Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Ganfort (bimatoprost / timolol) – Fuljett ta’ tagħrif - S01ED51

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaGanfort
Kodiċi ATCS01ED51
Sustanzabimatoprost / timolol
ManifatturAllergan Pharmaceuticals Ireland

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

GANFORT 0.3 mg mikrogramma/ml + 5 mg/ml qtar għall-għajnejn, soluzzjoni

Bimatoprost/timolol

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispizjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu GANFORT u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża GANFORT

3.Kif għandek tuża GANFORT

4.Effetti sekondarji possibbli

5 Kif taħżen GANFORT

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu GANFORT u għalxiex jintuża

GANFORT fih żewġ sustanzi attivi differenti (bimatoprost u timolol) u t-tnejn li huma jnaqqsu l-pressjoni għolja fil-għajn. Bimatoprost jifforma parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala prostamides, analogu ta’ prostaglandin. Timolol jifforma parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala imblokkaturi tar-riċetturi beta.

Għajnek fiha likwidu ċar li jsostni l-parti ta’ ġewwa tal-għajn. Il-likwidu joħroġ kontinwament mill-għajn u likwidu ġdid jiġi magħmul biex jeħodlu postu. Jekk il-likwidu ma joħroġx malajr biżżejjed, tiżdied il-pressjoni fuq il-parti ta’ ġewwa tal-għajn u tista’ eventwalment tkun ta’ dannu għall-vista tiegħek (marda msejħa glawkoma). GANFORT jaħdem billi jnaqqas il-produzzjoni tal- likwidu kif ukoll billi jżid l-ammont ta’ likwidu li jitneħħa. Dan inaqqas il-pressjoni fil-parti ta’ ġewwa tal-għajn.

Il-qtar tal-għajnejn GANFORT jintuża għall-kura ta’ pressjoni għolja fl-għajnejn f’persuni adulti, li jinkludu l-anzjani. Din il-pressjoni għolja tista’ twassal għal glawkoma. It-tabib tiegħek ser jagħtik riċetta għal GANFORT meta qtar ieħor tal-għajnejn li jkun fih imblokkaturi beta jew analogi ta’ prostaglandin ma jkunux ħadmu biżżejjed waħedhom.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża GANFORT

Tużax GANFORT qtar għall-għajnejn, soluzzjoni

-jekk int allerġiku għal bimatoprost, timolol, imblokkaturi beta jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

-jekk għandek jew kellek fil-passat problemi respiratorji bħal ażżma, bronkite ostruttiva kronika severa (mard sever tal-pulmun li jista’ jikkawża tħarħir, diffikultà biex tieħu n-nifs u/jew sogħla li ddum fit-tul)

-jekk għandek problemi tal-qalb bħal rata baxxa ta’ taħbit tal-qalb, imblokk tal-qalb, jew

insuffiċjenza tal-qalb

Twissijiet u prekawzjonijiet

Qabel ma tuża din il-mediċina, għid lit-tabib tiegħek jekk għandek issa jew jekk kellek fil-passat

-mard koronarju tal-qalb, (sintomi jistgħu jinkludu wġigħ jew tagħfis fis-sider, qtugħ ta’ nifs jew li tifga), insuffiċjenza tal-qalb, pressjoni baxxa,

-disturbi fir-rata ta’ taħbit tal-qalb bħal rata baxxa ta’ taħbit tal-qalb,

-problemi biex tieħu n-nifs, ażżma jew marda ostruttiv pulmonari kroniku

-marda ta’ ċirkolazzjoni batuta tad-demm (bħal marda ta’ Raynaud jew is-sindrome ta’ Raynaud)

-attività żejda tal-glandola tat-tirojde għax timolol jista’ jaħbi sinjali u sintomi ta’ mard tat- tirojde

-dijabete għax timolol jista’ jaħbi sinjali u sintomi ta’ livelli baxxi taz-zokkor fid-demm reazzjonijiet allerġiċi severi

-problemi fil-fwied jew fil-kliewi

-problemi fil-wiċċ tal-għajnejn

-separazzjoni ta’ wieħed mis-saffi tal-boċċa tal-għajn wara operazzjoni biex titnaqqas il- pressjoni fl-għajn

-fatturi magħrufa ta’ riskju ta’ edema makulari (nefħa tar-retina ġol-għajn li twassal biex il-vista tmur għall-agħar), pereżempju operazzjoni biex tneħħi il-katarretti.

Qabel tingħata loppju kirurġiku għid lit-tabib tiegħek li qed tuża GANFORT għax timolol jista’ jibdel l-effetti ta’ xi mediċini li jintużaw waqt l-għoti tal-loppju.

GANFORT jista’ jikkawża skurament u żieda fit-tul tax-xagħar ta’ xfar il-għajn, u jikkawża ukoll skurament tal-ġilda ta’ tebqet il-għajn. Il-kulur tal-ħabba tal-għajn jista’ jiskura wkoll maż-żmien.

Dawn il-bidliet jistgħu jkunu permanenti. Il-bidla tista’ tkun aktar evidenti meta l-kura ssir fuq għajn waħda biss. GANFORT jista’ jikkawża tkabbir ta’ xagħar meta jmiss mal-wiċċ tal-ġilda.

Tfal u adolexxenti

Tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena m’għandhomx jużaw GANFORT.

Mediċini oħra u GANFORT

GANFORT jista’ jaffettwa jew jiġi affettwat minn mediċini oħrajn li tkun qed tuża, li jinkludu qtar ieħor għall-għajnejn għall-kura tal-glawkoma. Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tuża jew għandek l-intenzjoni li tuża mediċini biex tbaxxi l-pressjoni tad-demm, mediċina tal-qalb, mediċini għall-kura tad-dijabete quinidine (jintuża għal kura ta’ kundizzjonijiet tal-qalb u xi tipi ta’ malarja) jew mediċini biex jikkuraw id-dipressjoni magħrufa bħala fluoxetine u paroxetine.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Tużax GANFORT jekk inti tqila ħlief f’każijiet fejn it-tabib tiegħek xorta waħda jirrakkomandalek l-użu tiegħu.

Tużax GANFORT jekk qed tredda’. Timolol jista’ jgħaddi ġol-ħalib tas-sider. Itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu xi mediċina waqt it-treddigħ.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-vista tiegħek tista’ ssir ftit imċajpra għal ftit ħin hekk kif tuża GANFORT. M’għandekx issuq jew tħaddem xi magni qabel ma terġa’ tiċċaralek il-vista.

GANFORT fih benzalkonium chloride

GANFORT fih preservattiv imsejjaħ benzalkonium chloride. Benzalkonium chloride jista’ jikkawża irritazzjoni fl-għajnejn u huwa magħruf ukoll li jibdel il-kulur ta’ lentijiet tal-kuntatt rotob. Tużax

il-qtar waqt li tkun liebes il-lentijiet tal-kuntatt. Stenna mill-inqas 15-il minuta wara li tkun użajt qtar tal-għajnejn, qabel ma terġa’ tqiegħed il-lentijiet tal-kuntatt lura f’għajnejk.

3.Kif għandek tuża GANFORT

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija qatra waħda kuljum, f’kull għajn li teħtieġ il-kura, jew filgħodu jew filgħaxija. Uża l-mediċina fl-istess ħin kuljum.

Istruzzjonijiet għall-użu

M’għandekx tuża l-flixkun jekk is-siġill tas-sigurtà fl-għonq tal-flixkun ikun miksur qabel ma tkun bdejt tużah għall-ewwel darba.

5. 1.Aħsel idejk. Mejjel rasek lura u ħares lejn is-saqaf.

2.Bil-mod niżżel ’l isfel tebqet il-għajn t’isfel sakemm ikun hemm spazju żgħir.

3.Aqleb il-flixkun rasu ’l isfel u agħfsu sakemm toħroġ qatra waħda f’kull għajn li teħtieġ il-kura.

4.Itlaq tebqet il-għajn t’isfel u agħlaq għajnejk.

5.Filwaqt li tkun żżomm l-għajn magħluqa, agħfas sebgħek mal-kantuniera tal-għajn magħluqa (is-sit fejn l-għajn tmiss mal-imnieħer) u żommu hekk għal 2 minuti. Dan jgħin biex iwaqqaf lil GANFORT milli jidħol fil-bqija tal-ġisem.

Jekk xi qatra ma tidħolx f’għajnejk, erġa’ pprova.

Biex tevita kontaminazzjoni, tħallix il-parti ta’ fuq tal-flixkun tmiss m’għajnejk jew ma’ x’imkien ieħor. Poġġi l-għatu f’postu u agħlaq il-flixkun mill-ewwel wara li tkun użajtu.

Jekk tuża GANFORT flimkien ma’ mediċina oħra ta’ l-għajnejn, ħalli mill-anqas 5 minuti bejn l-użu ta’ GANFORT u l-mediċina l-oħra. Ħalli xi dlik jew ġel tal-għajnejn għall-aħħar.

Jekk tuża GANFORT aktar milli suppost

Jekk tuża GANFORT aktar milli suppost, mhux suppost li għandu jikkaġunalek xi danni serji. Qattar id-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu. Jekk int inkwetat, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk tinsa tuża GANFORT

Jekk tinsa tuża GANFORT, qattar qatra waħda hekk kif tiftakar, imbagħad kompli bir-rutina regolari tiegħek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża GANFORT

GANFORT għandu jintuża kuljum biex jaħdem kif suppost.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Normalment tista’ tibqa’ tuża l-qtar, ħlief jekk l-effetti jkunu serji. Jekk tinsab inkwetat, kellem lil tabib jew spiżjar. Tiqafx tuża GANFORT mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek.

L-effetti sekondarji li ġejjin, jistgħu jidhru b’GANFORT (doża multipla u/jew doża waħda):

Effetti sekondarji komuni ħafna

Dawn jistgħu jaffettwaw aktar minn utent wieħed minn kull 10 Jaffettwaw lill-għajn

ħmura

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 9 utenti minn kull 100

Jaffettwaw lill-għajn

ħruq, ħakk, tingiż, irritazzjoni tal-konġuntiva (is-saff trasparenti tal-għajn), sensittività għad-dawl, uġigħ fl-għajn, għajnejn iwaħħlu, għajnejn nexfin, sensazzjoni li hemm xi ħaġa f’għajnejk, qasmiet żgħar fil-wiċċ tal-għajn b’infjammazzjoni jew mingħajrha, diffikultajiet fil-vista, ħmura u ħakk f’tebqet il-għajn, ix-xagħar jikber madwar l-għajnejn, skurament ta’ tebqet il-għajn, kulur iktar skur tal-ġilda madwar l-għajnejn, żieda fit-tul tax-xagħar ta’ xfar il-għajn, irritazzjoni fl-għajn, għajnejn idemmgħu, nefħa f’tebqet il-għajn, vista mnaqqsa

Jaffettwaw partijiet oħrajn tal-ġisem imnieħer inixxi, sturdament, uġigħ ta’ ras.

Effetti sekondarji mhux komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 9 utenti minn kull 1,000 Jaffettwaw lill-għajn

sensazzjoni mhux normali fl-għajnejn, infjammazzjoni tal-ħabba tal-għajn, konġuntiva minfuħa (is-saff trasparenti tal-għajn), uġigħ f’tebqet il-għajn, għajnejn għajjenin, xagħar ta’ xfar il-għajn li jikbru ’l ġewwa, kulur jiskura tal-ħabba tal-għajn, l-għajnejn jidhru fil-ħofra, tebqet il-għajn tkun iċċaqilqet lil hemm mill-wiċċ tal-għajn, ix-xagħar tal-għajnejn jiskura.

Jaffettwaw partijiet oħrajn tal-ġisem qtugħ ta’ nifs

Effetti sekondarji fejn il-frekwenza mhux magħrufa

Jaffettwaw lill-għajn

edema makulari fiċ-ċistojde (nefħa tar-retina ġol-għajn li twassal biex il-vista tmur għall-agħar), nefħa fil-għajn, vista mċajpra.

Jaffettwaw partijiet oħrajn tal-ġisem

diffikultà biex tieħu n-nifs / tħarħir, sintomi ta’ reazzjoni allerġika (nefħa, ħmura tal-għajn u raxx tal-

ġilda), tibdil fis-sens tat-togħma, rata ta’ taħbit tal-qalb aktar bil-mod, diffikultà biex torqod, ħmar il- lejl, ażżma, telf ta’ xagħar, għeja.

Effetti sekondarji addizzjonali ġew osservati f’pazjenti li kienu qed jużaw qtar għall-għajnejn li fih timolol u bimatoprost u għalhekk jistgħu possibbilment jiġu osservati b’GANFORT. Bħal mediċini oħrajn applikati ġo l-għajnejn, timolol jiġi assorbit fid-demm. Dan jista’ jikkawża effetti sekondarji simili bħal dawk osservati b’sustanzi mblokkaturi beta “użati fil-vina” u/jew “orali”. Iċ-ċans li jkun hemm effetti sekondarji wara li tuża l-qtar għall-għajnejn hu inqas milli meta l-mediċini, jittieħdu per eżempju, mill-ħalq jew jiġu injettati. L-effetti sekondarji elenkati jinkludu reazzjonijiet osservati meta jintużaw bimatoprost u timolol għall-kura ta’ kundizzjonijiet tal-għajnejn:

Reazzjonijiet allerġiċi severi b’nefħa u diffikultà biex tieħu n-nifs li jistgħu jkunu taperiklu għall-ħajja

Livell baxx ta’ zokkor fid-demm

Depressjoni, telf ta’ memorja

Ħass ħażin; puplesija; tnaqqis fil-fluss tad-demm lejn il-moħħ; mijastenija gravis li tmur għall- agħar (żieda fid-dgħufija tal-muskoli); sensazzjoni ta’ tnemnim

Tnaqqis fis-sens tal-mess fuq il-wiċċ tal-għajn; tara doppju; tebqet il-għajn li tiddendel; separazzjoni ta’ waħda mis-saffi ġol-għajn wara operazzjoni biex tnaqqas il-pressjoni ġol- għajn; infjammazzjoni tal-wiċċ tal-għajn, ħruġ tademm fuq in-naħa tawara tal-għajn (ħruġ tademm fir-retina), infjammazzjoni ġol-għajn, żieda fit-teptip tal-għajn

Insuffiċjenza tal-qalb; taħbit irregolari tal-qalb jew taħbit li jieqaf; taħbit tal-qalb bil-mod jew mgħaġel; fluwidu żejjed, l-aktar ilma, li jakkumula fil-ġisem; uġigħ fis-sider

Pressjoni tad-demm baxxa, pressjoni tad-demm għolja, nefħa jew kesħa f’idejk, saqajk u fl- estremitajiet ta’ ġismek, ikkawżata minn restrizzjoni tal-vini/arterji tad-demm

Sogħla, aggravament tal-ażżma, aggravament tal-marda tal-pulmun imsejħa marda pulmonari ostruttiva kronika (COPD)

Dijarea; uġigħ fl-istonku; tħossok imdardar u tirremetti; indiġestjoni; ħalq xott

Irqajja’ ħomor u li jitqaxxru fuq il-ġilda; raxx tal-ġilda

Uġigħ fil-muskoli

Tnaqqis fl-aptit sesswali; disfunzjoni sesswali

Dgħufija

Żieda fir-riżultati tat-testijiet tad-demm li juru kif qiegħed jaħdem il-fwied

Effetti sekondarji oħrajn irrappurati bi qtar tal-għajnejn li fih fosfat

F’każijiet rari ħafna, xi pazjenti bi ħsara severa fis-saff ċar tal-parti ta’ quddiem tal-għajn (il-kornea) żviluppaw irqajja’ mċajpra fuq il-kornea minħabba l-akkumulazzjoni ta’ kalċju matul il-kura.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen GANFORT

Żomm GANFORT fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tużax GANFORT wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-flixkun u fuq il-kaxxa wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

La darba jinfetħu, is-soluzzjonijiet jistgħu jiġu kkontaminati, u dan jista’ jikkawża infezzjonijiet fl- għajn. Għalhekk, għandek tarmi l-flixkun 4 ġimgħat wara li tkun ftaħtu l-ewwel darba, anke jekk ikun għad fadal xi soluzzjoni. Biex ma tinsiex, ikteb id-data ta’ meta ftaħtu fl-ispazju li hemm ipprovdut fuq il-kaxxa.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih GANFORT

Is-sustanzi attivi huma bimatoprost. 0.3 mg/ml u timolol 5 mg/ml li jikkorrispondi għal timolol maleate 6.8 mg/ml.

Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma benzalkonium chloride (preservattiv), sodium chloride, sodium phosphate dibasic heptahydrate, citric acid monohydrate u ilma ppurifikat. Ammonti

żgħar ta’ hydrochloric acid jew sodium hydroxide jistgħu jkunu miżjuda biex iġibu s-soluzzjoni fil-livell korrett ta’ pH (aċidità).

Kif jidher GANFORT u l-kontenut tal-pakkett

GANFORT hu soluzzjoni ta’ qtar għall-għajnejn, ċara sa ftit safra, mingħajr kulur li tinsab fi flixkun tal-plastik. Kull pakkett ikun fih jew flixkun 1 jew 3 fliexken tal-plastik, kull wieħed b’għatu bil- kamini. Kull flixkun ikun mimli sa madwar nofsu u fih 3 millilitri ta’ soluzzjoni. Dan hu biżżejjed għall-użu fuq perijodu ta’ 4 ġimgħat. Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Allergan Pharmaceuticals Ireland

Castlebar Road

Westport

Co Mayo

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien/

Ísland

Luxembourg/Luxemburg/Nederland

Actavis ehf.

Allergan n.v.

Sími: +354 550 3300

Tél/Tel: +32 (0)2 351 24 24

 

 

България

Italia

Алерган България ЕООД

Allergan S.p.A

Тел.: +359 (0) 800 20 280

Tel: +39 06 509 561

Česká republika

Latvija

Allergan CZ s.r.o.

Allergan Baltics UAB

Tel: +420 800 188 818

Tel: +371 27331152

Danmark/Norge/Suomi/Finland/Sverige

Lietuva

Allergan Norden AB

Allergan Baltics UAB

Tlf/Puh/Tel: +46 (0)8 594 100 00

Tel: +370 62660247

Deutschland

Magyarország

Pharm-Allergan GmbH

Allergan Hungary Kft.

Tel: +49 69 92038 10

Tel.: +36 80 100 101

Eesti

Österreich

Allergan Baltics UAB

Pharm-Allergan GmbH

Tel: + 372 56955144

Tel: +43 1 99460 6355

Ελλάδα/Κύπρος

Polska

Allergan Hellas Pharmaceuticals S.A.

Allergan Sp.z o.o.

Tηλ: +30 210 74 73 300

Tel.: +48 22 256 37 00

España

Portugal

Allergan S.A

Profarin Lda.

Tel: +34 91 807 6130

Tel: +351 21 425 3242

France

România

Allergan France SAS

Allergan S.R.L.

Tél: +33 (0)1 49 07 83 00

Tel: +40 21 301 53 02

Hrvatska

Slovenija

Ewopharma d.o.o.

Ewopharma d.o.o.

Tel: +385 1 6646 563

Tel: +386 (0) 590 848 40

Ireland/Malta/United Kingdom

Slovenská republika

Allergan Ltd

Allergan SK s.r.o.

Tel: +44 (0) 1628 494026

Tel: +421 800 221 223

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

GANFORT 0.3 mg mikrogramma/ml + 5 mg/ml qtar għall-għajnejn, soluzzjoni, f’kontenitur b’doża waħda

Bimatoprost/timolol

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispizjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu GANFORT doża waħda u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża GANFORT doża waħda

3.Kif għandek tuża GANFORT doża waħda

4.Effetti sekondarji possibbli

5 Kif taħżen GANFORT doża waħda

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu GANFORT doża waħda u għalxiex jintuża

GANFORT doża waħda fih żewġ sustanzi attivi differenti (bimatoprost u timolol) u t-tnejn li huma jnaqqsu l-pressjoni għolja fil-għajn. Bimatoprost jifforma parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala prostamides, analogu ta’ prostaglandin. Timolol jifforma parti minn grupp ta’ mediċini magħrufa bħala imblokkaturi tar-riċetturi beta.

Għajnek fiha likwidu ċar li jsostni l-parti ta’ ġewwa tal-għajn. Il-likwidu joħroġ kontinwament mill-għajn u likwidu ġdid jiġi magħmul biex jeħodlu postu. Jekk il-likwidu ma joħroġx malajr biżżejjed, tiżdied il-pressjoni fuq il-parti ta’ ġewwa tal-għajn u tista’ eventwalment tkun ta’ dannu għall-vista tiegħek (marda msejħa glawkoma). GANFORT doża waħda jaħdem billi jnaqqas il- produzzjoni tal-likwidu kif ukoll billi jżid l-ammont ta’ likwidu li jitneħħa. Dan inaqqas il-pressjoni fil-parti ta’ ġewwa tal-għajn.

Il-qtar tal-għajnejn GANFORT doża waħda jintuża għall-kura ta’ pressjoni għolja fl-għajnejn f’persuni adulti, li jinkludu l-anzjani. Din il-pressjoni għolja tista’ twassal għal glawkoma. It-tabib tiegħek ser jagħtik riċetta għal GANFORT doża waħda meta qtar ieħor tal-għajnejn li jkun fih imblokkaturi beta jew analogi ta’ prostaglandin ma jkunux ħadmu biżżejjed waħedhom.

Din il-mediċina ma fihiex preservattiv.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża GANFORT doża waħda

Tużax GANFORT doża waħda qtar għall-għajnejn, soluzzjoni

-jekk int allerġiku għal bimatoprost, timolol, imblokkaturi beta jew għal xi sustanza oħra ta’ GABFORT doża waħda (imniżżla fis-sezzjoni 6).

-jekk għandek jew kellek fil-passat problemi respiratorji bħal ażżma, bronkite ostruttiva kronika severa (mard sever tal-pulmun li jista’ jikkawża tħarħir, diffikultà biex tieħu n-nifs u/jew sogħla li ddum fit-tul)

-jekk għandek problemi tal-qalb bħal rata baxxa ta’ taħbit tal-qalb, imblokk tal-qalb, jew insuffiċjenza tal-qalb

Twissijiet u prekawzjonijiet

Qabel ma tuża din il-mediċina, għid lit-tabib tiegħek jekk għandek issa jew jekk kellek fil-passat

-mard koronarju tal-qalb, (sintomi jistgħu jinkludu wġigħ jew tagħfis fis-sider, qtugħ ta’ nifs jew li tifga), insuffiċjenza tal-qalb, pressjoni baxxa

-disturbi fir-rata ta’ taħbit tal-qalb bħal rata baxxa ta’ taħbit tal-qalb,

-problemi biex tieħu n-nifs, ażżma jew marda ostruttiv pulmonari kroniku

-marda ta’ ċirkolazzjoni batuta tad-demm (bħal marda ta’ Raynaud jew is-sindrome ta’ Raynaud)

-attività żejda tal-glandola tat-tirojde għax timolol jista’ jaħbi sinjali u sintomi ta’ mard tat- tirojde

-dijabete għax timolol jista’ jaħbi sinjali u sintomi ta’ livelli baxxi taz-zokkor fid-demm reazzjonijiet allerġiċi severi

-problemi fil-fwied jew fil-kliewi

-problemi fil-wiċċ tal-għajnejn

-separazzjoni ta’ wieħed mis-saffi tal-boċċa tal-għajn wara operazzjoni biex titnaqqas il- pressjoni fl-għajn

-fatturi magħrufa ta’ riskju ta’ edema makulari (nefħa tar-retina ġol-għajn li twassal biex il-vista tmur għall-agħar), pereżempju operazzjoni biex tneħħi il-katarretti.

Qabel tingħata loppju kirurġiku għid lit-tabib tiegħek li qed tuża GANFORT doża waħda għax timolol jista’ jibdel l-effetti ta’ xi mediċini li jintużaw waqt l-għoti tal-loppju.

GANFORT doża waħda jista’ jikkawża skurament u żieda fit-tul tax-xagħar ta’ xfar il-għajn, u jikkawża ukoll skurament tal-ġilda ta’ madwar l-għajn. Il-kulur tal-ħabba tal-għajn jista’ jiskura wkoll maż-żmien. Dawn il-bidliet jistgħu jkunu permanenti. Il-bidla tista’ tkun aktar evidenti meta l-kura ssir fuq għajn waħda biss. GANFORT doża ważda jista’ jikkawża tkabbir ta’ xagħar meta jmiss mal-wiċċ tal-ġilda.

Tfal u adolexxenti

Tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena m’għandhomx jużaw GANFORT doża waħda.

Mediċini oħra u GANFORT doża waħda

GANFORT doża waħda jista’ jaffettwa jew jiġi affettwat minn mediċini oħrajn li tkun qed tuża, li jinkludu qtar ieħor għall-għajnejn għall-kura tal-glawkoma. Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tuża jew għandek l-intenzjoni li tuża mediċini biex tbaxxi l-pressjoni tad-demm, mediċina tal-qalb, mediċini għall-kura tad-dijabete quinidine (jintuża għal kura ta’ kundizzjonijiet tal-qalb u xi tipi ta’ malarja) jew mediċini biex jikkuraw id-dipressjoni magħrufa bħala fluoxetine u paroxetine.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Tużax GANFORT doża waħda jekk inti tqila ħlief f’każijiet fejn it-tabib tiegħek xorta waħda jirrakkomandalek l-użu tiegħu.

Tużax GANFORT doża waħda jekk qed tredda’. Timolol jista’ jgħaddi ġol-ħalib tas-sider. Itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu xi mediċina waqt it-treddigħ.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-vista tiegħek tista’ ssir ftit imċajpra għal ftit ħin hekk kif tuża GANFORT doża waħda. M’għandekx issuq jew tħaddem xi magni qabel ma terġa’ tiċċaralek il-vista.

3. Kif għandek tuża GANFORT doża waħda

Dejjem għandek tuża GANFORT doża waħda skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija qatra waħda kuljum, f’kull għajn li teħtieġ il-kura, jew filgħodu jew filgħaxija. Uża l-mediċina fl-istess ħin kuljum.

Istruzzjonijiet għall-użu

Aħsel idejk sew qabel l-użu. Aċċerta ruħek li l-kontenitur b’doża waħda jkun intatt qabel l-użu. Is- soluzzjoni għandha tintuża immedjatament wara li jinfetaħ. Biex tevita kontaminazzjoni, tħallix it-tarf miftuħ tal-kontenitur b’doża waħda jmiss ma’ għajnejk jew ma’ kwalunkwe ħaġa oħra.

1.Aqta’ kontenitur b’doża waħda wieħed mill-istrixxa.

2.Żomm il-kontenitur b’doża waħda wieqaf (bl-għatu jipponta ’l fuq) u qaċċat l-għatu billi ddawwar.

3.Iġbed bil-mod in-naħa t’isfel ta’ tebqet il-għajn biex tifforma qisu but. Dawwar il-kontenitur b’doża waħda ta’ taħt fuq u agħfsu biex toħroġ qatra waħda fl-għajn(ejn) affettwata(i).

4.Filwaqt li żżomm l-għajn magħluqa, agħfas sebgħek mal-kantuniera tal-għajn magħluqa (is-sit fejn l-għajn tmiss mal-imnieħer) u żomm għal 2 minuti. Dan jgħin biex iwaqqaf lil GANFORT doża waħda milli jidħol fil-bqija tal-ġisem.

5.Armi l-kontenitur b’doża waħda wara li tużah, anki jekk ikun fadal xi soluzzjoni fih.

Jekk xi qatra ma tidħolx f’għajnejk, erġa’ pprova. Imsaħ kwalunkwe likwidu eċċessiv li jċarċar ma’ ħaddejk.

Jekk tilbes lentijiet tal-kuntatt, neħħihom qabel ma tuża din il-mediċina. Stenna 15-il minuta wara li tuża l-qtar, qabel ma terġa’ tilbes il-lentijiet tal-kuntatt.

Jekk tuża GANFORT doża waħda flimkien ma’ mediċina oħra ta’ l-għajnejn, ħalli mill-anqas 5 minuti bejn l-użu ta’ GANFORT doża waħda u l-mediċina l-oħra. Ħalli xi dlik jew ġel tal-għajnejn għall- aħħar.

Jekk tuża GANFORT doża waħda aktar milli suppost

Jekk tuża GANFORT doża waħda aktar milli suppost, mhux suppost li għandu jikkaġunalek xi danni serji. Qattar id-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu. Jekk int inkwetat, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk tinsa tuża GANFORT doża waħda

Jekk tinsa tuża GANFORT doża waħda, qattar qatra waħda hekk kif tiftakar, imbagħad kompli bir- rutina regolari tiegħek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tuża GANFORT doża waħda

GANFORT doża waħda għandu jintuża kuljum biex jaħdem kif suppost.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, GANFORT doża waħda jista’ jikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Normalment tista’ tibqa’ tuża l-qtar, ħlief jekk l-effetti jkunu serji. Jekk tinsab inkwetat, kellem lil tabib jew spiżjar. Tiqafx tuża GANFORT doża waħda mingħajr ma tkellem lit- tabib tiegħek.

L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jidhru b’GANFORT (doża waħda u/jew doża multipla):

Effetti sekondarji komuni ħafna

Dawn jistgħu jaffettwaw iktar minn utent 1 minn kull 10 Jaffettwaw l-għajnejn

ħmura.

Effetti sekondarji komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 9 utenti minn kull 100 Jaffettwaw l-għajnejn

ħruq, ħakk, tingiż, irritazzjoni tal-konġuntiva (is-saff trasparenti tal-għajn), sensittività għad-dawl, uġigħ fl-għajnejn, għajnejn iwaħħlu, għajnejn xotti, sensazzjoni li hemm xi ħaġa fl-għajn, tiċrit żgħir fil-wiċċ tal-għajn bi jew mingħajr infjammazzjoni, diffikultà biex tara ċar, ħmura u ħakk tatebqet il- għajn, xagħar li jikber madwar l-għajn, kulur skur tatebqet il-għajn, kulur iktar skur madwar l- għajnejn, xagħar tal-għajnejn itwal, irritazzjoni fl-għajnejn, għajnejn idemmgħu, tebqet il-għajnejn minfuħin, vista mnaqqsa.

Jaffettwaw partijiet oħrajn tal-ġisem imnieħer inixxi, sturdament, uġigħ taras.

Effetti sekondarji mhux komuni

Dawn jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 9 utenti minn kull 1,000 Jaffettwaw l-għajnejn

sensazzjoni mhux normali fl-għajn, infjammazzjoni tal-iris, konġuntiva minfuħa (is-saff trasparenti tal- għajn)**, tebqet il-għajnejn bl-uġigħ, għajnejn għajjenin, xagħar tal-għajnejn li jikber il ġewwa, kulur tal-iris li jiskura, l-għajnejn jidhru fil-ħofra, tebqet il-għajn li titbiegħed mill-wiċċ tal-għajn, xagħar tal- għajnejn li jiskura.

Jaffettwaw partijiet oħrajn tal-ġisem qtugħ tanifs.

Effetti sekondarji fejn il-frekwenza mhijiex magħrufa

Jaffettwaw l-għajnejn

edema makulari ċistojde (nefħa tar-retina ġol-għajn li twassal għal vista li tmur għall-agħar), nefħa fl- għajn, vista mċajpra.

Jaffettwaw partijiet oħrajn tal-ġisem

diffikultà biex tieħu nifs/tħarħir, sintomi tareazzjoni allerġika (nefħa, ħmura tal-għajn u raxx tal- ġilda), bidliet fil-mod kif ittiegħem, tnaqqis fir-rata tataħbit tal-qalb, diffikultà biex torqod, ħmar il- lejl, ażżma, telf taxagħar, għeja.

Effetti sekondarji addizzjonali ġew osservati fpazjenti li kienu qed jużaw qtar għall-għajnejn fih timolol jew bimatoprost u għalhekk jistgħu possibbilment jiġu osservati bGANFORT. Bħal mediċini oħrajn li jiġu applikati ġol-għajnejn, timolol jiġi assorbit fid-demm. Dan jistajikkawża effetti sekondarji simili bħal dawk osservati meta jintużaw mediċini beta-blocking “li jingħataw ġol-vini” u/jew “mill-ħalq”. Iċ-ċans li jkollhok effetti sekondarji wara li tuża qtar tal-għajnejn hu iktar baxx minn meta l-mediċini, pereżempju, jittieħdu mill-ħalq jew jiġu injettati. jinkludu reazzjonijiet li ġew osservati bi bimatoprost u timolol meta jintużaw għall-kura takundizzjonijiet tal-għajnejn :

Reazzjonijiet allerġiċi severi bnefħa u diffikultà biex tieħu n-nifs, li jistgħu jkunu tatheddida għall-ħajja

Livell baxx tazokkor fid-demm

Depressjoni, telf tamemorja

Iħossok ħażin; tnaqqis tal-fluss tad-demm lill-moħħ; aggravament tamijastenija gravis (żieda tad-dgħufija fil-muskoli); sensazzjoni tatnemnim

Tnaqqis fis-sensazzjoni fil-wiċċ tal-għajn; vista doppja; tebqet il-għajn imdendla; separazzjoni tawieħed mis-saffi ġol-ballun tal-għajn wara operazzjoni biex titnaqqas il-pressjoni ġol- għajn; infjammazzjoni tal-wiċċ tal-għajn, ħruġ tademm fuq in-naħa tawara tal-għajn (ħruġ tademm fir-retina), infjammazzjoni ġol-għajn, żieda fit-teptip tatebqet il-għajn

Insuffiċjenza tal-qalb; irregolarità jew il-waqfien tat-taħbit tal-qalb; taħbit tal-qalb bil-mod jew mgħaġġel; fluwidu żejjed, l-aktar ilma, li jakkumula fil-ġisem; uġigħ fis-sider

Pressjoni tad-demm baxxa, pressjoni tad-demm għolja, nefħa jew kesħa fidejk, fsaqajk u fl- estremitajiet, ikkawżata minn tidjiq tal-vini tiegħek

Sogħla, aggravament tal-ażżma, aggravament tal-marda tal-pulmun imsejħa marda pulmonari ostruttiva kronika (COPD)

Dijarea; uġigħ fl-istonku; tħossok imdardar u tirremetti; indiġestjoni; ħalq xott

Irqajjaħomor u li jitqaxxru fuq il-ġilda; raxx tal-ġilda

Uġigħ fil-muskoli

Tnaqqis fl-aptit sesswali; disfunzjoni sesswali

Dgħufija

Żieda fir-riżultati tat-testijiet tad-demm li juru kif il-fwied tiegħek qed jaħdem

Effetti sekondarji oħrajn irrappurati bi qtar tal-għajnejn li fih fosfat

F’każijiet rari ħafna, xi pazjenti bi ħsara severa fis-saff ċar tal-parti ta’ quddiem tal-għajn (il-kornea) żviluppaw irqajja’ mċajpra fuq il-kornea minħabba l-akkumulazzjoni ta’ kalċju matul il-kura.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen GANFORT doża waħda

Żomm GANFORT doża waħda fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

Tużax GANFORT doża waħda wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kontenitur b’doża waħda u l-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina hija għall-użu ta’ darba biss u ma fihiex preservattivi. M’għandek terfa’ soluzzjoni mhux użata.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn l-ebda kundizzjoni ta' temperatura speċjali għall-ħażna. Żomm il- kontenituri b’doża waħda fil-borża sabiex tilqa’ mid-dawl u mill-umdità. Ġaladarba l-borża tinfetaħ, uża fi żmien 7 ijiem.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih GANFORT doża waħda

Is-sustanzi attivi huma bimatoprost. 0.3 mg/ml u timolol 5 mg/ml li jikkorrispondi għal timolol maleate 6.8 mg/ml.

Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma sodium chloride, sodium phosphate dibasic heptahydrate, citric acid monohydrate u ilma ppurifikat. Ammonti żgħar ta’ hydrochloric acid jew sodium hydroxide jistgħu jkunu miżjuda biex iġibu s-soluzzjoni fil-livell korrett ta’ pH (aċidità).

Kif jidher GANFORT doża waħda u l-kontenut tal-pakkett

GANFORT doża waħda hu soluzzjoni bla kulur sa kemmxejn safra, fornuta f’kontenituri tal-plastik b’doża waħda, li kull wieħed fih 0.4 ml ta’ soluzzjoni.

Il-pakketti fihom 1, 6 jew 18 il-borża tal-fojl, li kull waħda fiha 5 kontenituri b’doża waħda, għal total ta’ 5, 30 jew 90 kontenitur b’doża waħda, rispettivament. Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Allergan Pharmaceuticals Ireland

Castlebar Road,

Westport,

Co Mayo,

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien/

Ísland

Luxembourg/Luxemburg/Nederland

Actavis ehf.

Allergan n.v.

Sími: +354 550 3300

Tél/Tel: +32 (0)2 351 24 24

 

 

България

Italia

Алерган България ЕООД

Allergan S.p.A

Тел.: +359 (0) 800 20 280

Tel: +39 06 509 561

Česká republika

Latvija

Allergan CZ s.r.o.

Allergan Baltics UAB

Tel: +420 800 188 818

Tel: +371 27331152

Danmark/Norge/Suomi/Finland/Sverige

Lietuva

Allergan Norden AB

Allergan Baltics UAB

Tlf/Puh/Tel: +46 (0)8 594 100 00

Tel: +370 62660247

Deutschland

Magyarország

Pharm-Allergan GmbH

Allergan Hungary Kft.

Tel: +49 69 92038 10

Tel.: +36 80 100 101

Eesti

Österreich

Allergan Baltics UAB

Pharm-Allergan GmbH

Tel: + 372 56955144

Tel: +43 1 99460 6355

Ελλάδα/Κύπρος

Polska

Allergan Hellas Pharmaceuticals S.A.

Allergan Sp.z o.o.

Tηλ: +30 210 74 73 300

Tel.: +48 22 256 37 00

España

Portugal

Allergan S.A

Profarin Lda.

Tel: +34 91 807 6130

Tel: +351 21 425 3242

France

România

Allergan France SAS

Allergan S.R.L.

Tél: +33 (0)1 49 07 83 00

Tel: +40 21 301 53 02

Hrvatska

Slovenija

Ewopharma d.o.o.

Ewopharma d.o.o.

Tel: +385 1 6646 563

Tel: +386 (0) 590 848 40

Ireland/Malta/United Kingdom

Slovenská republika

Allergan Ltd

Allergan SK s.r.o.

Tel: +44 (0) 1628 494026

Tel: +421 800 221 223

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ <{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati