Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Fuzeon (enfuvirtide) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - J05AX07

Updated on site: 07-Oct-2017

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Fuzeon 90 mg/ml trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih 108 mg enfuvirtide.

Kull ml ta’ soluzzjoni rikostitwita fiha 90 mg enfuvirtide.

Eċċipjent b’effett magħruf: sodium. Fih inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri huwa essenzjalment ‘mingħajr sodium’.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

Trab lajofilizzat, abjad jagħti fl-offwajt.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Fuzeon huwa indikat f’kombinazzjoni flimkien ma’ prodotti mediċinali antiretrovirali oħrajn għall- kura ta’ pazjenti infettati bl-HIV-1 li rċievew trattamenti li ma rnexxewx bi programmi ta’ kura li fihom għall-anqas prodott mediċinali wieħed minn kull klassi antiretrovirali li ġejja: impedituri tal- protease, impedituri ta’ non-nucleoside reverse transcriptase u impedituri ta’ nucleoside reverse transcriptase, jew li għandhom intolleranza għall-programmi ta’ kura antiretrovirali ta’ qabel (ara sezzjoni 5.1).

Biex jiġi deċiż programm ta’ kura ġdid għal pazjenti li ma rnexxewx bi programm ta’ kura antiretrovirali, għandha tingħata konsiderazzjoni bir-reqqa lill-kura li ngħatat fil-passat għal kull pazjent individwali, kif ukoll lit-tipi ta’ mutazzjonijiet assoċjati ma’ prodotti mediċinali differenti. Fejn ikun disponibbli, jista’ jkun xieraq li jsiru testijiet għar-reżistenza (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Fuzeon għandu jiġi preskritt minn tobba li għandhom esperjenza fil-kura ta’ l-infezzjoni HIV.

Pożoloġija

Adulti u adoloxxenti ≥ 16-il sena: Id-doża rakkomandata ta’ Fuzeon hija ta’ 90 mg darbtejn kuljum injettata minn taħt il-ġilda fil-parti ta’ fuq tad-driegħ, fin-naħa ta’ wara tal-koxxa jew fl-addome.

F’każ li tintnesa doża ta’ Fuzeon, il-pazjenti għandhom jingħataw istruzzjonijiet biex jagħtu d-doża malajr kemm jista’ jkun. Madankollu, jekk ikun fadal inqas minn 6 sigħat għad-doża regolari li jmiss, id-doża minsija għandha tinqabeż.

Anzjani: M’hemmx esperjenza b’pazjenti > 65 sena.

Tfal ≥ 6 snin u adoloxxenti: L-esperjenza fit-tfal hija limitata (ara sezzjoni 5.2). Fi provi kliniċi kien użat il-programm ta’ dożaġġ kif jidher f’Tabella 1 taħt:

Tabella 1: Dożaġġ Pedjatriku

Piż (kg)

Doża kull injezzjoni bid

Volum ta’ l-injezzjoni (90 mg

 

(mg/doża)

enfuvirtide kull ml)

11.0 sa’ 15.5

0.3 ml

15.6 sa’ 20.0

0.4 ml

20.1 sa’ 24.5

0.5 ml

24.6 sa’ 29.0

0.6 ml

29.1 sa’ 33.5

0.7 ml

33.6 sa’ 38.0

0.8 ml

38.1 sa’ 42.5

0.9 ml

≥42.6

1.0 ml

Fuzeon mhux rakkomandat għall-użu fit-tfal taħt l-età ta’ 6 snin minħabba li mhemmx tagħrif biżżejjed dwar is-sigurtà u l-effikaċja (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment renali: M’hemmx bżonn ta’ tibdil fid-dożaġġ għal pazjenti li għandhom indeboliment renali inluż dawk li qed jirċievu dijalisi (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Indeboliment tal-fwied: M’hemmx tagħrif disponibbli sabiex tiġi stabbilita rakkomandazzjoni ta’ doża għal pazjenti b’indeboliment tal-fwied (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Fuzeon għandu jingħata biss permezz ta’ injezzjoni taħt il-ġilda. Għal struzzjonijiet fuq ir- rikostituzzjoni qabel l-amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Fuzeon għandu jittieħed bħala parti minn programm ta’ kura kombinata. Jekk jogħġbok ara ukoll is- sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott tal-prodotti mediċinali antiretrovirali oħrajn użati fil- kombinazzjoni. Bħal antiretrovirali oħrajn, enfuvirtide idealment għandu jitħallat ma’ antiretrovirali oħrajn li għalihom il-virus tal-pazjent huwa sensittiv (ara sezzjoni 5.1).

Il-pazjenti għandhom jiġu nformati li Fuzeon mhux kura għall-infezzjoni ta' HIV-1. Filwaqt li soppressjoni virali effettiva b’terapija antiretrovirali ġiet ippruvata li tnaqqas r-riskju ta’ trasmissjoni sesswali b’mod sostanzjali, riskju residwu ma jistax jiġi eskluż. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet skont il-linji gwida nazzjonali biex jipprevjenu trasmissjoni.

Studji fuq l-annimali wrew li enfuvirtide jista’ jnaqqas uħud mill-funzjonijiet immuni (ara sezzjoni 5.3). Fi provi kliniċi f’pazjenti kkurati b’Fuzeon, kienet osservata rata akbar ta’ xi infezzjonijiet ikkawżati mill-batterja, l-aktar rata ogħla ta’ pnewmonja; madankollu, riskju ogħla ta’ pnewmonja ikkawżata mill-batterja relatata ma’ l-użu ta’ Fuzeon ma ġiex ikkonfermat minn dejta epidemjoloġika sussegwenti.

Xi kultant reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva ġew assoċjati ma’ terapija b’enfuvirtide u f’każijiet rari reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva reġgħu seħħew meta l-pazjenti reġgħu ingħataw il-prodott mediċinali. Avvenimenti nkludew raxx, deni, tqalligħ u rimettar, tertir, rogħda ta’ bard, pressjoni tad- demm baxxa u transaminases tal-fwied għoljin fis-serum f’diversi kombinazzjonijiet, u possibilment

reazzjoni primarja ta’ kumpless immuni, distress respiratorju u glomerulonefrite. Il-pazjenti li jiżviluppaw sinjali/sintomi ta’ reazzjoni sistematika ta’ sensittività eċċessiva għandhom iwaqqfu l-kura b’enfuvirtide u għandhom jagħmlu evalwazzjoni medika minnufih. It-terapjia b’enfuvirtide m’għandhiex terġa’ tinbeda wara sinjali u sintomi sistematiċi li jindikaw reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva meqjusa li għandhom x’jaqsmu ma’ enfuvirtide. Fatturi ta’ riskju li jistgħu jbassru l- okkorrenza jew is-severita ta’ reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva għal enfuvirtide ma ġewx identifikati.

Mard tal-fwied: Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ enfuvirtide f’pazjenti b’disturbi sottostanti sinifikanti tal- fwied ma ġewx studjati speċifikament. Pazjenti li għandhom epatite B u C kronika li ġew ikkurati b’terapija antiretrovirali għandhom riskju ikbar ta’ effetti avversi epatiċi serji u li jistgħu jkunu fatali. Fil-provi kliniċi ta’ fażi III kien hemm ftit pazjenti li kienu ko-infettati bl-epatite B/C. F’dawn il- każijiet, iż-żieda ta’ Fuzeon ma żidietx l-inċidenza ta’ avvenimenti epatiċi. Fil-każ ta’ terapija antivirali fl-istess waqt għall-epatite B jew C, jekk jogħġbok ara l-informazzjoni tal-prodott rilevanti għal dawn il-prodotti mediċinali.

L-għoti ta’ Fuzeon lil individwi li m’humiex infettati b’HIV-1 tista’ twassal għal anti-korpi anti- enfuvirtide li jkollhom reazzjoni inkroċjata ma' HIV gp41. Dan jista’ jwassal għal riżultat tat-test għall-HIV pożittiv falz bit-test anti-HIV ELISA.

M’hemmx esperjenza f'pazjenti b’funzjoni epatika mnaqqsa. Tagħrif huwa limitat f'pazjenti b’indeboliment renali moderat sa sever u f’pazjenti miżmuma fuq dijalisi. Fuzeon għandu jintuża b’attenzjoni f’dawn il-gruppi ta’ ndividwi (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Sindromu tar-Riattivazzjoni Immuni: F’pazjenti nfetti b’HIV b’defiċjenza immuni severa fil-ħin li tinbeda t-terapija antiretrovirali kombinata (CART), tista’ sseħħ reazzjoni infjammatorja għall- patoġeni mingħajr sintomi jew patoġeni residwali opportunistiċi li tista’ tikkawża kundizzjonijiet kliniċi serji, jew aggravar tas-sintomi. Tipikament, reazzjonijiet bħal dawn kienu osservati fl-ewwel ftit ġimgħat jew xhur mill-bidu ta’ CART. Eżempji rilevanti huma retinite kkawżata minn cytomegalovirus, infezzjonijiet ġeneralizzati u/jew lokalizzati b’mycobacterium, u pnewmonja kkawżata minn Pneumocystis carinii. Kull sintomu infjammatorju għandu jiġi vvalutat u għandha tinbeda kura skond il-bżonn.

Disturbi awtoimmuni (bħall-marda ta’ Graves) ġew irrappurtati wkoll li jseħħu fl-isfond ta’ attivazzjoni mill-ġdid immuni; madankollu, iż-żmien irrappurtat sal-bidu hu iktar varjabbli u dawn l- avvenimenti jistgħu jseħħu ħafna xhur wara l-bidu tal-kura.

Osteonekrożi:

Għalkemm l-etjoloġija hija kkunsidrata li ġejja minn ħafna fatturi (inkluż l-użu ta’ kortikosterojdi, konsum ta’ alkoħol, immunosoppressjoni severa, indiċi tal-massa tal-ġisem għola), każijiet ta’ osteonekrożi ġew irrappurtati partikolarment f’pazjenti b’marda ta’ l-HIV avvanzata u/jew esponiment fit-tul għal terapija antiretrovirali kombinata (CART). Il-pazjenti għandhom jiġu avżati biex iffitxu parir mediku jekk ikollhom esperjenza ta’ weġgħat u uġigħ fil-ġogi, għebusija fil-ġogi jew diffikultà fil-moviment.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Studji ta’ interazzjoni twettqu biss fl-adulti.

Interazzjonijiet farmakokinetiċi ta’ sinifikanza klinika mhumiex mistennija bejn enfuvirtide u l-għoti flimkien ta’ prodotti mediċinali metabolizzati bl-enżimi CYP450.

L-effett ta’ enfuvirtide fuq il-metaboliżmu ta’ prodotti mediċinali li jingħataw fl-istess ħin: Fi studju in vivo tal-metaboliżmu uman, enfuvirtide, fid-doża rakkomandata ta’ 90 mg darbtejn kuljum, ma waqqafx il-metaboliżmu ta’ substrati permezz ta’ CYP3A4 (dapsone), CYP2D6 (debrisoquine), CYP1A2 (kaffeina), CYP2C19 (mephenytoin), u CYP2E1 (chlorzoxazone).

L-effett ta’ prodotti mediċinali li jingħataw fl-istess ħin fuq il-metaboliżmu ta’ enfuvirtide: Fi studji separati ta’ interazzjonijiet farmakokinetiċi, l-għoti ta’ ritonavir (impeditur qawwi ta’ CYP3A4) jew ta’ saquinavir flimkien ma’ doża booster ta’ ritonavir jew rifampicin (induttur qawwi ta’ CYP34A) ma wassalx għal tibdil ta’ sinifikanza klinika fil-farmakokinetika ta’ enfuvirtide.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala: M’hemmx studji biżżejjed jew kontrollati sew dwar l-użu waqt it-tqala. Studji fuq il-bhejjem ma jurux effetti ħżiena fuq l-iżvilupp tal-fetu. Enfuvirtide għandu jintuża fit-tqala biss jekk il- benefiċċju potenzjali jiġġustifika r-riskju potenzjali lill-fetu.

Treddigħ: Mhux magħruf jekk enfuvirtide jitneħħiex mal-ħalib tas-sider uman. Ommijiet li qed jieħdu enfuvirtide għandhom jingħataw istruzzjonijiet biex ma jreddgħux minħabba l-potenzjal ta' trażmissjoni ta' l-HIV u kwalunkwe effetti mhux mixtieq oħra lil trabi li qed jerdgħu.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni. M’hemmx evidenza li enfuvirtide jista’ jbiddel il-ħila tal-pazjent biex isuq jew iħaddem magni, iżda, wieħed għandu jikkunsidra il-profil ta’ effetti avversi ta’ enfuvirtide (ara sezzjoni 4.8).

4.8Effetti mhux mixtieqa

a. Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Tagħrif ta’ sigurtà jirreferi l-iżjed għal tagħrif ta’ 48 ġimgħa minn studji TORO 1 u TORO 2 flimkien (ara sezzjoni 5.1). Riżultati ta’ sigurtà huma espressi bħala n-numru ta' pazjenti b’reazzjoni avversa kull 100 sena ta’ pazjent ta’ espożizzjoni (ħlief għal reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni)

L-aktar avvenimenti rrappurtati b’mod frekwenti kienu reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni, dijarea u dardir. Iż-żieda ta’ Fuzeon ma’ terapija antiretrovirali fl-isfond ġeneralment ma żiditx il-frekwenza jew is-severità tal-biċċa l-kbira tar-reazzjonijiet avversi.

b. Lista f’tabella ta’ reazzjonijiet avversi

Tabella 2 tirrappreżenta l-episodji li dehru b’rata ogħla fost pazjenti li ingħataw il-programm ta’ kura Fuzeon+ OB milli fost f’pazjenti li ingħataw programm ta’ kura b’OB waħdu b’żieda f’espożizzjoni aġġustata ta’ mill-inqas 2 pazjenti b’episodju kull 100 sena ta’ pazjent. Dehret żieda statistikament sinifikanti għall-pnewmonja u limfadenopatija. Il-maġġoranza tar-reazzjonijiet kienu ħfief jew moderati fl-intensità tagħhom. Reazzjonijiet avversi huma elenkati skont il-klassi tas-sistemi u tal- organi MedDRA u l-kategorija ta’ frekwenza. Kategoriji ta’ frekwenza huma definiti bl-użu tal- konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000), rari ħafna (<1/10,000); mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli).

Tabella 2: Reazzjonijiet avversi attribwiti lill-kura b’Fuzeon fl-istudji TORO 1 u TORO 2 ikkombinati

Klassi tas-sistemi u tal-organi

Reazzjoni avversa

Frekwenza

 

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

Komuni

Sinożite, papilloma tal-ġilda, influwenza,

 

pulmonite, infezzjoni tal-widnejn

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

 

Komuni

Limfadenopatija

 

 

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

 

Komuni

Tnaqqis fl-aptit, anoressija, ipertrigliċeridemija,

 

żieda ta’ trigliċeridi fid-demm, dijabete mellitus

Disturbi psikjatriċi

 

Komuni

Ansjetà, ħmar il-lejl, irritabilità

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Komuni ħafna

Newropatija periferali

Komuni

Ipoestesija, disturb fl-attenzjoni, tregħid

 

 

Disturbi fl-għajnejn

 

Komuni

Konġuntivite

 

 

Disturbi fil-widnejn u fis-sistema Labirintika

 

Komuni

Vertigo

 

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

 

Komuni

Konġestjoni fl-imnieħer

 

 

Disturbi gastro-intestinali

 

Komuni

Pankreatite, marda ta’ rifluss gastro-esofagali

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessut ta’ taħt il-gilda

 

Komuni

Ġilda xotta, ekżema seborrejika, eritema, akne

 

 

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-tessuti konnettivi

 

u tal-għadam

 

Komuni

Mijalġja

 

 

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

 

Komuni

Ġebla fil-kliewi, demm fl-awrina

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

jingħata

 

Komuni ħafna

Tnaqqis fil-piż

Komuni

Mard jixbaħ lill-influwenza, astenja

 

 

ċ. Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

 

Reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni

 

Reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni (ISRs - injection site reactions) kienu l-aktar reazzjonijiet avversi rrappurtati b’mod frekwenti u seħħew f’98% tal-pazjenti (Tabella 3). Il-maġġoranza l-kbira tal-ISRs seħħew fl-ewwel ġimgħa ta’ għoti ta’ Fuzeon u kienu assoċjati ma’ uġigħ ħafif sa moderat jew skomdu fis-sit tal-injezzjoni mingħajr limitazzjonijiet fl-attivitajiet ta’ kuljum. Is-severità tal-uġigħ u

tal-iskomdu ma żdiedux mat-tul tal-kura. Is-sinjali u s-sintomi ġeneralment damu għal jew anqas minn sebat ijiem. Infezzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni (inkluż aċċess u ċellulite) seħħew f’1.5 % tal-pazjenti.

Tabella 3: Sommarju ta’ sinjali/sintomi ndividwali li jikkaratterizzaw reazzjonijiet lokali fis-sit tal-injezzjoni fl-istudji TORO 1 u TORO 2 ikkombinati (% ta’ pazjenti)

 

 

n=663

 

Rata ta’ Rtirar minħabba ISRs

 

4%

 

Kategorija tal-Avveniment

Fuzeon + Sfond

% ta’

% ta’

 

ottimizzata

Avvenimenti li

Avvenimenti li

 

 

kienu jinkludu

kienu jinkludu

 

 

reazzjonijiet ta’

reazzjonijiet ta’

 

 

Grad 3

Grad 4

Uġigħ / skomdu

96.1%

11.0%b

0%b

Eritema

90.8%

23.8%c

10.5%c

Ebusija

90.2%

43.5%d

19.4%d

Għoqod u ċesti

80.4%

29.1%e

0.2%e

Ħakk

65.2%

3.9%f

NA

Eċċimosi

51.9%

8.7%g

4.7%g

aKull grad ta’ severità.

bGrad 3= uġigħ qawwi bi bżonn ta’ analġeżiċi (jew analġeżiċi narkotiċi għal ≤ 72 siegħa) u/jew b’limitazzjoni tal-attivitajiet ta’ kuljum; Grad 4= uġigħ qawwi bi bżonn li l-pazjent jiddaħħal l-isptar jew li jdum iktar l-isptar, li jwassal għall-mewt, jew diżabilità/inkapaċità persistenti jew sinifikanti, jew ta’ periklu għall-ħajja, jew ta’ sinifikanza medika.

cGrad 3= dijametru medju ta’ ≥ 50 mm iżda <85 mm; Grad 4 = dijametru medju ta’ ≥ 85 mm. dGrad 3= dijametru medju ta’ ≥ 25 mm iżda <50 mm; Grad 4= dijametru medju ta’ ≥ 50 mm. eGrad 3= ≥ 3 cm; Grad 4= Jekk qed tnixxi.

fGrad 3= reżistenti għall-kura topika jew li teħtieġ kura orali jew parenterali; Grad 4= mhux definita. gGrad 3= > 3 cm iżda ≤ 5 cm; Grad 4= > 5 cm.

Barra minn hekk kien hemm ukoll numru żgħir ta’ reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva attribwiti għal enfuvirtide u f’xi każijiet dawn reġgħu seħħu meta l-pazjenti reġgħu ingħataw il-prodott mediċinali (ara sezzjoni 4.4).

Reazzjonijiet avversi oħra

F’pazjenti nfetti b’HIV b’defiċjenza immuni severa fil-ħin li tinbeda t-terapija antiretrovirali kombinata (CART), tista’ sseħħ reazzjoni infjammatorja għall-infezzjonijiet mingħajr sintomi jew infezzjonijiet residwali opportunistiċi. Disturbi awtoimmuni (bħall-marda ta’ Graves) ġew irrappurtati wkoll; madankollu, iż-żmien irrappurtat sal-bidu hu iktar varjabbli u dawn l-avvenimenti jistgħu jseħħu ħafna xhur wara l-bidu tal-kura (ara sezzjoni 4.4).

Kienu rrappurtati każijiet ta’ osteonekrożi, speċjalment f’pazjenti b’fatturi ta’ riskju ġeneralment magħrufa, marda ta’ l-HIV avvanzata jew esponiment fit-tul għal CART. Il-frekwenza ta’ din mhix magħrufa (ara sezzjoni 4.4).

Bħala peptide, enfuvirtide jista’ jikkawża amilojdosi fil-ġilda fis-sit tal-injezzjoni.

Anormalitajiet tal-Laboratorju

Il-biċċa l-kbira tal-pazjenti ma kellhomx tibdil fil-grad ta’ tossiċità fl-ebda parametru tal-laboratorju waqt l-istudju ħlief dawk elenkati f’Tabella 4. Matul l-48 ġimgħa, esinofilja [aktar mill-Limitu ta’ Fuq tan-Normal ta’ > 0.7 x 109/1] seħħet b’rata ogħla f’pazjenti fil-grupp b’Fuzeon (12.4 pazjent b’effett għal kull 100 sena ta’ pazjent) meta mqabbla ma’ programm ta’ kura b’OB waħdu (5.6 pazjent b’effett għal kull 100 sena ta’ pazjent). Meta jintuża limitu ogħla għal esinofilja (>1.4 x 109/l), ir-rata aġġustata ta’ l-espożizzjoni tal-pazjent ta’ esinofilja huwa ugwali fiż-żewġ gruppi (1.8 pazjent b’episodju għal kull 100 sena ta’ pazjent) .

Tabella 4: Anormalitajiet tal-laboratorju ta’ Grad 3 & 4 b’espożizzjoni aġġustata fost pazjenti fuq programm ta’ kura b’Fuzeon+OB u OB waħdu, rrapurtati ghal aktar minn 2 pazjenti b’effett kull 100 sena ta’ pazjent.

Gradazzjoni tal-Parametri tal-

Programm ta’ kura b’

Programm ta’ kura b’OB waħdu

Laboratorju

Fuzeon+OB Kull 100 sena ta’

Kull 100 sena ta’ pazjent

 

pazjent

 

n

(Total ta’ snin ta’ Espożizzjoni

(557.0)

(162.1)

ta’ pazjent)

 

 

ALAT

 

 

Gr. 3 (>5-10 x ULN)

4.8

4.3

Gr. 4 (>10 x ULN)

1.4

1.2

Emoglobina

 

 

Gr. 3 (6.5-7.9 g/dL)

2.0

1.9

Gr. 4 (<6.5 g/dL)

0.7

1.2

Creatinine phosphokinase

 

 

Gr. 3 (>5-10 x ULN)

8.3

8.0

Gr. 4 (>10 x ULN)

3.1

8.6

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-ebda każ ta’ doza eċċessiva ma ġie rrappurtat. L-ogħla doża mogħtija lil 12-il pazjent fi prova klinika kienet ta’ 180 mg bħala doża waħda minn taħt il-ġilda. Dawn il-pazjenti ma wrewx reazzjonijiet avversi li ma deherux bid-doża rakkomandata. F’studu ta’ Program Bikri ta’ Aċċess, pazjent wieħed kien amministrat 180 mg ta’ Fuzeon bħala doża waħda fuq okkażżjoni waħda. Hu ma esperjenzax reazzjoni avversa bħala riżultat.

M’hemmx antidotu speċifiku għal doża eċċessiva ta’ enfuvirtide. Il-kura ta’ doża eċċessiva għandha tikkonsisti minn miżuri ġenerali ta’ support.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antivirali oħrajn, Kodiċi ATC: J05 A-X07

Mekkaniżmu ta’ Azzjoni: Enfuvirtide huwa membru tal-klassi terapewtika msejħa inibituri tal-fużjoni. Huwa inibitur ta’ l-arranġament strutturali mill-ġdid ta’ gp41 ta’ HIV-1 u jaħdem billi jeħel speċifikament ma’ din il-proteina tal-virus barra miċ-ċellula u b’hekk iwaqqaf il-fużjoni bejn il- membrana taċ-ċellula tal-virus u l-membrana taċ-ċellula immirata, u jipprevjeni li l-RNA virali tidħol fiċ-ċellula immirata.

Attività antivirali in vitro: Is-suxxettibilità għal enfuvirtide ta’ 612 rikombinanti ta’ HIV li fihom il- ġeni env minn kampjuni ta’ RNA ta’ HIV meħuda fil-linja bażi minn pazjenti fi studji ta’ Fażi III taw medja ġeometrika ta’ EC50 ta’ 0.259 µg/ml (medja ġeometrika + 2SD = 1.96 µg/ml) f'analiżi tad-dħul ta' HIV b’fenotip rikombinanti. Enfuvirtide waqqaf ukoll il-fużjoni bejn ċellula u oħra medjata mill- envelop ta’ HIV-1. Studji ta’ kombinazzjoni ta’ enfuvirtide flimkien ma’ membri rappreżentattivi tad- diversi klassijiet antiretrovirali wrew attivitajiet antivriali addittivi sa sinerġistiċi u nuqqas ta’ antagoniżmu. Ir-relazzjoni bejn is-suxxettibiltà in vitro ta’ l-HIV-1 għal enfuvirtide u l-inibizzjoni ta’ replikazzjoni ta’ l-HIV-1 fil-bnedmin ma ġietx stabbilita.

Reżistenza għall-mediċina antiretrovirali: Soppressjoni virali mhux kompleta tista’ twassal għalli żvilupp ta’ reżistenza għall-mediċini għal wieħed jew aktar mill-komponenti tal-programm ta’ kura.

Reżistenza In Vitro għal enfuvirtide: Iżolati ta’ HIV-1 b’suxxettibiltà mnaqqsa għal enfuvirtide ntagħżlu in vitro li għandhom sostituzzjonijiet f’aċidi amminiċi (aa) 36-38 ta’ gp41 ectodomain. Dawn is-sostituzzjonijiet kienu korrelatati ma’ livelli varji ta’ suxxettibiltà mnaqqsa għal enfuvirtide f’mutanti ta’ HIV mmirati lejn il-post.

Reżistenza In Vivo għal enfuvirtide: Fl-istudji kliniċi ta’ Fażi III rikombinanti ta’ HIV li fihom il-ġeni ta’ env minn kampjuni ta’ RNA ta’ HIV meħuda sa ġimgħa 24 minn 187 pazjent urew tnaqqis ta’ > 4 darbiet fis-suxxettibiltà għal enfuvirtide meta mqabbla mal-kampjuni korrispondenti ta’ qabel il-kura. Minn dawn, 185 (98.9 %) ġeni ta’ env kellhom sostituzzjonijiet speċifiċi ta’ aa 36 – 45 ta’ gp 41. Is- sostituzzjonijiet osservati bl-akbar frekwenza mniżżla l-ewwel kienu f’pożizzjonijiet aa 38, 43, 36, 40, 42 u 45. Kull sostituzzjoni singola speċifika f’dawn ir-reżidwi f’gp41 wasslet għal firxa ta’ tnaqqis fis- suxxettibiltà rikombinanti virali għal enfuvirtide mill-linja bażi. It-tibdil fil-medja ġeometrika varja minn 15.2-il darba għal V38M għal 41.6-il darba għal V38A. Ma kienx hemm biżżejjed eżempji ta’ sostituzzjonijiet multipli sabiex xejriet konsistenti ta’ sostituzzjonijiet jew l-effetti tagħhom fuq is- suxxettibiltà virali għal enfuvirtide jiġu stabbiliti. Ir-relazzjoni ta’ dawn is-sostituzzjonijiet għall- effettività in vivo ta’ enfuvirtide ma ġietx stabbilita. Tnaqqis fis-sensittività virali ġie korrelatat mal- grad ta’ reżistenza għall-terapija li diġa qed tintuża ta’ qabel il-kura (ara Tabella 6).

Reżistenza Incroċjata: Minħabba l-mira virali ġdida tiegħu, enfuvirtide għandu l-istess livell ta’ attività in vitro kemm kontra iżolati kliniċi, kontra dawk tal-laboratorju tat-tip salvaġġ, kif ukoll kontra dawk b’reżistenza għal 1, 2, jew 3 klassijiet oħrajn ta’ antiretrovirali (impedituri nucleoside reverse transcriptase, impedituri non-nucleoside reverse transcriptase u impedituri protease). Bil-maqlub, mutazzjonijiet f’aa 36-45 ta’ gp41 li jagħtu reżistenza għal enfuvirtide mhux mistennija li jagħtu wkoll reżistenza incroċjata għal klassijiet oħrajn ta’ antiretrovirali.

Tagħrif Farmakodinamiku Kliniku

Studji f’Pazjenti b’Esperjenza Antiretrovirali: L-attività klinika ta’ Fuzeon (mogħti flimkien ma’ aġenti antiretrovirali oħrajn) fuq livelli ta’ RNA ta’ l-HIV fil-plażma u l-għadd CD4 ġiet investigata f’żewġ studji ta’ 48 ġimgħa randomised, multiċentrali u kontrollati (TORO 1 u TORO 2) b’Fuzeon. Il- popolazzjoni b’intenzjoni li tiġi kkurata kienet ta’ 995 pazjent. Id-demografika tal-pazjenti jinkludu linja bażi medjana ta’ RNA ta’ HIV-1 ta’ 5.2 log10 kopji/ml u 5.1 log10 kopji/ml u l-linja bażi medjana tal-għadd ta’ ċelluli CD4 ta’ 88 ċellula/mm3 u 97 ċellula/mm3 għal Fuzeon + OB u OB, rispettivament. Pazjenti kellhom espożizzjoni minn qabel għal medjan ta’ 12-il antiretrovirali għal medjan ta’ 7 snin. Il-pazjenti kollha rċevew programm ta’ kura (OB) fl-sfond ottimizzat li kkonsista minn 3 sa 5 aġenti antiretrovirali magħżula fuq il-bażi ta’ kura preċedenti tal-pazjent, kif ukoll fuq il-kejl ta’ reżistenza virali ġenotipika u fenotipika fil-linja bażi.

Il-proporzjon ta’ pazjenti li laħqu viral load ta’ < 400 kopji/ml f’ġimgħa 48 kienu 30.4 % fost il- pazjenti fuq programm ta’ kura b’Fuzeon + OB meta mqabbel ma’ 12 % fost pazjenti fuq programm ta’ kura b’OB waħdu. Iż-żieda fl-għadd ta’ ċelluli CD4 medja kien għola f’pazjenti fuq programm ta’ kura b’Fuzeon + OB milli f’pazjenti fuq programm ta’ kura b’OB waħdu (ara Tabella 5).

Tabella 5 Riżultati ta’ Kura Randomizzat f’Ġimgħa 48 (Studji Miġbura ta’ TORO 1 u TORO 2 ITT)

Riżultati

 

Fuzeon + OB

OB

Differenza

95%

valur p

 

 

90 mg bid

(N=334)

fil-Kura

Interval ta’

 

 

 

(N=661)

 

 

Konfidenz

 

 

 

 

 

 

a

 

RNA ta’ HIV-1

 

-1.48

-0.63

LSM

-1.073, -

<.0001

Log Bidla mill-linja bażi

 

 

 

-0.85

0.628

 

(log10 kopji/ml)*

 

 

 

 

 

 

Għadd ta’ ċelluli CD4+

 

+91

+45

LSM

25.1, 67.8

<.0001

Bidla mill-linja bażi

 

 

 

46.4

 

 

(celluli/mm3)#

 

 

 

 

 

 

RNA ta’ HIV >1 log taħt

 

247 (37.4%)

57 (17.1%)

Odds Ratio

2.16, 4.20

<.0001

Il-Linja Bażi**

 

 

 

3.02

 

 

RNA ta’ HIV <400 kopji/ml**

 

201 (30.4%)

40 (12.0%)

Odds Ratio

2.36, 5.06

<.0001

 

 

 

 

3.45

 

 

RNA ta’ HIV <50 kopji/ml**

 

121 (18.3%)

26 (7.8%)

Odds Ratio

1.76, 4.37

<.0001

 

 

 

 

2.77

 

 

Twaqqfu minħabba reazzjonijiet

9%

11%

 

 

 

avversi/mard fl-istess waqt/lab

 

 

 

 

 

Twaqqfu minħabba reazzjonijiet

4%

N/A

 

 

 

fil-post ta’ l-injezzjoni

 

 

 

 

 

 

Twaqqfu minħabba raġunijiet

 

13%

25%

 

 

 

oħrajn φ§

 

 

 

 

 

 

*Bbażat fuq riżultati minn tagħrif kombinat ta’ TORO 1 u TORO 2 fuq popolazzjoni ITT, il-viral load f’ġimgħa 48 għal persuni li waqfu wara l-vista ta’wara, waqqfu t-terapija, jew kellhom insuffiċjenza viroloġika sostitwita bl-aħħar

osservazzjoni tagħhom (LOCF).

#L-aħħar valur miġjub ’l quddiem.

**M-H test: Waqfien jew insuffiċjenza viroloġika meqjusa bħala insuffiċjenzi.

Perċentwali bbażat fuq popolazzjoni ta’ sigurtà Fuzeon+sfond (N=663) u sfond (N=334). Denominatur għal pazjenti

φ

§

li ma qalbux: N=112.

Skond id-deċiżjoni ta’ l-investigatur.

Jinkludi waqfien wara l-vista ta’wara , rifjut ta’ kura, u raġunijiet oħrajn.

Terapija ta’ Fuzeon + OB kienet assoċjata ma' proporzjon ogħla ta' pazjenti li laħħqu <400 kopja/ml (jew 50 kopja/ml) fis-sotto gruppi kollha bbażat fuq CD4 fil-linja bażi, RNA ta’ HIV-1 fil-linja bażi, n-numru ta’ antiretrovirali ta’ qabel (ARVs) jew in-numru ta’ ARVs attivi fil-programm ta’ kura OB.

Iżda, persuni b’linja bażi ta’ CD4 > 100 ċellula/mm3, linja bażi ta’ RNA ta’ HIV-1 <5.0 log10 kopji/ml, u/jew ARVs attivi oħra, fil-programm ta’ kura ta’ OB tagħhom kienu aktar probabbli li jiksbu RNA ta’ HIV-1 ta’ <400 kopja/ml (jew < 50 kopja/ml) fuq kwalunkwe kura (ara Tabella 6).

Tabella 6 Proporzjon ta’ pazjenti li laħqu <400 kopja/ml u <50 kopja/ml f’Ġimgħa 48 skond is-sottogrupp (TORO 1 u TORO 2 miġbura flimkien, ITT)

Sottogrupp

RNA ta’ HIV-1 < 400 kopja/ml

RNA ta’ HIV-1 < 50 kopja/ml

 

 

 

 

 

 

Fuzeon + OB

OB

Fuzeon + OB

OB

 

90 mg bid

(N=334)

90 mg bid

(N=334)

 

(N=661)

 

(N=661)

 

BL RNA ta’ HIV-1 <

118/269

26/144

77/269

18/144

5.0 log101 kopji/ml

(43.9%)

(18.1%)

(28.6%)

(12.5%)

BL RNA ta’ HIV-1

83/392

14/190

44/392

8/190

5.0 log101 kopji/ml

(21.2%)

(7.4%)

(11.2%)

(4.2%)

 

 

 

 

 

Total ta’ ARVs qabel

100/215

29/120

64/215

19/120

≤ 101

(46.5%)

(24.2%)

(29.8%)

(15.8%)

Total ta’ ARVs qabel

101/446

11/214

57/446

7/214

> 101

(22.6%)

(5.1%)

(12.8%)

(3.3%)

 

 

 

 

 

0 ARVs attivi fl-

9/112

0/53

4/112

0/53

isfond1,2

(8.0%)

(0%)

(3.5%)

(0%)

ARV 1 fl-isfond1,2

56/194

7/95

34/194

3/95

 

(28.9%)

(7.4%)

(17.5%)

(3.2%)

≥2 ARVs fl-isfond1,2

130/344

32/183

77/334

22/183

 

(37.8%)

(17.5%)

(22.4%)

(12.0%)

1Waqfien jew insuffiċjenzi viroloġiċi meqjusa bħala insuffiċjenzi. 2Ibbażat fuq il-punteġġ GSS.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

It-tagħrif farmakokinetiku ta’ enfuvirtide ġie evalwat f’pazjenti adulti u pedjatriċi infettati bl-HIV-1.

Assorbiment: Il-biodisponibiltà assoluta wara għoti minn taħt il-ġilda ta’ enfuvirtide 90 mg fl-addome kienet ta’ 84.3 ± 15.5%. Cmax medja (± SD) kienet ta’ 4.59 ± 1.5 µg/ml, AUC kienet ta’ 55.8 ± 12.1 µg*hr/ml. L-assorbiment minn taħt il-ġilda ta’ enfuvirtide huwa proporzjonali mad-doża mogħtija fuq il-medda ta’ dożi minn 45 sa’ 180 mg. L-assorbiment minn taħt il-ġilda ta’ doża ta’ 90 mg huwa simili meta injettata fl-addome, fil-koxxa jew fid-driegħ. F’erba’ studji separati (N=9 sa’ 12) il-medja ta’ konċentrazzjoni l-aktar baxxa fi stat fiss fil-plażma varjat minn 2.6 sa’ 3.4 µg/ml.

Distribuzzjoni: Il-volum ta’ distribuzzjoni fi istat fiss b’għoti minn taħt il-ġilda ta’ doża ta’ 90 mg enfuvirtide kien ta’ 5.5 ± 1.11. 92%. Enfuvirtide huwa 92% marbut ma’ proteini tal-plażma fi plażma infettata bl-HIV fuq medda ta’ konċentrazzjonijiet fil-plażma bejn 2 sa’ 10 µg/ml. Huwa marbut l- aktar ma’ albumin u fi grad anqas ma’ α-1 acid glycoprotein. Fi istudji in vitro, enfuvirtide ma tneħħiex mill-postijiet ta’ rbit tiegħu minn prodotti mediċinali oħrajn, u enfuvirtide ma neħħiex prodotti mediċinali oħrajn mill-postijiet ta’ rbit tagħhom. F’pazjenti bl-HIV, livelli ta' enfuvirtide fil- fluwidu ċerebrospinali kien irrappurtat bħala negliġibli.

Bijotrasformazzjoni: Bħala peptide, enfuvirtide huwa mistenni li jgħaddi minn kataboliżmu għal la ċidi amminiċi li minnhom huwa magħmul, biex imbagħad l-aċidi aminiċi jiġu rriċiklati ġol-ġisem. Studji mikrosomali umani in vitro u studji in vivo jindikaw li enfivirtide m’huwiex impeditur ta’ len żimi CYP450. Fi studji b’epatoċiti u mikrosomi umani in vitro, l-idrolisi tal-grupp amide ta’ l-aċidu aminu fit-terminu C, phenylalanine twassal għal metabolita deamidat u l-formazzjoni ta’ dan il- metabolta m’huwiex dipendenti minn NADPH. Dan il- metabolita jista’ jinstab fil-plażma umana wara l-għoti ta’ enfuvirtid, b’AUC li tvarja minn 2.4 sa’ 15% ta' l-AUC ta’ enfuvirtide.

Eliminazzjoni: It-tneħħija ta’ enfuvirtide wara għoti ta’ 90 mg minn ġol-vini kienet ta’ 1.4 ± 0.28 l/h u l-half-life kienet ta’ 3.2 ± 0.42 h. Wara doża ta’ 90 mg enfuvirtide minn taħt il-ġilda l-half life ta’

enfuvirtide kienet ta’ 3.8 ± 0.6 h. Ma sarux studji tal-bilanċ tal-massa fil-bnedmin sabiex jinstab(u) l- passaġġ(i) ta’ eliminazzjoni ta’ enfuvirtide.

Indeboliment epatiku: Il-farmakokinetika ta’ enfuvirtide ma ġietx studjata f’pazjenti b’indeboliment epatiku.

Indeboliment tal-kliewi: Analiżi ta’ riżultati ta’ konċentrazzjoni fil-plażma minn pazjenti fi provi kliniċi indikat li t-tneħħija ta’ enfuvirtide m’hijiex affettwata b’mod klinikament rilevanti f’pazjenti b’indeboliment renali ħafif sa moderat. Fi studju dwar indeboliment renali, l-AUC ta’ enfuvirtide żdiedet b’medja ta’ 43-62% f’pazjenti b’indeboliment renali sever jew b’marda renali ta’ l-aħħar stadju, meta mqabbel ma’ pazjenti b’funzjoni renali normali. Emodijalisi ma biddlitx it-tneħħija ta’ enfuvirtide b’mod sinifikanti. Inqas minn 13% tad-doża tneħħiet waqt l-emodijalisi. M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża għall-pazjenti b’indeboliment fil-funzjoni renali.

Anzjani: Il-farmakokinetika ta’ enfuvirtide ma ġietx studjati formalment f’pazjenti anzjani b’età 'l fuq minn 65 sena.

Sess u Piż: L-analiżi ta’ tagħrif dwar il-konċentrazzjoni fil-plażma minn pazjenti fi provi kliniċi indikat li t-tneħħija ta’ enfuvirtide hija 20% inqas fin-nisa milli fl-irġiel irrispettivament mill-piż, u tiżdied mal-piż irrispettivament mis-sess ta’ l-individwu (20% ogħla f’pazjent li jiżen 100 kg u 20% anqas f’pazjent li jiżen 40 kg meta mqabbla ma' pazjent li jiżen 70 kg). Iżda dawn it-tibdiliet m’humiex klinikament sinifikanti u m’hemm bżonn ta' l-ebda tibdil fid-doża.

Razza: L-analiżi ta’ tagħrif dwar il-konċentrazzjoni fil-plażma minn pazjenti fi provi kliniċi ndikat li t- tneħħija ta’ enfuvirtide ma kienetx differenti f’Afro-Amerikani meta mqabbla mal-Kawkasi. Studji tal- PK oħrajn ma jurux differenzi bejn l-Ażjatiċi u l-Kawkasi wara l-aġġustar ta’ l-espożizzjoni minħabba l-piż.

Popolazzjoni pedjatrika: Il-farmakokinetika ta’ enfuvirtide ġiet studjata f’37 pazjent pedjatriku. Doża ta’ 2 mg/kg (massimu ta’ 90 mg) tat konċentrazzjonijiet ta’ enfuvirtide fil-plażma simili għal dawk f’pazjenti adulti li rċivew dożaġġ ta’ 90 mg bid. F’25 pazjent pedjatriku ta’ etajiet bejn il-5 u s-16-il sena li rċevew doża ta’ 2 mg/kg bid fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ, fin-naħa ta’ quddiem tal-koxxa jew fl- addome, l-AUC fi istat fiss medju kienet ta’ 54.3 ± 23.5 µg*h/ml, is-Cmax kienet ta’ 6.14 ± 2.48 µg/ml, u s-Ctrough kienet ta’ 2.93 ± 1.55 µg/ml.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, u dewmien fl-iżvilupp ta’ l-embriju ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin. Ma sarux studji dwar l-effetti karċinoġeniċi għal żmien twil fuq l-annimali.

Studji fuq il-fniek ta’ l-Indi jindikaw potenzjal li enfuvirtide jipproduċi sensittività eċċessiva ttardjata għal kuntatt. F’mudell fil-far dwar ir-reżistenza għall-infezzjoni ta’ l-influwenza, kienet osservata tnaqqis fil-produzzjoni ta’ IFN-γ. Ir-reżistenza għall-infezzjoni u nfezzjonijiet kkawżati minn streptococci fil-firien, kienet kompromessa biss b’mod ħafif. L-importanza klinika ta’ dawn is-sejbiet m’hijiex magħrufa.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Trab

Sodium carbonate

Mannitol

Sodium hydroxide

Hydrochloric Acid

Solvent

Ilma għall-injezzjonijiet

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Trab 4 snin

Solvent 4 snin

Żmien kemm idum tajjeb wara r-rikostituzzjoni Wara r-rikostituzzjoni: Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C).

Meta mħares mid-dawl, l-istabbilità kimika u fiżika waqt l-użu ntweriet għal 48 siegħa f’temperatura ta' 5oC.

Mill-aspett mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża minnufih. Jekk ma jintużax minnufih, il-perjodu u l-kundizzjonijiet tal-ħażna qabel l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min qed jagħmel użu minnu u normalment m’humiex aktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2oC sa’ 8oC, sakemm ir-rikostituzzjoni ma sseħħx taħt kundizzjonijiet asettiċi kontrollati u validati.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Trab

Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl. Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r- rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

Solvent

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn kondizzjonijiet speċjali ta’ ħażna.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Trab

 

Kunjett:

kunjett ta’ 3 ml, ħġieġ bla kulur tat-tip 1

Għatu:

tapp tal-lajofilizzazzjoni, gomma (mingħajr latex)

Siġill:

siġill tal-aluminju b’għatu flip-off

Solvent

 

Kunjett:

kunjett ta’ 2ml, ħġieġ bla kulur tat-tip 1

Għatu

tapp tal-gomma (mingħajr latex)

Siġill:

siġill tal-alumniju b’għatu flip-off

Daqsijiet tal-pakkett

60 kunjett bi trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni 60 kunjett b’solvent

60 siringa tat-3 ml

60 siringa tal-1 ml

180 msielaħ bl-alkoħol

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u meta jiġi rikostitwit

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

Qabel l-ewwel użu, il-pazjenti għandhom jiġu mgħarrfa minn professjonist fil-kura tas-saħħa dwar l- użu u l-amministrazzjoni ta’ Fuzeon.

Fuzeon għandu jiġi rikostitwit b’1.1 ml Ilma għall-Injezzjonijiet biss. Il-pazjenti għandhom jiġu mgħarrfa biex iżidu l-ilma għall-injezzjonijiet u mbagħad itektku l-kunjett bil-mod bil-ponta ta’ subgħajhom sakemm it-trab jibda jinħall. Qatt m’għandhom iħawwdu l-kunjett jew idawruh rasu 'l isfel biex iħalltu – dan jikkawża ragħwa eċċessiva. Wara li t-trab jibda jinħall, jistgħu jħallu l- kunjett sabiex jinħall kompletament. It-trab jista’ jieħu sa 45 minuta biex jinħall f’soluzzjoni. Il- pazjenti jistgħu jgerbu l-kunjett bil-mod bejn idejhom wara li jżidu l-ilma għall-injezzjonijiet sakemm jinħall għal kollox u dan jista’ jnaqqas il-ħin meħtieġ għat-trab biex jinħall. Qabel il-ġbid tas- soluzzjoni sabiex tittieħed, il-pazjent għandu jifli l-kunjett viżwalment sabiex jiżgura li l-kontenut huwa kollu f’soluzzjoni, u li s-soluzzjoni hija ċara u mingħajr bżieżaq jew frak. Jekk ikun hemm xi frak, il-kunjett m’għandhiex tintuża u għandha tintrema jew tittieħed lura l-ispiżerija.

Il-kunjetti bis-solvent fihom 2 ml Ilma għall-Injezzjonijiet, li minnhom 1.1 ml għandu jinġibed għar- rikostituzzjoni tat-trab. Il-pazjenti għandhom jiġu nformati biex jarmu l-volum li jifdal fil-kunjett tas- solvent.

Fuzeon ma fihx preservattivi. Meta s-soluzzjoni tiġi rikostitwita, din trid tiġi injettata minnufih. Jekk is-soluzzjoni rikostitwita ma’ tistax tiġi injettata minnufih, din għandha tinżamm fil-friġġ sakemm tintuża u għandha tintuża fi żmien 24 siegħa. Soluzzjoni rikostitwita li kienet fil-friġġ għandha tinġieb għal temperatura tal-kamra qabel l-injezzjoni.

1 ml ta’ soluzzjoni rikostitwita għandha tiġi injettata minn taħt il-ġilda fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ, fl- addome jew fin-naħa ta’ quddiem tal-koxxa. L-injezzjoni għandha tingħata f’post differenti minn fejn ingħatat id-darba ta’ qabel u f’post fejn m’hemmx reazzjoni għall-injezzjoni. Kunjett wieħed huwa tajjeb għall-użu ta' darba biss; porzjonijiet li ma jintużawx għandhom jintremew.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Roche Registration Limited

6 Falcon Way

Shire Park

Welwyn Garden City

AL7 1TW

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/03/252/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI /TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni:

27 ta’ Mejju 2003

Data tal-aħħar tiġdid:

27 ta’ Mejju 2008

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati