Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Firazyr (icatibant) – Fuljett ta’ tagħrif - C01EB19

Updated on site: 06-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFirazyr
Kodiċi ATCC01EB19
Sustanzaicatibant
ManifatturShire Orphan Therapies GmbH

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Firazyr 30 MG soluzzjoni għal injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Icatibant

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Firazyr u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Firazyr

3.Kif għandek tuża Firazyr

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Firazyr

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Firazyr u għalxiex jintuża

Firazyr fih is-sustanza attiva icatibant.

Firazyr jintuża biex jiġu trattati s-sintomi ta’ anġjoedema ereditarja (HAE) f’pazjenti adulti. F’HAE, il-livelli ta’ sustanza fid-demm tiegħek imsejħa bradykinin jiżdiedu u dan iwassal għal sintomi bħal nefħa, uġigħ, nawżea u dijarrea.

Firazyr jimblokka l-attività ta’ bradykinin u għalhekk iwaqqaf il-progressjoni supplementari tas- sintomi ta’ attakk ta’ HAE.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Firazyr

Tużax Firazyr

-Jekk inti allerġiku/a għal icatibant, jew sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elekati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib qabel ma tieħu Firazyr:

L-effetti sekondarji konnessi ma’ Firazyr huma simili għas-sintomi tal-marda tiegħek. Informa mill- ewwel lit-tabib tiegħek jekk tinnota li s-sintomi tiegħek ta’ l-attakk jiġu agħar wara li tkun ħadt

Firazyr.

-jekk tbati minn anġina (fluss tad-demm imnaqqas lejn il-muskolu tal-qalb

-jekk dan l-aħħar tatek puplesija

Apparti minn hekk:

-Għandek tkun ġejt imħarreġ/imħarrġa fuq it-teknika ta’ injezzjoni taħt il-ġilda qabel ma tagħti

Finazyr lilek innifsek.

-Immedjatament wara li tagħti Finazyr lilek innifsek jew jekk jagħtihielek min ikun qed jieħu ħsiebek waqt li tkun qed tesperjenza attakk larinġeali (ostruzzjoni tan-naħa ta’ fuq tal-passaġġ tal-arja), għandek tfittex kura f’istituzzjoni medika.

-Jekk is-sintomi tiegħek ma jgħibux wara injezzjoni ta’ Firazyr mogħtija minnek stess, għandek tfittex parir medikudwar injezzjonijiet addizzjonali b’Firazyr. Sa żewġ injezzjonijiet addizzjonali jistgħu jittieħdu f’24 siegħa.

Tfal u adoloxxenti

Firazyr mhuwiex rakkomandat sabiex jintuża fi tfal u adoloxxenti taħt it-18-il sena peress li għadu ma

ġiex studjat fil-grupp ta’ din l-età.

Mediċini oħra u Firazyr

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra.

Firazyr mhux magħruf li jinteraġixxi ma’ mediċini oħra. Jekk qed tieħu mediċina magħrufa bħala inibitur ta’ l-Angiotensin Converting Enzyme (ACE) (per eżempju: captopril, enalapril, ramipril, quinapril, lisinopril) li tintuża biex tbaxxi l-pressjoni tad-demm tiegħek jew għal xi raġuni oħra, inti għandek tinforma lit-tabib tiegħek qabel tirċievi Firazyr.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tibda tuża Firazyr.

Jekk qiegħda tredda’, inti m’għandekx tredda’ għal 12-il siegħa wara li tkun ħadt l-aħħar injezzjoni ta’ Firazyr.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Issuqx u tħaddimx magni jekk tħossok għajjien/a jew stordut/a b’riżultat ta’ l-attakk ta’ l-HAE tiegħek jew wara li tuża Firazyr.

Firazyr fih ammont żgħir ta’ sodju.

Is-soluzzjoni għal injezzjoni fiha anqas minn 1 mmol (23 milligramma) sodju, għalhekk hija prattikament ‘mingħajr sodju’.

3.Kif għandek tuża Firazyr

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Jekk qatt ma rċevejt Firazyr qabel, l-ewwel doża ta’ Firazyr dejjem għandha tiġi injettata mit-tabib jew mill-infermier tiegħek. It-tabib tiegħek jgħidlek meta tista’ tmur id-dar mingħajr periklu. Wara diskussjoni mat-tabib jew mal-infermier tiegħek u wara taħriġ fit-teknika ta’ injezzjoni taħt il-ġilda, inti tkun tista’ tinjetta lilek innifsek b'Firazyr jew min ikun qed jieħu ħsiebek ikun jista' jinjetta Firazyr għalik meta jkollok attakk tal-HAE. Huwa importanti li Firazyr jiġi injettat taħt il-ġilda hekk kif tinnota attakk ta' anġjoedema ereditarja. Dak li jagħtik il-kura tas-saħħa sejjer jgħallem lilek u lil min jieħu ħsiebek kif tinjetta Firazyr mingħajr periklu billi ssegwi l-istruzzjonijiet fil-Fuljett ta’ Tagħrif.

Meta u kull kemm għandek tuża Firazyr?

-It-tabib tiegħek stabbilixxa d-doża eżatta ta’ Firazyr u se jgħidlek kull kemm għandu jintuża. Id- doża rakkomandata ta’ Firazyr hija injezzjoni waħda (3 ml, 30 mg) mogħtija minn taħt il-ġilda

malli tinnota l-attakk ta’ anġjoedema ereditarja (per eżempju nefħa akbar fil-ġilda, li taffettwa b’mod partikolari l-wiċċ u l-għonq, jew uġigħ ta’ żaqq li jiżdied).

Jekk ma tħoss ebda solljiev tas-sintomi wara 6 sigħat, għandek tfittex parir mediku dwar injezzjonijiet addizzjonali b’Firazyr. Sa żewġ injezzjonijiet addizzjonali jistgħu jittieħdu f’24 siegħa.

M’għandekx tieħu aktar minn 3 injezzjonijiet f’perjodu ta’24 siegħa u jekk għandek bżonn aktar minn 8 injezzjonijiet addizzjonali f’xahar, għandek tfittex parir mediku.

Kif għandu jingħata Firazyr?

Firazyr huwa maħsub għal injezzjoni minn taħt il-ġilda. Kull siringa għandha tintuża darba biss. Firazyr jiġi injettat b’labra qasira fit-tessut xaħmi taħt il-ġilda fl-addome (żaqq).

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

L-istruzzjoni pass, pass li ġejja hija maħsuba għal għoti mill-pazjent innifsu biss.

L-istruzzjonijiet jinkludu l-passi prinċipali li ġejjin:

1)Informazzjoni Ġenerali Importanti

2)Kif tħejji s-siringa u l-labra għal injezzjoni

3)Kif tħejji s-sit tal-injezzjoni

4)Kif tinjetta s-soluzzjoni

5)Rimi tal-materjal tal-injezzjoni

Struzzjonijiet pass, pass għall-Injezzjoni

1)Informazzjoni Ġenerali Importanti

Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma qabel tibda l-proċess

Iftaħ l-istrixxa billi tqaxxar wara tas-siġill

Neħħi s-siringa mimlija għal-lest mit-trej tal-istrixxa

Neħħi l-kappa mit-tarf tas-siringa mimlija għal-lest billi tiftaħ il-kappa

Serraħ is-siringa mimlija għal-lest wara li tiftaħ il-kappa

2) Kif tħejji s-siringa u l-labra għal injezzjoni

Neħħi l-kappa tal-labra mill-istrixxa

Neħħi s-siġill minn mal-kappa tal-labra, il-labra għandha tkun għadha fil-kappa tal-labra

Aqbad is-siringa sod. Waħħal il-labra b’attenzjoni mas-siringa mimlija għal-lest li fiha s- soluzzjoni bla kulur

Invita s-siringa mimlija għal-lest mal-labra li tkun għadha fil-kappa tal-labra

Neħħi l-labra minn mal-kappa tal-labra billi tiġbed is-siringa. Tiġbidx il-planġer

Issa, is-siringa hija lesta għall-injezzoni

3) Kif tħejji s-sit tal-injezzjoni

Agħżel is-sit tal-injezzjoni. Is-sit tal-injezzjoni għandu jkun qabda minn żaqqek ta’ madwar 5- 10 ċm (2-4 pulzieri) taħt iż-żokra tiegħek fuq naħa jew oħra. Din iż-żona għandha tkun għallinqas 5 ċm (2 pulzieri) ’il bogħod minn xi ċikatriċi. Tagħżilx żona li tkun imbenġla, minfuħa jew li tikkawża uġigħ

Naddaf is-sit tal-injezzjoni billi togħrok pad bl-alkoħol u ħalliha tinxef

4)Kif tinjetta s-soluzzjoni

Żomm is-siringa b’id waħda bejn żewġ swaba’ bil-behem fil-qiegħ tal-planġer

Agħmel żgur li ma jkun hemm ebda bużżieqa tal-arja fis-siringa billi tagħfas il-planġer sakemm tidher l-ewwel qatra fuq il-ponta tal-labra

4) Kif tinjetta s-soluzzjoni (tkompli)

Żomm is-siringa f’angolu ta’ bejn 45-90 grad mal-ġilda bil-labra tħares lejn il-ġilda

Żomm is-siringa f’id waħda, uża l-id l-oħra biex iżżomm bil-mod qabda tal-ġilda tiegħek bejn il-behem u s-swaba' fis-sit tal-injezzjoni li tkun ġiet iddisinfettata qabel

Żomm il-qabda tal-ġilda, ġib is-siringa mal-ġilda u daħħal malajr il-labra fil-qabda tal-ġilda

Imbotta l-planġer tas-siringa bil-mod b’id soda sakemm il-likwidu kollu jkun ġie injettat fil-

ġilda u ma jibqa’ ebda likwidu fis-siringa

Agħfas bil-mod sabiex dan jieħu madwar 30 sekonda

Erħi l-qabda tal-ġilda u oħroġ il-labra bil-mod

5)Rimi tal-materjal tal-injezzjoni

Armi s-siringa, il-labra u l-kappa tal-labra f’reċipjent għall-affarijiet jaqtgħu, għar-rimi ta’ skart li fil-każ li ma jiġix immaniġġat b’mod xieraq, jista’ jweġġa’ lil ħaddieħor.

4.Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jtista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Kważi l-pazjenti kollha li jirċievu Firazyr jesperjenzaw reazzjoni fejn tingħata l-injezzjoni (bħal irritazzjoni tal-ġilda, nefħa, uġigħ, ħakk, ħmura tal-ġilda u sensazzjoni ta’ ħruq). Dawn l-effetti ġeneralment ikunu ħfief u jmorru waħedhom mingħajr il-ħtieġa ta’ xi trattament addizzjonali.

L-effetti sekondarji komuni ħafna (li jaffetwaw aktar minn 1 minn 10 persuni) huma: Reazzjonijiet oħra fil-punt ta’ l-injezzjoni (sensazzjoni ta' pressjoni, tbenġil, sensazzjoni mnaqqsa u/jew truxija, raxx imqajjem tal-ġilda bil-ħakk u sħana).

L-effetti sekondarji komuni (li jaffetwaw sa 1 minn 10 persuni) huma:

Tħossok ma tiflaħx Uġigħ ta’ ras

Sturdament Deni

Ħakk

Raxx

Ħmura fil-ġilda

Test tal-funzjoni tal-fwied mhux normali

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota li s-sintomi tiegħek tal-attakk marru għall-agħar wara li ħadt Firazyr.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Firazyr

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tistadi li tidher fuq it-tikketta wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25C. Tagħmlux fil-friża.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li il-pakkett tas-siringa jew tal-labra tkun saritlu l-ħsara jew jekk ikun hemm sinjali viżibbli ta’ deterjorament, per eżempju jek is-soluzzjoni tkun imdaħħna, jekk ikollha frak fil-wiċċ, jew jekk il-kulur tas-soluzzjoni jkun inbidel.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-drenaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Firazyr

Is-sustanza attiva hi icatibant. Kull siringa mimlija għal-lest fiha 30 milligramma (bħala aċetat). Is- sustanzi l-oħra huma sodium chloride, acetic acid glacial, sodium hydroxide u ilma għall-injezzjoni.

Id-dehra ta’ Firazyr u l-kontenuti tal-pakkett

Firazyr jiġi bħala soluzzjoni ċara, bla kulur għal injezzjoni f’siringa tal-ħġieġ mimlija għal-lest ta’ 3 ml. Labra ipodermika hija inkluża fil-pakkett.

Firazyr jiġi bħala pakkett b’siringa waħda mimlija għal-lest b’labra waħda jew bħala pakkett multiplu li fih tliet siringi mimlijin għal-lest bi tliet labar.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Shire Orphan Therapies GmbH

Friedrichstrasse 149

D-10117 Berlin

Il-Ġermanja.

L-Manifattur

Shire Pharmaceuticals Ireland Limited

5 Riverwalk

Citywest Business Campus

Dublin 24

L-Irlanda

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati