Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Faslodex (fulvestrant) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L02BA03

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFaslodex
Kodiċi ATCL02BA03
Sustanzafulvestrant
ManifatturAstraZeneca UK Ltd

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Faslodex 250 mg soluzzjoni għall-injezzjoni.

2.GĦAMLA KWALITTATIVA U KWANTITATTIVA

Siringa mimlija għal-lest b’250 mg fulvestrant f’soluzzjoni ta’ 5 ml.

Eċċipjenti b’effett magħruf

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni.

Soluzzjoni ċara, bla kulur għal jagħti fl-isfar, viskuża

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Faslodex huwa indikat għall-kura fin-nisa li jkunu għaddew mill-menopawża, b’kanċer tas-sider pożittiv għar-riċettur tal-estroġenu, lokalment avvanzat jew metastatiku, għal meta terġa’ titfaċċa l-marda waqt jew wara terapija ta’ sostenn b’anti-estroġenu, jew jekk il-marda marret għall-agħar wara terapija b’anti-estroġenu

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Nisa adulti (inkluż l-Anzjani)

Id-doża rakkomandata hi ta’ 500 mg b’intervalli ta’ xahar, b’doża addizzjonali ta’ 500 mg li tingħata ġimagħtejn wara l-ewwel doża.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment tal-kliewi:

Ma huwa rakkomandat ebda aġġustament fid-doża għal pazjenti b’indeboliment tal-kliewi ħafif jew moderat (livell ta’ tneħħija ta’ kreatinina ≥ 30 ml/min). Is-sigurta u l-effikaċja ma ġewx evalwati f’pazjenti b’indeboliment serju tal-kliewi (livell ta’ tneħħija ta’ kreatinina < 30 ml/min). Għalhekk għandha tintuża l-kawtela f’dawn il-pazjenti (ara sezzjoni 4.4).

Indeboliment tal-fwied:

Ma huwa rakkomandat ebda aġġustament fid-doża għal pazjenti b’indeboliment tal-fwied ħafif jew moderat.

Madankollu peress li l-espożizzjoni għal fulvestrant tista’ tiżdied, Faslodex irid jintuża b’kawtela f’dawn il-pazjenti. M’hemm l-ebda dejta fuq pazjenti b’indeboliment serju tal-fwied (ara s- sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Faslodex fit-tfal mit-twelid sa 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta disponibbli hi deskritta fis-sezzjonijiet 5.1 u 5.2, imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Faslodex għandu jingħata bħala żewġ injezzjonijiet ta’ 5 ml konsekuttivi, bil-mod, fil-muskolu tal-warrani (1-2 minuti kull injezzjoni), waħda fuq kull naħa tal-warrani (żona gluteali).

Għandha tingħata kawtela jekk Faslodex jiġi injettat fis-sit dorsogluteali minħabba l-prossimità tan-nerv xjatiku sottostanti.

Għal struzzjonijiet dettaljati dwar kif għandu jingħata, ara sezzjoni 6.6.

4.3 Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi wieħed mill-eċċipjenti elenkati f’sezzjoni 6.1.

Tqala u treddigħ (ara sezzjoni 4.6).

Indeboliment serju tal-fwied (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Faslodex għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied minn ħafif għal moderat (ara sezzjonijiet 4.2, 4.3 u 5.2).

Faslodex għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b’indeboliment serju tal-kliewi (tneħħija ta’ kreatinina inqas minn 30 ml/min).

Minħabba li jingħata ġewwa l-muskoli, Faslodex għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li jbatu minn dijatesi mdemmija, tromboċitopenia jew dawk li jkunu qed jingħataw xi kura b’anti- koagulanti.

Avvenimenti tromboemboliċi huma osservati ta’ spiss f’nisa b’kanċer tas-sider avvanzat u ġew osservati fi provi kliniċi b’Faslodex (ara sezzjoni 4.8). Dan għandu jiġi ikkunsidrat meta Faslodex jiġi ordnat minn tabib lil pazjenti b’riskju.

Bl-injezzjoni ta’ Faslodex ġew irrappurtati episodji relatati mas-sit tal-injezzjoni inklużi xjatika, newralġija, uġigħ newropatiku, u newropatija periferali. Għandha tingħata kawtela waqt li Faslodex jingħata fis-sit tal-injezzjoni dorsogluteali minħabba l-prossimità tan-nerv xjatiku sottostanti (ara s-sezzjonijiet 4.2 u 4.8).

M’hemm l-ebda dejta fuq l-effett fit-tul ta’ fulvestrant fuq l-għadam. Minħabba l-mod ta’ kif jaħdem fulvestrant hemm riskju potenzjali ta’ osteoporożi.

Interferenza ma’ assaġġi ta’ antikorpi ta’ estradiol

Minħabba s-similarità strutturali ta’ fulvestrant u estradiol, fulvestrant jista’ jinterferixxi ma’ assaġġi ta’ estradiol ibbażati fuq l-antikorpi u dan jista’ jwassal għal livelli miżjuda b’mod falz ta’ estradiol.

Popolazzjoni pedjatrika

Faslodex mhuwiex rakkomandat għall-użu fit-tfal u adolexxenti għax is-sigurtà u l-effikaċja ma ġewx stabbiliti f’dan il-grupp ta’ pazjenti (ara sezzjoni 5.1).

4.5Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studju kliniku fuq l-interazzjoni ma’ midazolam (substrat ta’ CYP3A4) wera li fulvestrant ma jinibixxix is-CYP3A4. Riżultati li ħarġu minn studji kliniċi, fuq l-interazzjoni ma’ rifampiċin (iżid l-attività ta’ CYP 3A4) u ma ketoconazole (inibitur potenti ta’ CYP 3A4), ma wrew l-ebda evidenza ta’ tibdil klinikament relevanti fit-tneħħija ta’ fulvestrant. Aġġustar fid-doża mhux meħtieġ f’dawk il-pazjenti li jingħataw fulvestrant flimkien ma mediċini li jinibixxu jew iżidu l- attività ta’ CYP3A4.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Nisa f’eta li jista’ jkollhom it-tfal

Pazjenti f’età li jista’ jkollhom it-tfal għandhom jiġu avżati sabiex jużaw metodi effettivi ta’ kontraċezzjoni waqt li jkunu fuq it-trattament.

Tqala

Faslodex huwa kontra-indikat waqt it-tqala (ara sezzjoni 4.3). Wara li ngħatat doża waħda ġol- muskoli fil-firien u l-fniek, intwera li Fulvestrant jgħaddi mill-plaċenta. Studji fuq annimali wrew evidenza ta’ tossiċità fis-sistema riproduttiva li inkludew żieda fil-każi ta’ anormalitajiet u mwiet tal-fetu (ara sezzjoni 5.3). Mara li tkun qed tieħu Faslodex li tinqabad tqila għandha tiġi informata bil-potenzjal tal-effetti ħżiena fuq il-fetu kif ukoll bir-riskju li tkorri t-tqala.

Treddigħ

It-treddigħ għandu jitwaqqaf waqt kura b’Faslodex. Fulvestrant jiġi eliminat fil-ħalib fil-firien li jkunu qed ireddgħu. Mhux magħruf jekk fulvestrant jiġix eliminat fil-ħalib tal-bniedem. L-użu waqt it-treddigħ huwa kontra-indikat minħabba l-potenzjal ta’ reazzjonijiet avversi serji fi trabi li jkunu qed jirċievu l-ħalib tas-sider. (ara sezzjoni 4.3)

Fertilità

L-effetti ta’ Faslodex fuq il-fertilità fin-nies ma ġewx studjati.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Faslodex m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Iżda minħabba li astenja ġiet irrappurtata b’mod komuni ħafna b’Faslodex, il pazjent li esperjenzaw din ir-reazzjoni avversa għandhom joqogħdu attenti waqt is-sewqan u t-tħaddim ta’ magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Din is-sezzjoni tipprovdi informazzjoni fuq ir-reazzjonijiet avversi kollha minn provi kliniċi, studji ta’ wara t-tqegħid fis-suq u rapporti spontanji. Ir-reazzjonijiet avversi irrapportati l-aktar frekwenti huma reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni, astenja, dardir u żieda fl-enżimi epatiċi (ALT, AST, ALP).

Il-frekwenzi li jmiss għall-kategoriji ta’ reazzjonijiet avversi tal-mediċina ġew ikkalkolati fuq grupp ta’ trattament ta’ Faslodex 500 mg miġbura f’analiżi ta’ sigurtà ta’ CONFIRM (Studju D6997C00002), FINDER 1 (Studju D6997C00004), FINDER 2 (Studju D6997C00006), u NEWEST (Studju D6997C00003) studji li jqabblu Faslodex 500 mg ma’ Faslodex 250 mg. Il- frekwenzi fit-tabella li jmiss kienu bbażati fuq l-avvenimenti kollha li ġew irrapportati, mingħajr kunsiderazzjoni għall-valutazzjoni tal-kawżalita tal-investigatur.

Ir-reazzjonijiet avversi elenkati huma klassifikati skont il-frekwenza u s-sistema tal-klassifika tal- organi (SOC). Il-gruppi tal-frekwenza huma definiti skont il-konvenzjoni li ġejja: Komuni ħafna (>1/10), Komuni (>1/100, <1/10), Mhux komuni (> 1/1000, < 1/100). F’kull grupp ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi huma rrapportati f’ordni fejn is-serjetà tagħhom dejjem tonqos.

Tabella1

Reazzjonijiet Avversi tal-Mediċina

 

 

 

Reazzjonijiet avversi skont il-klassi tal-organu tas-sistema

 

 

 

 

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

komuni

Infezzjonijiet fis-sistema tal-awrina

 

 

 

Disturbi tad-demm u tas-sistema

Mhux komuni

Tnaqqis fl-għadd ta’ plejtlits

limfatika

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

Komuni

Reazzjonijiet ta’ sensittività

 

 

 

eċċessiva

 

 

 

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni

Anoressijaa

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Uġigħ ta’ ras

 

 

 

Disturbi vaskulari

Komuni

Tromboemboliżmu fil-vinia

 

 

 

fwawar ta’ sħana

 

 

 

Distubi gastro-intestinali

Komuni ħafna

Dardir

 

 

 

 

 

 

Komuni

Rimettar u dijarea

 

 

 

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Komuni ħafna

Żieda fl-enzimi epatiċi (ALT, AST,

 

 

 

ALP)a

 

 

Komuni

Bilirubin għolia

 

 

 

 

 

 

Mhux komuni

Insuffiċjenza epatikaċ, epatite,

 

 

 

gamma-GT għoli

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-

Komuni

Raxx

ġilda

 

 

 

 

 

 

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-tessuti

Komuni

Uġigħ fid-dahara

konnettivi

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema riproduttiva u fis-

Mhux komuni

Monilasi vaġinali, leukorrhea,

sider

 

 

emorraġija vaġinali

 

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta'

Komuni ħafna

Astenjaa

mnejn jingħata

 

Reazzjoni fis-sit tal-injezzjonib

 

 

Mhux komuni

Emorraġija fis-sit tal-injezzjoni,

 

 

Ematoma fis-sit tal-injezzjoni,

 

 

 

 

 

 

xjatika, nevralġijaċ, newroptaija

 

 

 

periferali

aJinkludu reazzjonijiet avversi tal-mediċina li għalihom, il-kontribuzzjoni eżatta ta’ Faslodex ma tistax tiġi assessjata minħabba mard ieħor.

bIt-terminu reazzjoni fil-post tal-injezzjoni ma jinkludix it-termini emorraġija fil-post tal- injezzjoni, ematoma fil-post tal-injezzjoni, xjatika, nevralġija u newropatija periferali.

ċL-avveniment ma deherx fl-istudji kliniċi maġġuri (CONFIRM, FINDER 1, FINDER 2, NEWEST). Il-frekwenza ġiet ikkalkulata permezz tal-limitu ta’ fuq tal-intervall ta’ fiduċja ta’

95% għall-estimi tal-punt. Dan huwa kkalkulat bħala 3/560 (fejn 560 huwa n-numru ta’ pazjenti fl-istudji kliniċi maġġuri), li jinħadem għall-kategorija ta’ frekwenza ‘mhux komuni’.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal- prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-ebda każ ta’ doża eċċessiva ma ġie rrappurtat fil-bnedmin. Studji li saru fuq l-annimali implikaw li l-ebda effett ma kien evidenti ħlief dawk relatati direttament jew indirettament mal- attività anti-estroġenika b’dożi għolja ta’ fulvestrant (ara sezzjoni 5.3). F’każ ta’ doża eċċessiva, huwa rrakkomandat li tingħata kura ta’ sostenn għas-sintomi.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Terapija endokrinali, Anti-estroġeni, Kodiċi ATC: L02BA03

Mekkaniżmu ta’ azzjoni u effetti farmakodinamiċi

Fulvestrant huwa antagonista kompetittiv tar-riċettur tal-estroġenu u jeħel mar-riċetturi tal- estroġenu b’affinità li komparabbli ma’ dik ta’ estradiol. Fulvestrant jimblokka l-azzjonijiet trofiċi tal-estrogeni mingħajr xi attività agonista (simili għal estroġenu) parzjali.

Il-mekkaniżmu ta’ azzjoni huwa relatat ma’ tnaqqis (down-regulation) tar-riċettur tal-proteina tal- estroġenu (ER).

Provi kliniċi li saru fuq nisa li għaddew mill-menopawża li kellhom tumur tas-sider primarju indikaw li fulvestrant inaqqas (down-regulation) b’mod sinfikanti l-proteina ER f’tumuri li huma pożittivi għal ER meta mqabbel ma’ placebo. Kien hemm ukoll nuqqas sinifikanti f’espressjonijiet tar-riċettur ta’ progesterone konsistenti ma’ nuqqas ta’ effetti agonistiċi intrinsiċi estroġenali. Intwera wkoll li fulvestrant 500 mg inaqqas (downregulates) ir-riċettur tal-proteina ER u l-markatur tal-proliferazzjoni Ki67, aktar minn fulvestrant 250 mg f’tumuri tas-sider f’kura miżjuda fil-bidu f’nisa ta’ wara l-menopawża.

Effikaċja u sigurtà klinika f’kanċer tas-sider fi stat avvanzat

Tlestiet prova klinika ta’ Fażi III li fiha kien hemm involut 736 mara li għaddew mill-menopawża u li kellhom kanċer tas-sider fi stat avvanzat u li reġgħet tfaċċatilhom il-marda waqt jew wara t- terapija miżjuda endrokrinali jew li l-marda aggravat wara t-terapija endokrinali għal marda avvanzata. L-istudju inkluda 423 pazjent li l-marda tagħhom reġgħet tfaċċat jew li aggravat waqt kura fuq anti-estroġenu (AE sotto grupp) u 313-il pazjent li l-marda tagħhom reġgħet tfaċċat jew li aggravat waqt kura fuq impeditur aromatase (AI sotto grupp). Din il-prova qabblet l-effikaċja u s-sigurta ta’ Faslodex 500 mg (n=362) ma’ Faslodex 250 mg (n=374). Sopravivenza mingħajr il- marda (PFS) kien il-punt tat-tmiem primarju. Punti ta’ tmiem sekondarji u importanti dwar l- effikaċja jinkludu r-rata oġġettiva tar-rispons (ORR), ir-rata ta’ benefiċju kiniku (CBR) u s- sopravivenza totali (OS). Riżultati tal-effikaċja għal studju CONFIRM huma mogħtija fil-qosor f’tabella 2.

Tabella 2 Sommarju tar-riżultati tal-punt tat-tmiem primarju tal-effikaċja (PFS) u punti ta’ tmiem sekondarji importanti dwar l-effikaċja fl-istudju CONFIRM

Varjabli

Tip ta’ stima;

Faslodex

Faslodex

Tqabbil bejn gruppi

 

 

tqabbil tal-

500 mg

250 mg

(Faslodex 500 mg/Faslodex 250 mg)

 

kura

(N=362)

(N=374)

 

 

 

 

Proporzjon ta’

95% CI

valur-p

 

 

 

 

 

 

 

 

periklu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PFS

K-M

 

 

 

 

 

 

medjan

 

 

 

 

 

 

f’xuhur;

 

 

 

 

 

 

proporzjon

 

 

 

 

 

 

ta’ periklu

 

 

 

 

 

Il-pazjenti kollha

6.5

5.5

0.80

0.68, 0.94

0.006

-Sotto grupp ta’ AE (n=423)

8.6

5.8

0.76

0.62, 0.94

0.013

-Sotto grupp ta’ AI (n=313)a

5.4

4.1

0.85

0.67, 1.08

0.195

OSb

K-M

 

 

 

 

 

 

medjan

 

 

 

 

 

 

f’xhur;

 

 

 

 

 

 

proporzjon

 

 

 

 

 

 

ta’ periklu

 

 

 

 

 

Il-pazjenti

 

26.4

22.3

0.81

0.69, 0.96

0.016c

kollha

 

30.6

23.9

0.79

0.63, 0.99

0.038c

-Sotto grupp ta’ AE (n=423)

-Sotto grupp ta’ AI (n=313)a

24.1

20.8

0.86

0.67, 1.11

0.241c

Varjabbli

Tip ta’ stima;

Faslodex

Faslodex

Tqabbil bejn gruppi

 

 

tqabbil tal-

500 mg

250 mg

(Faslodex 500 mg / Faslodex 250 mg)

 

kura

(N=362)

(N=374)

 

 

 

 

Differenza

95% CI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

assoluta f’%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ORRd

% ta’

 

 

 

 

 

 

pazjenti b’

 

 

 

 

 

 

OR;

 

 

 

 

 

 

differenza

 

 

 

 

 

 

assoluta f’%

 

 

 

 

 

Il-pazjenti kollha

13.8

14.6

-0.8

-5.8, 6.3

 

-Sotto grupp ta’ AE (n=296)

18.1

19.1

-1.0

-8.2, 9.3

 

-Sotto grupp ta’ AI (n=205)a

7.3

8.3

-1.0

-5.5, 9.8

 

CBRe

% ta’

 

 

 

 

 

 

pazjenti

 

 

 

 

 

 

b’CB;

 

 

 

 

 

 

differenza

 

 

 

 

 

 

assoluta f’%

 

 

 

 

 

Il-pazjenti

 

45.6

39.6

6.0

-1.1, 13.3

 

kollha

 

52.4

45.1

7.3

-2.2, 16.6

 

-Sotto grupp ta’ AE (n=423)

 

-Sotto grupp ta’ AI (n=313)a

36.2

32.3

3.9

-6.1, 15.2

 

aFaslodex huwa indikat f’pazjenti li l-marda reġgħet tfaċċat jew aggravat meta kienu fuq kura b’anti-estroġenu. Ir-riżultati fis-sotto grupp A1 mhumiex konklussivi.

bOS hija ppreżentata għall-analiżi tas-sopravivenza finali f’maturità ta’ 75%.

cIl-valur-p nominali mingħajr ebda aġġustament magħmul għall-multipliċità bejn l-analiżi tas- sopravivenza globali inizjali f’maturità ta’ 50% u l-analiżi tas-sopravivenza aġġornata f’maturità ta’ 75%

dL-ORR ġie vvalutat f’pazjenti li kienu evalwabbli għar-rispons mil-linja bażi (jiġifieri dawk li kellhom il-marda titkejjel mil-linja bażi: 240 pazjent fil-grupp ta’ Faslodex 500 mg u 261 pazjent fil-grupp ta’ Faslodex 250 mg).

ePazjenti bl-aqwa rispons oġettiv ta’ rispons komplet, rispons parzjali jew marda stabbli

24 ġimgħa

PFS:Soppravivenza mingħajr il-marda; ORR:Rata oġettiva tar-ripons; OR:Rispons oġettiv; CBR:Rata ta’ benefiċċju kliniku; CB:Benefiċċju kliniku; OS:Soppravivenza totali; K-M:Kaplan- Meier; CI:Intervall ta’ fiduċja; A1: Inibittur aromatase; AE:Anti-estroġenu

Saru żewġ provi kliniċi ta’ fażi III fuq total ta’ 851 mara li għaddew mill-menopawża u li kellhom kanċer tas-sider fi stat avvanzat u li reġgħet qabdithom il-marda waqt jew wara t-terapija endrokinali miżjuda jew li l-marda tagħhom aggravat wara t-terapija endokrinali għal marda avvanzata. 77% tal-popolazzjoni fl-istudju kellhom kanċer tas-sider pożittiv għar-riċettur ormonali tal-estroġenu. Dawn il-provi qabblu s-sigurtà u l-effikaċja tal-amministrazzjoni ta’ 250 mg Faslodex kull xahar ma’ anastrozole, (inibittur ta’ aromatase) b’doża ta’ 1 mg kuljum.

B’mod ġenerali, Faslodex b’doża ta’ 250 mg kull xahar kellu mill-inqas l-istess effett bħal anastrozole fir-rigward tas-sopravivenza mingħajr il-marda, rispons oġġettiv u għomor. Ma kien hemm l-ebda differenza statistikament sinifikanti bejn iż-żewġ metodi ta’ kura fl-ebda wieħed minn dawn il-punti tat-tmiem. Sopravivenza mingħajr il-marda kien il-punt tat-tmiem primarju. L-analiżi kkombinata taż-żewġ provi uriet li 83% tal-pazjenti li rċivew Faslodex avvanzaw, meta mqabbel ma’ 85% tal-pazjenti li rċivew anastrozole. L-analiżi meħudin f’daqqa taż-żewġ provi wrew li l-proporzjon ta’ riskju ta’ Faslodex 250 mg u anastrozole għal sopravivenza mingħajr il- marda kien ta’ 0.95 (95% CI 0.82 għal 1.10). Ir-rata ta’ rispons oġġettiv għal Faslodex 250 mg kienet ta’ 19.2% meta mqabbla ma’ 16.5% għal anastrozole. Iż-żmien medjan sal-mewt kien ta’ 27.4 xahar għall-pazjenti kkurati b’Faslodex u 27.6 xahar għall-pazjenti kkurati b’anastrozole. Il- proporzjon ta’ periklu ta’ Faslodex 250 mg għal anastrozole għaż-żmien sal-mewt kien ta’ 1.01 (95% CI 0.86 sa 1.19).

Effetti fuq l-endometriju fi żmien ta’ wara l-menopawża

Dejta preklinika ma tindikax effett stimulanti ta’ fulvestrant fuq l-endometriju fi żmien ta’ wara l- menopawża (ara sezzjoni 5.3) Studju ta’ ġimagħtejn li sar fuq voluntiera b’saħħithom, ikkurati b’20 ug ethinylestradiol kuljum wera li kura minn qabel b’doża ta’ 250 mg Faslodex, irriżultat f’effett ta’ nuqqas sinifikanti ta’ stimulu tal-endometriju postmenopawżali, meta mqabbel ma’ oħrajn li ħadu plaċebo kif deher mill-ultrasound li kejjel il-ħxuna tal-endometriju.

Kura miżjuda fil-bidu sa 16-il ġimgħa f’pazjenti bil-kanċer tas-sider ikkurati jew b’Faslodex 500 mg jew b’Faslodex 250 mg ma rriżultax f’tibdil klinikament sinifikanti fil-ħxuna endometrijali, u dan jindika nuqqas ta’ effett agonsta. Ma hemm l-ebda evidenza tal-effetti endometrijali avversi fil-pazjenti b’kanċer tas-sider li ġew studjati. M’hemmx dejta rigward il- morfoloġija tal-endometriju.

F’żewġ studji qosra (1 u 12-il ġimgħa) f’pazjenti ta’ qabel l-menopawża b’mard ġinekoloġiku beninn, ma ġewx osservati differenzi fil-ħxuna tal-endometriju imkejjel bl-ultrasound bejn il- grupp ta’ fulvestrant u dak tal-plaċebo.

Effetti fuq l-għadam

M’hemmx dejta fuq l-effett fit-tul ta’ fulvestrant fuq l-għadam. Kura miżjuda fil-bidu sa 16-il ġimgħa f’pazjenti bil-kanċer tas-sider b’jew Faslodex 500 mg jew Faslodex 250 mg ma rriżultax f’tibdil klinikament sinifikanti tal-markaturi għat-tibdil fl-għadam, fis-serum.

Popolazzjoni pedjatrika

Faslodex mhux indikat sabiex jintuża fit-tfal. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Faslodex f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika għal kanċer tas-sider (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku)

Studju ta’ fażi II open label investiga s-sigurtà, l-effikaċja u l-farmakokinetika ta’ fulvestrant fi 30 tifla ta’ età minn 1 sa 8 snin b’Pubertà Prekoċi Progressiva assoċjata mas-sindrome ta’ McCune Albright (MAS). Il-pazjenti pedjatriċi rċivew doża ta’ 4 mg/kg fulvestrant fil-muskolu fix-xahar. Dan l-istudju ta’ 12-il xahar investiga firxa ta’ punti finali ta’ MAS u wera tnaqqis fil-frekwenza ta’ tnixxija ta’ demm mill-vaġina u tnaqqis fir-rata ta’ avvanz fl-età tal-għadam. Il- konċentrazzjonijiet minimi ta’ stat fiss ta’ fulvestrant fit-tfal f’dan l-istudju kienu konsistenti ma dawk fl-adulti (ara sezzjoni 5.2). Ma kien hemm l-ebda tħassib ġdid dwar is-sigurtà mqajjem minn dan l-istudju żgħir, iżda għad ma hemmx dejta fuq 5 snin.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara li tingħata injezzjoni ta’ Faslodex b’injezzjoni ġol-muskoli li taħdem fit-tul, fulvestrant jiġi assorbit bil-mod u l-ogħla konċentrazzjoni fil-plażma (Cmax) tintlaħaq wara xi 5 t’ijiem. Meta jingħata Faslodex 500 mg, jintlaħqu livelli ta’ esponiment daqs jew viċin ta’ stat fiss mal-ewwel xahar ta’ dożaġġ (medja [CV]; AUC 475 [33.4%] ng.ġranet/ml, Cmax 25.1 [35.3%] ng/ml, Cmin 16.3 [25.9%] ng/ml, rispettivament). Fi stat fiss, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ fulvestrant jinżammu f’medda relattivament dejqa b’differenza ta’ bejn wieħed u ieħor 3 darbiet iktar bejn l- ogħla u l-inqas livelli ta’ konċentrazzjoni. Wara injezzjoni ġol-muskoli, l-espożizzjoni hija bejn wieħed u ieħor proporzjonali għad-doża fil-medda tad-doża ta’ 50 sa 500 mg.

Distribuzzjoni

Fulvestrant huwa soġġett għal distrubuzzjoni estensiva u ta’ malajr. Il-volum kbir apparenti ta’ distribuzzjoni fi stat fiss (Vdss) huwa bejn wieħed u ieħor minn 3 sa 5 l/kg, li jissuġġerixxi li d- distribuzzjoni komposta tas-sustanza hija fil-parti l-kbira tagħha ekstra-vaskulari. Fulvestrant jeħel ħafna (99%) mal-proteini tal-plasma. Lipoproteini ta’ densità żgħira ħafna (VLDL), lipoproteini ta’ densità żgħira (LDL) u lipoproteini ta’ densità għolja (HDL) huma l-komponenti li l-aktar li jeħlu. Għalhekk ma sar l-ebda studju dwar l-interazzjoni tal-mediċina meta tingħaqad mal-proteina b’mod kompetittiv. L-irwol tal-globulina li teħel mal-ormoni sesswali (SHBG) għadu ma ġiex determinat.

Bijotrasformazzjoni

Il-metaboliżmu ta’ fulvestrant ma ġiex evalwat kompletament, iżda jinvolvi kombinazzjonijiet ta’ mogħdijiet ta’ bijotransformazzjoni possibbli analogi għal dawk tal-isterojdi endoġini. Il- metaboliti identifikati (jinkludu metaboliti ta’ 17-ketone, sulphone, 3-sulphate, 3 u 17- glucuronide) huma jew inqas attivi jew juru attivitajiet simili għal fulvestrant f’mudelli ta’ anti- estroġenu. Studji fejn intużaw preparazzjonijiet tal-fwied tal-bniedem u enżimi umani rikombinanti jindikaw li CYP3A4 huwa l-uniku isoeżima P450 involuta fl-ossidità ta’ fulvestrant, madankollu, in vivo, rotot ta’ mhux P450 jidhru li huma iktar dominanti. Dejta in vitro tissuġġerixxi li fulvestrant ma jimpedixxix l-isoenżimi CYP450.

Eliminazzjoni

Fulvestrant jiġi eliminat l-iktar forma metabolizzat. Il-mod prinċipali ta’ eliminazzjoni huwa permezz tal-ippurgar u inqas minn 1% jiġi eliminat fl-awrina. Fulvestrant għandu eliminazzjoni qawwija, 11±1.7ml/min/kg li tissuġġerixxi proporzjon għoli ta’ estrazzjoni epatika. Il-half-life terminali (t1/2) jiġi regolat skont ir-rata ta’ assorbiment u ġiet stmata li hi ta’ madwar 50 jum .

Popolazzjonijiet speċjali

F’analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni ta’ dejta minn studji ta’ Fażi III, ma rriżultat ebda differenza fil-profil farmakokinetiku ta’ fulvestrant fir-rigward tal-età (fil-medda ta’ bejn 33 sa 89 sena), tal-piż (40-127kg) jew tar-razza.

Indeboliment renali

Indeboliment renali ħafif sa moderat ma kellux influwenza klinikament relevanti fuq il- farmakokinetika ta’ fulvestrant.

Indeboliment epatiku

Il-farmakokinteka ta’ fulvestrant ġiet evalwata fi studju kliniku b’doża waħda li sar fuq suġġetti b’indeboliment epatiku ħafif sa moderat (Child-Pugh klassi A u B). Intużat doża għolja ta’ formulazzjoni ta’ injezzjoni ġol-muskolu ta’ żmien qasir. Kien hemm żieda fl-AUC ta’ massimu ta’ 2.5 drabi aktar f’suġġetti b’indeboliment epatiku meta mqabbla ma’ suġġetti b’saħħithom. F’pazjenti li ngħataw Faslodex, żieda fl-espożizzjoni ta’ dan il-kobor hi mistennija li tkun ittollerata tajjeb minn pazjenti li jingħataw Faslodex. Suġġetti b’indeboliment epatiku qawwi (Child-Pugh klassi C) ma ġewx evalwati.

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetiċi ta’ fulvestrant ġew evalwati fi prova klinika mwettqa fuq 30 tifla b’Pubertà Prekoċi Progressiva assoċċjata mas-Sindromu ta’ McCune Albright (ara sezzjoni 5.1). Il-pazjenti pedjatriċi kellhom bejn 1 sa 8 snin u rċivew doża ta’ 4 mg/kg fil-muskolu fix-xahar ta’ fulvestrant. Il-konċentrazzjoni minima fi stat fiss tal-medja ġeometrika (standard deviation) u tal- AUCs kienet ta’ 4.2 (0.9) ng/mL u 3680 (1020) ng*hr/ml, rispettivament. Għalkemm id-dejta miġbura kienet limitata, il-konċentrazzjonijiet minimi fi stat fiss ta’ fulvestrant fit-tfal jidhru li huma konsistenti ma’ dawk fl-adulti.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

It-tossiċità akuta ta’ fulvestrant hija baxxa.

Faslodex u formulazzjonijiet oħra ta’ fulvestrant ġew ittollerati tajjeb fi speċi tal-annimali użati fi studji b’dożi multipli. Reazzjonijiet lokali, inkluż mijosite u granulomata fis-sit tal-injezzjoni ġew attribwiti għas-sustanzi mħallta mal-mediċina, iżda, l-gravità tal-mijosite fil-fniek żdiedet b’fulvestrant meta mqabbla mal-kontrolli tas-salina. Fi studji fuq it-tossiċita li saru fuq firien u fi klieb, b’dożi multipli ta’ fulvestrant ġol-muskoli, l-attività anti-estroġenika ta’ fulvestrant kienet responsabbli għall-maġġoranza tal-effetti li ġew osservati, speċjalment fis-sistema riproduttiva tas-sess femminili, iżda wkoll f’organi oħra sensittivi għal ormoni fiż-żewġ sessi. Artrite li tinvolvi firxa ta’ tessuti differenti dehret f’xi klieb wara dożaġġ kroniku (12-il xahar).

Minn studji fuq klieb ġie osservat li dożi li ngħataw kemm orali kif ukoll ġol-vina, kellhom effetti fuq is-sistema kardjovaskulari (żidiet ħfief fis-segment S-T ta’ ECG [orali], u arrest tas-sinus fuq kelb wieħed [ġol-vina]). Dawn seħħew f’livelli ta’ espożizzjoni ogħla milli ħadu l-pazjenti (Cmax >15 il-darba) u huma probabbli li jkunu ta’ sinifikat limitat għas-sigurtà tal-bniedem fid- doża klinika.

Fulvestrant ma wera l-ebda potenzjal ġenotossiku.

Fulvestrant wera effetti fuq is-sistema riproduttiva u l-iżvilupp tal-embriju/fetu konsistenti mal- azzjoni anti-estroġenika tiegħu b’dożi simili għal dik klinika. Fil-firien, ġie osservat tnaqqis riversibbli fil-fertilità fis-sess femminili u fis-sopravivenza embrijonika, distoċja u inċidenza ogħla ta’ anomalitajiet tal-fetu inkluż tagħwiġ fit-tarsu. Fniek li ngħataw fulvestrant ma żammewx it-tqala. Kien hemm żieda fil-piż tal-plaċenta u fl-ammont ta’ telf tal-feti wara l-impjant. Kien

hemm żieda fl-inċidenza ta’ varjazzjonijiet fetali fil-fniek (iċ-ċintura pelvika u s-27 vertebra pre- sakrali resqu lura).

Studju tal-onkoġeniċità ta’ sentejn fil-firien, (Faslodex mogħti ġol-muskolu) wera żieda fl- inċidenza ta’ tumuri beninni taċ-ċelluli granulożi tal-ovarji fil-firien nisa bid-doża l-għolja, 10 mg/far/15-il ġurnata u żdiedet ukoll l-inċidenza ta’ tumuri testikulari taċ-ċelluli Leydig fil- firien irġiel. Fi studju tal-onkoġeniċità ta’ sentejn fil-ġrieden (amministrazzjoni mill-ħalq kuljum) kien hemm żieda fil-frekwenza ta’ tumuri stromali tal-korda sesswali tal-ovarji (kemm bennini kif ukoll malinni) f’dożi ta’ 150 u 500 mg/kg/jum. Fil-livell fejn ma jkunx hemm effett għal dawn is- sejbiet, fil-firien, il-livelli ta’ esponiment sistemiku (AUC) kienu madwar 1.5 darba l-livelli ta’ esponiment mistenni fil-bnedmin fil-firien nisa u 0.8 drabi fil-firien irġiel, u fil-ġrieden, madwar 0.8 drabi l-livelli ta’ esponiment mistennija fil-bniedem kemm fil-ġrieden irġiel kif ukoll f’dawk nisa. L-induzzjoni ta’ dawn it-tumuri hija konsistenti ma’ tibdil endokrinali relatat mal- farmakoloġija fil-livelli ta’ gonadotrophin ikkawżati mill-anti-estroġeni fl-annimali fiċ-ċiklu. Għalhekk, dawn l-istudji mhumiex meqjusa li għandhom relevanza għall-użu ta’ fulvestrant f’nisa li għaddew mill-menopawża b’kanċer tas-sider fi stat avvanzat.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Ethanol 96%

Benzyl alcohol

Benzyl benzoate

Castor oil

6.2Inkompatibilitajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

4 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen u ġorr fi friġġ (2°C - 8°C).

Id-drabi li l-prodott ma jinżammx f'temperatura ta’ bejn 2°C u 8°C għandhom ikunu limitati. Dan jinkludi l-evitar tal-ħżin f'temperatura ta’ aktar minn 30°C, u l-ħżin għal perjodu ta' aktar minn 28 jum fejn it-temperatura medja tal-ħżin għall-prodott tkun hija inqas minn 25°C (iżda aktar minn 2°C - 8°C). Meta ma jinżammx fi ħdan it-temperaturi msemmija, il-prodott għandu jitpoġġa lura minnufih fil-kundizzjonijiet ta' ħżin rakkomandati (aħżen u ġorr fi friġġ 2°C - 8°C). Jekk il- prodott ma jinżammx fi ħdan it-temperaturi speċifikati, dan ikollu effett kumulattiv fuq il-kwalità tal-prodott u l-perjodu ta' 28 jum ma għandux jinqabeż matul il-perjodu ta' ħżin ta' 4 snin ta' Faslodex (ara sezzjoni 6.3). L-espożizzjoni għal temperaturi inqas minn 2°C ma tagħmilx ħsara lill-prodott diment li dan ma jinżammx f'temperatura inqas minn -20°C.

Żomm is-siringa mimlija għal-lest fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

BD SafetyGlide hija trejdmark ta’ Becton Dickinson and Company u hija markata b’CE: CE 0050.

Il-preżentazzjoni tas-siringa mimlija għal-lest tikkonsisti minn:

Siringa tal-ħġieġ mimlija għal-lest, ċara, ta’ tip 1 bi planġer ta’ polystyrene, magħluqa b’mod li tinduna jekk tiġi mbagħbsa, li fiha 5 mg Faslodex soluzzjoni għal injezzjoni.

Hemm ipprovdut ukoll labra tas-sigurtà (BD SafetyGlide™) li tista’ titwaħħal mas-siringa. Jew

2 siringi tal-ħġieġ, ċari, ta’ tip 1, mimlijin għal-lest li jkollhom planġer ta’ polystyrene, magħluqin b’mod li tinduna jekk jiġu mbagħbsa, b’kull waħda fiha 5 mg Faslodex soluzzjoni għal injezzjoni. Hemm ipprovdut ukoll labar tas-sigurtà (BD SafetyGlide™) li jistgħu jitwaħħlu ma’ kull siringa.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett huma għal skop ta’ kummerċ.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Istruzzjonijiet għall-għoti

Agħti l-injezzjoni skont il-linji gwida lokali għall-għoti ta’ injezzjonijiet intramuskolari ta’ volum kbir.

NOTA: Minħabba l-prossimità tan-nerv xjatiku sottostanti, għandha tingħata kawtela jekk Fasoldex jingħata fit-sit tal-injezzjoni dorsoglutejali (ara s-sezzjoni 4.4).

Twissija: Tisterilizzax il-labra tas-sigurtà (BD SafetyGlide™ Shielding Hypodermic Needle) qabel l-użu. Dejjem żomm il-labra minn wara waqt l-użu u meta tkun qed tarmiha.

Għal kull waħda miż-żewġ siringi:

 

Neħħi s-siringa tal-ħġieġ mit-trej u

Figura 1

ċċekkja li ma fihiex ħsara.

 

Qaxxar u iftaħ il-pakkett ta’ barra tal- labra tas-sigurtà (SafetyGlide).

Qabel ma tuża soluzzjonijiet parenterali, iċċekkja li ma jkunx hemm tibdil fil-kulur u ma jkunx hemm frak fihom.

Żomm is-siringa wieqfa fuq il-parti rrigata (Ċ). Bl-id l-oħra, aqbad it-tapp

(A)u b’reqqa ċaqilqu ’l quddiem u lura sakemm t-tapp jiġi skonnettjat u jkun jista’ jinġibed, tgħawwiġx it-tapp (ara Fig. 1).

Neħħi t-tapp (A) f’direzzjoni dritta ’l

Figura 2

fuq. Sabiex tinżamm l-isterilità tmissx

 

il-ponta tas-siringa (B) (ara Fig. 2).

 

Qabbad il-labra tas-sigurtà mal-Luer

Figura 3

Lok u dawwar sakemm tkun tpoġġiet

 

sew (ara Figura. 3).

 

Iċċekkja li l-labra tkun imsakkra mal- konnettur Luer qabel titmexxa ’l barra mill-pjan vertikali

Ikxef il-labra billi tneħħi l-kappa b’mod dritt biex tevita li tagħmel ħsara lill-ponta tal-labra.

Ħu s-siringa mimlija sal-post fejn tkun se tingħata

Neħħi l-kappa tal-labra.

Neħħi l-arja żejda mis-siringa.

Agħti bil-mod fil-muskolu tal-warrani

(1-2 minuti/injezzjoni) (iż-żona gluteali). Għall-konvenjenza ta’ min ikun qed jirċievi l-injezzjoni, żomm il- labra iċċanfrata ’l fuq fid-direzzjoni tal- lieva. (ara Fig. 4).

Wara l-injezzjoni immedjatament uża t- teknika ta’ saba’ wieħed fuq il-lieva ta’ sostenn għall-attivazzjoni sabiex tattiva l-mekkniżmu ta’ protezzjoni (ara Figura 5)

NOTA: Attiva ’il bogħod minnek u minn oħrajn. Isma’ l-klikk u aċċerta ruħek viżwalment li l-ponta tal-labra

Figura 4

Figura 5

tkun mgħottija għal kollox

Rimi

Siringi mimlijin għal-lest għandhom jintużaw darba biss

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

AstraZeneca UK Ltd

Charter Way,

Macclesfield,

Cheshire

SK10 2NA

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/03/269/001

EU/1/03/269/002

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 10 ta’ Marzu 2004

Data tal-aħħar tiġdid: 10 ta’ Marzu 2009

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati