Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Fexeric (ferric citrate coordination complex) – Fuljett ta’ tagħrif - V03AE

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFexeric
Kodiċi ATCV03AE
Sustanzaferric citrate coordination complex
ManifatturKeryx Biopharma UK Ltd

Fuljett ta' tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Fexeric 1 g pilloli miksijin b’rita kumpless ta’ koordinazzjoni taċ-ċitrat ferriku

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa' taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet preskritta lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F'dan il-fuljett:

1.X’inhu Fexeric u għalxiex jintuża

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Fexeric

3.Kif għandek tieħu Fexeric

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Fexeric

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Fexeric u għal xiex jintuża

Fexeric fih il-kumpless ta’ koordinazzjoni taċ-ċitrat ferriku bħala s-sustanza attiva. Fl-adulti b’indeboliment fil-funzjoni tal-kliewi jintuża biex ibaxxi livelli għoljin ta’ fosfru fid-demm.

Il-fosfru jinsab f'ħafna ikel. Pazjenti li l-kliewi tagħhom ma jaħdmux kif suppost ma jistgħux jeliminaw il-fosfru mill-ġisem tagħhom b’mod adegwat. Dan jista’ jwassal għal livelli għoljin ta’ fosfru fid-demm. Huwa importanti li l-fosfru jinżamm f’livell normali biex l-għadam u l-vini/l-arterji jinżammu b’saħħithom u biex jiġi evitat ħakk fil-ġilda, għajnejn ħomor, uġigħ fl-għadam jew ksur fl- għadam.

Fexeric jeħel mal-fosfru mill-ikel fil-passaġġ diġestiv tiegħek biex ma jħallihx jiġi assorbit fid-demm tiegħek. Il-fosfru mwaħħal ma’ Fexeric imbagħad jiġi eliminat mill-ġisem tiegħek mal-ippurgar.

Jista' jkun li ġejt avżat/a biex issegwi dieta speċjali biex tevita li l-fosfru fid-demm tiegħek jitla' għal livelli għoljin. Jekk dan ikun il-każ, għandek tkompli ssegwi d-dieta speċjali anke jekk tkun qed tieħu

Fexeric.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Fexeric

Tiħux Fexeric

-jekk inti allerġiku/a għall-kumpless ta’ koordinazzjoni taċ-ċitrat ferriku jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)

-jekk għandek livelli baxxi ta’ fosfru fid-demm tiegħek

-jekk għandek mard serju tal-istonku jew tal-imsaren bħal fsada fl-istonku jew fl-imsaren

-jekk għandek emokromatożi, kundizzjoni li ġġiegħel lill-ġisem jassorbi wisq ħadid mid-dieta

-jekk għandek xi disturb ieħor assoċjat ma’ ħadid żejjed

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu Fexeric jekk għandek:

-wisq ħadid fil-ġisem tiegħek

-infjammazzjoni tal-imsaren

Testijiet ta’ monitoraġġ

Fexeric iżid il-livelli ta’ ħadid fil-ġisem tiegħek. Minħabba li ħadid żejjed huwa perikoluż, id-demm tiegħek ser jiġi ttestjat f'intervalli regolari biex jiġu ċċekkjati l-livelli tal-ħadid. Dan it-test tad-demm jista’ jkun parti mit-testijiet ta’ rutina tiegħek għall-mard tal-kliewi tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena. Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Fexeric ma ġewx studjati f'din il-popolazzjoni.

Mediċini oħra u Fexeric

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Il-mediċini li ġejjin jistgħu jaffettwaw jew jiġu affettwati minn Fexeric:

mediċini oħra li fihom ħadid

Fexeric fih il-ħadid u t-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tal-mediċini l-oħra tiegħek li fihom il-ħadid.

mediċini li fihom l-aluminju

Fexeric ma għandux jittieħed fl-istess ħin ma’ mediċini li fihom l-aluminju.

Għid ukoll lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew tista’ tieħu l-mediċini ta’ hawn taħt. It-tabib tiegħek jista' jkun irid ibiddel id-doża ta’ dawn il-mediċini jew jagħtik parir biex tieħu dawn il-mediċini sagħtejn qabel jew wara Fexeric. Jista' jiġi kkunsidrat ukoll li jiġu ssorveljati l-livelli ta’ dawn il-mediċini fid-demm:

-ciprofloxacin, doxycycline, cefdinir: mediċini għall-kura ta’ infezzjonijiet batteriċi

-valproic acid: mediċina għall-kura ta’ epilessija u ta’ disturbi mentali

-sertraline: mediċina għall-kura ta’ dipressjoni

-methotrexate: mediċina għall-kura ta’ artrite rewmatika, kanċer u l-marda tal-ġilda, psorjażi

-alendronate: mediċina għall-kura ta’ tnaqqis fil-massa u fid-densità tal-għadam

-levodopa: mediċina għall-kura tal-marda ta’ Parkinson

-levothyroxine: mediċina għall-kura ta’ defiċjenza tal-ormon tat-tirojde

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

tqala

Jekk tista’ tinqabad tqila, għandek tuża l-kontraċettivi matul il-kura. Jekk tinqabad tqila matul il- kura, għandek tistaqsi lit-tabib tiegħek għal parir. Mhux magħruf jekk Fexeric għandux xi effett fuq trabi fil-ġuf.

treddigħ

Għid lit-tabib tiegħek jekk tixtieq tredda' lit-tarbija tiegħek. Mhux magħruf jekk Fexeric jistax jgħaddi minn ġol-ħalib tas-sider u jaffettwa lit-tarbija tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta' magni

Fexeric m’għandu l-ebda effett fuq il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni.

Fexeric fih sunset yellow FCF (E110) u Allura Red AC (E129).

Dawn jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi

3.Kif għandek tieħu Fexeric

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija:

-doża tal-bidu għall-adulti: 3 sa 6 pilloli kuljum, f’dożi separati, mal-ikel jew immedjatament wara l-ikel prinċipali tal-ġurnata. Jekk tieħu l-pilloli mal-ikel dan jgħin lill-mediċina biex taħdem.

Pazjenti li ma jkunux fuq dijalisi jeħtieġu doża tal-bidu aktar baxxa: 3 pilloli kuljum, f’dożi separati, mal-ikel jew immedjatament wara l-ikel tal-ġurnata.

It-tabib tiegħek jista’ jnaqqas jew iżid id-doża tal-bidu skont il-livell ta’ fosfru fid-demm tiegħek.

It-tabib tiegħek ser jissorvelja l-livelli ta’ fosfru b’mod regolari. Dan it-test tad-demm jista’ jkun parti mit-testijiet ta’ rutina tiegħek għall-mard tal-kliewi tiegħek.

-doża massima: 12-il pillola kuljum, f’dożi separati, mal-ikel jew immedjatament wara l-ikel tal-ġurnata

Metodu ta’ kif għandu jintuża

Ħu l-pilloli sħaħ, ma’ tazza ilma, mal-ikel jew immedjatament wara l-ikel.

Jekk tieħu Fexeric aktar milli suppost

Jekk tieħu Fexeric aktar milli suppost, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Ikkuntattja tabib jew ċentru tal-kontroll tal-velenu minnufih jekk tfal aċċidentalment jieħdu Fexeric.

Jekk tinsa tieħu Fexeric

Ħu d-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu mal-ikel. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Fexeric

Ġeneralment livelli għoljin ta’ fosfru fid-demm jeħtieġu kura fit-tul. Huwa importanti li tkompli tieħu Fexeric sakemm it-tabib tiegħek jibqa' jordnalek il-mediċina.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-mediċina, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok:

-uġigħ addominali sever jew stitikezza (mhux komuni)

-rimettar ta’ demm (mhux komuni)

-demm fl-ippurgar (mhux komuni)

Ġew irrapportati l-effetti sekondarji li ġejjin b’Fexeric f’pazjenti fuq dijalisi:

Effetti sekondarji komuni ħafna ( jistgħu jaffetwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10):

-tibdil fil-kulur tal-ippurgar

-dijarea

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

-stitikezza

-uġigħ/skumdità addominali

-distensjoni jew nefħa addominali

-nawżja, rimettar

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

-bidliet fir-riżultati tat-testijiet tal-ħadid fid-demm

-tnaqqis jew żieda fl-aptit

-indiġestjoni, gass fl-istonku

-infjammazzjoni tal-kisja tal-istonku, ulċera tal-kisja mukosali tal-istonku jew fl-ewwel parti tal-musrana

-rifluss tal-meraq tal-istonku fl-esofagu

-ippurgar anomalu, ippurgar irregolari

-livelli baxxi ta’ fosfru fis-serum

-ħalq xott

-disturbi fit-togħma

-uġigħ ta’ ras

-sturdament

-livelli baxxi ta’ potassju fis-serum

-inkontinenza

-raxx fil-ġilda, ħakk

-palpitazzjonijiet

-qtugħ ta’ nifs, tħarħir, ħsejjes anomali man-nifs

-uġigħ

-għatx

-bronkite

-ħsara fil-muskoli

-żieda fil-piż

-fluwidu fil-pulmun

-pressjoni għolja ħafna tad-demm

L-effetti sekondarji l-iktar komuni (li jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10) f’pazjenti li ma jkunux fuq dijalisi jittrattaw ukoll l-istonku jew l-imsaren:

tibdil fil-kulur tal-ippurgar

dijarea

stitikezza

Rapportar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rapportar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Fexeric

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-flixkun u fuq il-kartuna wara “JIS”. Id- data ta’ tirreferi għall-aħħar jum ta' dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

Żomm il-flixkun magħluq sew sabiex tipproteġi mill-umdità. Wara li tiftaħ il-flixkun għall-ewwel darba, uża fi żmien 60 jum.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Fexeric

Is-sustanza attiva hija l-kumpless ta’ koordinazzjoni taċ-ċitrat ferriku.

Kull pillola miksija b’rita fiha 1 g ta’ kumpless ta’ koordinazzjoni taċ-ċitrat ferriku (ekwivalenti għal 210 mg ta’ ħadid ferriku).

Is-sustanzi l-oħra huma lamtu preġelatinizzat, stearate tal-kalċju, ipromellożu, titanium dioxide, trijaċetin, sunset yellow FCF (E110), allura red AC (E129), indigo carmine.

Kif jidher Fexeric u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Fexeric miksijin b’rita huma lewn il-ħawħ, b’forma ovali, imnaqqxin b’“KX52” fuq naħa waħda. Il-pilloli huma 19 mm twal, 7.2 mm ħoxnin u 10 mm wiesgħa.

Il-pilloli jiġu ppakkjati fi fliexken tal-plastik b’tappijiet reżistenti għat-tfal. Jiġu f’daqs ta’ pakkett wieħed ta’ 200 pillola kull flixkun.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq Keryx Biopharma UK Ltd.

Riverbank House 2 Swan Lane Londra

EC4R 3TT

Ir-Renju Unit

Manifattur:

Propak Health Ltd.

3-4 Ballyboggan Industrial Estate

Ballyboggan Road

Finglas

Dublin 11

L-Irlanda

Għal kwalunkwe informazzjoni dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati