi tneħħija tal-krejatinina li hi magħrufa li tonqos mal-età, il-monitoraġġ tal-funzjoni tal-kliewi f’pazjenti aktar anzjani għandu jiġi kkunsidrat (ara sezzjoni 4.2).

Popolazzjoni Pedjatrika:

Dejta mhux disponibbli.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi:

Fampridine jiġi eliminat primarjament mill-kliewi bħala prodott mediċinali mhux mibdul, u għalhekk il-funzjoni tal-kliewi għandha tiġi ċċekkjata f’pazjenti fejn il-funzjoni tal-kliewi tista’ tkun kompromessa. Pazjenti b’indeboliment ħafif tal-kliewi huma mistennija li jkollhom madwar minn 1.7 sa 1.9 darbiet tal-konċentrazzjonijiet ta’ fampridine li jintlaħqu minn pazjenti b’funzjoni normali tal- kliewi. Fampyra m’għandux jingħata lil pazjenti b’indeboliment ħafif, moderat u sever tal-kliewi (ara sezzjoni 4.3)

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fampridine ġie studjat fi studji dwar tossiċità minn dożi orali ripetuti f’diversi speċi ta’ annimali.

Risponsi avversi għal fampridine mogħti mill-ħalq kienu mgħaġġla fil-bidu, u l-biċċa l-kbira seħħew fi żmien l-ewwel sagħtejn wara d-doża. Sinjali kliniċi evidenti wara dożi kbar li ngħataw waħidhom, jew dożi ripetuti iktar baxxi kienu simili fl-ispeċi kollha li ġew studjati, u kienu jinkludu rogħda, konvulżjonijiet, atassja, dispneja, ħbub tal-għajnejn dilatati, prostrazzjoni, vokalizzazzjoni anormali, żieda fir-rata tar-respirazzjoni, u salivazzjoni eċċessiva. Anormalitajiet fil-mod ta’ kif persuna timxi u eċċitabilità eċċessiva kienu osservati wkoll. Dawn is-sinjali kliniċi kienu mistennija u jirrappreżentaw farmakoloġija esaġerata ta’ fampridine. Flimkien ma’ dan, każijiet waħidhom ta’ ostruzzjonijiet fatali tal-apparat tal-awrina kienu osservati fil-firien. Ir-rilevanza klinika ta’ dawn ir-riżultati għad trid tiġi spjegata, iżda relazzjoni kawżali bil-kura b’fampridine ma tistax tiġi eskluża.

Fi studji dwar it-tossiċità fir-riproduzzjoni tal-firien u l-fniek, kienu osservati tnaqqis fil-piż u fil- vijabilità tal-feti u l-frieħ f’dożi li kienu tossiċi għall-omm. Madankollu, ma kienet osservata l-ebda żieda fir-riskju ta’ malformazzjonijiet jew effetti avversi fuq il-fertilità.

F’sensiela ta’ studji in vitro u in vivo fampridine ma wera l-ebda potenzjal li hu mutaġeniku, klastoġeniku jew karċinoġeniku.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Il-qalba tal-pillola:

Hypromellose

Microcrystalline cellulose

Silica, colloidal anhydrous

Magnesium stearate

Kisja tar-rita:

Hypromellose

Titanium dioxide (E-171)

Polyethylene glycol 400

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

Wara li flixkun jinfetaħ għall-ewwel darba, użah fi żmien 7 sebat ijiem.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen f’temperatura taħt 25°C. Aħżen il-pilloli fl-ippakkjar oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u mill- umdita’.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Fampyra hu fornut jew fi fliexken jew pakketti bil-folji.

Fliexken

Flixkun tal-HDPE (polyethylene ta’ densità għolja) b’għatjien tal-polypropylene, kull flixkun fih 14- il pillola u dessikant tas-silica gel.

Daqs tal-pakkett ta’ 28 (2 fliexken ta’ 14) pillola. Daqs tal-pakkett ta’ 56 (4 fliexken ta’ 14) pillola.

Pakketti bil-folji

Folji tal-fojl (aluminju/aluminju), kull trej ta’ folji fiha 14-il pillola.

Daqs tal-pakkett ta’ 28 (2 folji ta’ 14) pillola.

Daqs tal-pakkett ta’ 56 (4 folji ta’ 14) pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħed meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Biogen Idec Limited

Innovation House

70 Norden Road

Maidenhead

Berkshire

SL6 4AY

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/11/699/001

EU/1/11/699/002

EU/1/11/699/003

EU/1/11/699/004

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 20 ta’ Lulju, 2011

Data tal-aħħar tiġdid: 18 ta’ Mejju, 2017

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati