Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Forsteo (teriparatide) – Fuljett ta’ tagħrif - H05AA02

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaForsteo
Kodiċi ATCH05AA02
Sustanzateriparatide
ManifatturEli Lilly Nederland B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

FORSTEO 20 microgramma/80 mikrolitri soluzzjoni għall-injezzjoni ġo pinna mimlija lesta

Teriparatide

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu FORSTEO u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża FORSTEO

3.Kif għandek tuża FORSTEO

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen FORSTEO

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu FORSTEO u gћalxiex jintuża

FORSTEO fih is-sustanza attiva teriparatide li jintuża biex issaħħaħ l-għadam u biex inaqqas ir-riskju ta’ ksur billi jistimula l-formazzjoni tal-għadam.

FORSTEO jintuża għall-kura ta’ l-osteoporożi fl-adulti. L-osteoporożi hija marda li ġġiegħel lill- għadam tiegħek jirqaqu u jiddgħajjfu. Din il-marda hija speċjalment komuni fin-nisa wara l- menopawża iżda tista’ sseħħ ukoll fl-irġiel. L-osteoporożi hija wkoll komuni f’pazjenti li qegħdin jingħataw il-kortikosterojdi.

2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża FORSTEO

Tużax FORSTEO:

jekk inti allerġiku/a għal teriparatide jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

jekk tbati minn livell għoli ta’ calcium (iperkalċemija pre-eżistenti).

jekk tbati minn problemi serji fil-kliewi.

jekk qatt kont dijanjostikat b’kanċer ta’ l-għadam jew b’xi kanċer ieħor li nfirixlek

(immetastatizza) fl-għadam

jekk għandek xi tip ta’ mard ta’ l-għadam. Jekk għandek xi marda fl-għadam, għid lit-tabib.

jekk għandek livelli għoljin ta’ alkaline phosphatase fid-demm mingħajr ma taf għaliex, li tfisser li jista’ jkun li għandek il-marda tal-għadam ta’ Paget (marda fejn ikun hemm bidliet mhux normali fl-għadam). Jekk m’intix ċert staqsi lit-tabib.

jekk kellek terapija bir-radjazzjoni fejn kienu involuti l-għadam.

jekk int tqila jew qed tredda’.

Twissijiet u prekawzjonijiet

FORSTEO jista’ jikkawża żieda fl-ammont ta’ calcium fid-demm jew fl-awrina. Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel jew waqt li qed/a tuża FORSTEO:

jekk b’mod kontinwu għandek it-tqalligħ, ir-rimettar, l-istitikezza, tħossok bla saħħa jew għandek il-muskoli dgħajfin. Dawn jistgħu’ jkunu sinjali li għandek wisq calcium fid-demm.

jekk tbati minn ġebel fil-kliewi jew għandek passat mediku ta’ ġebel fil-kliewi.

jekk tbati minn xi problemi tal-kliewi (indeboliment moderat tal-kliewi).

Wara l-ewwel ftit dożi xi pazjenti jħossuhom sturduti jew ikollhom il-qalb li tibda tħabbat b’mod mgħaġġel. Għall-ewwel dożi, FORSTEO għandu jiġi injettat fejn, jekk tħoss li ġej xi sturdament, tkun tista’ mal-ewwel toqgħod bilqiegħda jew timtedd.

M’għandekx taqbeż iż-żmien rakkomandat ta’ kura ta’ 24 xahar.

FORSTEO m’għandux jintuża f’adulti li għadhom qed jikbru.

Tfal u adolexxenti

FORSTEO m’ għandux jintuża fit-tfal u fl-adolexxenti ( inqas minn 18-il sena).

Mediċini oħra u FORSTEO

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra għax kultant jistgħu jirreaġixxu ma’ xulxin (eż, digoxin/digitalis, mediċina għall-kura tal-mard fil-qalb).

Tqala u treddigħ

Tużax FORSTEO jekk int tqila jew qed tredda’. Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila, għandek tuża metodi effettivi ta’ kontraċezzjoni waqt l-użu ta’ FORSTEO. Jekk toħroġ tqila, FORSTEO għandu jitwaqqaf. Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni:

Xi pazjenti jistgħu jħossu sturdament wara li jingħataw FORSTEO. Jekk tħossok sturdut m’ għandekx issuq jew tħaddem magni sakemm tkun tħossok aħjar.

Tagħrif importanti dwar xi wħud mill-ingredjenti ta’ FORSTEO:

Din il-mediċina fiha inqas minn mmol 1 ta’ sodium (23 mg) għal kull doża. Dan ifisser li tista’ tgħid li huwa “ħieles mis-sodium”.

3.Kif gћandek tuża FORSTEO

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rrakkmandata hija ta’ 20 mikrogramma mogħtija darba kuljum b’ injezzjoni taħt il-ġilda (injezzoni subkutanja) fil-koxxa jew fl-addome. Bħala għajnuna biex tiftakar tieħu l-mediċina tiegħek, injettah madwar l-istess ħin kuljum.

Injetta FORSTEO kuljum għal kemm qallek it-tabib tiegħek. It-tul totali tal-kura b’FORSTEO m’ għandux ikun aktar minn 24 xahar. M’għandekx tirċievi iżjed minn kors wieħed ta’ kura ta’ 24 xahar tul il-ħajja kollha tiegħek.

FORSTEO jista’ jingħata waqt il-ħin ta’ l-ikel.

Aqra l-ktejjeb li huwa l-Manwal tal-Pazjent, li jinstab fil-kaxxa għal tagħrif dwar kif tuża l-pinna FORSTEO.

Il-labar tal-injezzjoni mhumiex inklużi mal-pinna. Jistgħu jintużaw labar għall-pinen Becton, Dickinson u Company b’gejġ ta’ 29 sa 31 (dijametru ta’ 0.25-0.33 mm) u b’tul ta’ 12.7, 8 jew 5 mm.

Għandek tieħu l-injezzjoni tiegħek ta’ FORSTEO ftit wara li toħroġ il-pinna mill-friġġ kif mniżżel fil- manwal tal-pazjent. Qiegħed il-pinna lura fil-friġġ mill-ewwel wara li tkun użajtha.

Uża labra ta’ l-injezzjoni ġdida għal kull injezzjoni u armiha wara kull użu. Qatt taħżen il-pinna bil- labra mwaħħla. Qatt taqsam il-pinna ta’ FORSTEO tiegħek ma’ ħaddieħor.

It-tabib jista’ jagħtik parir li tuża FORSTEO b’calcium u vitamina D. It-tabib tiegħek jgħidlek kemm għandek tieħu kuljum.

Forsteo jista’ jingħata kemm mal-ikel kif ukoll fuq stonku vojt.

Jekk tuża aktar FORSTEO milli suppost

Jekk, bi żball, tuża aktar FORSTEO milli suppost, ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

L-effetti li tista’ tistenna minħabba doża eċċessiva jinkludu tqalligħ, rimettar, sturdament u wġigħ ta’ ras

Jekk tinsa jew ma tistax tieħu FORSTEO fil-ħin tas-soltu, ħudu malajr kemm jista’ jkun f’dik il-

ġurnata. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu. Fl-istess ġurnata tieħux iżjed minn injezzjoni waħda. Tipprovax tagħmel tajjeb għal doża li ma tkunx ħadt.

Jekk tieqaf tieħu FORSTEO

Jekk qed/a taħseb biex twaqqaf il-kura b’FORSTEO, jekk jogħġbok iddiskutiha mat-tabib tiegħek. It- tabib tiegħek se jagħtik parir u jiddeciedi kemm għandek iddum tieħu l-kura b’FORSTEO.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

L-aktar effetti sekondarji komuni huma l-uġigħ fid-dirgħajn u fir-riġlejn (il-frekwenza hija komuni

ħafna, tista’ tolqot aktar minn persuna 1 minn kull 10) u tħossok ma tiflaħx, uġigħ ta’ ras u sturdament (il-frekwenza hija komuni). Jekk tħossok sturdut (tħoss rasek iddur) wara l-injezzjoni, għandek tpoġġi jew timtedd sakemm tħossok aħjar. Jekk ma tħossokx aħjar, għandek issejjaħ lit-tabib tiegħek qabel ma tkompli l-kura. Każijiet ta’ ħass ħażin ġew irrapportati bl-użu ta’ teriparatide.

Jekk tħoss xi skumdità bħal ħmura fil-ġilda, uġigħ, nefħa, ħakk, tbenġil jew xi telf minimu ta’ demm madwar il-post ta’ l-injezzjoni (il-frekwenza hija komuni), din għandha tgħaddi fi ftit jiem jew ġimgħat. Inkella għid lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun.

Xi pazjenti kellhom reazzjonijiet allerġiċi ftit ħin wara l-injezzjoni, li kienu jikkonsistu f’qtugħ ta’ nifs, nefħa tal-wiċċ, raxx u uġigħ fis-sider (il-frekwenza hija rari). F’każijiet rari, jistgħu jseħħu reazzjonijiet allerġiċi serji li jinkludu l-anafilassi u li jistgħu jkunu ta’ theddida għall-ħajja.

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Komuni: jistgħu jolqtu sa persuna 1 minn kull 10

żieda fil-livell tal-kolesterol fid-demm

depressjoni

uġigħ newraliġiku fir-riġlejn

ħass ħażin

taħbit irregolari tal-qalb

qtugħ ta’ nifs

żieda fl-għaraq

bugħawwieġ fil-muskoli

nuqqas ta’ enerġija

għeja

uġigħ fis-sider

pressjoni baxxa tad-demm

ħruq ta’ stonku (sensazzjoni ta’ uġigħ jew ħruq eżatt taħt l-għadma ta’ nofs is-sider

tħossok imdardar (rimettar)

ftuq tat-tubu li jġorr l-ikel għall-istonku tiegħek

ammont baxx ta’ emoglobina jew taċ-ċelluli ħomor fid-demm (anemija)

Mhux komuni: jistgħu jolqtu sa persuna 1 minn kull 100

taħbit aktar mgħaġġel tal-qalb

ħoss mhux normali fil-qalb

qtuġħ ta’ nifs

emorrojdi (murliti)

telf aċċidentali jew ċarċir ta’ l-awrina

żieda fil-bżonn li tgħaddi l-awrina

żieda fil-piż

ġebel fil-kliewi

uġigħ fil-muskoli u uġigħ fil-ġogi. Xi pazjenti kellhom bugħawwieġ jew uġigħ sever fid-dahar, li wassal biex kellhom jidħlu l-isptar

żieda fil-livell tal-kalċju fid-demm

żieda fil-livell tal-aċtu uriku fid-demm

żieda f’enzima msejħa alkaline phosphatase

Rari: jistgħu jolqtu sa persuna 1 minn kull 1,000

tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi, inkluża l-insuffiċjenza renali

nefħa l-iżjed fl-idejn, fis-saqajn u fir-riġlejn

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen FORSTEO

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-pinna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

FORSTEO għandu jinħażen fi friġġ (2°C – 8°C) f’ kull ħin. Tista’ tuża l-FORSTEO sa 28-il jum wara l-ewwel injezzjoni sakemm il-pinna tinħażen fi friġġ ( 2°C – 8°C).

Tiffriżax FORSTEO. Evita li tqiegħed il-pinen qrib tal-kompartiment tas-silġ fil-friġġ biex ma tiffriżax. Tużax FORSTEO jekk huwa, jew ġie, iffriżat.

Kull pinna għandha tintrema kif jixraq wara 28-il jum, ukoll jekk mhix kompletament vojta.

FORSTEO fih soluzzjoni ċara u mingħajr kulur. Tużax FORSTEO jekk jidhru frak jew jekk is- soluzzjoni hija mdardra jew ikkulurita.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih FORSTEO:

-Is-sustanza attiva hija teriparatide. Kull millilitru ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni fih 250 mikrogramma ta’ teriparatide.

-L-ingredjenti l-oħrajn huma: glacial acetic acid, sodium acetate (anidrat), mannitol, metacresol, u ilma għall-injezzjoni. Minbarra dan, setgħu ġew miżjuda hydrochloric acid u/jew soluzzjoni ta’ sodium hydroxide għall-aġġustament tal-pH.

Kif jidher FORSTEO u l-kontenut tal-pakkett

FORSTEO huwa soluzzjoni bla kulur u ċara. Issibu ġo stoċċ li jkun ġo pinna li tintrema u li hija mimlija lesta. Kull pinna fiha 2.4 mL ta’ soluzzjoni li huma biżżejjed għal 28 doża. Il-pinen issibhom f’kaxxi tal-kartun li fihom waħda jew tliet pinen. Jista’ jkun li ma jkunux disponibbli l-pakketti tad- daqsijiet kollha.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Eli Lilly Netherland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

Manifattur

Lilly France S.A.S, Rue du Colonel Lilly, F-67640 Fegersheim, Franza.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A. /N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. + 370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A. /N.V.

Тел: + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: + 45 45 26 60 00

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: + 3726817280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges.m.b.H.

Τηλ: + 30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Elanco Valquímica S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 623-1732

Tel: + 48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France SAS

Lilly Portugal - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: + 33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited.

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0)1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o

Sími: + 354 540 80 00

Tel: + 421- 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: + 357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

Eli Lilly and Company Limited

Tel: + 371 67364000

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal- UE/EEA fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

MANWAL GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MILL-PINNA

Forsteo

FORSTEO 20 mikrogramma (µg)/ 80 mikrolitru soluzzjoni għall-injezzjoni ta', f'pinna mimlija għal-lest

Istruzzjonijiet għall-użu

Qabel ma tuża l-pinna l-ġdida tiegħek, jekk jogħġbok aqra s-sezzjoni Istruzzjonijiet għall-Użu kollha. Segwi l-istruzzjonijiet bir-reqqa meta tuża l-pinna.

Aqra wkoll il-fuljett ta' tagħrif ipprovdut.

Taqsamx il-pinna jew il-labar tiegħek ma’ oħrajn għax jista’ jkun hemm ir-riskju ta’ tixrid ta’ sustanzi infettivi.

Il-pinna tiegħek fiha medikazzjoni għal 28 ġurnata.

Partijiet ta’ Forsteo*

Xaft Isfar

Buttuna tal- Injezzjoni Sewda

Faxx Aħmar Korp Blu Skartoċċ tal-Mediċina Kappa Bajda

 

 

* Labar mhux inklużi. Jistgħu

Siġill protettiv Labra

Għatu tal-Labra Kbir

jintużaw labar tal-pinna ta' Becton,

 

 

Dickinson and Company gejġ ta’

 

minn 29 sa 31 (dijametru 0.25-

Għatu protettiv tal-Labra Żgħir

0.33 mm) u 12.7, 8 jew 5 mm tul.

Staqsi lit-tabib jew lill-ispipiżjar

 

 

tiegħek liema gejġ u tul ta' labra

 

huma l-aħjar għalik.

Dejjem aħsel idejk qabel kull injezzjoni. Ipprepara s-sit għall-injezzjoni skont kif qallek it-tabib lew l-ispiżjar tiegħek.

Neħħi l-kappa l-bajda

Waħħal labra

ġdida

Iġbed u aqla' s-

Imbotta l-labra dritta

Dawwar il-labra

Iġbed u aqla' l-

siġill protettiv.

fl-iskartoċċ tal-

sakemm tissikkaha

għatu tal-labra l-

 

mediċina.

sew.

kbir u

erfgħu.

Strixxa ħamra

 

 

Issettja d-

 

Għatu

 

 

doża

 

 

 

 

 

protettiv

 

 

 

 

tal-labra

 

 

 

 

żgħir

 

 

Iġbed il-buttuna

Iċċekkja li

Iġbed u aqla' l-

 

 

ta' l-injezzjoni

tkun tidher

għatu protettiv

 

 

sewda sakemm

l-istrixxa l-

tal-labra ż-żgħir u

 

 

tieqaf.

ħamra

armih.

 

 

Jekk ma tistax

 

 

 

 

tiġbed il-buttuna

 

 

 

 

s-sewda ta' l-

 

 

 

 

injezzjoni ara

 

 

 

 

Problemi li jista’

 

 

 

 

jkollok, Problema

 

 

 

E.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Injetta d-

 

 

 

 

doża

 

 

 

 

Bil-mod għolli ftit il-ġilda tal-koxxa jew

Agħfas il-buttuna s-sewda ta' l-injezzjoni

 

taż-żaqq u daħħal il-labra dritta fil-ġilda.

sakemm tieqaf. Ibqa' agħfasha u għodd b-

 

 

 

i-l-m-o-d sa 5. Imbagħad iġbed il-labra

 

 

 

mill-ġilda.

 

 

 

 

 

 

 

IMPORTANTI

 

 

 

Wara li tinjetta

Ix-xaft isfar m'għandux

 

Ikkonferma

l-injezzjoni:

ikun jidher xejn. Jekk tarah

d-doża

Kif toħroġ il-

u tkun diġà injettajt l-

 

labra mill-ġilda,

injezzjoni, tinjettax

 

iċċekkja li l-

injezzjoni oħra dak in-nhar.

 

buttuna s-sewda

Minflok, TRID terġa'

 

ta' l-injezzjoni

tissettja l-FORSTEO (ara

 

tkun magħfusa

Problemi li jista’ jkollok

 

sa ġewwa. Jekk

Problema A).

 

ma jidhirx ix-

 

 

 

xaft isfar, tkun segwejt il-passi ta' l-injezzjoni korrettament.

Neħħi l-labra

Għatu tal- labra kbir

Qiegħed l-għatu tal-labra l-kbir fuq il-labra.

Ħoll il-labra kompletament billi ddawwar l-għatu tal-labra l-kbir minn

3 sa 5 dawriet sħaħ.

Iġbed u aqla' l-labra u armiha skond l- istruzzjonijiet tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek.

Erġa' agħlaq bil- kappa bajda. Poġġi l- FORSTEO fil-friġġ minnufih wara l-użu.

L-istruzzjonijiet dwar l-immaniġġar tal-labar mhumiex intenzjonati biex jieħdu post ir-regoli instituzzjonali jew tal-professjonisti fil-kura tas-saħħa.

Forsteo™

FORSTEO, 20 mikrogramma (µg) soluzzjoni għall- injezzjoni ta' 80 mikrolitru, f'pinna mimlija għal-lest

Problemi li Jista’ Jkollok

Problema

A. Ix-xaft isfar baqa' jidher wara li għafast il- buttuna s-sewda ta' l- injezzjoni. Kif nerġa' nissettja l-FORSTEO tiegħi?

Soluzzjoni

Biex terġa' tissettja l-FORSTEO, segwi l-passi ta' hawn taħt.

1)Jekk diġà injettajt l-injezzjoni, TINJETTAX injezzjoni oħra dak in-nhar.

2)Neħħi l-labra.

3)Waħħal labra ġdida, iġbed u aqla' l-għatu tal- labra l-kbir u erfgħu.

4)Iġbed il-buttuna s-sewda ta' l-injezzjoni sakemm tieqaf. Iċċekkja li tkun tidher l- istrixxa ħamra.

5)Iġbed u aqla' l-għatu protettiv tal-labra ż- żgħir u armih.

6)Ipponta l-labra l-isfel ġo reċipjent vojt.

Agħfas il-buttuna s-sewda ta' l-injezzjoni sakemm tieqaf. Ibqa' agħfasha u għodd b-i-l- m-o-d sa 5. Tista' tara nixxiegħa żgħira jew qatra ta' fluwidu. Meta tlesti, il-buttuna s- sewda ta' l-injezzjoni għandha tkun magħfusa sa ġewwa.

7)Jekk xorta jibqa' jidher ix-xaft isfar, jekk jogħġbok kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

8)Qiegħed l-għatu tal-labra l-kbir fuq il-labra. Ħoll il-labra kompletament billi ddawwar l- għatu tal-labra l-kbir minn 3 sa 5 dawriet sħaħ. Iġbed u aqla' l-labra u armiha skont l- istruzzjonjiet tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Erġa' agħlaq bil-kappa bajda, u poġġi l-FORSTEO fil-friġġ.

 

Tista' tippreveni din il-problema billi dejjem tuża labra

 

ĠDIDA għal kull injezzjoni, u billi tagħfas il-buttuna s-

 

sewda ta' l-injezzjoni ġewwa u tgħodd b-i-l-m-o-d sa 5.

B. Kif inkun naf li l-

Il-FORSTEO hija ddisenjata biex tinjetta d-doża

FORSTEO tiegħi

kollha kull darba li tintuża skond l-istruzzjonijiet fis-

 

taħdem?

C. Fil-FORSTEO

tiegħi qiegħed nara bużżieqa ta' l-arja.

D. Ma nistax naqla' l- labra.

sezzjoni Struzzjonijiet għall-Użu. Il-buttuna s-sewda ta' l-injezzjoni tkun imdaħħla sa ġewwa sabiex turi li d-doża kollha ġiet injettata mill-FORSTEO .

Ftakar li trid tuża labra ġdida kull darba li tagħmel injezzjoni sabiex tkun żgur li l-FORSTEO tiegħek taħdem kif suppost.

Bużżieqa ta' l-arja żgħira mhix ser taffettwa d-doża li tieħu u lanqas ma hi ser tagħmillek ħsara. Tista' tkompli tieħu d-doża tiegħek bħas-soltu.

1)Qiegħed l-għatu tal-labra l-kbir fuq il-labra.

2)Uża l-għatu tal-labra l-kbir biex tħoll il-labra.

3)Ħoll il-labra kompletament billi ddawwar l- għatu tal-labra l-kbir minn 3 sa 5 dawriet sħaħ.

4)Jekk xorta ma tkunx tista' taqla' l-labra, għid lil xi ħadd biex jgħinek.

E. X'għandi nagħmel jekk ma nkunx nista' niġbed ’il barra il- buttuna s-sewda ta' l- injezzjoni?

Ibda uża FORSTEO ġdida biex tkun tista' tieħu d- doża skont kif qallek it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

Dan juri li użajt il-mediċina kollha li tista' tiġi injettata b' mod preċiż minkejja li tara li fadal ftit mediċina fl- iskartoċċ.

Tindif u Ħażna

Kif tnaddaf il-FORSTEO tiegħek

Imsaħ il-FORSTEO minn barra b'ċarruta niedja.

Tpoġġix il-FORSTEO fl-ilma, u lanqas m’għandek taħsilha jew tnaddafha b'xi likwidu.

Kif taħżen il-FORSTEO tiegħek

Poġġi l-FORSTEO fil-friġġ minnufih wara kull użu. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet fil-Fuljett ta' Tagħrif għall-Pazjent dwar kif taħżen il-pinna tiegħek.

Taħżinx il-FORSTEO bil-labra mwaħħla għaliex tista' tikkawża l-formazzjoni ta' bżieżaq ta' l- arja fl-iskartoċċ.

Aħżen il-FORSTEO bil-kappa bajda.

Tagħmel qatt il-FORSTEO fil-friża.

Jekk il-mediċina ġiet iffriżata, armi l-pinna u uża pinna FORSTEO ġdida.

Jekk ħallejt il-FORSTEO barra l-friġġ, tarmihiex. Erġa' daħħal il-pinna fil-friġġ u kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Rimi ta' Labar tal-Pinna u ta’ l-Apparat

Rimi ta' Labar tal-Pinna u ta’ l-Apparat FORSTEO

Qabel ma tarmi l-apparat FORSTEO, kun ċert li neħħejt il-labra tal-pinna.

Armi l-FORSTEO u l-labar użati skont l-istruzzjonijiet tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek.

Armi l-apparat 28 ġurnata wara l-ewwel użu.

Noti Importanti Oħra

Il-FORSTEO fiha mediċina għal 28 ġurnata.

Tittrasferixxix il-mediċina għal ġo siringa.

Ikteb id-data ta' l-ewwel injezzjoni tiegħek fil-kalendarju.

Aqra u segwi l-istruzzjonijet dwar kif tuża l-prodott fil-Fuljett ta' Tagħrif għall-Pazjent .

Iċċekkja t-tiketta tal-FORSTEO biex tkun ċert li għandek il-mediċina korretta u li ma skadietx.

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tinnota xi waħda minn dawn li ġejjin:

-Il-FORSETO tidher li fiha l-ħsara

-Is-soluzzjoni MHIX ċara, bla kulur u mingħajr frak

Uża labra ġdida għal kull injezzjoni.

Waqt l-injezzjoni tista' tisma' xi tektik – dan hu mod normali kif jaħdem l-apparat.

Il-FORSTEO mhix irrakkomandata li tintuża minn persuni għomja jew b'vista batuta mingħajr l-assistenza ta' persuna mħarrġa fl-użu korrett ta' dan l-apparat.

Żomm il-FORSTEO fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Immanifatturata minn Lilly France, F-67640 Fegersheim, Franza għal Eli Lilly and Company.

Dan il-manwal ġie rrivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati