Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Fertavid (follitropin beta) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - G03GA06

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFertavid
Kodiċi ATCG03GA06
Sustanzafollitropin beta
ManifatturMerck Sharp

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Fertavid 50 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Fertavid 75 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Fertavid 100 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Fertavid 150 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Fertavid 200 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Fertavid 50 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Kunjett wieħed fih 50 IU ta’ ormon rikombinanti li jistimula l-follikoli (FSH - follicle-stimulating hormone), f’0.5 mL ta’ soluzzjoni akweja. Dan jikkorrispondi ma’ qawwa ta’ 100 IU/mL. Kunjett wieħed fih 5 mikrogrammi ta’ proteina (bijoattività speċifika in vivo ekwivalenti għal madwar 10,000 IU FSH / mg proteina). Is-soluzzjoni għall-injezzjoni fiha s-sustanza attiva follitropin beta magħmula b’inġinerija ġenetika minn ċelluli żviluppati minn ċellula waħda mill-ovarji tal-ħemster Ċiniż (CHO - Chinese hamster ovary).

Fertavid 75 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Kunjett wieħed fih 75 IU ta’ ormon rikombinanti li jistimula l-follikoli (FSH), f’0.5 mL ta’ soluzzjoni akweja. Dan jikkorrispondi ma’ qawwa ta’ 150 IU/mL. Kunjett wieħed fih 7.5 mikrogrammi ta’ proteina (bijoattività speċifika in vivo ekwivalenti għal madwar 10,000 IU FSH / mg proteina). Is- soluzzjoni għall-injezzjoni fiha s-sustanza attiva follitropin beta magħmula b’inġinerija ġenetika minn ċelluli żviluppati minn ċellula waħda mill-ovarji tal-ħemster Ċiniż (CHO).

Fertavid 100 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Kunjett wieħed fih 100 IU ta’ ormon rikombinanti li jistimula l-follikoli (FSH), f’0.5 mL ta’ soluzzjoni akweja. Dan jikkorrispondi ma’ qawwa ta’ 200 IU/mL. Kunjett wieħed fih 10 mikrogrammi ta’ proteina (bijoattività speċifika in vivo ekwivalenti għal madwar 10,000 IU FSH / mg proteina). Is- soluzzjoni għall-injezzjoni fiha s-sustanza attiva follitropin beta magħmula b’inġinerija ġenetika minn ċelluli żviluppati minn ċellula waħda mill-ovarji tal-ħemster Ċiniż (CHO).

Fertavid 150 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Kunjett wieħed fih 150 IU ta’ ormon rikombinanti li jistimula l-follikoli (FSH), f’0.5 mL ta’ soluzzjoni akweja. Dan jikkorrispondi ma’ qawwa ta’ 300 IU/mL. Kunjett wieħed fih 15-

il mikrogrammi ta’ proteina (bijoattività speċifika in vivo ekwivalenti għal madwar 10,000 IU FSH / mg proteina). Is-soluzzjoni għall-injezzjoni fiha s-sustanza attiva follitropin beta magħmula

b’inġinerija ġenetika minn ċelluli żviluppati minn ċellula waħda mill-ovarji tal-ħemster Ċiniż (CHO).

Fertavid 200 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Kunjett wieħed fih 200 IU ta’ ormon rikombinanti li jistimula l-follikoli (FSH), f’0.5 mL ta’ soluzzjoni akweja. Dan jikkorrispondi ma’ qawwa ta’ 400 IU/mL. Kunjett wieħed fih 20 mikrogrammi ta’ proteina (bijoattività speċifika in vivo ekwivalenti għal madwar 10,000 IU FSH / mg proteina). Is- soluzzjoni għall-injezzjoni fiha s-sustanza attiva follitropin beta magħmula b’inġinerija ġenetika minn ċelluli żviluppati minn ċellula waħda mill-ovarji tal-ħemster Ċiniż (CHO).

Eċċipjent(i) b’effett magħruf:

Dan il-prodott mediċinali fih inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull injezzjoni, i.e. huwa essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni (injezzjoni).

Soluzzjoni ċara u mingħajr kulur.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

F’nisa adulti:

Fertavid huwa indikat għall-kura tal-infertilità fin-nisa fis-sitwazzjonijiet kliniċi li ġejjin:

Meta ma jkunx hemm ovulazzjoni (inkluż is-sindrome poliċistiku tal-ovarji, PCOS) f’nisa li ma rrispondewx għall-kura bi clomifene citrate.

Stimulazzjoni eċċessiva kkontrollata tal-ovarji sabiex tistimula l-iżvilupp tal-follikuli multipli fi programmi mediċi ta’ riproduzzjoni assistita [eż. fertilizzazzjoni /trasferiment tal-embriju in vitro (IVF/ET), trasferiment tal-gamete intra-fallopjan (GIFT) u injezzjoni intraċitoplasmiku tal- isperma (ICSI).

F’irġiel adulti:

Nuqqas ta’ spermatoġenesi minħabba ipogonadiżmu ipogonadotrofiku.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura b’Fertavid għandha tinbeda taħt is-superviżjoni ta’ tabib li għandu esperjenza fil-kura ta’ problemi tal-fertilità.

L-ewwel injezzjoni b’Fertavid għandha ssir taħt superviżjoni medika diretta.

Pożoloġija

Dożaġġ fil-mara

Ir-rispons tal-ovarji għall-gonadotrofini eżoġeniċi ivarja ħafna kemm fl-istess individwu, kif ukoll bejn individwi differenti. Dan jagħmilha impossibli sabiex ikun hemm skema ta’ dożaġġ uniformi. Id- dożaġġ għalhekk għandu jiġi aġġustat individwalment skont ir-rispons tal-ovarji. Dan jeħtieġ stima ultrasonika tal-iżvilupp tal-follikuli. Jista’ jkun utli wkoll jekk fl-istess waqt jiġu determinati l-livelli ta’ estradiol fis-serum.

Skont ir-riżultati ta’ studji kliniċi komparattivi huwa kkonsidrat xieraq li Fertavid jingħata b’dożaġġ totali aktar baxx fuq perijodu iqsar ta’ kura minn dak li ġeneralment jintuża għal FSH fl-awrina, mhux biss biex jinkisbu l-aħjar kondizzjonijiet għall-iżvilupp tal-follikuli imma wkoll biex jitnaqqas ir-riskju ta’ stimulazzjoni eċċessiva ta’ l-ovarji mhux mixtieq (ara sezzjoni 5.1).

Esperjenza klinika b’Fertavid hi msejsa fuq tliet ċikli ta’ kura fiż-żewġ indikazzjonijiet. L-esperjenza globali bl-IVF tagħti indikazzjoni li b’mod ġenerali r-rata ta’ suċċess għall-kura tibqa’ stabbli fl- ewwel erba’ darbiet u tibda tonqos bil-mod wara dan.

Meta ma jkunx hemm ovulazzjoni

Skema ta’ kura sekwenzjali hija rakkomandata li tibda b’doża ta’ 50 IU Fertavid kuljum. Id- doża tal-bidu tinżamm għal ta’ lanqas sebat ijiem. Jekk ma jkunx hemm rispons tal-ovarji, id- doża ta’ kuljum għandha tiżdid b’mod gradwali sakemm it-tkabbir tal- follikulu u/jew il-livell tal-estradjol fil-plażma jindikaw rispons farmakodinamiku xieraq. Żieda ta’ kuljum fil-livelli tal-estradjol b’40–100% hija kkonsidrata li hi l-aħjar. Din id-doża ta’ kuljum mbagħad tinżamm sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet xierqa ta’ qabel l-ovulazzjoni. Il-kondizzjonijiet ta’ qabel l- ovulazzjoni jintlaħqu meta jkun hemm prova ultrasonografika ta’ follikulu dominanti b’dijametru ta’ 18-il millimetru u/jew meta l-livelli tal-estradjol fil-plażma jilħqu 300-900 picogrammi/mL (1,000–3,000 pmol/L). Ġeneralment, ikun hemm bżonn minn 7 sa 14-il jum ta’ kura sabiex jintlaħaq dan l-istat. Imbagħad Fertavid jitwaqqaf u l-ovulazzjoni tkun tista’ tiġi stimulata bl-għoti ta’ gonadotrofina korjonika umana (hCG).

Jekk in-numru ta’ follikuli li jirrispondu jkun kbir wisq jew il-livelli tal-estradjol jiżdied b’rata mgħaġġla ħafna i.e. b’aktar mid-doppju f’jum, għal jumejn jew tliet ijiem konsekuttivi, id-doża ta’ kuljum għandha titnaqqas.

Peress li follikuli ta’ aktar minn 14-il millimetru jistgħu jwasslu għal tqala, follikuli multipli ta’ qabel l-ovulazzjoni li jkunu akbar minn 14-il millimetru jikkawżaw riskju ta’ ġestazzjonijiet multipli. F’dak il-każ l-ormon hCG għandu jiġi miżmum u t-tqala għandha tiġi evitata sabiex jiġi evitat li jkun hemm ġestazzjonijiet multipli.

Stimulazzjoni eċċessiva tal-ovarju kkontrollata fi programmi mediċi ta’ riproduzzjoni assista Diversi protokolli ta’ stimulazzjoni huma applikati. Doża tal-bidu ta’ 100-225 IU hija rrakkomandata għal tal-anqas l-ewwel erbat ijiem. Minn hemm ’il quddiem, id-doża tista’ tiġi aġġustata individwalment, skont ir-rispons tal-ovarji. Fi studji kliniċi ntwera li dożaġġi ta’ bejn 75-375 IU għal bejn sitta sa tnax-il jum huma biżżejjed, għalkemm jista’ jkun hemm bżonn kura aktar fit-tul.

Fertavid jista’ jingħata waħdu, jew sabiex tiġi evitata sitwazzjoni ta’ lutejnizzazzjoni prematura, flimkien ma’ antagonista jew agonista tal-GnRH. Meta jintuża agonista tal-GnRH, jista’ jkun hemm bżonn doża totali ta’ Fertavid aktar għolja għall-kura, sabiex jintlaħaq ir-rispons follikulari xieraq.

Ir-rispons tal-ovarji huwa sorveljat permezz ta’ stima ultrasonika. Jista’ jkun utli wkoll jekk fl- istess waqt jiġu determinati l-livelli ta’ estradiol fis-serum. Meta l-istima ultrasonika tindika l- preżenza ta’ mill-anqas tliet follikuli ta’ 16-20 mm, u jkun hemm evidenza ta’ rispons tajjeb tal- estradjol (livelli fil-plażma ta’ madwar 300-400 pikogramm/mL (1,000-1,300 pmol/L) għal kull follikulu ta’ dijametru akbar minn 18 mm), il-fażi finali ta’ tkabbir tal-follikuli tiġi stimulata bit- teħid tal-hCG. L-irkupru ta’ ooċit isir 34-35 siegħa wara.

Dożaġġ fir-raġel

Fertavid għandu jingħata f’dożaġġ ta’ 450 IU/ġimgħa, preferibbilment maqsum fi tliet dożi ta’ 150 IU, flimkien ma’ hCG. Il-kura b’Fertavid u hCG għandha titkompla għal tal-anqas 3 sa 4 xhur qabel ma jista’ jkun mistenni xi titjieb fl-ispermatoġenisi. Biex jiġi evalwat ir-rispons, hu rrakkomandat li ssir analiżi tas-semen minn 4 sa 6 xhur wara l-bidu tal-kura. Jekk il-pazjent ma jkollux rispons wara dan il- perijodu, it-terapija kombinata tista’ titkompla; esperjenza klinika attwali tindika li trattament sa 18-il xahar jew aktar tista’ tkun meħtieġa biex ikun hemm spermatoġenisi.

Popolazzjoni pedjatrika

Fertavid fil-popolazzjoni pedjatrika m’għandux użu rilevanti fl-indikazzjoni approvata.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Sabiex tevita l-uġigħ tal-injezzjonijiet u sabiex tnaqqas it-tnixxija mis-sit tal-injezzjoni, Fertavid għandu jingħata bil-mod ġol-muskolu jew taħt il-ġilda. Il-lok tat-teħid tal-injezzjoni ta’ taħt il-ġilda għandu jinbidel sabiex tkun evitata l-lipoatrofija. Kull fdal tas-soluzzjoni li jibqa’ għandu jintrema. L-injezzjoni taħt il-ġilda b’Fertavid tista’ ssir mill-pazjent nnifsu jew mis-sieħeb/sieħba, kemm-il darba l-istruzzjonijiet għall-użu jkunu ngħataw mit-tabib. It-teħid jista’ isir mill-persuna nnifisha biss jekk din tkun motivata sew, imrawma tajjeb u jkollha aċċess għal parir speċjalizzat.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Għall-irġiel u n-nisa

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

Tumuri tal-ovarju, tas-sider, tal-utru, tat-testikoli, tal-pitwitarju jew tal-ipotalamu.

Insuffiċjenza primarja ta’ gonadal

B’mod addizzjonali għan-nisa

Fsada vaġinali li ma nstabx x’qed jikkawżha.

Ċisti fl-ovarji jew ovarji mkabbra, mhux relatati mas-sindrome poliċistiku ta’ l-ovarji (PCOS).

Malformazzjonijiet tal-organi sesswali li huma inkompatibbli ma’ tqala.

Tumuri fibrojdi tal-utru li huma inkompatibbli mat-tqala.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva għall-antibijotiċi

Fertavid jista’ jkun fih traċċi ta’ streptomycin u/jew neomycin. Dawn l-antibijotiċi jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva f’persuni suxxettibbli.

Evalwazzjoni tal-infertilità qabel il-bidu tal-kura

Qabel il-bidu tal-kura, l-infertilità tal-koppja għandha tiġi evalwata kif suppost. B’mod partikulari, il-pazjenti għandhom jiġu evalwati għal ipotirojdiżmu, insuffiċjenza adrenokortikali, iperprolaktinemija u tumuri tal-glandola pitwitarja jew ipotalamika, u għandha tingħata kura adattata u speċifika.

Fin-nisa

Sindrome ta’ iperstimulazzjoni tal-ovarji (OHSS - ovarian hyperstimulation syndrome)

OHSS hu avveniment mediku distint minn tkabbir mhux ikkumplikat tal-ovarji. Sinjali u sintomi kliniċi ta’ OHSS ħafif u moderat huma wġigħ addominali, nawsja, dijarea, tkabbir minn ħafif sa moderat tal-ovarji u ċesti tal-ovarji. OHSS sever jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja. Sinjali u sintomi kliniċi ta’ OHSS sever huma ċesti kbar tal-ovarji, uġigħ akut fl-addome, axxite, effużjoni ġol-plewra, idrotoraċi, dispnea, oligurija, anormalitajiet ematoloġiċi u żieda fil-piż. F’każijiet rari, jista’ jseħħ tromboemboliżmu fl-arterji jew fil-vini b’rabta ma’ OHSS. Riżultati mhux normali temporanji ta’ testijiet tal-funzjoni tal-fwied li jissuġġerixxu funzjoni ħażina tal-fwied b’tibdil morfoloġiku jew mingħajru f’bijopsija tal-fwied ukoll kienu rrappurtati b’rabta ma’ OHSS.

OHSS jista’ jiġi kkawżat mill-għoti ta’ Chorionic Gonadotropin uman (hCG - human Chorionic Gonadotropin) u mit-tqala (hCG endoġenu). OHSS bikri normalment iseħħ fi żmien 10 ijiem wara l- għoti ta’ hCG u jista’ jkun assoċjat ma’ rispons eċċessiv tal-ovarji għal stimulazzjoni minn gonadotropin. OHSS li jittardja jseħħ iktar minn 10 ijiem wara l-għoti ta’ hCG, bħala konsegwenza tal-tibdiliet fl-ormoni bit-tqala. Minħabba r-riskju li jiżviluppaw OHSS, il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għal mill-inqas ġimagħtejn wara l-għoti ta’ hCG.

Nisa b’fatturi ta’ riskju magħrufa ta’ rispons kbir tal-ovarji, jistgħu jkunu suxxettibbli b’mod speċjali għall-iżvilupp ta’ OHSS waqt jew wara kura b’Fertavid. Għal nisa li jkollhom l-ewwel ċiklu ta’ stimulazzjoni tal-ovarji, li għalihom il-fatturi ta’ riskju jkunu biss parzjalment magħrufa, hija rrakkomandata osservazzjoni mill-qrib għal sinjali u sintomi bikrija ta’ OHSS.

Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ OHSS, għandhom jitwettqu stimi ultrasoniċi tal-iżvilupp tal-follikuli qabel il-kura u f’intervalli regolari matul il-kura. Jista’ jkun utli jekk fl-istess waqt jiġu determinati l-livelli tal-estradiol fis-serum. F’ART hemm żieda fir-riskju ta’ OHSS bi 18-il follikulu jew iktar b’dijametru ta’ 11 mm jew iktar. Meta b’kollox ikun hemm 30 follikulu jew iktar, hu rrakkomandat li ma tagħtix hCG.

Skont ir-rispons tal-ovarji, il-miżuri li ġejjin jistgħu jitqiesu biex jitnaqqas OHSS:

-tagħtix stimulazzjoni addizzjonali b’gonadotropin għal massimu ta’ 3 ijiem (coasting);

-tagħtix hCG u kkanċella ċ-ċiklu ta’ kura;

-agħti doża ta’ inqas minn 10,000 IU ta’ hCG tal-awrina biex tiġi kkawżata l-maturazzjoni finali tal-ooċiti, eż. 5,000 IU hCG tal-awrina jew 250 mikrogramma ta’ rec-hCG (li huma ekwivalenti għal madwar 6,500 IU ta’ hCG tal-awrina);

-ikkanċella t-trasferiment tal-embriji minn dak iċ-ċiklu u agħmel krijopreservazzjoni tal- embriji;

-evita l-għoti ta’ hCG għal sostenn tal-fażi luteali.

Jekk tiżviluppa OHSS, għandu jiġi implimentat u segwit immaniġġjar standard u xieraq ta’ OHSS.

Tqala Multipla

Tqala u twelid multipli ġew irrappurtati għal kull kura b’gonadotropin, inkluż follitropin beta. Ġestazzjoni multipla, speċjalment b’numru kbir, iġġib magħha riskju ogħla ta’ riżultati avversi għall- omm (komplikazzjonijiet waqt it-tqala u l-ħlas) u waqt it-twelid (piż tat-twelid baxx). Għal nisa

b’nuqqas ta’ ovulazzjoni li qed issirilhom induzzjoni tal-ovulazzjon, il-monitoraġġ tal-iżvilupp tal- follikuli permezz ta’ ultrasonografija transvaġinali jista’ jgħin biex jiġi determinat jekk iċ-ċiklu għandux jitkompla jew le biex jitnaqqas ir-riskju ta’ tqala multipla. Jista’ jkun utli jekk fl-istess waqt jiġu determinati l-livelli tal-estradiol fis-serum. Il-pazjenti għandu jingħatalhom parir dwar ir-riskji possibbli ta’ tqala multipla qabel tinbeda l-kura.

F’nisa li qed jagħmlu proċeduri ta’ Teknoloġiji ta’ Riproduzzjoni Assistita (ART - Assisted Reproduction Technologies), ir-riskju ta’ tqala multipla hija marbuta l-aktar man-numru ta’ embriji ttrasferiti. Meta jintuża għal ċiklu ta’ induzzjoni tal-ovulazzjoni, aġġustament(i) xieraq(qa) fid-doża ta’ FSH għandu(hom) jipprevjeni(u) l-iżvilupp ta’ follikuli multipli.

Tqala Ektopika

Nisa infertili li jkunu qed isegwu ART, għandhom żieda fl-inċidenza ta’ tqaliet ektopiċi. Għalhekk huwa importanti li wieħed jikkonferma kmieni b’mod ultrasoniku li t-tqala qiegħda fil-ġuf.

Abort Spontanju

Ir-rati ta’ korrimenti f’nisa li jkunu qed isegwu teknoloġiji ta’ riproduzzjoni assistita huma ogħla milli fil-popolazzjoni normali.

Komplikazzjonijiet Vaskulari

Każijiet tromboemboliċi, kemm b’rabta ma’ kif ukoll separati minn OHSS, kienu rrappurtati wara kura b’gonadotropins, inkluż follitropin beta. Trombożi intravaskulari li l-bidu tagħha jista’ jkun fil- vini jew fl-arterji, tista’ twassal għal tnaqqis fil-provvista tad-demm lejn l-organi vitali jew lejn l-idejn u s-saqajn. F’nisa b’fatturi ta’ riskju li huma ġeneralment rikonoxxuti għal avvenimenti tromboemboliċi, bħal storja personali jew tal-familja, ħxuna żejda severa jew trombofilja, il-kura b’gonadotropins, inkluż Fertavid, tista’ tkompli żżid dan ir-riskju. F’dawn in-nisa, il-benefiċċji tal- għoti ta’ gonadotrophin, inkluż Fertavid, jeħtieġ li jitqiesu kontra r-riskji. Madankollu, għandu jiġi nnutat, li t-tqala nnifisha wkoll iġġib magħha żieda fir-riskju ta’ trombożi.

Malformazzjonijiet Konġenitali

L-inċidenza ta’ malformazzjonijiet konġenitali wara ART tista’ tkun ftit ogħla minn dik wara konċepiment spontanju. Dan hu maħsub li jseħħ minħabba differenzi fil-karatteristiċi tal-ġenituri (eż., l-età tal-omm, karatteristiċi tal-isperma) u tqaliet multipli.

Torsjoni tal-Ovarji

Torsjoni tal-ovarji kienet irrappurtata wara l-kura b’gonadotropins, inkluż follitropin beta. Torsjoni tal-ovarji tista’ tkun assoċjata ma’ fatturi oħrajn ta’ riskju bħal OHSS, tqala, operazzjoni fl-addome fil- passat, storja medika ta’ torsjoni tal-ovarji fil-passat, ċesti fil-passat jew attwali fl-ovarji u ovarji poliċistiċi. Ħsara fl-ovarju minħabba nuqqas ta’ provvista ta’ demm tista’ tiġi limitata minn dijanjosi bikrija u tneħħija immedjata tat-torsjoni.

Neoplażmi fl-Ovarji u Neoplażmi Oħra fis-Sistema Riproduttiva

Kien hemm rapporti ta’ neoplażmi fl-ovarji u ta’ neoplażmi oħrajn fis-sistema riproduttiva, kemm beninni kif ukoll malinni, f’nisa li ħadu diversi skedi ta’ korsijiet ta’ kura tal-infertilità. Għadu mhux stabbilit jekk kura b’gonadotrophins iżżidx ir-riskju jew le ta’ dawn it-tumuri f’nisa li mhumiex fertili.

Kondizzjonijiet Mediċi Oħra

Kondizzjonijiet mediċi fejn it-tqala hija kontraindikata ukoll għandhom jiġu evalwati qabel il-bidu tal- kura b’Fertavid.

Fl-irġiel

Insuffiċjenza Primarja tat-Testikoli

Żieda fil-livelli ta’ FSH endoġeniku fl-irġiel hija sinjal ta’ insuffiċjenza primarja tat-testikoli. Dawn il- pazjenti ma jirrispondux għat-terapija b’Fertavid/hCG.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

L-użu ta’ Fertavid flimkien ma’ clomifene citrate jista’ jsaħħaħ ir-rispons follikulari. Wara t-telf tas- sensittività tal-pitwitarju minħabba l-agonista GnRH, jista’ jkun hemm bżonn ta’ doża ogħla ta’ Fertavid sabiex jintlaħaq r-rispons follikulari xieraq.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Fertilità

Fertavid jintuża fil-kura ta’ nisa li tkun qed isirilhom stimulu tal-ovarji jew iperstimulazzjoni kkontrollata tal-ovarji fi programmi ta’ riproduzzjoni assistita. Fl-irġiel, Fertavid jintuża fil-kura ta’ spermatoġenesi defiċjenti minħabba ipogonadiżmu ipogonadotrofiku. Għal pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata, ara sezzjoni 4.2.

Tqala

L-użu ta’ Fertavid waqt it-tqala mhuwiex indikat. Fil-każ ta’ esponiment bi żball waqt it-tqala, l- informazzjoni klinika mhix biżżejjed sabiex teskludi effett teratoġeniku ta’ FSH rikombinanti. Madankollu sal-lum, ma ġie rrapportat l-ebda effett ta’ malformazzjoni partikolari. Fi studji fl- annimali ma ġew osservati l-ebda effetti teratoġeniċi.

Treddigħ

M’hemm l-ebda informazzjoni disponibbli minn studji kliniċi jew studji fuq l-annimali dwar it- tneħħija ta’ follitropin beta fil-ħalib. Mhux mistenni li follitropin beta jitneħħa fil-ħalib tal-bniedem minħabba l-piż molekulari qawwi tiegħu. Jekk follitropin beta jitneħħa fil-ħalib tal-bniedem, jiġi ddegradat fl-apparat gastrointestinali tat-tarbija. Follitropin beta jista’ jaffettwa l-produzzjoni tal-ħalib.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Fertavid m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

L-użu kliniku ta’ Fertavid li jingħata ġol-muskoli jew minn taħt il-ġilda jista’ jwassal għal reazzjonijiet fil-lok tal-injezzjoni (3% tal-pazjenti kollha ttrattati). Il-maġġoranza ta’ dawn ir-reazzjonijiet lokali huma ħfief u jfiequ wara ftit. Reazzjonijiet ta’ sensittività ġenerali ġew osservati mhux komunament (madwar 0.2% tal-pazjenti kollha trattati b’follitropin beta).

Kura fin-nisa:

F’madwar 4% tan-nisa kkurati b’follitropin beta fil-provi kliniċi, ġew rapportati sinjali u sintomi relatati mas-sindromu tal-istimulazzjoni eċċessiva tal-ovarji (OHSS) (Ara sezzjoni 4.4). Reazzjonijiet avversi relatati mas-sindromu jinkludu uġigħ fil-pelvis u/jew konġestjoni, uġigħ u/jew nefħa addominali, ilmenti dwar is-sider u tkabbir tal-ovarji.

It-tabella t’hawn taħt turi r-reazzjonijiet avversi b’follitropin beta irrappurtati fil-provi kliniċi fin-nisa, skont il-klassi tal-organi tas-sistema (SOC) u l-frekwenza; komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100).

SOC

Frekwenza

Reazzjoni avversa

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Uġigħ ta’ ras

Disturbi gastro-intestinali

Komuni

Nefħa addominali

 

 

Uġigħ addominali

 

Mhux komuni

Skonfort addominali

 

 

Stitikezza

 

 

Dijarea

 

 

Nawseja

Disturbi fis-sistema

Komuni

OHSS

riproduttiva u fis-sider

 

Uġigħ pelviku

 

Mhux komuni

Problemi fis-sider1

 

 

Tnixxija anormali tad-demm

 

 

mill-ġuf

 

 

Ċista fl-ovarji

 

 

Tkabbir tal-ovarji

 

 

Torsjoni tal-ovarji

 

 

Tkabbir tal-utru

 

 

Fsada vaġinali

Disturbi ġenerali u

Komuni

Reazzjoni fis-sit tal-injezzjoni2

kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

 

jingħata

 

 

 

Mhux komuni

Reazzjoni ġeneralizzata ta’

 

 

sensittività eċċessiva3

1.Problemi fis-sider jinkludu sensittività, uġigħ u/jew tkabbir u wġigħ fil-beżżula

2.Reazzjonijiet lokali fis-sit tal-injezzjoni jinkludu: tbenġil, uġigħ, ħmura, nefħa u ħakk

3.Reazzjoni ġeneralizzata ta’ sensittività eċċessiva tinkludi eritema, urtikarja, raxx u ħakk

Flimkien ma’ dan, kien hemm rapporti ta’ tqala ektopika, korrimenti u tqaliet multipli. Dawn huma kkunsidrati li huma relatati ma’ ART jew tqala sussegwenti.

F’każijiet rari, it-tromboemboliżmu ġie assoċjat ma’ terapija b’follitropin beta/hCG kif ukoll ma’ gonadotrofini oħra.

Kura fl-irġiel:

It-tabella t’hawn taħt telenka r-reazzjonijiet avversi b’follitropin beta li kienu rrappurtati fi prova klinika fl-irġiel (30 pazjent li ngħataw id-doża), skont il-klassi tal-organi tas-sistema (SOC) u l- frekwenza; komuni (≥ 1/100 sa < 1/10).

SOC

Frekwenza1

Reazzjoni avversa

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Uġigħ ta’ ras

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’

Komuni

Akne

taħt il-ġilda

 

Raxx

 

 

 

Disturbi fis-sistema riproduttiva u

Komuni

Ċista epididimali

fis-sider

 

Ġinekomastija

 

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet

Komuni

Reazzjoni fis-sit tal-injezzjoni2

ta’ mnejn jingħata

 

 

 

 

 

1.Reazzjonijiet avversi li kienu rrappurtati darba biss huma elenkati bħala komuni għax rapport wieħed itella’ l-frekwenza għal iżjed minn 1%.

2.Reazzjonijiet lokali fis-sit tal-injezzjoni jinkludu ebusija u wġigħ.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

M’hemmx informazzjoni disponibbli dwar it-tossiċità akuta ta’ Fertavid fil-bniedem, iżda fi studji fuq l-annimali ntwera li t-tossiċità akuta ta’ Fertavid u ta’ sustanzi gonadotrofiċi urinarji hija baxxa ħafna. Doża għolja ħafna ta’ FSH tista’ twassal għal stimulazzjoni eċċessiva tal-ovarji (ara sezzjoni 4.4).

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: ormoni tas-sess u modulatori tas-sistema ġenitali, gonadotrofini; Kodiċi ATC: G03GA06.

Fertavid fih FSH rikombinanti. Dan hu magħmul b’teknoloġija rikombinanti tad-DNA, permezz ta’ razza ta’ celloli mill-ovarji tal-ħamster Ċiniż li hi mgħobbija bil-ġeni sekondarji tal-FSH tal-bniedem. Is-sekwenza primarja tal-aċidi aminiċi hija identika għal dik li tinstab fl-FSH naturali tal-bniedem. Hemm differenzi żgħar magħrufa li jeżistu fl-istruttura tal-katina tal-karboidrati.

Mekkaniżmu ta’ Azzjoni

L-FSH huwa indispensabbli fit-tkabbir u l-maturazzjoni normali tal-follikuli u fil-produzzjoni ta’l- isterojde tal-gonadi. Fil-mara l-livell tal-FSH huwa kritiku għall-bidu u għal matul l-iżvilupp tal- follikuli, u sussegwentement għan-numru ta’ follikuli li jilħqu jimmaturaw u għat-tul ta’ żmien li jieħdu biex jimmaturaw. Għalhekk, Fertavid jista’ jintuża biex jistimula l-iżvilupp tal-follikuli u l- produzzjoni tal-isterojdi f’każijiet selettivi ta’ problemi fil-funzjoni tal-gonadi. Barraminhekk, Fertavid jista’ jintuża biex jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ follikuli multipli fi programmi mediċi ta’ riproduzzjoni assista [eż. fertilizzazzjoni in vitro/trasferiment tal-embriju (IVF/ET), trasferiment ta’ gamete fil-fallopjan (GIFT) u injezzjoni tal-isperma fiċ-ċitoplażma (ICSI)]. Ġeneralment, kura b’Fertavid tkun segwita b’teħid tal-hCG sabiex jinduċi l-aħħar fażi tal-maturazzjoni tal-follikoli, it- tkomplija tal-mejożi u jinfaqa l-follikulu.

Effikaċja Klinika u Sigurtà

Fi studji kliniċi li qabblu recFSH (follitropin beta) u FSH fl-awrina għal stimulu kkontrollat tal-ovarji f’nisa li kienu qed jieħdu sehem fi programm ta’ teknoloġija riproduttiva assistita (ART) u għall- istimulu tal-ovulazzjoni (ara Tabelli 1 u 2 hawn taħt), follitropin beta kien iktar qawwi minn FSH fl- awrina fir-rigward ta’ doża totali iktar baxxa u perijodu iqsar ta’ kura meħtieġa biex jistimula l- iżvilupp tal-follikuli.

Għal stimulu kkontrollat tal-ovarji, follitropin beta irriżulta f’numru ogħla ta’ ooċiti miksuba b’doża totali iktar baxxa u perijodu iqsar ta’ kura, meta mqabbel ma’ FSH fl-awrina.

Tabella 1: Riżultati ta’ studju 37,608 (studju kliniku li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, grupp komparattiv, li qabbel is-sigurtà u l-effikaċja ta’ follitropin beta ma’ FSH fl-awrina fi stimulu kkontrollat tal-ovarji).

 

follitropin beta

u-FSH

 

(n = 546)

(n = 361)

 

 

 

Medja tan-numru ta’ ooċiti miksuba

10.84*

8.95

 

 

 

Medja tad-doża totali (numru ta’ ampulli ta’ 75 IU)

28.5*

31.8

 

 

 

Medja tat-tul ta’ żmien ta’ stimulazzjoni FSH (jiem)

10.7*

11.3

* Differenzi bejn iż-2 gruppi kienu statistikament sinifikanti (p 0.05).

Għall-istimulu tal-ovulazzjoni, follitropin beta irriżulta f’medjan iktar baxx ta’ doża totali u medjan iqsar ta’ tul ta’ żmien tal-kura meta mqabbel ma’ FSH fl-awrina.

Tabella 2: Riżultati ta’ studju 37,609 (studju kliniku li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, grupp komparattiv, li qabbel is-sigurtà u l-effikaċja ta’ follitropin beta ma’ FSH fl-awrina fi stimulu tal-ovarji).

 

follitropin beta

u-FSH

 

(n = 105)

(n = 66)

 

 

 

Medja tan-numru ta’

12 mm

3.6*

2.6

follikuli

15 mm

2.0

1.7

 

 

18 mm

1.1

0.9

 

 

 

 

Medjan tad-doża totali (IU)a

 

750*

1,035

Medjan tat-tul ta’ żmien tal-kura (jiem)a

10.0*

13.0

* Differenzi bejn iż-2 gruppi kienu statistikament sinifikanti (p 0.05).

a Ristrett għal nisa b’ovulazzjoni indotta (follitropin beta, n = 76; u-FSH, n = 42).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara li Fertavid jingħata ġol-muskolu jew taħt il-ġilda, il-konċentrazzjonijiet massimi tal-FSH jintlaħqu wara 12-il siegħa. Wara li jingħata ġol-muskolu, il-konċentrazzjonijiet massimi tal-FSH ikunu ogħla u jintlaħqu qabel fl-irġiel milli fin-nisa. Minħabba r-rilaxx sostenut mil-lok tal-injezzjoni u minħabba l-half-life tal-eliminazzjoni ta’ madwar 40 siegħa (li tvarja minn 12 sa 70 siegħa), il-livelli tal-FSH jibqgħu għoljin għal 24-48 siegħa. Minħabba li l-half life tal-eliminazzjoni hija relattivament twila, l-għoti ripetut tal-istess doża jwassal għall-konċentrazzjonijiet tal-FSH fil-plażma ta’ madwar 1.5-2.5 drabi ogħla minn meta tittieħed doża waħda. Iż-żjieda tippermetti li l-konċentrazzjonijiet tal- FSH terapewtiku jiġu milħuqa.

M’hemm l-ebda differenzi farmakokinetiċi sinifikanti bejn it-teħid ta’ Fertavid ġol-muskolu u t-teħid minn taħt il-ġilda. It-tnejn għandhom bijodisponibbilità assoluta ta’ madwar 77%.

Distribuzzjoni, bijotrasformazzjoni u eliminazzjoni

FSH rikombinanti b’mod bijokimiku huwa simili ħafna għal FSH tal-awrina uman u jiġi distribwit, metabolizzat u mneħħi bl-istess mod.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

L-għoti ta’ doża waħda ta’ Fertavid lill-firien ma kkaġunax effetti tossikoloġiċi sinifikanti. F’dożi ripetuti fil-firien (fuq ġimagħtejn) u fil-klieb (13-il ġimgħa) b’doża sa 100 darba aktar minn dik li tingħata lill-bniedem, Fertavid ma kkaġunax effetti tossikoloġiċi sinifikanti. Fit-test Ames, u fit-test tal-aberrazzjoni tal-kromosome in vitro biċ-ċelluli limfoċiti umani, Fertavid ma wera l-ebda riskju fuq il-ġeni.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Fertavid, soluzzjoni għall-injezzjoni fih:

Sucrose

Sodium citrate

L-methionine

Polysorbate 20

Ilma għall-injezzjonijiet.

Il-pH jista’ jiġi aġġustat b’sodium hydroxide u/jew b’hydrochloric acid.

6.2Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

Il-kontenut tal-kunjett għandu jintuża minnufih wara li jittaqqab it-tapp tal-lastku.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2ºC – 8ºC). Tagħmlux fil-friża.

Żomm il-kunjett(i) fil-kartuna ta’ barra.

Għall-konvenjenza tal-pazjent, Fertavid jista’ jinħażen f’temperatura ta’, jew anqas minn 25ºC mill- pazjent għal perijodu wieħed ta’ mhux aktar minn 3 xhur.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara l-ewwel ftuħ tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Soluzzjoni ta’ 0.5 mL f’kunjett ta’ 3 mL (ħġieġ tip I) b’tapp (lastku tal-chlorobutyl). Pakkett ta’ 1, 5 jew 10 kunjetti.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Tużax jekk is-soluzzjoni fiha xi frak jew jekk is-soluzzjoni mhix ċara. Il-kontenut tal-kunjett għandu jintuża minnufih wara li jittaqqab it-tapp tal-lastku.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Merck Sharp & Dohme Limited

Hertford Road, Hoddesdon

Hertfordshire EN11 9BU

Ir-Renju Unit

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Fertavid 50 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

EU/1/09/510/001

EU/1/09/510/002

EU/1/09/510/003

Fertavid 75 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

EU/1/09/510/004

EU/1/09/510/005

EU/1/09/510/006

Fertavid 100 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

EU/1/09/510/007

EU/1/09/510/008

EU/1/09/510/009

Fertavid 150 IU/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

EU/1/09/510/010

EU/1/09/510/011

EU/1/09/510/012

Fertavid 200 IU/0.5 mL solution for injection

EU/1/09/510/013

EU/1/09/510/014

EU/1/09/510/015

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 19 ta’ Marzu 2009

Data tal-aħħar tiġdid: 21 ta’ Frar 2014

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

JJ xahar SSSS

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Fertavid 150 IU/0.18 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Fertavid 300 IU/0.36 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Fertavid 600 IU/0.72 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Fertavid 900 IU/1.08 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Fertavid 150 IU/0.18 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Skartoċċ wieħed fih doża netta totali ta' 150 IU ta’ ormon rikombinanti li jistimula l-follikoli, (FSH - follicle-stimulating hormone), f’0.18 mL ta’ soluzzjoni akweja. Is-soluzzjoni għall-injezzjoni fiha s- sustanza attiva follitropin beta magħmul b’inġinerija ġenetika minn ċelluli żviluppati minn ċellula waħda mill-ovarji tal-ħemster Ċiniż (CHO- Chinese hamster ovary) f’konċentrazzjoni ta’ 833 IU/mL ta’ soluzzjoni akweja. Il-qawwa tikkorispondi għal 83.3 mikrogrammi ta’ proteina / mL (bijoattività speċifika in vivo ugwali għal madwar 10,000 IU FSH / mg proteina).

Fertavid 300 IU/0.36 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Skartoċċ wieħed fih doża netta totali ta' 300 IU ta’ ormon rikombinanti li jistimula l-follikoli, (FSH - follicle-stimulating hormone), f’0.36 mL ta’ soluzzjoni akweja. Is-soluzzjoni għall-injezzjoni fiha s- sustanza attiva follitropin beta magħmul b’inġinerija ġenetika minn ċelluli żviluppati minn ċellula waħda mill-ovarji tal-ħemster Ċiniż (CHO- Chinese hamster ovary) f’konċentrazzjoni ta' 833 IU/mL ta’ soluzzjoni akweja. Il-qawwa tikkorispondi għal 83.3 mikrogrammi ta’ proteina / mL (bijoattività speċifika in vivo ugwali għal madwar 10,000 IU FSH / mg proteina).

Fertavid 600 IU/0.72 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Skartoċċ wieħed fih doża netta totali ta' 600 IU ta’ ormon rikombinanti li jistimula l-follikoli, (FSH - follicle-stimulating hormone), f’0.72 mL ta’ soluzzjoni akweja. Is-soluzzjoni għall-injezzjoni fiha s- sustanza attiva follitropin beta magħmul b’inġinerija ġenetika minn ċelluli żviluppati minn ċellula waħda mill-ovarji tal-ħemster Ċiniż (CHO- Chinese hamster ovary) f’konċentrazzjoni ta' 833 IU/mL ta’ soluzzjoni akweja. Il-qawwa tikkorispondi għal 83.3 mikrogrammi ta’ proteina / mL (bijoattività speċifika in vivo ugwali għal madwar 10,000 IU FSH / mg proteina).

Fertavid 900 IU/1.08 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

Skartoċċ wieħed fih doża netta totali ta' 900 IU ta’ ormon rikombinanti li jistimula l-follikoli, (FSH - follicle-stimulating hormone), f’1.08 mL ta’ soluzzjoni akweja. Is-soluzzjoni għall-injezzjoni fiha s- sustanza attiva follitropin beta magħmul b’inġinerija ġenetika minn ċelluli żviluppati minn ċellula waħda mill-ovarji tal-ħemster Ċiniż (CHO- Chinese hamster ovary) f’konċentrazzjoni ta' 833 IU/mL ta’ soluzzjoni akweja. Il-qawwa tikkorispondi għal 83.3 mikrogrammi ta’ proteina / mL (bijoattività speċifika in vivo ugwali għal madwar 10,000 IU FSH / mg proteina).

Eċċipjent(i) b’effett magħruf:

Dan il-prodott mediċinali fih inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull injezzjoni, i.e. huwa essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għall-injezzjoni (injezzjoni).

Soluzzjoni ċara u mingħajr kulur.

Fi stoċċijiet, magħmula biex jintużaw flimkien ma’ pinna li tinjetta.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

F’nisa adulti:

Fertavid huwa indikat għall-kura tal-infertilità fin-nisa fis-sitwazzjonijiet kliniċi li ġejjin:

Meta ma jkunx hemm ovulazzjoni (inkluż is-sindrome poliċistiku ta’ l-ovarji (PCOS) f’nisa li ma rrispondewx għall-kura bi clomifene citrate.

Stimulazzjoni eċċessiva kkontrollata tal-ovarji sabiex tistimula l-iżvilupp tal-follikuli multipli fi programmi mediċi ta’ riproduzzjoni assistita [e.ż. fertilizzazzjoni /trasferiment tal-embriju in vitro (IVF/ET), trasferiment tal-gamete intra-fallopjan (GIFT) u injezzjoni intraċitoplasmiku tal- isperma (intracytoplasmic sperm injection ICSI)].

F’irġiel adulti:

Nuqqas ta’ spermatoġenesi minħabba ipogonadiżmu ipogonadotrofiku.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura b’Fertavid għandha tinbeda taħt is-superviżjoni ta’ tabib li għandu esperjenza fil-kura ta’ problemi tal-fertilità.

L-ewwel injezzjoni b’Fertavid għandha ssir taħt superviżjoni medika diretta.

Pożoloġija

Dożaġġ fil-mara

Ir-rispons tal-ovarji għall-gonadotrofini eżoġeniċi ivarja ħafna kemm fl-istess individwu, kif ukoll bejn individwi differenti. Dan jagħmilha impossibli sabiex ikun hemm skema ta’ dożaġġ uniformi. Id- dożaġġ għalhekk għandu jiġi aġġustat individwalment skont ir-rispons tal-ovarji. Dan jeħtieġ stima ultrasonika tal-iżvilupp tal-follikuli. Jista’ jkun utli wkoll jekk fl-istess waqt jiġu determinati l-livelli ta’ estradiol fis-serum.

Meta tintuża l-pinna li tinjetta, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-pinna hija tagħmir preċiż li tagħti d-doża li tkun ssettjata għalih. Intwera li meta tintuża l-pinna, tingħata doża ta’ FSH li hija 18% akar għolja minn dik mogħtija b’siringa konvenzjonali. Din tista' tkun ta' relevanza partikolari meta taqleb mill-pinna li tinjetta għas-siringa konvenzjonali f'ċiklu wieħed ta' kura. Meta wieħed jeqleb minn siringa għal pinna, xi aġġustamenti żgħar għandhom mnejn ikollhom isiru sabiex jiġi evitat li tingħata doża għolja wisq.

Skont ir-riżultati ta’ studji kliniċi komparattivi huwa kkonsidrat xieraq li Fertavid jingħata b’dożaġġ totali aktar baxx fuq perijodu iqsar ta’ kura minn dak li ġeneralment jintuża għal FSH fl-awrina, mhux biss biex jinkisbu l-aħjar kondizzjonijiet għall-iżvilupp tal-follikuli imma wkoll biex jitnaqqas ir-riskju ta’ stimulazzjoni eċċessiva ta’ l-ovarji mhux mixtieq (ara sezzjoni 5.1).

Esperjenza klinika b’Fertavid hi msejsa fuq tliet ċikli ta’ kura fiż-żewġ indikazzjonijiet. L-esperjenza globali bl-IVF tagħti indikazzjoni li b’mod ġenerali r-rata ta’ suċċess għall-kura tibqa’ stabbli fl- ewwel erba’ darbiet u tibda tonqos bil-mod wara dan.

Meta ma jkunx hemm ovulazzjoni

Skema ta’ kura sekwenzjali hija rakkomandata li tibda b’doża ta’ 50 IU Fertavid kuljum. Id- doża tal-bidu tinżamm għal ta’ lanqas sebat ijiem. Jekk ma jkunx hemm rispons tal-ovarji, id- doża ta’ kuljum għandha tiżdid b’mod gradwali sakemm it-tkabbir tal- follikulu u/jew tal- estradjol fil-plażma jindikaw rispons farmakodinamiku xieraq. Żieda ta’ kuljum fil-livelli ta’ estradjol b’ 40–100% hija kkonsidrata li hi l-aħjar. Din id-doża ta’ kuljum hija mbagħad tinżamm sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet xierqa ta’ qabel l-ovulazzjoni. Il-kondizzjonijiet ta’ qabel l-ovulazzjoni jintlaħqu meta jkun hemm prova ultrasonografika ta’ follikulu dominanti b’dijametru ta’ 18 millimetru u/jew meta l-livelli tal-estradjol fil-plażma jilħqu 300-900 picogrammi/mL (1,000–3,000 pmol/L). Ġeneralment, ikun hemm bżonn minn 7 sa 14-il jum ta’ kura sabiex jintlaħaq dan l-istat. Imbagħad, Fertavid jitwaqqaf u l-ovulazzjoni tkun tista’ tiġi stimulata bl-għoti ta’ gonadotrofina korjonika umana (hCG).

Jekk in-numru ta’ follikuli li jirrispondu ikun kbir wisq jew il-livelli tal-estradjol jiżdied b’rata mgħaġġla ħafna i.e. b’aktar mid-doppju f’jum, għal jumejn jew tliet ijiem konsekuttivi, id-doża ta’ kuljum għandha titnaqqas.

Peress li follikuli ta’ aktar minn 14-il millimetru jistgħu jwasslu għal tqala, follikuli multipli ta’ qabel l-ovulazzjoni li jkunu akbar minn 14-il millimetru jikkawżaw riskju ta’ ġestazzjonijiet multipli. F’dak il-każ l-ormon hCG għandu jiġi miżmum u t-tqala għandha tiġi evitata sabiex jiġi evitat li jkun hemm ġestazzjonijiet multipli.

Stimulazzjoni eċċessiva tal-ovarju kkontrollata fi programmi mediċi ta’ riproduzzjoni assista Diversi protokolli ta’ stimulazzjoni huma applikati. Doża tal-bidu ta’ 100-225 IU hija rrakkomandata għal tal-anqas l-ewwel erbat ijiem. Minn hemm ’il quddiem, id-doża tista’ tiġi aġġustata individwalment, skont ir-rispons tal-ovarji. Fi studji kliniċi ntwera li dożaġġi ta’ bejn 75-375 IU għal bejn sitta sa tnax-il jum huma biżżejjed, għalkemm jista’ jkun hemm bżonn kura aktar fit-tul.

Fertavid jista’ jingħata waħdu, jew sabiex tiġi evitata sitwazzjoni ta’ lutejnizzazzjoni prematura, flimkien ma’ antagonista jew agonista tal-GnRH. Meta jintuża agonista tal-GnRH, jista’ ikun hemm bżonn doża totali ta’ Fertavid aktar għolja għall-kura sabiex jintlaħaq ir-rispons follikulari xieraq.

Ir-rispons tal-ovarji huwa sorveljat permezz ta’ stima ultrasonika. Jista’ jkun utli wkoll jekk fl- istess waqt jiġu determinati l-livelli ta’ estradiol fis-serum. Meta l-istima ultrasonika tindika l- preżenza ta’ mill-anqas tliet follikuli ta’ 16-20 mm, u jkun hemm evidenza ta’ rispons tajjeb tal- estradjol (livelli fil-plażma ta’ madwar 300-400 pikogramm/mL (1,000-1,300 pmol/L) għal kull follikulu ta’ dijametru akbar minn 18 mm), il-fażi finali ta’ tkabbir tal-follikuli tiġi stimulata bit- teħid tal-hCG. L-irkupru ta’ ooċit isir 34-35 siegħa wara.

Dożaġġ fir-raġel

Fertavid għandu jingħata f’dożaġġ ta’ 450 IU/ġimgħa, preferibbilment maqsum fi tliet dożi ta’ 150 IU, flimkien ma’ hCG. Il-kura b’Fertavid u hCG għandha titkompla għal tal-anqas 3 sa 4 xhur qabel ma jista’ jkun mistenni xi titjieb fl-ispermatoġenisi. Biex jiġi evalwat ir-rispons, hu rrakkomandat li ssir analiżi tas-semen minn 4 sa 6 xhur wara l-bidu tal-kura. Jekk il-pazjent ma jkollux rispons wara dan il- perijodu, it-terapija kombiata tista’ titkompla; esperjenza klinika attwali tindika li trattament sa 18-il xahar jew aktar tista’ tkun meħtieġa biex ikun hemm spermatoġenisi.

Popolazzjoni pedjatrika

Fertavid fil-popolazzjoni pedjatrika m’għandux użu rilevanti fl-indikazzjoni approvata. Metodu ta’ kif għandu jingħata

Fertavid, soluzzjoni għall-injezzjoni, fl-istoċċijiet saret biex tintuża fil-Pinna Puregon u għandha tingħata taħt il-ġilda. Is-sit tat-tilqima għandu jinbidel sabiex tiġi evitata l-lipoatropija.

Bl-użu tal-pinna, l-injezzjoni ta' Fertavid, tista’ ssir mill-pazjent, imbasta jkunu ngħataw l- istruzzjonijiet xierqa mit-tabib.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Għall-irġiel u n-nisa

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

Tumuri tal-ovarju, tas-sider, tal-utru, tat-testikoli, tal-pitwitarju jew ta’ lipotalamu.

Insuffiċjenza primarja ta’ gonadal

B’mod addizzjonali għan-nisa

Fsada vaġinali li ma nstabx x’qed jikkawżha.

Ċisti fl-ovarji jew ovarji mkabbra, mhux relatati mas-sindrome poliċistiku ta’ l-ovarji (PCOS).

Malformazzjonijiet tal-organi sesswali li huma inkompatibbli mat-tqala.

Tumuri fibrojdi tal-utru li huma inkompatibbli mat-tqala.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva għall-antibijotiċi

Fertavid jista’ jkun fih traċċi ta’ streptomycin u/jew neomycin. Dawn l-antibijotiċi jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva f’persuni suxxettibbli.

Evalwazzjoni tal-infertilità qabel il-bidu tal-kura

Qabel il-bidu tal-kura, l-infertilità tal-koppja għandha tiġi evalwata kif suppost. B’mod partikulari, il-pazjenti għandhom jiġu evalwati għal ipotirojdiżmu, insuffiċjenza adrenokortikali, iperprolaktinemija u tumuri tal-glandola pitwitarja jew ipotalamika, u għandha tingħata kura adattata u speċifika.

Fin-nisa

Sindrome ta’ iperstimulazzjoni tal-ovarji (OHSS - ovarian hyperstimulation syndrome)

OHSS hu avveniment mediku distint minn tkabbir mhux ikkumplikat tal-ovarji. Sinjali u sintomi kliniċi ta’ OHSS ħafif u moderat huma wġigħ addominali, nawsja, dijarea, tkabbir minn ħafif sa moderat tal-ovarji u ċesti tal-ovarji. OHSS sever jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja. Sinjali u sintomi kliniċi ta’ OHSS sever huma ċesti kbar tal-ovarji, uġigħ akut fl-addome, axxite, effużjoni ġol-plewra, idrotoraċi, dispnea, oligurija, anormalitajiet ematoloġiċi u żieda fil-piż. F’każijiet rari, jista’ jseħħ tromboemboliżmu fl-arterji jew fil-vini b’rabta ma’ OHSS. Riżultati mhux normali temporanji ta’ testijiet tal-funzjoni tal-fwied li jissuġġerixxu funzjoni ħażina tal-fwied b’tibdil morfoloġiku jew mingħajru f’bijopsija tal-fwied ukoll kienu rrappurtati b’rabta ma’ OHSS.

OHSS jista’ jiġi kkawżat mill-għoti ta’ Chorionic Gonadotropin uman (hCG - human Chorionic Gonadotropin) u mit-tqala (hCG endoġenu). OHSS bikri normalment iseħħ fi żmien 10 ijiem wara l- għoti ta’ hCG u jista’ jkun assoċjat ma’ rispons eċċessiv tal-ovarji għal stimulazzjoni minn gonadotropin. OHSS li jittardja jseħħ iktar minn 10 ijiem wara l-għoti ta’ hCG, bħala konsegwenza tal-tibdiliet fl-ormoni bit-tqala. Minħabba r-riskju li jiżviluppaw OHSS, il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għal mill-inqas ġimagħtejn wara l-għoti ta’ hCG.

Nisa b’fatturi ta’ riskju magħrufa ta’ rispons kbir tal-ovarji, jistgħu jkunu suxxettibbli b’mod speċjali għall-iżvilupp ta’ OHSS waqt jew wara kura b’Fertavid. Għal nisa li jkollhom l-ewwel ċiklu ta’ stimulazzjoni tal-ovarji, li għalihom il-fatturi ta’ riskju jkunu biss parzjalment magħrufa, hija rrakkomandata osservazzjoni mill-qrib għal sinjali u sintomi bikrija ta’ OHSS.

Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ OHSS, għandhom jitwettqu stimi ultrasoniċi tal-iżvilupp tal-follikuli qabel il-kura u f’intervalli regolari matul il-kura. Jista’ jkun utli jekk fl-istess waqt jiġu determinati l-livelli tal-estradiol fis-serum. F’ART hemm żieda fir-riskju ta’ OHSS bi 18-il follikulu jew iktar b’dijametru ta’ 11 mm jew iktar. Meta b’kollox ikun hemm 30 follikulu jew iktar, hu rrakkomandat li ma tagħtix hCG.

Skont ir-rispons tal-ovarji, il-miżuri li ġejjin jistgħu jitqiesu biex jitnaqqas OHSS:

-tagħtix stimulazzjoni addizzjonali b’gonadotropin għal massimu ta’ 3 ijiem (coasting);

-tagħtix hCG u kkanċella ċ-ċiklu ta’ kura;

-agħti doża ta’ inqas minn 10,000 IU ta’ hCG tal-awrina biex tiġi kkawżata l-maturazzjoni finali tal-ooċiti, eż. 5,000 IU hCG tal-awrina jew 250 mikrogramma ta’ rec-hCG (li huma ekwivalenti għal madwar 6,500 IU ta’ hCG tal-awrina);

-ikkanċella t-trasferiment tal-embriji minn dak iċ-ċiklu u agħmel krijopreservazzjoni tal- embriji;

-evita l-għoti ta’ hCG għal sostenn tal-fażi luteali.

Jekk tiżviluppa OHSS, għandu jiġi implimentat u segwit immaniġġjar standard u xieraq ta’ OHSS.

Tqala Multipla

Tqala u twelid multipli ġew irrappurtati għal kull kura b’gonadotropin, inkluż follitropin beta. Ġestazzjoni multipla, speċjalment b’numru kbir, iġġib magħha riskju ogħla ta’ riżultati avversi għall- omm (komplikazzjonijiet waqt it-tqala u l-ħlas) u waqt it-twelid (piż tat-twelid baxx). Għal nisa b’nuqqas ta’ ovulazzjoni li qed issirilhom induzzjoni tal-ovulazzjon, il-monitoraġġ tal-iżvilupp tal-

follikuli permezz ta’ ultrasonografija transvaġinali jista’ jgħin biex jiġi determinat jekk iċ-ċiklu għandux jitkompla jew le biex jitnaqqas ir-riskju ta’ tqala multipla. Jista’ jkun utli jekk fl-istess waqt jiġu determinati l-livelli tal-estradiol fis-serum. Il-pazjenti għandu jingħatalhom parir dwar ir-riskji possibbli ta’ tqala multipla qabel tinbeda l-kura.

F’nisa li qed jagħmlu proċeduri ta’ Teknoloġiji ta’ Riproduzzjoni Assistita (ART - Assisted Reproduction Technologies), ir-riskju ta’ tqala multipla hija marbuta l-aktar man-numru ta’ embriji ttrasferiti. Meta jintuża għal ċiklu ta’ induzzjoni tal-ovulazzjoni, aġġustament(i) xieraq(qa) fid-doża ta’ FSH għandu(hom) jipprevjeni(u) l-iżvilupp ta’ follikuli multipli.

Tqala Ektopika

Nisa infertili li jkunu qed isegwu ART, għandhom żieda fl-inċidenza ta’ tqaliet ektopiċi. Għalhekk huwa importanti li wieħed jikkonferma kmieni b’mod ultrasoniku li t-tqala qiegħda fil-ġuf.

Abort Spontanju

Ir-rati ta’ korrimenti f’nisa li jkunu qed isegwu teknoloġiji ta’ riproduzzjoni assistita huma ogħla milli fil-popolazzjoni normali.

Komplikazzjonijiet Vaskulari

Każijiet tromboemboliċi, kemm b’rabta ma’ kif ukoll separati minn OHSS, kienu rrappurtati wara kura b’gonadotropins, inkluż follitropin beta. Trombożi intravaskulari li l-bidu tagħha jista’ jkun fil- vini jew fl-arterji, tista’ twassal għal tnaqqis fil-provvista tad-demm lejn l-organi vitali jew lejn l-idejn u s-saqajn. F’nisa b’fatturi ta’ riskju li huma ġeneralment rikonoxxuti għal avvenimenti tromboemboliċi, bħal storja personali jew tal-familja, ħxuna żejda severa jew trombofilja, il-kura b’gonadotropins, inkluż Fertavid, tista’ tkompli żżid dan ir-riskju. F’dawn in-nisa, il-benefiċċji tal- għoti ta’ gonadotrophin, inkluż Fertavid, jeħtieġ li jitqiesu kontra r-riskji. Madankollu, għandu jiġi nnutat, li t-tqala nnifisha wkoll iġġib magħha żieda fir-riskju ta’ trombożi.

Malformazzjonijiet Konġenitali

L-inċidenza ta’ malformazzjonijiet konġenitali wara ART tista’ tkun ftit ogħla minn dik wara konċepiment spontanju. Dan hu maħsub li jseħħ minħabba differenzi fil-karatteristiċi tal-ġenituri (eż., l-età tal-omm, karatteristiċi tal-isperma) u tqaliet multipli.

Torsjoni tal-Ovarji

Torsjoni tal-ovarji kienet irrappurtata wara l-kura b’gonadotropins, inkluż follitropin beta. Torsjoni tal-ovarji tista’ tkun assoċjata ma’ fatturi oħrajn ta’ riskju bħal OHSS, tqala, operazzjoni fl-addome fil- passat, storja medika ta’ torsjoni tal-ovarji fil-passat, ċesti fil-passat jew attwali fl-ovarji u ovarji poliċistiċi. Ħsara fl-ovarju minħabba nuqqas ta’ provvista ta’ demm tista’ tiġi limitata minn dijanjosi bikrija u tneħħija immedjata tat-torsjoni.

Neoplażmi fl-Ovarji u Neoplażmi Oħra fis-Sistema Riproduttiva

Kien hemm rapporti ta’ neoplażmi fl-ovarji u ta’ neoplażmi oħrajn fis-sistema riproduttiva, kemm beninni kif ukoll malinni, f’nisa li ħadu diversi skedi ta’ korsijiet ta’ kura tal-infertilità. Għadu mhux stabbilit jekk kura b’gonadotrophins iżżidx ir-riskju jew le ta’ dawn it-tumuri f’nisa li mhumiex fertili.

Kondizzjonijiet Mediċi Oħra

Kondizzjonijiet mediċi fejn it-tqala hija kontraindikata ukoll għandhom jiġu evalwati qabel il-bidu tal- kura b’Fertavid.

Fl-irġiel

Insuffiċjenza Primarja tat-Testikoli

Żieda fil-livelli ta’ FSH endoġeniku fl-irġiel hija sinjal ta’ insuffiċjenza primarja tat-testikoli. Dawn il- pazjenti ma jirrispondux għat-terapija b’Fertavid/hCG.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

L-użu ta’ Fertavid flimkien ma’ clomifene citrate jista’ jsaħħaħ ir-rispons follikulari. Wara t-telf tas- sensittività tal-pitwitarju minħabba l-agonista GnRH, jista’ ikun hemm bżonn ta’ doża ogħla ta’ Fertavid sabiex jintlaħaq r-rispons follikulari xieraq.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Fertilità

Fertavid jintuża fil-kura ta’ nisa li tkun qed isirilhom stimulu tal-ovarji jew iperstimulazzjoni kkontrollata tal-ovarji fi programmi ta’ riproduzzjoni assistita. Fl-irġiel, Fertavid jintuża fil-kura ta’ spermatoġenesi defiċjenti minħabba ipogonadiżmu ipogonadotrofiku. Għal pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata, ara sezzjoni 4.2.

Tqala

L-użu ta’ Fertavid waqt it-tqala mhuwiex indikat. Fil-każ ta’ esponiment bi żball waqt it-tqala, l- informazzjoni klinika mhix biżżejjed sabiex teskludi effett teratoġeniku ta’ FSH rikombinanti. Madankollu sal-lum, ma ġie rrapportat l-ebda effett ta’ malformazzjoni partikolari. Fi studji fl- annimali ma ġew osservati l-ebda effetti teratoġeniċi.

Treddigħ

M’hemm l-ebda informazzjoni disponibbli minn studji kliniċi jew studji fuq l-annimali dwar it- tneħħija ta’ follitropin beta fil-ħalib. Mhux mistenni li follitropin beta jitneħħa fil-ħalib tal-bniedem minħabba l-piż molekulari qawwi tiegħu. Jekk follitropin beta jitneħħa fil-ħalib tal-bniedem, jiġi ddegradat fl-apparat gastrointestinali tat-tarbija. Follitropin beta jista’ jaffettwa l-produzzjoni tal-ħalib.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Fertavid m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

L-użu kliniku ta’ Fertavid li jingħata ġol-muskoli jew minn taħt il-ġilda jista’ jwassal għal reazzjonijiet fil-lok tal-injezzjoni (3% tal-pazjenti kollha ttrattati). Il-maġġoranza ta’ dawn ir-reazzjonijiet lokali huma ħfief u jfiequ wara ftit. Reazzjonijiet ta’ sensittività ġenerali ġew osservati mhux komunament (madwar 0.2% tal-pazjenti kollha trattati b’follitropin beta).

Kura fin-nisa:

F’madwar 4% tan-nisa kkurati b’follitropin beta fil-provi kliniċi, ġew rapportati sinjali u sintomi relatati mas-sindromu tal-istimulazzjoni eċċessiva tal-ovarji (OHSS) (Ara sezzjoni 4.4). Reazzjonijiet avversi relatati mas-sindromu jinkludu uġigħ fil-pelvis u/jew konġestjoni, uġigħ u/jew nefħa addominali, ilmenti dwar is-sider u tkabbir tal-ovarji.

It-tabella t’hawn taħt turi r-reazzjonijiet avversi b’follitropin beta irrappurtati fil-provi kliniċi fin-nisa, skont il-klassi tal-organi tas-sistema (SOC) u l-frekwenza; komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100).

SOC

Frekwenza

Reazzjoni avversa

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Uġigħ ta’ ras

Disturbi gastro-intestinali

Komuni

Nefħa addominali

 

 

Uġigħ addominali

 

Mhux komuni

Skonfort addominali

 

 

Stitikezza

 

 

Dijarea

 

 

Nawseja

Disturbi fis-sistema

Komuni

OHSS

riproduttiva u fis-sider

 

Uġigħ pelviku

 

Mhux komuni

Problemi fis-sider1

 

 

Tnixxija anormali tad-demm

 

 

mill-ġuf

 

 

Ċista fl-ovarji

 

 

Tkabbir tal-ovarji

 

 

Torsjoni tal-ovarji

 

 

Tkabbir tal-utru

 

 

Fsada vaġinali

Disturbi ġenerali u

Komuni

Reazzjoni fis-sit tal-injezzjoni2

kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

 

jingħata

 

 

 

Mhux komuni

Reazzjoni ġeneralizzata ta’

 

 

sensittività eċċessiva3

1.Problemi fis-sider jinkludu sensittività, uġigħ u/jew tkabbir u wġigħ fil-beżżula

2.Reazzjonijiet lokali fis-sit tal-injezzjoni jinkludu: tbenġil, uġigħ, ħmura, nefħa u ħakk

3.Reazzjoni ġeneralizzata ta’ sensittività eċċessiva tinkludi eritema, urtikarja, raxx u ħakk

Flimkien ma’ dan, kien hemm rapporti ta’ tqala ektopika, korrimenti u tqaliet multipli. Dawn huma kkunsidrati li huma relatati ma’ ART jew tqala sussegwenti.

F’każijiet rari, it-tromboemboliżmu ġie assoċjat ma’ terapija b’follitropin beta/hCG kif ukoll ma’ gonadotrofini oħra.

Kura fl-irġiel:

It-tabella t’hawn taħt telenka r-reazzjonijiet avversi b’follitropin beta li kienu rrappurtati fi prova klinika fl-irġiel (30 pazjent li ngħataw id-doża), skont il-klassi tal-organi tas-sistema (SOC) u l- frekwenza; komuni (≥ 1/100 sa < 1/10).

SOC

Frekwenza1

Reazzjoni avversa

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Uġigħ ta’ ras

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’

Komuni

Akne

taħt il-ġilda

 

Raxx

 

 

 

Disturbi fis-sistema riproduttiva u

Komuni

Ċista epididimali

fis-sider

 

Ġinekomastija

 

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet

Komuni

Reazzjoni fis-sit tal-injezzjoni2

ta’ mnejn jingħata

 

 

 

 

 

1.Reazzjonijiet avversi li kienu rrappurtati darba biss huma elenkati bħala komuni għax rapport wieħed itella’ l-frekwenza għal iżjed minn 1%.

2.Reazzjonijiet lokali fis-sit tal-injezzjoni jinkludu ebusija u wġigħ.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

M’hemmx informazzjoni disponibbli dwar it-tossiċità akuta ta’ Fertavid fil-bniedem, iżda fi studji fuq l-annimali ntwera li t-tossiċità akuta ta’ Fertavid u ta’ sustanzi gonadotrofiċi urinarji hija baxxa ħafna. Doża għolja ħafna ta’ FSH tista’ twassal għal stimulazzjoni eċċessiva tal-ovarji (ara sezzjoni 4.4).

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: ormoni tas-sess u modulatori tas-sistema ġenitali, gonadotrofini; Kodiċi ATC: G03G A06.

Fertavid fih FSH rikombinanti. Dan hu magħmul bit-teknoloġija rikombinanti tad-DNA, permezz ta’ razza ta’ ċelloli mill-ovarji tal-ħamster Ċiniż li hi mgħobbija bil-ġeni sekondarji tal-FSH tal-bniedem. Is-sekwenza primarja tal-aċidi aminiċi hija identika għal dik li tinstab fl-FSH naturali tal-bniedem.

Hemm differenzi żgħar magħrufa li jeżistu fl-istruttura tal-katina tal-karboidrati.

Mekkaniżmu ta’ Azzjoni

L-FSH huwa indispensabbli fit-tkabbir u l-maturazzjoni normali tal-follikulu u fil-produzzjoni tal- isterojdi gonadi. Fil-mara l-livell tal-FSH huwa kritiku għall-bidu u għal matul l-iżvilupp tal-follikuli, u sussegwentement għan-numru ta’ follikuli li jilħqu jimmaturaw u għal matul ta’ żmien li jieħdu biex jimmaturaw. Għalhekk, Fertavid jista’ jintuża biex jistimula l-iżvilupp tal-follikuli u l-produzzjoni tal- isterojdi f’każijiet selettivi ta’ problemi fil-funzjoni tal-gonadi. Barraminhekk, Fertavid jista’ jintuża biex jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ follikuli multipli fi programmi mediċi ta’ riproduzzjoni assista [eż. fertilizzazzjoni in vitro/trasferiment tal-embriju (IVF/ET), trasferiment ta’ gamete fil-fallopjan (GIFT) u injezzjoni tal-isperma fiċ-ċitoplażma (ICSI)]. Generalment, kura b’Fertavid tkun segwita b’teħid tal- hCG sabiex jinduċi l-aħħar fażi tal-maturazzjoni tal-follikoli, it-tkomplija tal-mejożi u jinfaqa’ l- follikulu.

Effikaċja Klinika u Sigurtà

Fi studji kliniċi li qabblu recFSH (follitropin beta) u FSH fl-awrina għal stimulu kkontrollat tal-ovarji f’nisa li kienu qed jieħdu sehem fi programm ta’ teknoloġija riproduttiva assistita (ART) u għall- istimulu tal-ovulazzjoni (ara Tabelli 1 u 2 hawn taħt), follitropin beta kien iktar qawwi minn FSH fl- awrina fir-rigward ta’ doża totali iktar baxxa u perijodu iqsar ta’ kura meħtieġa biex jistimula l- iżvilupp tal-follikuli.

Għal stimulu kkontrollat tal-ovarji, follitropin beta irriżulta f’numru ogħla ta’ ooċiti miksuba b’doża totali iktar baxxa u perijodu iqsar ta’ kura, meta mqabbel ma’ FSH fl-awrina.

Tabella 1: Riżultati ta’ studju 37,608 (studju kliniku li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, grupp komparattiv, li qabbel is-sigurtà u l-effikaċja ta’ follitropin beta ma’ FSH fl-awrina fi stimulu kkontrollat tal-ovarji).

 

follitropin beta

u-FSH

 

(n = 546)

(n = 361)

 

 

 

Medja tan-numru ta’ ooċiti miksuba

10.84*

8.95

 

 

 

Medja tad-doża totali (numru ta’ ampulli ta’ 75 IU)

28.5*

31.8

 

 

 

Medja tat-tul ta’ żmien ta’ stimulazzjoni FSH (jiem)

10.7*

11.3

* Differenzi bejn iż-2 gruppi kienu statistikament sinifikanti (p 0.05).

Għall-istimulu tal-ovulazzjoni, follitropin beta irriżulta f’medjan iktar baxx ta’ doża totali u medjan iqsar ta’ tul ta’ żmien tal-kura meta mqabbel ma’ FSH fl-awrina.

Tabella 2: Riżultati ta’ studju 37,609 (studju kliniku li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, grupp komparattiv, li qabbel is-sigurtà u l-effikaċja ta’ follitropin beta ma’ FSH fl-awrina fi stimulu tal-ovarji).

 

 

follitropin beta

u-FSH

 

 

(n = 105)

(n = 66)

 

 

 

 

Medja tan-numru ta’

12 mm

3.6*

2.6

 

 

 

 

follikuli

15 mm

2.0

1.7

 

18 mm

1.1

0.9

 

 

 

 

Medjan tad-doża totali (IU)a

 

750*

1,035

Medjan tat-tul ta’ żmien tal-kura (jiem)a

10.0*

13.0

* Differenzi bejn iż-2 gruppi kienu statistikament sinifikanti (p 0.05).

a Ristrett għal nisa b’ovulazzjoni indotta (follitropin beta, n = 76; u-FSH, n = 42).

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara li Fertavid jingħata taħt il-ġilda, il-konċentrazzjoni massima tal-FSH tintlaħaq wara 12-il siegħa. Minħabba r-rilaxx sostenut mil-lok tal-injezzjoni u minħabba l-half-life tal-eliminazzjoni ta’ madwar 40 siegħa (li tvarja minn 12 sa 70 siegħa), il-livelli ta’ FSH jibqgħu għoljin għal 24-48 siegħa. Minħabba li l-half-life tal-eliminazzjoni hija relettivament twila, l-għoti ripetut tal-istess doża jwassal għall-konċentrazzjonijiet tal-FSH fil-plażma ta’ madwar 1.5-2.5 drabi ogħla minn meta tittieħed doża waħda. Iż-żjieda tippermetti li l-konċentrazzjonijiet tal-FSH terapewtiku jiġu milħuqa. Il-bijodisponibbilità assoluta ta’ Fertavid li jingħata taħt il-ġilda hi ta’ madwar 77%.

Distribuzzjoni, bijotrasformazzjoni u eliminazzjoni

FSH rikombinanti b’mod bijokimiku huwa simili ħafna għal FSH tal-awrina uman u jiġi distribwit, metabolizzat u mneħħi bl-istess mod.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

L-għoti ta’ doża waħda ta’ Fertavid lill-firien ma kkaġunax effetti tossikoloġiċi sinifikanti. F’dożi ripetuti fil-firien (fuq ġimagħtejn) u fil-klieb (13-il ġimgħa) b’doża sa 100 darba aktar minn dik li tingħata lill-bniedem, Fertavid ma kkaġunax effetti tossikoloġiċi sinifikanti. Fit-test Ames, u fit-test tal-aberrazzjoni tal-kromosome magħmul in vitro biċ-ċelluli limfoċiti umani, Fertavid ma wera l-ebda riskju fuq il-ġeni.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Fertavid soluzzjoni għall-injezzjoni fiha: Sucrose

Sodium citrate L-methionine Benzyl alcohol Polysorbate 20

Ilma għall-injezzjonijiet.

Il-pH jista jiġi aġġustat permezz ta’ sodium hydroxide u/jew hydrochloric acid.

6.2 Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

Ladarba l-inforra tal-lastku tal-iskartoċċ tittaqqab b’labra, il-prodott jista’ jinħażen għal massimu ta’

28 jum.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2ºC – 8ºC). Tagħmlux fil-friża.

Żomm l-istoċċ fil-kartuna ta’ barra.

Għal konvenjenza tal-pazjent, Fertavid jista’ jinħażen f’temperatura ta’, jew anqas minn 25ºC mill- pazjent għal perijodu wieħed ta’ mhux aktar minn 3 xhur.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara l-ewwel ftuħ tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Fertavid 150 IU/0.18 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

0.18 mL ta' soluzzjoni fi skartoċċ ta' 1.5 mL (ħġieġ tip I) bil-pistun tal-lastiku griż u għatu tal-aluminju mitni madwar l-għonq u x-xifer tal-iskartoċċ b’inforra tal-lastku.

Pakkett ta’ skartoċċ wieħed u 3 labar li għandhom jiġu użati mal-Pinna Puregon.

L-iskrataċ fihom minimu ta’ 225 IU ta’ attività tal-FSH f’0.270 mL ta' soluzzjoni akweja, li hu biżżejjed għal doża totali netta ta' 150 IU.

Fertavid 300 IU/0.36 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

0.36 mL ta' soluzzjoni fi skartoċċ ta' 1.5 mL (ħġieġ tip I) bil-pistun tal-lastiku griż u għatu tal-aluminju mitni madwar l-għonq u x-xifer tal-iskartoċċ b’inforra tal-lastku.

Pakkett ta’ skartoċċ wieħed u 6 labar li għandhom jiġu użati mal-Pinna Puregon.

L-iskrataċ fihom minimu ta’ 400 IU ta’ attività tal-FSH f’0.480 mL ta’soluzzjoni akweja, li hu biżżejjed għal doża totali netta ta' 300 IU.

Fertavid 600 IU/0.72 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

0.72 mL ta' soluzzjoni fi skartoċċ ta' 1.5 mL (ħġieġ tip I) bil-pistun tal-lastiku griż u għatu tal-aluminju mitni madwar l-għonq u x-xifer tal-iskartoċċ b’inforra tal-lastku.

Pakkett ta’ skartoċċ wieħed u 6 labar li għandhom jiġu użati mal-Pinna Puregon.

L-iskrataċ fihom minimu ta’ 700 IU ta’ attività tal-FSH f’0.840 mL ta’soluzzjoni akweja, li hu biżżejjed għal doża totali netta ta' 600 IU.

Fertavid 900 IU/1.08 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

1.08 mL ta' soluzzjoni fi skartoċċ ta' 1.5 mL (ħġieġ tip I) bil-pistun tal-lastiku griż u għatu tal-aluminju mitni madwar l-għonq u x-xifer tal-iskartoċċ b’inforra tal-lastku.

Pakkett ta’ skartoċċ wieħed u 9 labar li għandhom jiġu użati mal-Pinna Puregon.

L-iskrataċ fihom minimu ta’ 1,025 IU ta’ attività tal-FSH f’1.230 mL ta’soluzzjoni akweja, li hu biżżejjed għal doża totali netta ta' 900 IU.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Tużax jekk is-soluzzjoni fiha xi frak jew jekk is-soluzzjoni mhix ċara.

Fertavid soluzzjoni għall-injezzjoni hija ddisinjata biex tintuża ma’ pinna li tinjetta msejħa Pinna Puregon. L-istruzzjonijiet għall-użu tal-pinna għandhom jiġu segwiti b'attenzjoni.

Bżieżaq tal-arja għandhom jitneħħew mill-istoċċ qabel l-injezzjoni (ara l-istruzzjonijiet ta' kif tuża l- pinna).

Stoċċijiet vojta m'għandhomx jiġu mimlija mill-ġdid.

L-istoċċijiet Fertavid mhumiex magħmula sabiex jippermettu li xi mediċina oħra titħallat fl-istoċċ. Armi l-labar użati wara l-injezzjoni.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Merck Sharp & Dohme Limited

Hertford Road, Hoddesdon

Hertfordshire EN11 9BU

Ir-Renju Unit

8.NUMRU TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Fertavid 150 IU/0.18 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

EU/1/09/510/016

Fertavid 300 IU/0.36 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

EU/1/09/510/017

Fertavid 600 IU/0.72 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

EU/1/09/510/018

Fertavid 900 IU/1.08 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

EU/1/09/510/019

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 19 ta’ Marzu 2009

Data tal-aħħar tiġdid: 21 ta’ Frar 2014

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

JJ xahar SSSS

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati