Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Fosavance (alendronic acid / colecalciferol) – Fuljett ta’ tagħrif - M05BB03

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaFosavance
Kodiċi ATCM05BB03
Sustanzaalendronic acid / colecalciferol
ManifatturMerck Sharp

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

FOSAVANCE 70 mg/2800 IU pilloli

FOSAVANCE 70 mg/5600 IU pilloli

Alendronic acid /colecalciferol

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista' jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara s-sezzjoni 4.

-Huwa importanti ħafna li tifhem l-informazzjoni f'sezzjoni 3 qabel tieħu din il-mediċina.

F'dan il-fuljett:

1.X’inhu FOSAVANCE u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu FOSAVANCE

3.Kif għandek tieħu FOSAVANCE

4.Effetti sekondarji possibbli

5 Kif taħżen FOSAVANCE

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu FOSAVANCE u għalxiex jintuża

X'inhu FOSAVANCE?

FOSAVANCE huwa pillola li fiha ż-żewġ sustanzi attivi, alendronic acid (magħruf b’mod komuni bħala alendronate) u colecalciferol magħruf bħala vitamina D3.

X'inhu alendronate?

Alendronate jappartjeni għal grupp ta' mediċini mhux ormonali li jissejħu bisphosphonates. Alendronate jipprevjeni t-telf tal-għadam li jseħħ f'nisa wara li jkunu għaddew mill-menopawsa, u jgħinhom jibnu mill-ġdid l-għadam. Huwa jnaqqas ir-riskju ta' ksur vertebrali u tal-ġenbejn.

X'inhi vitamina D?

Il-vitamin D hija nutrijent essenzjali, meħtieġa għall-assorbiment tal-kalċju u l-għadam b'saħħtu. Il- ġisem jista' biss jassorbi l-kalċju sew mill-ikel tagħna jekk ikollu biżżejjed vitamina D. Ftit ikel biss fih il-vitamina D. Is-sors ewlieni hu permezz ta' espożizzjoni għad dawl tax-xemx fis-sajf li jagħmel il- vitamina D fil-ġilda tagħna. Kif nikbru fl-età il-ġilda tagħna tagħmel anqas vitamina D. Nuqqas ta' vitamina D jista' jwassal għat-telf ta' għadam u osteoporożi. Nuqqas serju ta' vitamina D jista' jwassal għal indeboliment muskolari li jista' jwassal għal waqgħat u għal riskju akbar ta' ksur.

Għalxiex jintuża FOSAVANCE?

It-tabib tiegħek ippreskriva FOSAVANCE sabiex jittratta l-osteoporożi tiegħek u minħabba li inti f'riskju minħabba nuqqas ta' vitamina D. Dan inaqqas ir-riskju ta' ksur vertebrali u tal-ġenbejn fin-nisa wara l-menopawsa.

X'inhi l-osteoporożi?

L-osteoporożi hija it-tidjiq u d-dgħjufija tal-għadam. Hija komuni fin-nisa wara l-menopawsa. Fil- menopawsa, l-ovarji jieqfu jipproduċu l-ormon tan-nisa, l-estroġen, li jgħin iżomm l-iskeletru tan-nisu b'saħħtu. Bħala riżultat, ikun hemm telf tal-għadam u l-għadam jiddgħajfu. Aktar kemm mara tilħaq il- menopawsa kmieni, akbar ikun ir-riskju għal menopawsa.

Fl-istadju bikri, l-osteoporożi ġeneralment ma jkollhiex sintomi. Madankollu, jekk ma tiġiex trattata, tista' tirriżulta f'għadam imkisser. Għalkemm ġeneralment jikkawża l-uġigħ, ksur fl-għadam tas-sinsla jista' ma jiġix innotat sakemm jikkaġuna telf fit-tul. L-għadam jista' jitkisser waqt attività normali ta' kuljum bħall-irfigħ, jew minn ferriment minuri li ġeneralment ma jiksirx l-għadam normali. L-għadam ġeneralment jitkisser fil-ġenbejn, fis-sinsla, jew fil-polz u jista' jikkaġuna mhux biss uġigħ imma problemi konsiderevoli bħal qagħda baxxuta (il-ħotba ta' dowager) u nuqqas ta' mobilità.

Kif tista' tiġi trattata l-osteoporożi?

Barra mit-trattament b'FOSAVANCE, it-tabib tiegħek għandu mnejn jissuġerixxilek tagħmel xi tibdiliet f'ħajtek sabiex jgħin il-kondizzjoni tiegħek, bħal:

Tieqaf tpejjep

It-tipjip jidher li jżid ir-rata li minħabba fih jintilef l-għadam u, għalhekk,

 

jista' jżid ir-riskju għal għadam miksur.

Eżerċizzju

Bħal muskoli, l-għadam jinħtieġ l-eżerċizzju biex jibqa' tajjeb u b'saħħtu.

 

Ikkonsulta t-tabib tiegħek qabel ma tibda xi programm ta' eżerċizzji.

Tiekol dieta bilanċjata

It-tabib tiegħek jista' jagħtik parir dwar id-dieta tiegħek jew jekk għandekx

 

tieħu xi supplimentari dietetiċi.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu FOSAVANCE

Tiħux FOSAVANCE

jekk inti allerġiku/a għal alendronic acid, colecalciferol jew xi wieħed mis-sustanzi l-oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6),

jekk għandek ċertu problemi f'gerżumtek (esofagu - it-tubu li jgħaqqad 'il ħalqek mal-istonku) bħal tidjiq jew diffikultajiet biex tibla',

jekk ma tistax toqgħod fuq saqajk jew toqgħod bilqieghda dritt għal talanqas 30 minuta,

jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek kalċju baxx fid-demm tiegħek.

Jekk taħseb li xi wieħed minn dawn japplika għalik, m'għandekx tieħu l-pilloli. Kellem lit-tabib tiegħek u segwi l-istruzzjonijiet li jagħtik.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu FOSAVANCE jekk:

tbati minn problemi fil-kliewi,

għandek, jew dan l-aħħar kellek, xi problemi meta tibla' jew problemi diġestivi,

it-tabib tiegħek qallek li inti għandek esofagu ta’ Barrett (kundizzjoni assoċjata ma’ tibdiliet fiċ- ċelluli li jinfurraw l-esofagu t’isfel),

qalulek li għandek problemi fl-assorbiment tal-minerali fl-istonku jew fl-imsaren tiegħek (sindrome ta’ assorbiment ħażin),

m’għandekx snien b’saħħithom, għandek mard tal-ħanek, għandek xi qlugħ ta’ snien ippjanat jew ma tmurx għal kura tas-snien bħala rutina,

għandek kanċer,

qed ikollok kemoterapija jew radjuterapija,

qed tieħu inibituri tal-anġjoġenesi (bħal bevacizumab, jew thalidomide) li jintużaw għall-kura tal-kanċer,

qed tieħu kortikosterojdi (bħal predisone jew dexamethasone) li jintużaw għall-kura ta’ kundizzjonijiet bħall-ażżma, bħall-artrite rewmatojde, u allerġiji severi,

inti tpejjep jew kont tpejjep (minħabba li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ problemi fis-snien).

Inti jista’ jingħatalek parir biex tagħmel check-up ta’ snienek qabel tibda kura b’FOSAVANCE.

Huwa importanti li żżomm iġjene tal-ħalq tajba meta tkun qed tiġi kkurat/a b’FOSAVANCE. Inti għandek tagħmel check-up tas-snien bħala rutina matul iż-żmien kollu li ddum tieħu l-kura u inti għandek tikkuntattja lit-tabib jew lid-dentist tiegħek jekk ikollok xi problemi b’ħalqek jew bi snienek bħal snien jiċċaqalqu, uġigħ jew nefħa.

Irritazzjoni, infjammazzjoni jew ulċerazzjoni tal-ġriżmejn (esofagu – it-tubu li jgħaqqad 'il ħalqek mal-istonku tiegħek) kultant b'sintomi ta' uġigħ fis-sider, qrusa fl-istonku, jew jista' jkun hemm diffikultà jew uġigħ meta tibla', speċjalment jekk pazjenti ma jibilgħux tazza mimlija bl-ilma u/jew jekk jimteddu anqas minn 30 minuta wara li jieħdu FOSAVANCE. Dawn l-effetti sekondarji jistgħu jiggravaw jekk il-pazjenti jkomplu jieħdu FOSAVANCE wara li jiżviluppaw dawn is-sintomi.

Tfal u adolexxenti

FOSAVANCE ma għandux jingħata lil tfal u adolexxenti li għandhom anqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u FOSAVANCE

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Jista' jkun li supplimenti tal-kalċju, antaċidi u xi mediċini orali ser jinterferixxu mal-assorbiment ta' FOSAVANCE jekk jittieħdu fl-istess ħin. Għalhekk, huwa importanti ssegwi l-parir mogħti f'sezzjoni 3 u stenna mill-anqas 30 minuta qabel tieħu kwalunkwe mediċini jew supplimenti oħra mill-ħalq.

Ċerti mediċini għar-rewmatiżmu jew għal uġigħ għal tul ta’ żmien imsejħa NSAIDs (eż. acetylsalicylic acid jew ibuprofen) jistgħu jikkawżaw problemi diġestivi. Għalhekk, għandha tintuża kawtela meta dawn il-mediċini jittieħdu fl-istess ħin ma’ FOSAVANCE.

Jista' jkun li ċertu mediċini jew addittivi tal-ikel jimpedixxu l-vitamina D f'FOSAVANCE milli tidħol f'ġismek, u dawn jinkludu sostituti artifiċjali tax-xaħam, żjut minerali, il-mediċina orlistat għat-telf tal- piż, u l-mediċini li jnaqqsu l-kolesterol, cholestyramine u colestipol. Mediċini għall-aċċessjonijiet (attakki ta' puplesija) (bħal phenytoin jew phenobarbital) jistgħu jnaqqsu l-effettività ta' vitamina D. Supplimenti addizjonali tal-vitamina D jistgħu jiġu kunsidrati fuq bażi individwali.

FOSAVANCE ma' ikel u xorb

Jista' jkun li l-ikel u x-xorb (li jinkludi l-ilma minerali) jistgħu jagħmlu 'l FOSAVANCE anqas effettiv jekk jittieħed fl-istess ħin. Għalhekk, huwa importanti li ssegwi l-parir mogħti f'sezzjoni 3. Inti għandek tistenna mill-inqas 30 minuta qabel ma tieħu kwalunkwe ikel u xorb ħlief ilma.

Tqala u treddigħ

FOSAVANCE huwa maħsub biex jintuża f'nisa wara l-menopawsa. M'għandekx tieħu FOSAVANCE jekk inti, jew taħseb li inti tqila jew jekk qed tredda'.

Sewqan u tħaddim ta' magni

Ġew irrapportati effetti sekondarji (pereżempju, vista mċajpra, sturdament u wġigħ qawwi fl-għadam, fil-muskoli jew fil-ġogi) b’FOSAVANCE li jistgħu jaffettwaw il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni (ara sezzjoni 4). Jekk tħoss xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji inti m’għandekx issuq sakemm tħossok aħjar.

FOSAVANCE fih il-lactose u s-sucrose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek xi intolleranza għal xi tipi ta' zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tieħu FOSAVANCE

Dejjem għandek tieħu FOSAVANCE skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Ħu pillola waħda ta' FOSAVANCE darba fil-ġimgħa.

Segwi dawn l-istruzzjonijiet b'attenzjoni.

1)Agħżel il-jum tal-ġimgħa li joqgħod l-aħjar fl-iskeda tiegħek. Kull ġimgħa, ħu pillola waħda ta' FOSAVANCE fil-jum magħżul tiegħek.

Huwa importanti ħafna li ssegwi l-istruzzjonijiet 2), 3), 4) u 5) sabiex tgħin il-pillola ta' FOSAVANCE tilħaq l-istonku tiegħek malajr u sabiex jitnaqqas iċ-ċans li hija tirritalek il-passaġġ mill-griżmejn sal- istonku (esofagu - it-tubu li jgħaqqad 'il ħalqek mal-istonku).

2)Wara li tqum għall-jum u qabel ma tieħu xi ikel, xorb, jew mediċina oħra, ibla' il-pillola ta' FOSAVANCE tiegħek sħiħa ma' tazza mimlija ilma (mhux ilma minerali) (mhux inqas minn 200 ml), biex b’hekk FOSAVANCE jiġi assorbit b’mod adegwat.

Tiħdux mal-ilma minerali (still jew li jfexfex).

Tiħdux mal-kafe jew it-te.

Tiħdux mal-meraq jew il-ħalib.

M’għandekx tfarrak jew tomgħod il-pillola jew tħalliha tinħall f'ħalqek minħabba l-possibbiltà ta’ ulċeri fil-ħalq.

3)M'għandekx timtedd — żomm ruħek wieqaf (bilqieghda, bilwieqfa jew imxi) — għal ta' lanqas 30 minuta wara li tibla' il-pillola. M'għandekx timtedd sa wara li tkun ħadt l-ewwel ikla tal-jum.

4)M'għandekx tieħu FOSAVANCE fil-ħin ta' qabel l-irqadt jew qabel ma tqum għall-jum.

5)Jekk tiżviluppa diffikultà jew uġigħ meta tibla', uġigħ f'sidrek, jew qrusa fl-istonku ġdida jew li taggrava, tibqax tieħu FOSAVANCE u kkuntattja lit-tabib tiegħek.

6)Wara li tibla' l-pillola ta' FOSAVANCE tiegħek, stenna għal ta' lanqas 30 minuta qabel ma tieħu l-ewwel ikla, xarba jew mediċina tiegħek tal-jum, li jistgħu jinkludu antaċidi, supplimenti tal- kalċju u vitamini. FOSAVANCE hu effettiv biss meta l-istonku tiegħek ikun vojt.

Jekk tieħu FOSAVANCE aktar milli suppost

Jekk tieħu ħafna pilloli bi żball, ixrob tazza mimlija ħalib u kkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih. Tipprovax iġġiegħel lilek nnifsek tirremetti, u timtedtx.

Jekk tinsa tieħu FOSAVANCE

Jekk tinsa tieħu xi doża, hu pillola waħda ta' FOSAVANCE fl-għodwa ta' wara li tiftakar. M'għandekx tieħu żewġ pilloli fl-istess jum. Irritorna għall-iskeda normali ta' pillola waħda fil-ġimgħa fil-jum magħżul.

Jekk tieqaf tieħu FOSAVANCE

Huwa importanti li tieħu FOSAVANCE għal kemm idum jippreskrivih it-tabib tiegħek. Peress li mhux magħruf kemm għandek iddum tieħu FOSOVANCE, għandek tiddiskuti l-ħtieġa li tibqa’ fuq din il- mediċina mat-tabib tiegħek kull ċertu żmien biex tiddetermina jekk FOSAVANCE għadux tajjeb għalik.

Il-Kard tal-Istruzzjonijiet hija inkluża fil-kartuna ta’ FOSAVANCE. Fiha tagħrif importanti li jfakkrek dwar kif għandek tieħu FOSAVANCE sew.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Ara lit-tabib tiegħek minnnufih jekk tinnota kwalunkwe wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin, li jistgħu jkunu serji, u li għalihom jista’ jkollok bżonn kura medika urġenti:

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10 persuni):

ħruq ta’ stonku; diffikultà biex tibla’; uġigħ malli tibla’; ulċerazzjoni fil-griżmejn (esofagu - it- tubu li jgħaqqad lil ħalqek mal-istonku) li tista’ twassal għal uġigħ fis-sider, ħruq ta’ stonku jew diffikultà jew uġigħ malli tibla’.

Rari (tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 1,000 persuna):

reazzjonijiet allerġiċi bħal ħorriqija; nefħa fil-wiċċ, fix-xufftejn, fl-ilsien u/jew fil-gerżuma, li jistgħu jikkawżaw diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’; reazzjonijiet qawwija fil-ġilda,

uġigħ fil-ħalq, u/jew fix-xedaq, nefħa jew selħiet fuq ġewwa tal-ħalq, titrix jew sensazzjoni ta’ toqol fix-xedaq, jew sinna tiċċaqlaq. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam tax-xedaq (osteonekrożi) ġeneralment assoċjati ma’ fejqan li jieħu fit-tul u infezzjoni, li spiss jiġru wara li tinqala’ sinna. Ikkuntattja lit-tabib u lid-dentist tiegħek jekk tħoss sintomi bħal dawn,

b’mod rari jista’ jseħħ ksur mhux tas-soltu tal-għadam tal-koxxa b’mod partikolari f’pazjenti li jkunu qed jieħdu kura għall-osteoporożi għal tul ta’ żmien. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk tħoss uġigħ, dgħufija jew skumdità fil-koxxa, fil-ġenbejn jew fl-irqiq ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa minħabba li dan jista’ jkun sinjal bikri li jista’ jkun hemm ksur fl-għadma tal-koxxa,

uġigħ qawwi fl-għadma, il-muskolu u/jew il-ġoġ.

Effetti sekondarji oħra jinkludu

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):uġigħ fl-għadam, fil-muskoli u/jew fil-ġogi li xi kultant ikun qawwi.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

nefħa fil-ġogi,

uġigħ addominali; sensazzjoni ta' skonfort fl-istonku jew tifwiq wara l-ikel; stitikezza; sensazzjoni ta' stonku mimli jew minfuħ; dijarrea; gass,

jaqa’ ix-xagħar; ħakk,

uġigħ ta’ ras; sturdament,

għeja; nefħa fl-idejn jew fir-riġlejn.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

dardir; rimettar,

irritazzjoni jew infjammazzjoni tal-griżmejn (esofagu – it-tubu li jgħaqqad lil ħalqek mal- istonku) jew l-istonku;

ippurgar iswed jew qisu -qatran,

vista mċajpra; uġigħ jew ħmura fl-għajn,

raxx; ħmura tal-ġilda,

sintomi temporanji jixbhu lill-influwenza, bħal uġigħ fil-muskoli, tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali u xi kultant bid-deni ġeneralment fil-bidu tal-kura,

disturb fit-togħma.

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000):

sintomi ta’ livelli baxxi ta’ kalċju fid-demm li jinkludu bugħawwiġijiet fil-muskoli u/jew sensazzjoni ta’ tnemnim fis-swaba’ u madwar il-ħalq,

ulċeri fl-istonku jew peptiċi (xi kultant serji jew bil-fsada),

tidjiq tal-griżmejn (esofagu – it-tubu li jgħaqqad lil ħalqek mal-istonku),

raxx li jiggrava bid-dawl tax-xemx,

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000):

kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek uġigħ fil-widnejn, tnixxija mill-widnejn, u/jew infezzjoni fil-widnejn. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam fil-widnejn.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen FOSAVANCE

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta jiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta jiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-folja oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità u d-dawl.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X'fih FOSAVANCE

Is-sustanzi attivi huma alendronic acid u colecalciferol (vitamin D3). Kull FOSAVANCE

70 mg/2800 IU pillola fiha 70 mg alendronic acid (bħala sodium trihydrate) u 70 mikrogramma (2800 IU) colecalciferol (vitamina D3). Kull FOSAVANCE 70 mg/5600 IU pillola fiha 70 mg alendronic acid (bħala sodium trihydrate) u 140 mikrogramma (5600 IU) colecalciferol (vitamina D3).

Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose (E460), lactose anhydrous (ara sezzjoni 2), medium chain triglycerides, gelatin, croscarmellose sodium, sucrose (ara sezzjoni 2), colloidal silicon dioxide, magnesium stearate (E572), butylhydroxytoluene (E321), modified starch (maize), u sodium aluminium silicate (E554).

Kif jidher FOSAVANCE u l-kontenut tal-pakkett

FOSAVANCE 70 mg/2800 IU pilloli jiġu bħala pilloli modifikati f'għamla ta' kapsuli, ta' lewn bajdani jew bojod jagħtu fil-griż immarkati b' kontorn ta' immaġni ta' għadma fuq naħa u '710' fuq in-naħa l- oħra. FOSAVANCE ta’ 70 mg/2800 IU pilloli jiġu f’pakketti li fihom 2, 4, 6, jew 12-il pillola.

FOSAVANCE 70 mg/5600 IU pilloli jiġu bħala pilloli modifikati f'għamla ta' rettangolu, ta' lewn bajdani jew bojod jagħtu fil-griż immarkati b'kontorn ta' immaġni ta' għadma fuq naħa u ‘270’ fuq in- naħa l-oħra. FOSAVANCE 70 mg/5,600 IU pilloli jiġu f’pakketti li fihom 2, 4 jew 12-il pillola

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Merck Sharp & Dohme Limited

Hertford Road, Hoddesdon

Hertfordshire EN 11 9BU

Ir-Renju Unit

Manifattur

Merck Sharp & Dohme BV

Waarderweg 39

2031 BN, Haarlem

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.

Belgique/België/Belgien

S.A. Grünenthal N.V. beinfo@grunenthal.com

България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737 info-msdbg@merck.com

Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111 dpoc_czechslovak@merck.com

Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: +45 44824000 dkmail@merck.com

Deutschland

Grünenthal GmbH

Tel: +49 (0)241 569 1111 service@grunenthal.com

Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200 msdeesti@merck.com

Eλλάδα

BIANEΞ Α.Ε

Τηλ: +3 0210 80091 11 Mailbox@vianex.gr

España

Grünenthal Pharma, S.A.

C/Dr. Zamenhof, 36

E-28027 Madrid

Tel: +34 (91) 301 93 00

France

LABORATOIRES GRÜNENTHAL

Tél : + 33 (0) 1 41 49 45 80

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370 5 278 02 47 msd_lietuva@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

S.A. Grünenthal N.V. beinfo@grunenthal.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +36 1 888 53 00 hungary_msd@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558) malta_info@merck.com

Nederland

Grünenthal B.V.

Tel: +31 (0)30 6046370 info.nl@grunenthal.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00 msdnorge@msd.no

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H. Tel: +43 (0) 1 26 044 msd-medizin@merck.com

Polska

MSD Polska Sp.z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00 msdpolska@merck.com

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: + 351 214 465700 clic@merck.com

Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333 croatia_info@merck.com

Ireland

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700 medinfo_ireland@merck.com

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Ιtalia

MSD Italia S.r.l. Tel: +39 06 361911

medicalinformation.it@merck.com

Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 80000 673 (+357 22866700) cyprus_info@merck.com

Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364 224 msd_lv@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: + 4021 529 29 00 msdromania@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: + 386 1 5204201 msd_slovenia@merck.com

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel.: +421 2 58282010 dpoc_czechslovak@merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0) 9 804650 info@msd.fi

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 77 5700488 medicinskinfo@merck.com

United Kingdom

Merck Sharp & Dohme Limited Tel: +44 (0) 1992 467272 medicalinformationuk@merck.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f'<{XX/SSSS}>

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati