Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Fampyra (fampridine) – Fuljett ta’ tagħrif - N07XX07

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFampyra
Kodiċi ATCN07XX07
Sustanzafampridine
ManifatturBiogen Idec Ltd  

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Fampyra 10 mg pilloli li jerħu l-mediċina bil-mod fampridine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Fampyra u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Fampyra

3.Kif għandek tieħu Fampyra

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Fampyra

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Fampyra u gћalxiex jintuża

Fampyra hu mediċina li tintuża f’persuni adulti (minn 18-il sena ’l fuq) li jkollhom Sklerosi Multipla (SM) biex ittejjeb il-mod kif jimxu. F’persuna bi sklerosi multipla, l-infjammazzjoni teqred il-kisja protettiva madwar in-nervituri, u dan jikkawża dgħufija fil-muskoli, ebusija fil-muskoli u diffikultà biex timxi.

Fampyra fih is-sustanza attiva fampridine li tappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa imblokkaturi tal-kanal tal-potassium. Jaħdmu billi jwaqqfu l-potassium milli jħalli ċ-ċelluli tan-nervituri li jkunu ġarrbu ħsara mill-SM. Hu maħsub li din il-mediċina taħdem billi tħalli s-sinjali jgħaddu ’l isfel tul innerv b’mod aktar normali, u dan jippermettilek li timxi aħjar.

2. X'għandek tkun taf qabel ma Fampyra

Tiħux Fampyra

jekk inti allerġiku għal fampridine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

jekk xi darba kellek attakk ta’ puplesija jew qatt kellek aċċessjoni (li tissejjaħ ukoll konvulżjoni)

jekk għandek problemi tal-kliewi

jekk qed tieħu mediċina msejħa cimetidine

jekk qed tieħu kwalunkwe mediċina oħra li fiha fampridine. Dan jista’ jżid ir-riskju li jkollok effetti sekondarji serji.

Għid lit-tabib tiegħek u tiħux Fampyra jekk xi wieħed minn dawn japplikaw għalik.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Fampyra

jekk tkun konxju mit-taħbit ta’ qalbek (palpitazzjonijiet)

jekk inti suxxettibbli għal infezzjonijiet

għandek tuża xi għajnuna biex timxi, bħal bastun skont il-bżonn.

minħabba li din il-mediċina tista’ ġġiegħelek tħossok stordut jew żbilanċjat, dan jista’ jirriżulta f’żieda fir-riskju li taqa’

qabel ma tieħu din il-mediċina staqsi it-tabib tiegħek jekk għandek kwalunkwe problema, jew jekk qed tieħu kwalunkwe mediċini, li jaffetwaw r-riskju tiegħek ta’ attakk ta’ fits (puplesija).

Għid lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Fampyra jekk kwalunkwe minn dawn japplikaw għalik.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

Tagħtix Fampyra lil tfal jew adolexxenti taħt l-età ta’ 18-il sena.

Persuni aktar anzjani

Qabel tibda l-kura u matul il-kura, it-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja biex jara li l-kliewi qed jaħdmu kif suppost.

Mediċini oħra u Fampyra

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt, jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Tiħux Fampyra jekk qed tieħu kwalunkwe mediċina oħra li fiha fampridine.

Mediċini oħrajn li jaffettwaw il-kliewi

It-tabib tiegħek ser joqgħod attent b’mod speċjali jekk fampridine jingħata fl-istess ħin ma’ kwalunkwe mediċina li tista’ taffettwa kif il-kliewi tiegħek ineħħu l-mediċini, pereżempju carvedilol, propranolol u metformin.

Fampyra ma’ ikel u xorb

Fampyra għandu jittieħed mingħajr ikel, fuq stonku vojt.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila, jew jekk qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel ma tieħu Fampyra

Fampyra mhuwiex irrakkomandat waqt it-tqala.

It-tabib tiegħek ser jikkunsidra l-benefiċċju li inti tkun qed tiġi kkurata b’Fampyra kontra r-riskju għat-tarbija tiegħek.

M’għandekx tredda’ waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Fampyra jista’ jkollu effett fuq il-ħila tan-nies li jsuqu jew jużaw makkinarju, għax jista’ jikkawża sturdament. Aċċerta ruħek li ma tkunx affettwat qabel ma tibda ssuq jew tuża xi makkinarju.

3.Kif gћandek tieħu Fampyra

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Fampyra hu disponibbli biss permezz ta’ riċetta u taħt is-superviżjoni ta’ tobba b’esperjenza fil-kura ta’ SM.

It-tabib tiegħek ser jagħtik riċetta inizjali għal ġimagħtejn sa 4 ġimgħat. Wara ġimagħtejn sa 4 ġimgħat, il-kura se tiġi evalwata mill-ġdid.

Id-doża rrakkomandata hija

Pillola waħda filgħodu u pillola waħda filgħaxija (b’intervall ta’ 12-il siegħa bejniethom). M’għandekx tieħu iktar minn żewġ pilloli kuljum. Trid tħalli 12-il siegħa jgħaddu bejn pillola u oħra. Tiħux il-pilloli aktar ta’ spiss minn kull 12-il siegħa.

Ibla’ kull pillola sħiħa, ma’ belgħa ilma. Taqsamx, tfarrakx, tħollx, terdgħax u tomgħodx il-pillola. Dan jista’ jżid ir-riskju tiegħek li jkollok effetti sekondarji.

Jekk Fampyra jiġi fornut fil-fliexken, il-flixkun ser ikun fih ukoll dessikant. Ħalli d-dessikant fil- flixkun, tibilgħux.

Jekk tieħu Fampyra aktar milli suppost

Ikkuntattja it-tabib tiegħek immedjatament jekk tieħu pilloli żejda. Ħu l-kaxxa ta’ Fampyra miegħek jekk tmur tara t-tabib.

F’każ ta’ doża eċċessiva, tista’ tinnota għaraq, tregħid żgħir (rogħda), konfużjoni, telf ta’ memorja (amnesija) u aċċessjonijiet (puplesija). Tista’ wkoll tinnota effetti oħrajn mhux elenkati hawnhekk.

Jekk tinsa tieħu Fampyra

Jekk inti tinsa tieħu pillola, tiħux żewġ pilloli biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Trid dejjem tħalli 12-il siegħa jgħaddu wara kull pillola.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jekk ikollok aċċessjoni, għandek tieqaf tieħu Fampyra, u tgħid lit-tabib tiegħek immedjatament.

Jekk ikollok wieħed jew aktar minn dawn is-sintomi ta’ allerġiji (sensittività eċċessiva) li ġejjin: wiċċ, ħalq, xufftejn, gerżuma jew ilsien minfuħin, ħmura jew ħakk tal-ġilda, tagħfis fis-sider u problemi biex tieħu n-nifs, tiħux aktar Fampyra u ara lit-tabib tiegħek immedjatament.

L-effetti sekondarji huma elenkati hawn taħt skont il-frekwenza:

Effetti sekondarji Komuni Ħafna

Jistgħu jaffettwaw iktar minn 1 pazjent f’kull 10 pazjenti:

Infezzjoni fl-apparat tal-awrina

Effetti sekondarji Komuni

Jistgħu jaffettwaw sa 1 pazjent f’kull 10 pazjenti:

Tħossok żbilanċjat (meta tkun qed timxi)

Sturdament

Uġigħ ta’ ras

Tħossok dgħajjef u għajjien

Diffikultà biex torqod

Ansjetà

Tregħid ħafif (rogħda)

Sensazzjoni ta’ titmewwet jew tnemnim fil-ġilda

Uġigħ fil-griżmejn

Diffikultà biex tieħu n-nifs (qtugħ ta’ nifs)

Tħossok imdardar (nawsja)

Tirremetti

Stitikezza

Stonku mqalleb

Uġigħ fid-dahar

Tkun konxju mit-taħbit ta’ qalbek (palpitazzjonijiet)

Effetti sekondarji Mhux Komuni

Jistgħu jaffettwaw sa 1 pazjent f’kull 100 pazjent

Aċċessjonijiet (puplesija)

Reazzjoni allerġika (reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva)

Aggravament ta’ wġigħ fil-wiċċ (nevralġija triġeminali)

Rata tal-qalb mgħaġġla (takikardja)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Fampyra

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq l-ippakkjar wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen f’temperatura taħt 25°C. Aħżen il-pilloli fl-ippakkjar oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u mill- umdita’.

Jekk Fampyra jiġi fornut fil-fliexken, għandu jinfetaħ flixkun wieħed biss f’ħin wieħed. Wara li jinfetaħ għall-ewwel darba, użah fi żmien 7 ijiem.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

Tista’ tikseb verżjoni ta’ dan il-fuljett b’tipa akbar billi ċċempel lir-rappreżentanti lokali (ara l-lista hawn taħt).

X’fih Fampyra

Is-sustanza attiva hi fampridine.

Kull pillola li terħi l-mediċina bil-mod fiha 10 mg ta’ fampridine.

Is-sustanzi l-oħra huma:

Il-qalba tal-pillola: hypromellose, microcrystalline cellulose, silica colloidal anhydrous, magnesium stearate; kisja tar-rita: hypromellose, titanium dioxide (E-171), polyethylene glycol 400

Kif jidher Fampyra u l-kontenut tal-pakkett

Fampyra hi pillola li terħi l-mediċina bil-mod ta’ lewn abjad jagħti fil-griż, miksija b’rita, ovali u bikonvessa b’daqs ta’ 13 x 8 mm b’tarf ċatt, imnaqqxa b’A10 fuq naħa waħda.

Fampyra hu fornut jew fi fliexken jew pakketti bil-folji.

Fliexken

Fampyra jiġi fi fliexken tal-HDPE (polyethylene ta’ densità għolja). Kull flixkun fih 14-il pillola u dessikant tas-silica gel. Kull pakkett fih 28 pillola (2 fliexken) jew 56 pillola (4 fliexken).

Pakketti bil-folji

Fampyra jiġi f’folji tal-fojl ta’ 14-il pillola kull waħda. Kull pakkett fih 28 pillola (2 folji) jew 56 pillola (4 folji).

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Biogen Idec Limited, Innovation House, 70 Norden Road, Maidenhead, Berkshire, SL6 4AY, Ir-Renju Unit.

Manifattur:

Alkermes Pharma Ireland Ltd, Monksland, Athlone, Co. Westmeath, L-Irlanda

Biogen (Denmark) Manufacturing ApS, Biogen Alle 1, Hillerod, DK-3400, Id-Danimarka

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Biogen Belgium N.V./S.A.

UAB "JOHNSON & JOHNSON"

Tél/Tel: +32 2 219 12 18

Tel: +370 5 278 68 88

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП ЕВОФАРМА

Biogen Belgium N.V./S.A.

Teл.: +359 2 962 12 00

Tél/Tel: +32 2 219 12 18

Česká republika

Magyarország

Biogen (Czech Republic) s.r.o.

Biogen Hungary Kft.

Tel: +420 255 706 200

Tel.: +36 (1) 899 9883

Danmark

Malta

Biogen (Denmark) A/S

Pharma MT limited

Tlf: +45 77 41 57 88

Deutschland

Nederland

Biogen GmbH

Biogen Netherlands B.V.

Tel: +49 (0) 89 99 6170

Tel: +31 20 542 2000

Eesti

Norge

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Eesti filiaal

Biogen Norway AS

Tel: +372 617 7410

Tlf: +47 23 40 01 00

Ελλάδα

Österreich

Genesis Pharma SA

Biogen Austria GmbH

Τηλ: +30 210 8771500

Tel: +43 1 484 46 13

España

Polska

Biogen Spain SL

Biogen Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 91 310 7110

Tel.: +48 22 351 51 00

France

Portugal

Biogen France SAS

Biogen Portugal Sociedade Farmacêutica

Tél: +33 (0)1 41 37 95 95

Unipessoal, Lda

 

Tel: +351 21 318 8450

Hrvatska

România

Medis Adria d.o.o.

Johnson & Johnson Romania S.R.L.

Tel: +385 (0) 1 230 34 46

Tel: +40 21 207 18 00

Ireland

Slovenija

Biogen Idec (Ireland) Ltd.

Biogen Pharma d.o.o.

Tel: +353 (0)1 463 7799

Tel: +386 1 511 02 90

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf

Biogen Slovakia s.r.o.

Sími: +354 540 8000

Tel: +421 2 323 340 08

Italia

Suomi/Finland

Biogen Italia s.r.l.

Biogen Finland Oy

Tel: +39 02 584 9901

Puh/Tel: +358 207 401 200

Κύπρος

Sverige

Genesis Pharma Cyprus Ltd

Biogen Sweden AB

Τηλ: +357 22 769946

Tel: +46 8 594 113 60

Latvija

United Kingdom

UAB "JOHNSON & JOHNSON" filiāle Latvijā

Biogen Idec Limited

Tel: +371 678 93561

Tel: +44 (0) 1628 50 1000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati