Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Fareston (toremifene) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L02BA02

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFareston
Kodiċi ATCL02BA02
Sustanzatoremifene
ManifatturOrion Corporation

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Fareston pilloli ta’ 60 mg

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola fiha 60 mg ta’ toremifene (bħala citrate).

Eċċipjent b’effett magħruf

Pillola waħda fiha 28.5 mg ta’ lactose. Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola.

Pillola bajda, tonda, ċatta, bit-tarf imżerżaq u bil-kitba TO 60 fuq naħa waħda.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura preferita ormonali f’pazjenti li għaddew mill-menopawsa b’kanċer metastatiku tas-sider dipendenti fuq l-ormoni. Fareston mhux irrakkomandat għall-pazjenti b’tumuri li jkunu negattivi għar-riċetturi tal- estroġeni.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata hi ta’ 60 mg kuljum.

Indeboliment renali

Mhux meħtieġ tibdil fid-dożaġġ f’pazjenti li għandhom insuffiċjenza renali.

Indeboliment tal-fwied

Toremifene għandu jintuża b’attenzjoni f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

M’hemm l-ebda użu rilevanti ta’ Fareston fil-popolazzjoni pedjatrika.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Toremifene jingħata mill-ħalq. Toremifene jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt.

4.3Kontraindikazzjonijiet

-Toremifene huwa kontraindikat għal użu fit-tul f’pazjenti li għandhom iperplasja endometrijali jew li għandhom insuffiċjenza gravi tal-fwied.

-Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

-Kemm fl-investigazzjonijiet ta’ qabel l-użu kliniku kif ukoll fil-bnedmin, ġew osservati bidliet fl- elettrofiżjoloġija kardijaka wara esponiment għal toremifene, fil-forma ta’ titwil ta’ QT. Għal raġunijiet ta’ sigurtà tal-mediċina, toremifene għalhekk huwa kontraindikat f’pazjenti b’:

-Titwil konġenitali jew akkwistat dokumentat fil-QT

-Disturbi fl-elettroliti, b’mod partikolari f’ipokalimja mhux ikkoreġuta

-Bradikardija klinikament rilevanti

-Insuffiċjenza tal-qalb klinikament rilevanti bi frazzjoni mnaqqsa ta’ tfigħ ’il barra mill- ventrikolu tax-xellug

-Storja preċedenti ta’ arritmiji sintomatiċi.

Toremifene m’għandux jintuża fl-istess waqt ma’ mediċini oħra li jtawlu l-intervall QT (ara wkoll sezzjoni 4.5).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Għandu jsir eżami ġinekoloġiku qabel ma tingħata l-kura, b’eżaminazzjoni bir-reqqa ta’ kull anormalità tal-endometriju li jista’ jkun hemm. Wara dan, għandu jsir eżami ġinekoloġiku mill-anqas darba fis- sena. Pazjenti b’riskju miżjud ta’ kanċer fl-endometriju, per eżempju pazjenti li jbatu minn pressjoni għolja jew dijabete, li għandhom BMI għoli (> 30) jew li ħadu terapija ta’ sostituzzjoni tal-ormon għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib (ara wkoll sezzjoni 4.8).

Kienu rrappurtati anemija, lewkopenija u tromboċitopenija. L-għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm, lewkoċiti jew plejtlits għandhom jiġu mmonitorjati meta jintuża Fareston.

B’toremifene kienu rrappurtati każijiet ta’ ħsara fil-fwied, inkluż elevazzjoni tal-enzimi tal-fwied (> 10 darbiet l-ogħla limitu tan-normal), epatite u suffejra. Il-biċċa l-kbira tagħhom seħħew matul l-ewwel xhur ta’ kura. Id-disinn ta’ ħsara fil-fwied fil-biċċa l-kbira kien epatoċellulari.

Pazjenti li għandhom storja ta’ mard tromoboemboliku gravi ġeneralment m’għandhomx jiġu kkurati b’toremifene (ara wkoll sezzjoni 4.8).

Fareston intwera li jtawwal l-intervall QTc fuq l-elettrokardjogramm f’xi pazjenti b’mod relatat mad- doża. L-informazzjoni segwenti dwar titwil tal-QT hija ta’ importanza speċjali (għall- kontraindikazzjonijiet ara sezzjoni 4.3).

Twettaq studju kliniku tal-QT b’disinn parallel ta’ 5 gruppi (plaċebo, moxifloxacin 400 mg, toremifene 20 mg, 80 mg, u 300 mg) fuq 250 pazjent irġiel biex jiġu kkaratterizzati l-effetti ta’ toremifene fuq it-tul tal-intervall QTc. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju juru effett pożittiv ċar ta’ toremifene fil-grupp ta’ 80 mg b’titwil medju ta’ 21 - 26 ms. Rigward il-grupp ta’ 20 mg, dan l-effett huwa sinifikanti wkoll, skont il- linji gwida tal-ICH, b’intervall ta’ kunfidenza ta’ fuq ta’ 10 - 12 ms. Dawn ir-riżultati jissuġġerixxu b’mod qawwi effett importanti dipendenti fuq id-doża. Peress li n-nisa għandhom tendenza li jkollhom intervall QTc itwal fil-linja bażi meta mqabbla mal-irġiel, huma jistgħu jkunu aktar sensittivi għal medikazzjonijiet li jtawlu l-QTc. Pazjenti anzjani jistgħu jkunu wkoll aktar suxxettibbli għall-effetti assoċjati mal-mediċina fuq l-intervall QT.

Fareston għandu jintuża b’attenzjoni f’pazjenti li jkollhom kondizzjonijiet proarritmiċi kontinwi (speċjalment pazjenti anzjani) bħal iskemija mijokardijaka akuta jew titwil ta’ QT billi dan jista’ jwassal għal riskju akbar ta’ arritmiji ventrikolari (fosthom Torsade de pointes) u arrest kardijaku (ara wkoll sezzjoni 4.3).

Jekk is-sinjali jew sintomi li jistgħu jkunu assoċjati ma’ arritmija kardijaka jseħħu waqt il-kura b’Fareston, il-kura għandha titwaqqaf u għandu jsir ECG.

Fareston m’għandux jintuża jekk l-intervall QTc ikun > 500 ms.

Pazjenti li jbatu minn insuffiċjenza tal-qalb mhux ikkumpensata jew minn anġina pectoris gravi għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib.

Tista’ sseħħ iperkalċimija fil-bidu ta’ kura b’toremifene f’pazjenti b’metastasi fl-għadam u għalhekk dawn il-pazjenti għadhom jiġu mmonitorjati mill-qrib.

M’hemmx dejta sistematika dwar pazjenti li jbatu minn dijabete labile, dwar pazjenti fi stat ta’ ħila mibdul u dwar pazjenti b’insuffiċjenza tal-qalb.

Il-pilloli Fareston fihom lactose (28.5 mg/pillola). Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-galactose, defiċjenza ta’ Lapp lactase jew assorbiment ħażin ta’ glucose-galactose m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma jistax jiġi eskluż effett addittiv fuq it-titwil tal-intervall QT bejn Fareston u l-mediċini segwenti u prodotti mediċinali oħra li jistgħu jtawlu l-intervall QTc. Dan jista’ jwassal għal riskju akbar ta’ arritmiji ventrikolari, fosthom Torsade de pointes. Għalhekk, l-għoti ta’ Fareston ma’ xi wieħed mill- prodotti mediċinali li ġejjin huwa kontraindikat (ara wkoll sezzjoni 4.3):

-antiarritmiċi ta’ klassi IA (eż. quinidine, hydroquinidine, disopyramide) jew

-antiarritmiċi ta’ klassi III (eż. amiodarone, sotalol, dofetilide, ibutilide),

-newroleptiċi (eż. phenothiazines, pimozide, sertindole, haloperidol, sultopride),

-ċerti sustanzi kontra l-mikrobi (moxifloxacin, erythromycin IV, pentamidine, sustanzi kontra l- malarja speċjalment halofantrine),

-ċerti antistaminiċi (terfenadine, astemizole, mizolastine),

-oħrajn (cisapride, vincamine IV, bepridil, diphemanil).

Mediċini li jnaqqsu l-eliminazzjoni tal-calcium mill-kliewi, per eżempju dijuretiċi thiazide jistgħu jżidu r-riskju ta’ iperkalċimija.

Indutturi tal-enzimi bħal phenobarbital, phenytoin u carbamazepine jistgħu jżidu r-rata ta’ metaboliżmu ta’ toremifene u għalhekk ibaxxu l-konċentrazzjoni fi stat fiss fis-serum. F’każijiet bħal dawn jista’ jkun meħtieġ li tiġi rduppjata d-doża ta’ kuljum.

Huwa magħruf li l-anti-estroġeni ma jaqblux ma’ sustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm tat-tip ta’ warfarin u jwasslu għal dewmien serju biex jaqgħad id-demm. Għalhekk l-użu ta’ toremifene flimkien ma’ mediċini bħal dawn għandu jiġi evitat.

Teoretikament il-metaboliżmu ta’ toremifene jitwaqqaf minn mediċini magħrufa li jinibixxu s-sistema tal-enzima CYP3A li huwa rrappurtat li hi responsabbli għall-metaboliżmu prinċipali tiegħu. Eżempji ta’ mediċini bħal dawn huma imidazoles kontra l-moffa (ketoconazole); u sustanzi oħra kontra l-moffa (itraconazole, voriconazole, posaconazole); inibituri ta’ protease (ritonavir, nelfinavir), macrolides (clarithromycin, erythromycin, telithromycine). L-użu ta’ dawn il-mediċini flimkien ma’ toremifene għandu jiġi kkunsidrat b’attenzjoni.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta adegwata dwar l-użu ta’ Fareston f’nisa tqal. Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3). Ir-riskju potenzjali għall-bnedmin mhuwiex magħruf.

Fareston m’għandux jintuża waqt it-tqala.

Treddigħ

Fil-firien waqt it-treddigħ kien osservat tnaqqis fiż-żieda fil-piż tal-frieħ.

Fareston m’għandux jintuża waqt it-treddigħ.

Fertilità

Toremifene huwa rrakkomandat għall-pazjenti li għaddew mill-menopawsa.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Toremifene m’għandu l-ebda effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Ir-reazzjonijiet avversi l-iżjed frekwenti huma fwawar ta’ sħana, għaraq, tnixxija ta’ demm mill-utru, lewkorreja, għeja, dardir, raxx, ħakk, sturdament u depressjoni. Ir-reazzjonijiet ġeneralment huma ħfief u fil-biċċa l-kbira huma kkawżati mill-azzjoni ormonali ta’ toremifene.

Il-frekwenzi tar-reazzjonijiet avversi huma kklassifikati kif ġej: Komuni ħafna (≥ 1/10)

Komuni (≥ 1/100 sa < 1/10)

Mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100) Rari (≥ 1/10,000 to < 1/1,000)

Rari ħafna (< 1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli).

Klassi tas-

Komuni

Komuni

Mhux

Rari

Rari ħafna

Mhux

sistemi u tal-

ħafna

 

komuni

 

 

magħrufa

organi

 

 

 

 

 

 

Neoplażmi

 

 

 

 

kanċer

 

beninni,

 

 

 

 

endometrijali

 

malinni u dawk

 

 

 

 

 

 

mhux

 

 

 

 

 

 

speċifikati

 

 

 

 

 

 

(inklużi ċesti u

 

 

 

 

 

 

polipi)

 

 

 

 

 

 

Disturbi tad-

 

 

 

 

 

Tromboċitope

demm u tas-

 

 

 

 

 

nija, anemija

sistema

 

 

 

 

 

u lewkopenija

limfatika

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

telf tal-aptit

 

 

 

metaboliżmu u

 

 

 

 

 

 

n-nutrizzjoni

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

depressjoni

nuqqas ta’

 

 

 

psikjatriċi

 

 

rqad

 

 

 

Disturbi fis-

 

sturdament

uġigh ta’ ras

 

 

 

sistema nervuża

 

 

 

 

 

 

Disturbi fl-

 

 

 

 

opaċità

 

għajnejn

 

 

 

 

temporanja

 

 

 

 

 

 

tal-kornea

 

Disturbi fil-

 

 

 

vertigo

 

 

widnejn u fis-

 

 

 

 

 

 

sistema

 

 

 

 

 

 

labirintika

 

 

 

 

 

 

Disturbi

fwawar

 

avvenimenti

 

 

 

vaskulari

tal-

 

tromboembo

 

 

 

 

menopaws

 

liċi

 

 

 

 

a

 

 

 

 

 

Disturbi

 

 

qtugħ ta’

 

 

 

respiratorji,

 

 

nifs

 

 

 

toraċiċi u

 

 

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

 

 

Disturbi gastro-

 

dardir,

stitikezza

 

 

 

intestinali

 

rimettar

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

 

żieda fit-

suffejra

epatite

fwied u fil-

 

 

 

transaminas

 

 

marrara

 

 

 

es

 

 

Disturbi fil-

għaraq

raxx, ħakk

 

 

alopeċja

 

ġilda u fit-

 

 

 

 

 

 

tessuti ta’ taħt

 

 

 

 

 

 

il-ġilda

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

fsada mill-

ipertrofija

polipi

iperplasija

 

sistema

 

utru

endometrijal

endometrijal

endometrijali

 

riproduttiva u

 

lewkorreja

i

i

 

 

fis-sider

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

għeja

żieda fil-piż

 

 

 

ġenerali u

 

edima

 

 

 

 

kondizzjonijiet

 

 

 

 

 

 

ta’ mnejn

 

 

 

 

 

 

jingħata

 

 

 

 

 

 

Avvenimenti tromboemboliċi jinkludu trombożi fil-vini, tromboflebite, u emboliżmu fil-pulmun (ara wkoll sezzjoni 4.4).

Kura b’toremifene kienet assoċjata ma’ tibdil fil-livelli tal-enzimi fil-fwied (żieda ta’ transaminases) u f’okkażjonijiet rari ħafna ma’ anormalitajiet gravi fil-funzjoni tal-fwied (suffejra).

Kienu rrappurati xi każijiet ta’ iperkalċimija f’pazjenti li kellhom metastasi fl-għadam fil-bidu tal-kura b’toremifene.

Ipertrofija endometrijali tista’ sseħħ waqt il-kura minħabba l-effett estroġeniku parzjali ta’ toremifene. Hemm riskju ta’ żieda fit-tibdil endometrijali fosthom iperplasja, polipi u kanċer. Dan jista’ jkun minħabba l-mekkaniżmu ta’ stimulazzjoni estroġenika (ara wkoll sezzjoni 4.4).

Fareston iżid l-intervall QT b’mod relatat mad-doża (ara wkoll sezzjoni 4.4).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Vertigo, uġigħ ta’ ras u sturdament kienu osservati fi studji fuq voluntiera f’saħħithom b’doża ta’ 680 mg kuljum. Il-potenzjal ta’ titwil fl-intervall QTc relatat mad-doża ta’ Fareston għandu jiġi kkunsidrat ukoll f’każijiet ta’ doża eċċessiva. M’hemm l-ebda antidotu speċifiku u l-kura hija sintomatika.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Anti-estroġeni, Kodiċi ATC: L02BA02

Toremifene huwa derivat mhux sterojd ta’ triphenylethylene. Bħall-membri l-oħra ta’ din il-klassi, per eżempju tamoxifen u clomifene, toremifene jintrabat mar-riċetturi tal-estroġenu u jista’ joħloq effetti estroġeniċi u antiestroġeniċi jew iż-żewġ effetti, skont kemm iddum il-kura, l-ispeċi tal-annimal, is-sess, l-organu mmirat u l-varjabbli magħżul. Madankollu, b’mod ġenerali, derivati mhux sterojdi ta’ triphenylethylene fil-biċċa l-kbira għandhom effett anti-estroġeniku fil-firien u fil-bniedem u estroġeniku fil-ġrieden.

F’pazjenti li għaddew mill-menopawsa li għandhom kanċer tas-sider, il-kura b’toremifene hi assoċjata ma’ tnaqqis ħafif kemm tal-kolesterol totali fis-serum kif ukoll tal-lipoproteina ta’ densità baxxa (LDL - low density lipoprotein).

Toremifene jintrabat speċifikatament ma’ riċetturi tal-estroġenu, f’kompetizzjoni ma’ oestradiol u jwaqqaf l-istimolu tas-sintesi tad-DNA u t-tkattir taċ-ċelluli indotti mill-estroġenu. F’xi kanċers sperimentali u/jew b’doża għolja, toremifene juri effetti kontra t-tumur li mhumiex dipendenti fuq l- estroġenu.

L-effett kontra t-tumur ta’ toremifene fil-kanċer tas-sider huwa prinċipalment minħabba l-effett anti- estroġeniku għalkemm mekkaniżmi oħra (tibdil fl-espressjoni onkoġenika, sekrezzjoni tal-fattur tat- tkabbir, induzzjoni ta’ apoptosi u influwenza fuq il-kinetika taċ-ċiklu ċellulari) ukoll jistgħu jkunu involuti fl-effett kontra t-tumur .

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Toremifene jiġi assorbit faċilment wara li jittieħed mill-ħalq. L-ogħla konċentrazzjonijiet fis-serum jintlaħqu fi żmien 3 (firxa 2 - 5) sigħat. It-teħid tal-ikel m’għandux effett fuq kemm jiġi assorbit iżda jista’ jittardja l-ogħla konċentrazzjonijiet b’1.5 - 2 sigħat. It-tibdil minħabba t-teħid tal-ikel mhuwiex klinikament sinifikanti.

Distribuzzjoni

Il-kurva tal-konċentrazzjoni fis-serum tista’ tiġi deskritta b’ekwazzjoni biesponenzjali. Il-half life tal- ewwel (distribuzzjoni) fażi hi ta’ 4 sigħat (firxa 2 - 12) u tat-tieni (eliminazzjoni) fażi ħamest ijiem (firxa 2 - 10). Il-parametri tad-dispożizzjoni tal-bażi (CL u V) ma setgħux jiġu stmati minħabba n- nuqqas ta’ studju fil-vini. Toremifene jintrabat ħafna (> 99.5%) mal-proteini tas-serum, l-iktar mal- albumina. Toremifene jimxi ma’ kinetika lineari tas-serum f’dożi mill-ħalq ta’ bejn 11 u 680 mg kuljum. Il-konċentrazzjoni medja ta’ toremifene fi stat fiss hi ta’ 0.9 (firxa 0.6 - 1.3) µg/ml fid-doża rrakkomandata ta’ 60 mg kuljum.

Bijotrasformazzjoni

Toremifene huwa metabolizzat b’mod estensiv. Fis-serum tal-bniedem, il-metabolita prinċipali hu N- demethyltoremifene b’half life medja ta’ 11-il jum (firxa 4 - 20). Il-konċentrazzjonijiet fissi tal- metabolita, bejn wieħed u ieħor, huma d-doppju meta mqabbla ma’ dawk tas-sustanza oriġinali. Għandu attività anti-estroġenika tixbaħ dik tas-sustanza oriġinali, iżda l-effett konta t-tumur huwa iżjed dgħajjef.

Il-metabolita jintrabat mal-proteini tal-plażma b’mod iżjed estensiv minn toremifene, il-frazzjoni marbuta mal-proteini hi ta’ > 99.9%. Instabu tliet metaboliti minuri fis-serum tal-bniedem: (deaminohydroxy) toremifene, 4-hydroxytoremifene, u N.N-didemethyltoremifene. Għalkemm għandhom effetti ormonali teoretikament interessanti, il-konċentrazzjonijiet tagħhom waqt il-kura b’toremifene huma baxxi wisq biex ikollhom xi importanza bijoloġika kbira.

Eliminazzjoni

Toremifene jiġi eliminat prinċipalment bħala metaboliti fl-ippurgar. Wieħed jista’ jistenna li jkun hemm ċirkolazzjoni enteroepatika. Madwar 10% tad-doża li tingħata tiġi eliminata bħala metaboliti fl-awrina. Minħabba li l-eliminazzjoni sseħħ bil-mod, il-konċentrazzjonijiet fi stat fiss fis-serum jintlaħqu f’4 sa

6 ġimgħat.

Karatteristiċi fil-pazjenti

L-effikaċja klinika kontra t-tumur u l-konċentrazzjonijiet fis-serum m’għandhom l-ebda korrelazzjoni pożittiva bid-doża rrakkomandata ta’ 60 mg kuljum.

M’hemmx tagħrif dwar metaboliżmu polimorfiku. Il-kumpless ta’ enzimi, magħruf li hu responsabbli għall-metaboliżmu ta’ toremifene fil-bniedem, hu ċ-ċitokromju P450-dependant hepatic mixed function oxidase. Il-passaġġ metaboliku prinċipali, N-demethylation, hu kkontrollat prinċipalment minn CYP3A.

Il-farmakokinetika ta’ toremifene ġiet investigata fi studju miftuħ f’erba’ gruppi paralleli ta’ għaxar persuni: persuni normali, pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied (AST medja 57 U/L - ALT medja 76 U/L - gamma GT medja 329 U/L) jew b’funzjoni tal-fwied attivata (AST medja 25 U/L - ALT medja 30 U/L - gamma GT medja 91 U/L - pazjenti kkurati b’antiepilettiċi) u pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-kliewi (krejatinina: 176 µmol/L). F’dan l-istudju, il-kinetika ta’ toremifene f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal-kliewi ma kinetx mibdula b’mod sinifikanti meta mqabbla ma’ dik ta’ persuni normali. L-eliminazzjoni ta’ toremifene u tal-metaboliti tiegħu żdied b’mod sinifikanti f’pazjenti b’funzjoni tal-fwied attivata u naqset f’pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni tal- fwied.

5.3Tagħrif taqabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

It-tossiċità akuta ta’ toremifene hi baxxa b’LD 50 fil-firien u fil-ġrieden ta’ iżjed minn 2000 mg/kg. Fi studji ta’ tossiċità ripetuta, il-kawza tal-mewt tal-firien hi d-dilatazzjoni gastrika. Dak li nstab fl-istudji ta’ tossiċità akuta u kronika huwa marbut mal-effetti ormonali ta’ toremifene. Is-sejbiet l-oħra mhumiex tossikoloġikament sinifikanti. Toremifene ma wera l-ebda genotossiċità u ma nstabx li hu karċinoġeniku fil-firien. Fil-ġrieden, l-estroġenu jwassal għal tumuri fl-ovarji u fit-testikoli kif ukoll għal iperostosi u osteosarkomi. Toremifene għandu effett bħall-estroġenu li huwa speċifiku għall-ispeċi fil-ġrieden u jikkawża tumuri simili. Dawn ir-riżultati huma maħsuba li huma ta’ rilevanza żgħira għas-sigurtà fil- bniedem fejn toremifene jaħdem prinċipalment bħala anti-estroġeniku.

Studji in vitro u in vivo li mhumiex kliniċi taw evidenza tal-potenzjal ta’ toremifene u l-metabolit tiegħu biex itawlu r-ripolarizzazzjoni tal-qalb u dan jista’ jiġi attribwit għall-imblokk tal-kanali hERG.

In vivo, konċentrazzjonijiet għoljin fil-plażma fix-xadini kkawżaw titwil ta’ 24% fil-QTc, li huwa konsistenti ma’ sejbiet dwar QTc fil-bnedmin.

Għandu jiġi nnutat ukoll li Cmax osservata fix-xadini (1800 ng/ml) hija d-doppju meta mqabbla ma’ Cmax medja osservata fil-bnedmin b’doża ta’ 60 mg kuljum.

Studji dwar il-potenzjal ta’ azzjoni fuq il-qalb ta’ fniek iżolati wrew li toremifene jikkawża bidliet elettrofiżjoloġii fil-qalb li jibdew jiżviluppaw f’konċentrazzjonijiet madwar 10 darbiet aktar meta mqabbla mal-konċentrazzjoni ħielsa terapewtika fil-plażma kkalkulata fil-bnedmin.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Maize starch

Lactose

Povidone

Sodium starch glycolate

Magnesium stearate

Cellulose, microcrystalline

Silica, colloidal anhydrous

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni speċjali għall-ħażna.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Fojl tal-PVC aħdar u folja ta’ fojl tal-aluminju f’kaxxa tal-kartun.

Daqs tal-pakkett: 30 u 100 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Orion Corporation

Orionintie 1

FIN-02200 Espoo

Il-Finlandja

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/96/004/001

EU/1/96/004/002

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

14 ta’ Frar 1996 / 2 ta’ Frar 2006

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati