Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Firazyr (icatibant) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - C01EB19

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFirazyr
Kodiċi ATCC01EB19
Sustanzaicatibant
ManifatturShire Orphan Therapies GmbH

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Firazyr 30 mg soluzzjoni għal injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull siringa mimlija għal-lest ta’ 3 ml fiha icatibant acetate ekwivalenti għal 30 mg icatibant. Kull 1 ml tas-soluzzjoni fih 10 mg ta’ icatibant.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għal injezzjoni.

Is-soluzzjoni hija likwidu ċar u mingħajr lewn.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Firazyr huwa indikat għat-trattament sintomatiku ta’ attakki akuti ta’ anġjoedema ereditarja (HAE) fl- adulti b’defiċjenza fl-inibitur C1 esterażi.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Firazyr huwa maħsub sabiex jintuża taħt il-gwida ta’ professjonista tal-kura tas-saħħa.

Pożoloġija

Id-doża rakkomandata hija injezzjoni waħdanija taħt il-ġilda ta’ Firazyr 30 mg.

Fil-maġġoranza tal-każijiet, injezzjoni waħda ta’ Firazyr hija biżżejjed biex tikkura attakk. F’każ ta’ solljev insuffiċjenti jew rikorrenza tas-sintomi, tista’ tingħata injezzjoni oħra ta’ Firazyr wara sitt sigħat. Jekk it-tieni injezzjoni tipproduċi solljev insuffiċjenti jew tiġi osservata rikorrenza tas-sintomi, tista’ tingħata t-tielet injezzjoni ta’ Firazyr wara 6 sigħat oħra. M’għandhomx jingħataw aktar minn 3 injezzjonijiet ta’ Firazyr f’perjodu ta’ 24 siegħa.

Fil-provi kliniċi, ma ngħatawx aktar minn 8 injezzjonijiet ta’ Firazyr fix-xahar.

Popolazzjonijiet speċjali

Persuni akbar fl-età

Hemm informazzjoni limitata dwar pazjenti ta’ ’l fuq minn 65 sena.

Persuni akbar fl-età wrew li għandhom esponiment sistemiku akbar għal icatibant. Mhix magħrufa r- rilevanza ta’ dan għas-sigurtà ta’ Firazyr (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment epatiku

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża f’pazjenti b’indeboliment epatiku.

Indeboliment tal-fwied

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Firazyr fi tfal minn età ta’ 0 u 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

Ma hemm ebda tagħrif disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Firazyr huwa maħsub sabiex jingħata minn taħt il- ġilda preferibbilment fiż-żona addominali.

Firazyr jista’ jingħata mill-pazjent innifsu jew inkella mill-persuna li tkun qiegħda tieħu ħsiebu wara taħriġ fit-teknika ta’ injezzjoni taħt il-ġilda minn professjonista tal-kura tas-saħħa.

Id-deċiżjoni li Firazyr jibda jingħata mill-pazjent innifsu għandha tittieħed biss minn tabib li jkollu esperjenza fid-dijanjożi u l-kura ta' anġjoedema ereditarja (ara sezzjoni 4.4).

Kull siringa ta’ Firazyr hija maħsuba għal użu ta’ darba biss.

Firazyr soluzzjoni għal injezzjoni għandha tiġi injettata bil-mod minħabba l-volum li jrid jingħata

(3 ml).

4.3Kontraindikazzjonijiet

Ipersensittività għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Attakki larinġeali

Pazjenti b’attakki larinġeali għandhom jiġu kkurati f’istituzzjoni medika xierqa wara injezzjoni sakemm it-tabib iqis li t-tluq tagħhom mill-istituzzjoni ma jkunx jikkostitwixxi periklu.

Mard tal-qalb iskemiku

Taħt kundizzjonijiet iskemiċi, jista’ teoretikament ikun hemm deterjorament tal-funzjoni tal-qalb u tnaqqis fil-fluss tad-demm koronarju minn antagoniżmu tar-riċettur tal-bradykinin ta’ tip 2. Għalhekk għandha tiġi osservata kawtela fl-għoti ta’ Firazyr lil pazjenti b’mard tal-qalb iskemiku akut jew angina pectoris instabbli (ara sezzjoni 5.3).

Puplesija

Għalkemm hemm evidenza li ssostni effett benefiku ta’ mblokk tar-riċettur B2 immedjatament wara puplesija, hemm possibilità teoretika li icatibant jista’ jnaqqas l-effetti newroprotettivi pożittivi fi stadju tardiv ta’ bradykinin. Għalhekk, għandha tiġi osservata attenzjoni fl-għoti ta’ icatibant lill- pazjenti fil-ġimgħat wara puplesija.

Għoti mill-pazjent innifsu

Għal pazjenti li qatt ma ħadu Firazyr qabel, l-ewwel kura għandha tingħata f’istituzzjoni medika jew taħt il-gwida ta’ tabib.

Fil-każ li s-solliev ma jkunx biżżejjed jew fil-każ ta’ rikaduta tas-sintomi wara li tingħata il-kura mill- pazjent innifsu, huwa rrakkomandat li l-pazjent ifittex parir mediku u li d-dożi sussegwenti jingħataw f'istituzzjoni medika (ara sezzjoni 4.2).

Pazjenti li jesperjenzaw attakk larinġeali għandhom dejjem ifittxu parir mediku u għandhom jiġu osservati f’istituzzjoni medika wkoll wara li jkunu ħadu injezzjoni mid-dar.

4.5 Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan

il-prodott u affarijiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

Mhumiex mistennija interazzjonijiet farmakokinetiċi tal-mediċina li jinvolvu CYP450 (ara sezzjoni 5.2).

L-għoti fl-istess ħin ta’ Firazyr ma’ inibituri ta’ angiotensin-converting-enzyme (ACE) ma ġiex studjat. L-inibituri ACE huma kontraindikati f’pazjenti HAE minħabba żieda possibbli fil-livelli ta’ bradykinin.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Għal icatibant, m’hemmx tagħrif kliniku dwar l-użu waqt it-tqala. Studji fuq bhejjem urew effetti fuq l-uterine implantation u t-twelid (ara sezzjoni 5.3), iżda mhux magħruf ir-riskju potenzjali fuq in-nies.

Firazyr għandu jintuża waqt it-tqala biss jekk il-benefiċċju potenzjali jiġġustifika r-riskju li jista’ jkun hemm għall-fetu (eż. għat-trattament ta’ attakki fil-larinġi li jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħajja).

Treddigħ

Icatibant jitneħħa fil-ħalib ta’ firien li jreddgħu f’konċentrazzjonijiet simili għal dawk li jinstabu fil- ħalib ta’ l-omm. Ma nstabu ebda effetti fl-iżvilupp ta’ wara t-twelid ta’ frieħ tal-firien.

Mhux magħruf jekk icatibant jitneħħiex fil-ħalib tas-sider uman iżda huwa rakkomandat li nisa jreddgħu li jkunu jixtiequ jieħdu Firazyr, m’għandhomx ireddgħu għal 12-il siegħa wara t-trattament.

Fertilità

Kemm fil-firien kif ukoll fil-klieb, użu ripetut ta’ icatibant irriżulta f’effetti fuq l-organi riproduttivi. Icatibant ma kellu ebda effett fuq il-fertilità ta’ ġrieden u firien irġiel (ara sezzjoni 5.3). Fi studju ta' 39 raġel u mara adulti b'saħħithom, ikkurati bi 30 mg kull 6 sigħat għal 3 dożi kull 3 ijiem għal total ta' 9 dożi, ma kien hemm ebda tibdil klinikament sinifikanti mil-linja bażi fil-konċentrazzjoni basali u stimulata b'GnRH ta' ormoni riproduttivi f'nisa jew f'irġiel. Ma kien hemm ebda effett sinifikanti ta' icatibant fuq il-konċentrazzjoni ta' progesterone tal-fażi luteali u tal-funzjoni luteali, jew fuq it-tul taċ- ċiklu mestruwali fin-nisa u ma kien hemm ebda effett sinifikanti ta' icatibant fuq l-għadd tal-isperma, il-motilità u l-morfoloġija fl-irġiel. Ir-reġimen tad-dożaġġ użat għal dan l-istudju mhuwiex probabbli li jkun sostnut fl-ambjent kliniku.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Firazyr għandu effett minuri fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Għeja, letarġija, ngħas, u sturdament ġew irrappurtati wara l-użu ta’ Firazyr. Dawn is-sintomi jistgħu jseħħu b’riżultat ta’ attakk ta’ HAE. Il-pazjenti għandhom jiġu avżati biex ma jsuqux u jħaddmu magni jekk iħossuhom għajjenin jew storduti.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Fi studji kliniċi użati għar-reġistrazzjoni, b'kollox ġew ikkurati 999 attakk ta' HAE bi 30 mg Firazyr mogħtija taħt il-ġilda minn professjonista tal-kura tas-saħħa. Firazyr 30 mg SC ingħata minn professjonista tal-kura tas-saħħa lil 129 suġġett b'saħħtu u lil 236 pazjent b'HAE.

Kważi l-persuni kollha li ġew ittrattati b’icatibant taħt il-ġilda fi provi kliniċi żviluppaw reazzjonijiet fis-sit ta’ l-injezzjoni (ikkaratterizzati minn irritazzjoni tal-ġilda, nefħa, uġigħ, ħakk, eritema, sensazzjoni ta’ ħruq). Ġeneralment dawn ir-reazzjonijiet kienu ħfief għal moderati, għaddiena, u marru mingħajr aktar intervent.

Lista tar-reazzjonijiet avversi ġo tabella

Il-frekwenza tar-reazzjonijiet avversi elenkati f’Tabella 1 hija definita bl-użu tal-konvenzjoni segwenti:

Komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000).

Tabella 1: Reazzjonijiet avversi rrappurtati b’icatibant fil-provi kliniċi ta’ fażi III.

Sistema ta' Klassifika tal-Organi

Terminu Ppreferut

(kategorija ta' inċidenza)

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

(Komuni, ≥1/100 sa <1/10)

Sturdament

 

Uġigħ ta' ras

 

 

Disturbi gastro-intestinali

 

(Komuni, ≥1/100 sa <1/10)

Dardir

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

(Komuni, ≥1/100 sa <1/10)

Raxx

 

Eritema

 

Ħakk

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta' mnejn

 

jingħata

 

(Komuni ħafna, >1/10)

Reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni*

(Komuni, ≥1/100 sa <1/10)

Piressija (deni)

 

 

Investigazzjonijiet

 

(Komuni, ≥1/100 sa <1/10)

Żieda fit-transaminase

* Tbenġil fis-sit tal-injezzjoni, Ematoma fis-sit tal-injezzjoni, Ħruq fis-sit tal-injezzjoni, Eritema fis-sit tal- injezzjoni, Ipoesteżija fis-sit tal-injezzjoni, Irritazzjoni fis-sit tal-injezzjoni, Nuqqas ta' sensazzjoni fis-sit tal- injezzjoni, Edima fis-sit tal-injezzjoni, Uġigħ fis-sit tal-injezzjoni, Sensazzjoni ta' pressjoni fis-sit tal- injezzjoni, Ħakk fis-sit tal-injezzjoni, Nefħa fis-sit tal-injezzjoni, Urtikarja fis-sit tal-injezzjoni, u Sħana fis-sit tal-injezzjoni.

Deskrizzjoni ta’ ċertu reazzjonijiet avversi

Immunoġeniċità

Tul kura ripetuta fi provi ta' fażi III kkontrollati, f'każijiet rari ġiet osservata pożittività temporanja għal antikorpi anti-icatibant. Il-pazjenti kollha żammew l-effikaċja. Pazjent wieħed li ġie kkurat b'Firazyr ittestja pożittiv għal antikorpi anti-icatibant qabel u waqt kura b'Firazyr. Dan il-pazjent ġie segwit għal 5 xhur u aktar kampjuni kienu negattivi għal antikorpi anti-icatibant. Ebda reazzjoni ta' sensittività eċċessiva jew reazzjoni anafilattika ma ġiet irrapportata b'Firazyr.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

M’hemmx informazzjoni klinika disponibbli dwar doża eċċessiva.

Doża ta’ 3.2 mg/kg fil-vina (madwar 8 darbiet id-doża terapewtika) kkawżat eritema għaddiena, ħakk jew pressjoni baxxa f’individwi b’saħħithom. Ma kien meħtieġ ebda intervent terapewtiku.

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika:Sustanzi ematoloġiċi oħra. Mediċini wżati għat-trattament ta’ anġjoedema ereditarja Kodiċi ATC: B06AC02.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

L-HAE (marda awtosomali dominanti) hija kkawżata minn nuqqas jew disfunzjoni ta’ l-inibitur esterase C1. L-attakki ta’ HAE huma akkumpanjati minn rilaxx akbar ta’ bradykinin, li huwa l- medjatur prinċipali fl-iżvilupp tas-sintomi kliniċi.

HAE tidher bħala attakki intermittenti ta’ edema taħt il-ġilda u/jew taħt il-mukuża li jinvolvu l-parti ta’ fuq ta’ l-apparat respiratorju, il-ġilda u l-apparat gastrointestinali. Attakk ġeneralment idum bejn 2 u

5 tijiem.

Icatibant huwa antagonist selettiv kompetittiv fir-riċettur tal-bradykinin ta’ tip 2 (B2). Huwa decapeptide sintetiku bi struttura simili għal bradykinin, iżda b’ħames aċidi amminiċi mhux proteinoġeniċi . F’HAE, konċentrazzjonijiet akbar ta’ bradykinin huma l-medjatur prinċipali fl- iżvilupp tas-sintomi kliniċi.

Effetti farmakodinamiċi

F’individwi żgħażagħ b’saħħithom, icatibant mogħti f’dożi ta’ 0.8 mg/kg fuq 4 sigħat;

1.5 mg/kg/kuljum jew 0.15 mg/kg/kuljum għal 3 ijiem, ġiet evitata pressjoni baxxa, vażodilazzjoni u takikardja ta’ rifless indotti minn bradykinin. Icatibant intwera li huwa antagonist kompetittiv meta c- challenge dose ta’ bradykinin żdiedet b’erba’ darbiet.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-informazzjoni dwar l-effikaċja nkisbet minn studju open-label inizjali ta’ Fażi II u minn tliet studji kkontrollati ta’ Fażi III.

Studji kliniċi ta' Fażi III (FAST-1 u FAST-2) kienu provi randomizzati, double-blind, ikkontrollati u kellhom disinni identiċi għajr għall-komparatur (wieħed b’aċidu traneżamiku orali bħala l-komparatur u wieħed ikkontrollat l-plaċebo). Total ta’ 130 pazjent ġew magħżula b’mod każwali biex jirċievu jew doża ta’ 30 mg icatibant (63 pazjent) jew komparatur (jew aċidu traneksamiku, 38 jew plaċebo

29 pazjent). Episodji suċċessivi ta’ HAE ġew trattati f’estensjoni open label. Il-pazjenti b’sintomi ta’ anġjoedema larinġali rċevew trattament open label b’icatibant. Fil-provi ta’ Fażi III, l-endpoint primarju ta’ l-effikaċja kien il-ħin sal-bidu tas-solljiev mis-sintomi bl-użu ta’ visual analogue scale (VAS). It-Tabella 2 turi r-riżultati tal-effikaċja għal dawn l-istudji.

FAST-3 kien studju ta' grupp parallel randomizzat, ikkontrollat bi plaċebo ta' 98 pazjent adult b'età medjana ta' 36 sena. Il-pazjenti ġew randomizzati sabiex jirċievu jew icatibant 30 mg jew plaċebo b'injezzjoni taħt il-ġilda. Subsett ta' pazjenti f'dan l-istudju esperjenza attakki ta' HAE akuti filwaqt li kien qiegħed jirċievi androġeni, sustanzi antifibrinolitiċi jew inibituri Cl. L-endpoint primarju kien il-

ħin sal-bidu tas-solljiev mis-sintomi ivvalutat permezz ta' skor analogu viżiv kompost ta' 3-punti (VAS-3) li kien jikkonsisti minn valutazzjonijiet ta' nefħiet tal-ġilda, uġigħ tal-ġilda u uġigħ addominali. It-Tabella 3 turi r-riżultati tal-effikaċja għal FAST-3.

F'dawn l-istudji, il-pazjenti fuq icatibant kellhom ħin medjan aktar mgħaġġel għall-bidu tas-solljiev mis-sintomi (sagħtejn u sagħtejn u nofs u sagħtejn rispettivament) meta mqabbel ma l-aċidu traneksamiku (12.0-il siegħa) u l-plaċebo (4.6 u 19.8 sigħat). L-effett tat-trattament b’icatibant kien ikkonfermat b’endpoints sekondarji ta’ l-effikaċja.

F'analiżi integrata ta' dawn l-istudji kkontrollati ta' Fażi III, il-ħin sal-bidu tas-solljiev mis-sintomi u l-

ħin għall-bidu tas-solljiev mis-sintomu primarju kienu simili minkejja l-grupp ta' età, sess, razza, piż jew jekk il-pazjent użax androġeni jew sustanzi antifibrinolitiċi jew le.

Ir-rispons kien ukoll konsistenti tul attakki ripetuti fil-provi ta' Fażi III kkontrollati. Total ta'

237 pazjent ġew ikkurati b'1,386 doża ta' 30 mg icatibant għal 1.278 attakk ta' HAE akuta. Fl-ewwel 15-il attakk trattati b’Firazyr (1,114-il doża għal 1030 attakk), il-ħinijiet medjani għall-bidu tas-solliev tas-sintomi kienu simili fl-attakki (2.0 sa 2.5 sigħat). 92.4% ta’ dawn l-attakki ta’ HAE ġew ikkurati b’doża waħda ta’ Firazyr

Tabella 2. Riżultati tal-effikaċja għal FAST-1 u FAST-2

Studju Kliniku Ikkontrollat ta’ FIRAZYR vs Aċidu traneżamiku/Plaċebo:

Riżultati ta’ l-effikaċja

 

FAST-2

 

 

 

FAST-1

 

 

Icatibant

Aċidu

 

 

Icatibant

Plaċebo

 

traneżamiku

 

 

 

 

 

 

 

 

Numru ta’

 

 

 

Numru ta’

 

 

individwi fil-

 

individwi fil-

Popolazzjoni ITT

 

 

 

Popolazzjoni ITT

 

 

Linja ta’ bażi VAS

63.7

61.5

 

Linja ta’ Bażi VAS

69.3

67.7

(mm)

 

(mm)

 

 

 

 

 

Bidla mil-linja ta’

-41.6

-14.6

 

Bidla mil-linja ta’

-44.8

-23.5

bażi għal 4 sigħat

 

bażi għal 4 sigħat

 

 

 

 

 

Differenza bejn it-

 

 

 

Differenza bejn it-

 

 

trattamenti (95%

-27.8 (-39.4, -16.2) p < 0.001

 

trattamenti (95%

-23.3 (-37.1, -9.4) p = 0.002

CI, valur-p)

 

 

 

CI, valur-p)

 

 

Bidla mil-linja ta’

 

 

 

Bidla mil-linja ta’

 

 

bażi għal 12-il

-54.0

-30.3

 

bażi għal 12-il

-54.2

-42.4

siegħa

 

 

 

siegħa

 

 

Differenza bejn it-

 

 

 

Differenza bejn it-

 

 

trattamenti (95%

-24.1 (-33.6, -14.6) p < 0.001

 

trattamenti (95%

-15.2 (-28.6, -1.7) p = 0.028

CI, valur- p)

 

 

 

CI,valur- p)

 

 

Ħin medjan għall-

 

 

 

Ħin medjan għall-

 

 

bidu tas-solljev

 

 

 

bidu tas-solljev

 

 

mis-sintomi

 

 

 

mis-sintomi

 

 

(sigħat)

 

 

 

(sigħat)

 

 

L-episodji kollha

2.0

12.0

 

L-episodji kollha

2.5

4.6

(N = 74)

 

(N = 56)

 

 

 

 

 

Rata ta’ rispons

 

 

 

Rata ta’ rispons

 

 

(%, CI) 4 sigħat

 

 

 

(%, CI) 4 sigħat

 

 

wara l-bidu tat-

 

 

 

wara l-bidu tat-

 

 

trattament

 

 

 

trattament

 

 

L-episodji kollha

80.0

30.6

 

L-episodji kollha

66.7

46.4

(N = 74)

(63.1, 91.6)

(16.3, 48.1)

 

(N = 56)

(46.0, 83.5)

(27.5, 66.1)

Ħin medjan għall-

 

 

 

Ħin medjan għall-

 

 

bidu tas-solljiev

 

 

 

bidu tas-soljliev

 

 

mis-sintomi: is-

 

 

 

mis-sintomi: is-

 

 

sintomi kollha

 

 

 

sintomi kollha

 

 

(sigħat):

1.6

3.5

 

(sigħat):

 

3.3

Uġigħ addominali

 

Uġigħ addominali

2.0

Nefħa fil-ġilda

2.6

18.1

 

Nefħa fil-ġilda

3.1

10.2

Uġigħ fil-ġilda

1.5

12.0

 

Uġigħ fil-ġilda

1.6

9.0

 

 

 

 

 

 

Studju Kliniku Ikkontrollat ta’ FIRAZYR vs Aċidu traneżamiku/Plaċebo:

Riżultati ta’ l-effikaċja

 

 

FAST-2

 

 

 

 

 

 

 

 

FAST-1

 

 

 

 

Icatibant

 

Aċidu

 

 

 

 

 

Icatibant

Plaċebo

 

 

 

traneżamiku

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħin medjan għal

 

 

 

 

 

 

 

Ħin medjan għal

 

 

 

 

 

solljiev kważi

 

 

 

 

 

 

 

solljiev kważi

 

 

 

 

 

 

komplet mis-

 

 

 

 

 

 

 

komplet mis-

 

 

 

 

 

 

sintomi (sigħat)

 

 

 

 

 

 

 

sintomi (sigħat)

 

 

 

 

 

 

L-episodji kollha

 

10.0

 

 

51.0

 

 

L-episodji kollha

 

8.5

 

19.4

 

(N = 74)

 

 

 

 

 

(N = 56)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħin medjan għar-

 

 

 

 

 

 

 

Ħin medjan għar-

 

 

 

 

 

regressjoni tas-

 

 

 

 

 

 

 

regressjoni tas-

 

 

 

 

 

 

sintomi, mill-

 

 

 

 

 

 

 

sintomi, mill-

 

 

 

 

 

 

pazjent (sigħat)

 

 

 

 

 

 

 

pazjent (sigħat)

 

 

 

 

 

 

L-episodji kollha

 

0.8

 

 

7.9

 

 

L-episodji kollha

 

0.8

 

16.9

 

(N = 74)

 

 

 

 

 

(N = 56)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħin medjan għal

 

 

 

 

 

 

 

Ħin medjan għal

 

 

 

 

 

titjib globali tal-

 

 

 

 

 

 

 

titjib globali tal-

 

 

 

 

 

 

pazjent, mit-tabib

 

 

 

 

 

 

 

pazjent, mit-tabib

 

 

 

 

 

(sigħat)

 

 

 

 

 

 

 

(sigħat)

 

 

 

 

 

 

L-episodji kollha

 

1.5

 

 

6.9

 

 

L-episodji kollha

 

1.0

 

5.7

 

(N = 74)

 

 

 

 

 

(N = 56)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tabella 3. Riżultati tal-effikaċja għal FAST-3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Riżultati tal-Effikaċja: FAST-3; Fażi Kkontrollata -- Popolazzjoni ITT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Endpoint

 

 

Statistika

 

Firazyr

 

Plaċebo

 

Valur-p

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(n = 43)

 

(n=45)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Endpoint primarju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħin għall-Bidu tas-Solljiev

Medjana

 

2.0

 

 

19.8

 

<0.001

 

mis-Sintomi -- VAS kompost

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(sigħat)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Endpoints oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħin għall-Bidu tas-Solljiev

Medjana

 

1.5

 

 

18.5

 

< 0.001

 

mis-Sintomu Primarju (sigħat)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bidla fl-Iskor tal-VAS

Medja

 

-19.74

 

 

-7.49

 

< 0.001

 

Kompost wara sagħtejn mill-

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

kura

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bidla fl-Iskor Kompost tas-

Medja

 

-0.53

 

 

-0.22

 

< 0.001

 

Sintomi Vvalutati mis-Suġġett

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

wara sagħtejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bidla fl-Iskor Kompost tas-

Medja

 

-0.44

 

 

-0.19

 

< 0.001

 

Sintomi Vvalutati mill-

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Investigatur wara sagħtejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħin għal Solljiev mis-Sintomi

Medjana

 

8.0

 

 

36.0

 

0.012

 

Kważi Komplet (sigħat)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Riżultati tal-Effikaċja: FAST-3; Fażi Kkontrollata -- Popolazzjoni ITT

Endpoint

Statistika

Firazyr

Plaċebo

Valur-p

 

 

 

 

 

 

 

(n = 43)

(n=45)

 

 

 

 

 

 

Ħin għal Titjib Inizjali mis-

Medjana

0.8

3.5

< 0.001

Sintomi Vvalutat mis-Suġġett

 

 

 

 

(sigħat)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħin għat-Titjib Inizjali Viżiv

Medjana

0.8

3.4

< 0.001

fis-Sintomi Vvalutat minn

 

 

 

 

Investigatur (sigħat)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta’ 66 pazjent b'attakk ta’ HAE li affettwa l-larinġi ġew ikkurati f'dawn il-provi kliniċi ta' Fażi III kkontrollati. Ir-riżultati kienu simili għal dawk ta’ pazjenti b’attakki ta’ HAE fir-rigward tal-ħin għall- bidu tas-solljiev mis-sintomi.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetika ta’ icatibant ġiet ikkaratterizzata b’mod estensiv bi studji li użaw kemm għoti fil- vina kif ukoll taħt il-ġilda lil voluntiera b’saħħithom u pazjenti. Il-profil farmakokinetiku ta’ icatibant f’pazjenti b’HAE huwa simili għal dak f’voluntiera b’saħħithom.

Assorbiment

Wara għoti taħt il-ġilda, il-bijodisponibilità assoluta ta’ icatibant hija 97%. Il-ħin għall- konċentrazzjoni massima huwa ta’ madwar 30 minuta.

Distribuzzjoni

Il-volum ta’ distribuzzjoni ta’ icatibant (Vss) huwa madwar 20-25 L. It-twaħħil mal-proteini tal- plasma huwa ta’ 44%.

Eliminazzjoni

Icatibant jitneħħa prinċipalment bil-metaboliżmu b’anqas minn 10% tad-doża tiġi mneħħija fl-awrina bħala mediċina mhux mibdula. It-tneħħija hija madwar 15-20 litru/siegħa u hija indipendenti mid- doża. Il-half-life terminali tal-plasma hija ta’ madwar siegħa sa sagħtejn.

Bijotrasformazzjoni

Icatibant huwa metabolizzat b’mod estensiv minn enzimi proteolitiċi għal metaboliti inattivi li jitneħħew primarjament fl-awrina.

Studji in vitro kkonfermaw li icatibant ma jiġix degradat minn passaġġi metaboliċi ossidattivi u mhuwiex inibitur ta’ isoenzimi (CYP) maġġuri taċ-ċitokromu P450 (CYP 1A2, 2A6, 2B6, 2C8, 2C9,

2C19, 2D6, 2E1, u 3A4) u mhuwiex induttur ta’ CYP 1A2 u 3A4.

Popolazzjonijiet speċjali

Id-dejta turi tnaqqis fit-tneħħija relatata ma’ l-età li tirriżulta f’madwar 50-60% iktar esponiment f’persuni akbar fl-età (bejn 75 u 80 sena) meta pparagunat ma’ pazjenti ta’ 40 sena. Id-dejta tgħid li s- sess u l-piż m’għandhomx influwenza sinifikattiva fuq il-farmakokinetika ta’ icabitant.

Id-dejta limitata turi li l-esponiment għal icatibant mhuwiex influwenzat minn indeboliment epatiku jew tal-kliewi. L-influwenza tar-razza fuq il-farmakokinetika ta’ icatibant ma ġietx evalwata. M’hemmx informazzjoni farmakokinetika fit-tfal

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Saru studji b’dożi ripetuti fuq il-firien li damu sejrin sa 6 xhur u fuq il-klieb li damu sejrin 9 xhur. Kemm fil-firien kif ukoll fil-klieb, kien hemm tnaqqis relatat mad-doża fil-livelli ta’ ormoni sesswali jiċċirkolaw u l-użu ripetut ta’ icatibant dewwem b’mod riversibbli l-maturazzjoni sesswali.

L-esponimenti massimi tal-ġurnata definiti bl-erja taħt il-kurva (AUC) fil-Livelli fejn Ma Kienu Osservati Ebda Effetti Avversi (NOAEL) fl-istudju ta’ disa’ xhur fil-kelb kienu 2.3 drabi l-AUC fil- bniedem wara doża taħt il-ġilda ta’ 30 mg. NOAEL ma kienx miżurabbli fl-istudju tal-far, madankollu, is-sejbiet kollha minn dak l-istudju urew jew effetti riversibbli għal kollox jew parzjalment riversibbli fil-firien ikkurati. Ġiet osservata ipertrofija tal-glandoli adrenali fid-dożi kollha ttestjati fil-firien. Ipertrofija tal-glandoli adrenali dehret li tmur lura wara waqfien tal-kura b’icatibant. Ir-relevanza klinika tas-sejbiet tal-glandoli adrenali mhijiex magħrufa.

Icatibant ma għandu ebda effett fuq il-fertilità tal-ġrieden irġiel (l-ogħla doża 80.8 mg/kg/kuljum) u firien (l-ogħla doża ta’ 10 mg/kg/kuljum).

Fi studju ta’ sentejn biex jiġi evalwat il-potenzjal karċinoġeniku ta’ icatibant fil-firien, dożi ta’ kuljum li jagħtu livelli ta’ esponiment sa bejn wieħed u ieħor darbtejn ta’ dak milħuq wara doża terapewtika fil-bnedmin, ma kellhom l-ebda effett fuq l-inċidenza jew il-morfoloġija tat-tumuri. Ir-riżultati ma jindikawx li hemm potenzjal karċinoġeniku għal icatibant.

F’batterija standard ta’ testijiet in vitro u in vivo, icatibant ma kellux effett tossiku fuq il-ġeni.

Icatibant ma kienx teratoġeniku meta ngħata b’injezzjoni taħt il-ġilda waqt l-iżvilupp bikri ta’ l- embriju u tal-fetu fil-far (doża massima 25 mg/kg/kuljum) u l-fenek (doża massima 10 mg/kg/kuljum).

Icatibant huwa antagonist qawwi ta’ bradykinin u għalhekk, f’livelli ta’ dożi għoljin, it-trattament jista’ jkollu effetti fuq il-proċess ta’ l-uterine implantation u l-istabilità suċċessiva ta’ l-utru fil-bidu tat-tqala. Dawn l-effetti fuq l-utru jidhru wkoll fl-aħħar fażi tat-tqala meta icatibant juri effett tokolitiku li jirriżulta fl-ittardjar tat-twelid fil-far, tbatija akbar tal-fetu u mewt perinatali b’dożi għoljin

(10 mg/kg/kuljum).

Fi studju tat-tossiċità fost iż-żgħar li fih, firien li kienu sesswalment immaturi ġew ikkurati kuljum bi

3 mg/kg għal 7 ġimgħat, ġiet osservata atrofija tat-testikoli u tal-epididimidi. Dehru effetti simili ta' icatibant fuq it-tessut riproduttiv f'firien u klieb sesswalment maturi. Dawn is-sejbiet fuq it-tessuti kienu konsistenti mal-effetti rrapportati fuq il-gonadotrofini u matul il-perjodu mingħajr kura sussegwenti jidhru li huma riversibbli.

Icatibant ma ġab ebda tibdil fil-konduzzjoni kardijaka in vitro (kanal hERG) jew in vivo fi klieb normali jew f’diversi mudelli ta’ klieb (pass ventrikolari, sforz fiżiku u rabta koronarja) meta ma ġie osservat l-ebda tibdil ħemodinamiku relatat. Icatibant intwera li jiggrava l-iskemija indotta tal-qalb f’diversi mudelli mhux kliniċi, għalkemm effett detrimentali ma ntweriex b’mod konsistenti f’iskemija akuta.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Sodium chloride

Acetic acid, glacial (għal aġġustament tal-pH)

Sodium hydroxide (għal aġġustament tal-pH)

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

18-il xahar.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25C.

Tagħmlux fil-friża.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

3 ml ta’ soluzzjoni f’siringa mimlija għal-lest (ħġieġ tat-tip I) ta’ 3 ml b’tapp planġer (bromobutyl miksi b’polimeru tal-fluworokarbonju). Labra ipodermika (25 G; 16 mm) hija inkluża fil-pakkett.

Id-daqs tal-pakkett ta’ siringa waħda mimlija għal-lest b’labra waħda jew pakkett multiplu li fih tliet siringi mimlijin għal-lest bi tliet labar.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Is-soluzzjoni għandha tkun ċara u bla kulur u ħielsa minn frak li jidher. Għal użu ta’ darba biss.

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.ID-DETENTUR TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Shire Orphan Therapies GmbH

Friedrichstrasse 149

D-10117 Berlin

Il-Ġermanja

8.NUMRU(I) TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/08/461/001

EU/1/08/461/002

9.DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 11 Lulju 2008

Data tal-aħħar tiġdid: 13 ta’ Marzu 2013

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati