Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Firdapse (Zenas) (amifampridine) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N07XX05

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFirdapse (Zenas)
Kodiċi ATCN07XX05
Sustanzaamifampridine
ManifatturBioMarin Europe Ltd

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

FIRDAPSE 10 mg pilloli

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola fiha amifampridine phosphate ekwivalenti għal 10 mg ta’ amifampridine.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola.

Pillola tonda bajda, b’wiċċ ċatt fuq naħa waħda u b’sinjal imnaqqax fuq in-naħa l-oħra.

Il-pillola tista’ tinqasam f’nofsijiet indaqs.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kura sintomatika tas-sindromu mijasteniku ta’ Lambert-Eaton (LEMS) f’adulti.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura għandha tinbeda taħt is-superviżjoni ta’ tabib b’esperjenza fil-kura tal-marda.

Pożoloġija

FIRDAPSE għandu jingħata f’dożi maqsuma, tlieta jew erba’ darbiet kuljum. Id-doża rrakkomandata tal-bidu hija 15 mg amifampridine kuljum, li tista’ tiżdied f’inkrementi ta’ 5 mg kull 4 sa 5 ijiem, sa massimu ta’ 60 mg fil-ġurnata. Doża waħda m’għandhiex taqbeż 20 mg.

Il-pilloli għandhom jittieħdu mal-ikel. Jekk jogħġbok ara sezzjoni 5.2 għal aktar informazzjoni dwar il-bijodisponibilità ta’ amifampridine fi stat mitmugħ u fi stat sajjem.

Differenzi ġenetiċi fl-enzimi N-acetyl transferase jistgħu jispjegaw l-esponiment sistemiku varjabbli ta’ amifampridine (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Jekk it-trattament ma jitkompliex, il-pazjenti jistgħu jesperjenzaw xi sintomi ta’ LEMS.

Indeboliment renali jew epatiku

FIRDAPSE għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti b’indeboliment renali jew epatiku. F’pazjenti li jkollhom indeboliment moderat jew sever tal-funzjoni renali jew epatika hija rrakkomandata doża inizjali ta’ 5 mg amifampridine (nofs pillola) darba kuljum. Għall-pazjenti b’indeboliment ħafif tal- funzjoni renali jew epatika hija rrakkomandata doża inizjali ta’ 10 mg (5 mg darbtejn kuljum) FIRDAPSE kuljum. Il-pazjenti għandhom jiġu titrati iżjed bil-mod minn dawk mingħajr indeboliment renali jew epatiku, bid-dożi jiġu miżjuda b’inkrementi ta’ 5 mg kull 7 ijiem. Jekk ikun hemm xi reazzjoni mhux mixtieqa, it-titrazzjoni ’l fuq tad-doża għandha titwaqqaf (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ FIRDAPSE fit-tfal minn età ta’ 0 sa 17-il sena ma ġewx determinati s’issa.

Dejta mhix disponibbli

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal użu orali biss.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1

Epilessija

Ażma mhix ikkontrollata

Użu flimkien ma’ sultopride (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1)

Użu flimkien ma’ prodotti mediċinali b’tieqa terapewtika dejqa (ara sezzjoni 4.5).

Użu flimkien ma’ prodotti mediċinali magħrufa li jistgħu jikkawżaw titwil tal-QTc

F’pazjenti b’sindromi konġenitali tal-QT (ara sezzjoni 4.4)

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Indeboliment renali jew epatiku

Il-farmakokinetika ta’ amifampridine kienet evalwata fi studju ta’ Fażi I b’doża waħda f’pazjenti b’indeboliment renali (ara sezzjoni 5.2).

Ma sarux studji fuq pazjenti b’indeboliment epatiku. Minħabba r-riskju ta’ żjieda ċara fl-esponiment għall-prodott mediċinali, pazjenti b’indeboliment renali jew epatiku jridu jiġu mmonitorjati b’attenzjoni. Id-doża ta’ amifamipridine f’pazjenti li jkollhom indeboliment renali jew epatiku għandha tiġi titrata iżjed bil-mod milli f’pazjenti b’funzjoni renali jew epatika normali. It-titrazzjoni ’l fuq tad-doża għandha titwaqqaf jekk jitfaċċaw xi reazzjonijiet mhux mixtieqa (ara sezzjoni 4.2).

Aċċessjonijiet

L-esponiment għal amifampridine huwa assoċjat ma’ żjieda fir-riskju ta’ aċċessjonijiet epilettiċi. Ir- riskju tal-aċċessjonijiet huwa dipendenti fuq id-doża u jiżdied f’pazjenti li jkollhom fatturi ta’ riskju li jbaxxu l-limitu epilettiku; fosthom l-użu flimkien ma’ prodotti mediċinali oħra li huma magħrufa li jbaxxu l-limitu epilettiku (ara sezzjoni 4.5). F’każ ta’ aċċessjoni, il-kura għandha titwaqqaf.

Riskju ta’ karċinoġenità

Fi studju dwar il-karċinoġenità djetetika li dam sentejn, Schwannomas beninji u malinja kienu osservati fil-firien ittrattati b’amifampridine (ara sezzjoni 5.3). Amifampridine ma kellux effett tossika fuq il-ġeni f’serje standard ta’ testijiet in vitro u in vivo. Il-korrelazzjoni bejn l-użu ta’amifampridine u l-iżvilupp ta’ tumuri fil-bnedmin mhux magħruf fil-preżent.

Il-maġġoranza tax-Schwannomas huma beninji u asintomatiċi. Dawn jistgħu jfeġġu f’diversi postijiet, għalhekk il-preżentazzjoni klinika tista’ tvarja. Dijanjożi ta’ Schwannoma għandha tiġi kkunsidrata għal pazjeni li jkollhom sintomi bħal massa li tweġġa’ mal-palpazzjoni jew sintomi simili għal newropatija kompressiva. Ix-Schwannomas ġeneralment jikbru bil-mod u jistgħu jeżistu għal xhur sa snin mingħajr ma jipproduċu sintomi. Il-benefiċċju tal-kontinwazzjoni tat-trattament b’amifampridine għandu jiġi rivedut għal kull pazjent li jiżviluppa Schwannoma.

Amifampridine għandu jiġi użat b’attenzjoni f’pazjenti b’riskju miżjud ta’ Schwannomas, bħal pazjenti li għandhom storja medika ta’ tumuri bħal dawn, newrofibromatożi ta’ Tip 2 jew schwannomatożi.

Effetti kardijaċi

Monitoraġġ kliniku u bl-elettrokardjogrammi (ECG) huwa indikat fil-bidu tal-kura u suċċessivament kull sena. F’każ ta’ sinjali u sintomi li jindikaw arritmiji tal-qalb, l-ECG għandu jsir mill-ewwel. L- ebda tibdil morfoloġiku klinikament rilevanti fl-ECG ma ġie osservat wara li ngħata amifampridine phosphate fi studju li sar fuq voluntiera b’saħħithom (ara sezzjoni 5.1).

Mard konkomitanti

Il-pazjenti għandhom jiġu avżati sabiex jinfurmaw lil kull tabib li jikkunsaltaw li huma jkunu qegħdin jieħdu dan il-prodott mediċinali, billi jista’ jkun hemm bżonn ta’ monitoraġġ mill-qrib ta’ xi marda konkomitanti, speċjalment l-ażma.

Stat ta’ acetylation

Il-farmakokinetika u l-esponiment sistemiku għal amifampridine huma influwenzati b’mod partikolari mill-attività globali ta’ aċetalizzazzjoni metabolika tal-enzimi N-acetyl transferase (NAT) polimorfiċi (fenotip acetylator) u tal-ġenotip NAT2, li huma suġġetti għal varjazzjoni ġenetika (ara sezzjoni 5.2), kif muri fl-istudju fuq voluntiera f’saħħithom. F’dan l-istudju, acetylators bil-mod kellhom aktar reazzjonijiet avversi minn acetylators mgħaġġla. Il-profil ta’ sigurtà f’dan l-istudju huwa konsistenti ma’ reazzjonijiet avversi osservati f’pazjenti fuq FIRDAPSE.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Interazzjonijiet farmakokinetiċi

Prodotti mediċinali eliminati permezz tal-metaboliżmu jew sekrezzjoni attiva

M’hemmx dejta dwar l-effetti ta’ amifampridine fuq il-metaboliżmu jew is-sekrezzjoni attiva ta’ prodotti mediċinali oħra. Għaldaqstant, għandha tingħata attenzjoni speċjali f’pazjenti li jkunu qegħdin jieħdu kura fl-istess waqt bi prodotti mediċinali eliminati permezz tal-metaboliżmu jew sekrezzjoni attiva. Meta jkun possibbli huwa rrakkomandat monitoraġġ. Jekk ikun meħtieġ, id-doża tal-prodott mediċinali mogħti fl-istess ħin għandha tiġi aġġustata. L-użu flimkien ta’ prodotti mediċinali b’tieqa terapewtika dejqa huwa kontra-indikat (ara sezzjoni 4.3).

Sustanzi li huma inibituri qawwija ta’ enzimi li jimmetabolizzaw prodotti mediċinali (ara sezzjoni 5.2)

Inibituri qawwija tal-enzimi ċitokromju P450 (CYP450) eż. cimetidine, ketoconazole mhux probabbli li jistgħu jinibixxu l-metaboliżmu ta’ amifampridine minn NATs fil-bniedem iwassal għal żjieda fl- esponiment ta’ amifampridine. Ir-riżultati mill-istudju in vitro dwar l-inibizzjoni ta’ CYP450 jindikaw li amifampridine mhux probabbli li jkollu rwol fl-interazzjoni klinika bejn mediċina u oħra bbażat fuq il-metaboliżmu relatat mal-inibizzjoni tal-metaboliżmu ta’ CYP1A2, CYP2A6, CYP2B6, CYP2C8, CYP2C9, CYP2C19, CYP2D6, CYP2E1, u CYP3A4 prodotti mediċinali mogħtija flimkien.

Irrispettivament, il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib għar-reazzjonijiet mhux mixtieqa meta tinbeda l-kura b’inibitur qawwi tal-enzimi jew tat-trasportatur renali. Jekk il-kura b’inibitur qawwi titwaqqaf, il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għall-effikaċja billi tista’ tkun meħtieġa żjieda fid-doża ta’ amifampridine.

Sustanzi li huma indutturi qawwija ta’ enzimi li jimmetabolizzaw prodotti mediċinali (ara sezzjoni 5.2)

Ir-riżultati minn studji in vitro jissuġġerixxu li hemm potenzjal baxx ta’ interazzjoni bejn mediċina u oħra minħabba l-induzzjoni kkawżata minn enzima tal-enzimi CYP1A2, CYP2B6, u CYP3A4 minn amifampridine.

Interazzjonijiet farmakodinamiċi

Ibbażat fuq il-kwalitajiet farmakodinamiku ta’ amifampridine, l-użu flimkien ma’ sultopride jew prodotti mediċinali oħra magħrufa li jikkawżaw titwil tal-QT (eż. disopyramide, cispride, domperidone, rifampicin u ketoconazole) huwa kontra-indikat billi din it-taħlita tista’ twassal għal

żjieda fir-riskju ta’ takikardija ventrikolari, b’mod partikolari torsade de pointes (ara sezzjonijiet 4.3 u 5.1).

Taħlitiet li jeħtieġu prekawzjonijiet għall-użu

Prodotti mediċinali magħrufa li jbaxxu l-limitu epilettiku

L-użu ta’ amifampridine flimkien ma’ sustanzi li huma magħrufa li jbaxxu l-limitu epilettiku jista’ jwassal għal żjieda fir-riskju ta’ aċċessjonijiet. Id-deċiżjoni li jingħataw sustanzi prokonvulżivi jew li jbaxxu l-limitu epilettiku għandha titqies b’attenzjoni fid-dawl tas-severità tar-riskji assoċjati. Dawn is-sustanzi jinkludu l-biċċa l-kbira tal-antidepressanti (antidepressanti triċikliċi, inibituri selettivi tat- teħid ta’ serotonin), newrolettiċi (phenothiazines u butyrophenones), mefloquine, bupropion u tramadol (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1).

Taħlitiet li għandhom jiġu kkunsidrati

Prodotti mediċinali b’effetti tal-atropina L-użu ta’ FIRDAPSE flimkien ma’ prodotti mediċinali b’effetti atropiniċi jista’ jnaqqas l-effett taż-żewġ sustanzi attivi u għandu jiġi kkunsidrat. Prodotti mediċinali b’effetti atropiniċi jinkludu l-antidepressanti triċikliċi, ħafna mill-antiistamini atropiniċi H1, antikolinerġiċi, prodotti mediċinali kontra l-marda ta’ Parkinson, antispasmodiċi atropiniċi, disopyramide, newrolettiċi phenothiazine u clozapine.

Prodotti mediċinali b’effetti kolinerġiċi

L-użu ta’ FIRDAPSE flimkien ma’ prodotti mediċinali b’effetti kolinerġiċi (eż. inibituri diretti jew indiretti tal-cholinesterase) jista’ jwassal għal żjieda fl-effett taż-żewġ prodotti u għandu jiġi kkunsidrat.

Prodotti mediċinali mhux depolarizzanti li jirrilassaw il-muskoli

L-użu ta’ FIRDAPSE flimkien ma’ prodotti mediċinali b’effetti mhux depolarizzanti ta’ rilassament tal-muskoli (eż. mivacurium, pipercurium) jista’ jwassal għal tnaqqis fl-effett taż-żewġ prodotti u għandu jiġi kkunsidrat.

Prodotti mediċinali depolarizzanti li jirrilassaw il-muskoli

L-użu ta’ FIRDAPSE flimkien ma’ prodotti mediċinali b’effetti depolarizzanti ta’ rilassament tal- muskoli (eż. suxamethonium) jista’ jwassal għal tnaqqis fl-effett taż-żewġ prodotti u għandu jiġi kkunsidrat.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

FIRDAPSE m’għandux jintuża waqt it-tqala. Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw kontraċettiv effettiv waqt it-trattament b’FIRDAPSE. M’hemmx tagħrif kliniku xieraq disponibbli fuq tqaliet esposti għal amifampridine. Amifampridine ma wera l-ebda effett fuq il-vijabilità tal-embriju/fetu u l-

żvilupp fil-fniek; madankollu, fil-firien, ġiet osservata żieda fil-għadd ta’ ommijiet bi frieħ imwielda mejtin (ara sezzjoni 5.3).

Treddigħ

Mhux magħruf jekk amifampridine jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-omm. Dejta disponibbli fuq ir-riproduzzjoni f’annimali wriet il-preżenza ta’ amifampridine fil-ħalib ta’ ommijiet li kienu qed ireddgħu. Evalwazzjoni ta’ annimali li għadhom jitwieldu li kienu qed jiġu mredda’ ma wriet l-ebda indikazzjoni ta’ reazzjonijiet avversi meta kienu esposti għal amifampridine permezz tal-ħalib. Gћandha tittieћed deċiżjoni jekk il-mara twaqqafx it-treddigћ jew twaqqafx it-trattament b’FIRDAPSE wara li jiġi kkunsidrat il-benefiċċju ta’ treddigћ gћat-tarbija u l-benefiċċju tat-trattament gћall-mara.

Fertilità

Tagħrif mhux kliniku dwar is-sigurtà hu disponibbli rigward l-effetti ta’ amifampridine fuq il-funzjoni riproduttiva. L-ebda indeboliment fuq il-fertilità ma ġie osservat fi studji mhux kliniċi b’amifampridine (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Minħabba reazzjonijiet avversi bħal ħedla, sturdament, aċċessjonijiet u vista mċajpra, amifampridine jista’ jkollu effett żgħir jew effett moderat fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni (ara sezzjoni 4.8).

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Is-sindrome mijasteniku ta’ Lambert-Eaton huwa disturb rari ħafna. Konsegwentement, teżisti ftit informazzjoni dwar ir-reazzjonijiet avversi ta’ kura b’amifampridine minħabba n-numru żgħir ta’ pazjenti involuti.

L-iżjed reazzjonijiet avversi huma l-parasteżiji (bħal parasteżiji periferali u peribukali) u d-disturbi gastro-intestinali (bħal epigastralġija, dijarea, dardir u wġigħ addominali). L-intensità u l-inċidenza tal- biċċa l-kbira tar-reazzjonijiet avversi humaa dipendenti fuq id-doża.

Tabella 1 hawn taħt telenka r-reazzjonijiet avversi b’FIRDAPSE

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Il-frekwenzi huma defniti bħala: Komuni ħafna (≥ 1/10), Komuni (≥ 1/100 sa < 1/10), Mhux komuni (≥ 1/1000 sa < 1/100), Rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000), Rari ħafna (< 1/10,000) u Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull grupp ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi huma ppreżentati fl-ordni ta’ severità dejjem tonqos).

Il-frekwenzi kienu stmati bbażat fuq studju kliniku sabiex jiġu evalwati l-effetti ta’ amifampridine fuq ir-ripolarizzazzjoni kardijaka wara doża waħda ta’ 30 mg jew 60 mg f’voluntiera b’saħħithom.

Tabella 1: Reazzjonijiet Avversi Rrappurtati b’FIRDAPSE

Sistema tal-klassifika

MedDRA

Frekwenza

tal-organi MedDRA

Terminu ppreferut

 

Disturbi psikjatriċi:

Disturbi fl-irqad, ansjetà

Mhix magħrufa

Disturbi fis-sistema

Konvulżjonijiet, korea, ngħas, mijoklonija, dgħufija, għeja, Mhix magħrufa

nervuża:

uġigħ ta’ ras

 

 

Sturdament1, ipoestesija1, paraestesija1

Komuni ħafna

Disturbi fl-għajnejn:

Vista mċajpra

Mhix magħrufa

Disturbi fil-qalb:

Disturbi fir-ritmu kardijaku, palpitazzjonijiet

Mhix magħrufa

Disturbi vaskulari:

Sindromu ta’ Raynaud

Mhix magħrufa

 

Estremitajiet kesħin1

Komuni

Disturbi respiratorji,

Iposekrezzjoni bronkjali, attakk tal-ażżma f’pazjenti

Mhix magħrufa

toraċiċi u medjastinali: ażżmatiċi jew pazjenti bi storja ta’ ażżma, sogħla

 

 

 

 

Disturbi gastro-

Ipoaestesija orali1, paraestesiji orali1, paraestesiji

Komuni ħafna

intestinali:

periferali u peribukkali, dardir1

 

 

Uġigħ ta’ żaqq

Komuni

 

 

 

 

Dijarea, epigastralġja

Mhix magħrufa

 

 

Disturbi fil-fwied u fil- Livelli għoljin ta’ enzimi tal-fwied (transaminases)

Mhix magħrufa

marrara:

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-

Iperidrożi1, għaraq kiesaħ1

Komuni ħafna

tessuti ta’ taħt il-ġilda:

 

 

1 Reazzjonijiet avversi rrappurtati fi studju kliniku sabiex jiġu evalwati l-effetti ta’ amifampridine fuq ir-ripolarizzazzjoni kardiiaka wara doża waħda ta’ 30 mg jew 60 mg f’voluntiera b’saħħithom.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Ftit hemm esperjenza ta’ doża eċċessiva. Il-manifestazzjonijiet ta’ doża eċċessiva akuta jinkludu rimettar u uġigħ addominali. F’każ ta’ doża eċċessiva l-pazjent għandu jwaqqaf il-kura. M’hemm ebda antidotu speċifiku magħruf. Għandha tingħata kura ta’ sostenn kif indikat klinikament, fosthom monitoraġġ mill-qrib tas-sinjali vitali.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: mediċini oħra għas-sistema nervuża, Kodiċi ATC: N07XX05.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Amifampridine jimblokka l-kanali tal-potassju dipendenti fuq il-vultaġġ, u b’hekk itawwal id- depolarizzazzjoni presinaptika tal-membrana taċ-ċelluli. It-titwil tal-potenzjal ta’ azzjoni jżid it- trasport tal-kalċju għal ġot-truf tan-nervituri. Iż-żjieda li tirriżulta fil-konċentrazzjonijiet intraċellulari ta’ kalċju tiffaċilita l-eżoċitosi ta’ nuffati li fihom l-acetylcholine, li min-naħa tagħha ttejjeb it- trasmissjoni newromuskolari.

Huwa jtejjeb is-saħħa tal-muskoli u d-daqs tar-resting compound muscle action potential (CMAP) b’differenza medja globali peżata ta’ 1.69 mV (95% CI 0.60 għal 2.77).

Effetti farmakodinamiċi

Il-profil farmakodinamiku ta’ amifampridine ġie studjat għal firxa ta’ dożi. Studju prospettiv, randomised, ikkontrollat bil-plaċebo fuq 26 pazjent bis-sindrome mijasteniku ta’ Lambert-Eaton

(LEMS) irrapporta effikaċja klinika għal amifampridine fid-doża massima rrakkomandata standard ta’ 60 mg/ġurnata (Sanders et al 2000). Żewġ studji oħra fuq total ta’ 57 pazjent b’LEMS irrapportaw dejta minn dożi akbar ta’ amifampridinea McEvoy et al 1989, irrapportaw dejta minn studju fuq perijodu qasir fi 12-il pazjent b’LEMS, li wera li l-għoti ta’ amifampridine a’dożi sa 100 mg / ġurnata għal perijodu ta’ 3 ijiem kien effettiv fil-kura tas-sintomi awtonomiċi u motorili tal-LEMS. Sanders et al 1998 ippreżentaw dejta dwar l-effikaċja u s-sigurtà ta’ kura b’amifampridine a’dożi

sa100 mg/ġurnata f’45 pazjent b’LEMS li ġew trattati għal medja ta’ 31 xahar. Għaldaqstant, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, dożi aktar għoljin sa massimu ta’ 80 mg/ġurnata jistgħu jkunu ta’ benefiċċju meta jingħataw bil-monitoraġġ xieraq tas-sigurtà. Huwa rrakkomandat li t-titrazzjoni tad-doża minn

60 mg/ġurnata għal 80 mg/ġurnata ssir f’inkrementi ta’ 5 mg kull 7 ijiem. It-titrazzjoni ’l fuq tad-doża għandha titwaqqaf jekk jiġu osservati xi episodji mhux mixtieqa jew abnormalitajiet fl-ECG.

L-effett ta’ doża waħda ta’ 30 mg jew 60 mg ta’ amifampridine phosphate intuża biex tiġi evalwata r- relazzjoni farmakokinetika-QTc tal-konċentrazzjoni tal-mediċina fuq l-esponiment tar- ripolarizzazzjoni kardijaka f’voluntiera b’saħħithom. Din l-evalwazzjoni twettqet fi studju crossover ta’ Fażi 1, double-blind, li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, biex jiġu definiti l-effetti tal- ECG ta’ amifampridine phosphate f’dawn id-dożi meta mqabbla mal-plaċebo u moxifloxacin (kontroll pożittiv) f’irġiel u nisa b’saħħithom u nisa li huma acetylators bil-mod (n=52). Ma kien hemm l-

ebda effett ta’ amifampridine phosphate fuq ir-rata ta’ taħbit tal-qalb, il-

konduzzjoni atrijoventrikulari jew depolarizzazzjoni kardijaka kif imkejla permezz tar-rata ta’ taħbit tal-qalb, PR u t-tul tal-intervall QRS. L-ebda individwu ma żviluppa tibdil morfoloġiku ġdid klinikament rilevanti fl-ECG wara l-għoti ta’ amifampridine phosphate. L-ebda

effett ta’ amifampridine phosphate ma ġie osservat fuq ir-ripolarizzazzjoni kardijaka kif evalwat bl- użu tal-intervall tal-QTc.

Dan il-prodott mediċinali kien awtorizzat taħt ‘ċirkustanzi eċċezzjonali’.

Dan ifisser li minħabba li l-marda hija rari ma kienx possibbli li tinkiseb informazzjoni kompluta dwar dan il-prodott mediċinali.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ser tirrevedi kull tip ta’ informazzjoni ġdida li toħroġ kull sena u ser taġġorna dan is-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott, skont il-bżonn.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Amifampridine mogħti mill-ħalq huwa assorbit malajr fil-bnedmin, u jilħaq konċentrazzjonijiet massimi fil-plażma fi żmien 0.6 sa 1.3 sigħat (valuri medja).

Fil-bnedmin, ir-rata u l-ammont ta’ assorbiment ta’ amifampridine huwa influwenzat mill-ikel (Ara Tabella 2). Kien hemm tnaqqis f’Cmax u fl-AUC, u żieda fil-ħin biex jintlaħqu l-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma meta amifampridine phosphate ingħata mal-ikel meta mqabbel ma’ għoti mingħajr ikel. Fil-preżenza tal-ikel kienet osservata żieda ta’ darbtejn fil-ħin biex tintlaħaq Cmax (Tmax). B’mod simili Cmax u AUC0-∞ kienu ogħla fi stat sajjem milli fi stat mitmugħ. B’mod globali, l- ikel ikkawża assorbiment aktar bil-mod u naqqas l-assorbiment ta’ amifampridine bi tnaqqis fl- esponiment skont Cmax b’medja ta’ ~44% u tnaqqis fl-esponiment skont l-AUC b’~20% abbażi ta’ proporzjonijiet ġeometriċi medji (mitmugħa sa sajmin).

Differenzi evidenti fil-half-life tal-eliminazzjoni terminali mill-plażma kienu 3-4 darbiet bejn l- individwi fl-istudju dwar l-effett tal-ikel. Il-bijodisponibilità hija ta’ madwar 93-100% bbażata fuq l- irkupru ta’ amifampridine u mhux metabolizzata u tal-metabolit maġġuri 3-N-acetylated amifampridine fl-awrina.

Tabella 2: Parametri PK għal Amifampridine f’Individwi Mitmugħa u Sawma Wara Għoti ta’ Doża Orali Waħda ta’ Amifampridine Phosphate

Amifampridine

Cmax

 

AUC0-∞

Tmax

(ng/ml)

(ng∙hr/ml)

(hr)

(hr)

20 mg

medja (S.D.), firxa

Medja (S.D.), firxa

medja (S.D.), firxa

medja (S.D.), firxa

 

Stat sajjem

59.1

(34.4), 16-137

117 (76.6), 22.1-271

0.637 (0.247), 0.25-1.5

2.5 (0.73), 1.23-4.31

(N=45)

 

 

 

 

 

Stat mitmugħ*

40.6

(31.3), 2.81-132

109 (76.4), 9.66-292

1.31 (0.88), 0.5-4.0

2.28 (0.704),

(N=46)

 

 

 

 

0.822-3.78

* Teħid ta’ ikla standardizzata b’ħafna xaħam

Fi studju fuq voluntiera f’saħħithom, l-esponiment sistemiku għal amifampridine kien influwenzat b’mod partikolari mill-attività globali ta’ aċetalizzazzjoni metabolika tal-enzimi NAT u tal-ġenotip

NAT2. Il-ġeni NAT huma polimorfiċi ħafna u jirriżultaw f’fenotipi b’rati varjabbli ta’ attività ta’ aċetalizzazzjoni li jvarjaw minn bil-mod għal mgħaġġla. Fi studju fuq voluntiera f’saħħithom, acetylators mgħaġġla kienu definiti bħala dawk li jkollhom proporzjon ta’ metabolit tal-kaffeina ta’ >0.3 u acetylators bil-mod bħala dawk li jkollhom proporzjon ta’ metabolit tal-kaffeina ta’ <0.2. Kien hemm esponiment ogħla b’mod sinifikanti għal amifampridine f’acetylators bil-mod meta mqabbel ma’ acetylators mgħaġġla. Differenzi statistikament sinifikanti fil-parametri PK Cmax, AUC0-∞, t1/2 u tneħħija apparenti ta’ amifampridine kienu osservati bejn acetylators mgħaġġla u dawk bil-mod fil- livelli kollha tad-doża.

Tabella 3: Parametri PK medji Amifampridine f’Individwi f’Saħħithom wara Dożi Orali Waħdanin (5-30mg) f’Fenotipi ta’ Acetylators Mgħaġġla u bil-Mod

Doża ta’

 

 

 

 

Amifampridine

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(mg)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Individwi (N)

 

 

 

 

Fenotip tal-

Mgħaġġla

 

Bil-mod

Mgħaġġla

 

Bil-mod

Mgħaġġla

 

Bil-mod

Mgħaġġla

 

Bil-mod

Acetylator

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Parametri PK Medji ta’ Amifampridine

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AUC0-t

2.89

30.1

9.55

 

66.3

24.7

 

43.5

(ng·h/ml)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AUC0-∞

3.57

32.1

11.1

 

68.9

26.2

 

45.2

(ng·h/ml)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Cmax (ng/ml)

3.98

17.9

9.91

 

34.4

16.2

 

56.7

25.5

89.6

Tmax (hr)

0.750

0.830

0.805

 

1.14

1.04

 

1.07

0.810

1.29

t 1/2 (hr)

0.603

2.22

1.21

 

2.60

1.23

 

2.93

1.65

3.11

Il-proporzjon medju ta’ acetylator tal-kaffeina għal dawn it-12-il individwu li kienu qed jirċievu 4 dożi li jiżdiedu kien ta’ 0.408 u 0.172 għat-tipi ta’ acetylators mgħaġġla u bil-mod rispettivament.

Distribuzzjoni

Id-distribuzzjoni ta’ amifampridine ġiet studjata fil-far. Wara għoti orali ta’ amifampridine radjutikkettat [14C], il-materjal radjuattiv huwa assorbit malajr mill-apparat gastro-intestinali u jiġi mifrux sew madwar il-ġisem. Konċentrazzjonijiet fit-tessuti ġeneralment huma simili għal jew ogħla mill-konċentrazzjonijiet fil-plażma, bl-akbar konċentrazzjoni fl-organi ta’ tneħħija (fwied, kliewi u l- apparat gastro-intestinali) u f’xi tessuti ta’ funzjoni glandolari (glandoli tad-dmugħ, tal-bżieq, tal- muku, pitwitarja u tat-tirojde).

Bijotrasformazzjoni

Studji in vitro u in vivo fil-bniedem jindikaw li amifampridine huwa metabolizzat għal metabolita maġġuri wieħed, 3- N- aċetilatati amifampridine.

Eliminazzjoni

Fil-bnedmin, 93.2% sa 100% ta’ amifampridine jitneħħa fl-awrina fi żmien 24 siegħa wara ddożar bħala amifampridine (19%) u l-metabolita tiegħu 3-N-acetylated amifampridine (74.0% sa 81.7%). Il- half-life ta l-eliminazzjoni mill-plażma hija madwar 2.5 sigħat għal amifampridine u 4 sigħat għall- metabolita tiegħu 3-N-acetylated amifampridine.

It-tneħħija globali ta’ amifampridine fil-biċċa l-kbira hija minħabba metaboliżmu permezz ta’ N- acetylation u l-fenotip acetylator għandu effett akbar fuq il-metaboliżmu tal-individwu u l- eliminazzjoni ta’ amifampridine minn eliminazzjoni permezz tal-funzjoni renali (Ara Tabella 4).

Indeboliment renali

Esponiment għal amifampridine ġeneralment kien ogħla f’individwi b’indeboliment renali milli f’individwi b’funzjoni renali normali; madankollu, il-fenotip NAT2 kellu effett akbar fuq l-esponiment tal-individwu għal amifampridine mill-istat tal-funzjoni renali (Ara Tabella 4). Esponiment għal amifampridine skont l-AUC0-∞ kien sa 2 darbiet ogħla f’acetylators bil-mod u sa 3 darbiet ogħla f’acetylators mgħaġġla b’indeboliment renali sever meta mqabbel ma’ individwi b’funzjoni renali normali. Esponiment skont Cmax kien affettwat b’mod minimu biss permezz ta’ indeboliment renali irrispettivament mill-istat ta’ acetylation.

B’kuntrast, il-livelli ta’ esponiment għall-metabolit 3-N-acetyl kienu affettwati aktar permezz ta’ indeboliment tal-kliewi minn dawk ta’ amifampridine. L-esponiment għal metabolit 3-N-acetyl skont l-AUC0-∞ kien sa 6.8 darbiet ogħla f’acetylators bil-mod u sa 4 darbiet ogħla f’acetylators mgħaġġla b’indeboliment renali sever meta mqabbel ma’ individwi b’funzjoni renali normali. Esponiment skont Cmax kien affettwat b’mod minimu biss permezz ta’ indeboliment renali irrispettivament mill-istat ta’ acetylation. Għalkemm il-metabolit mhux attiv fil-kanali tal-potassium, effetti potenzjali mhux fil-mira minħabba akkumulazzjoni mhux magħrufa.

Tabella 4: Parametri PK Medji ta’ Amifampridine f’Individwi b’Funzjoni Renali Normali u b’Indeboliment Renali wara Għoti ta’ Doża Orali Waħda (10mg) f’Fenotipi ta’ Acetylator bil- Mod u Mgħaġġla

Stat Renali

Normali

Ħafif

 

Moderat

Sever

Individwi

 

(N)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fenotip ta’

Mgħaġġl

Bil-Mod

Mgħaġġla

 

Bil-Mod

Mgħaġġl

Bil-Mod

Mgħaġġl

Bil-

NAT2

a

 

 

 

 

a

 

a

Mod

 

 

Parametri PK Medji ta’ Amifampridine

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AUC 0-∞

10.7

59.1

16.1

 

81.3

14.3

32.8

(ng·siegħa/

 

ml)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Cmax (ng/ml)

7.65

38.6

11.1

 

33.5

8.33

52.5

9.48

44.1

Tmax (siegħa)

0.44

0.43

0.88

 

0.88

0.51

0.55

0.56

0.63

t1/2 (siegħa)

1.63

2.71

1.86

 

2.95

1.72

3.89

1.64

3.17

 

 

Parametri PK Medji ta’ 3-N-acetyl

Amifampridine

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AUC 0 -∞

 

(ng·siegħa/

 

ml)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Cmax (ng/ml)

 

Tmax (siegħa)

1.13

0.75

1.44

 

1.38

2.00

1.13

1.63

2.81

t1/2 (siegħa)

4.32

4.08

5.35

 

7.71

13.61

6.99

18.22

15.7

Indeboliment tal-fwied

Mhemmx dejta dwar il-farmakokinetika ta’ amifampridine f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika

M’hemmx informazzjoni dwar il-farmakokinetika ta’ amifampridine f’pazjenti pedjatriċi (ara sezzjoni 4.2).

L-effett tal-età fuq il-farmakokinetika ta’ amifampridine ma ġiex studjat.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji ta’ sigurtà farmakoloġika fuq il-firien, ma dehrux effetti relatati mas-sistema respiratorja sa 10 mg/kg jew fuq is-sistema nervuża ċentrali sa 40 mg/kg.

Fi studji tal-effett tossiku minn dożi ripetuti fuq il-firien u l-klieb, dehru effetti fuq is-sistema nervuża ċentrali u awtonomika, żjieda fil-piż tal-fwied u tal-kliewi u effetti kardijaċi (imblokk atrijoventrikolari tat-tieni grad). Ma nkisbu l-ebda marġini ta’ sigurtà għall-esponiment uman fl-istudji fuq l-annimali minħabba s-sensittività tal-mudelli ta’ annimali li ntużaw.

Fi studju dwar il-karċinoġeniċità djetetika fil-firien li dam sentejn, amifampridine kkawża żidiet relatati mad-doża żgħar iżda statistikament sinifikanti fl-inċidenza ta’ Schwannomas fiż-żewġ sessi u ta’ karċinomi endometrijali fin-nisa. Ir-rilevanza klinika ta’ dawn ir-riżultati mhux magħrufa.

Amifampridine ma kellux effett tossiku fuq il-ġeni f’numru standard ta’ testijiet in vitro u in vivo, iżda r-riżultati tal-istudji sħaħ dwar ir-riskju ta’ kanċer mhumiex disponibbli.

Studji fuq l-annimali li evalwaw l-effett ta’amifampridine fuq it-tossiċita riproduttiva u l-iżvilupp saru fuq firien u fniek f’dożi sa 75 mg/kg/jum. Amifampridine ma kellu ebda effett avvers fuq il-fertilità ta’ firien irġiel u nisa f’dożi sa 75 mg/kg/jum, u ma ġiet osservata l-ebda reazzjoni fuq l-iżvilupp ta’ wara t-twelid jew fuq il-fertilità fil-frieħ ta’ annimali ttrattati. Fi studju ta’ dwar ir-riproduzzjoni waqt/wara t-twelid f’firien tqal ittrattati b’amifampridine, ġiet osservata żieda relatata mad-doża fil-perċentwali ta’ ommijiet bi frieħ imwielda mejta (16.7%-20%) b’doża ta’ 22.5 mg/kg/jum u 75 mg/kg/jum (1.1 u 2.7 darbiet tad-doża ta’ 80 mg kuljum fil-bnedmin ibbażata fuq is-Cmax). Madankollu, fi studju simili f’firien tqal, ma kien hemm l-ebda effett fuq il-vijabilità embrijofetali meta ġew evalwati immedjatament qabel it-twelid f’dożi sa 57 mg/kg/jum.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Microcrystalline cellulose

Anhydrous colloidal silica

Calcium stearate

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u mill- umdità.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji perforati ta’ dożi uniċi, iffurmati bis-sħana (Strixxi laminati ffurmati bis-sħana tal-aluminium- PVC/PVDC) li fihom 10 pilloli.

Kaxxa waħda fiha 100 pillola mqassmin f’10 strixxi b’10 pilloli kull waħda.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

BioMarin Europe Limited,

10 Bloomsbury Way

London, WC1A 2SL

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/09/601/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 23 ta’ Diċembru 2009

Data tal-aħħar tiġdid: 1 ta’ Diċembru 2014

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni ddettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati