Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Glubrava (metformin hydrochloride / pioglitazone...) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BD05

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaGlubrava
Kodiċi ATCA10BD05
Sustanzametformin hydrochloride / pioglitazone hydrochloride
ManifatturTakeda Pharma A/S

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Glubrava 15 mg/850 mg pilloli miksija b’rita

Pioglitazone/Metformin idrokloridu

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispizjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Glubrava u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Glubrava

3.Kif għandek tieħu Glubrava

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Glubrava

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Glubrava u għalxiex jintuża

Glubrava fih pioglitazon u metformin li huma mediċini anti-dijabetiċi , użati għall-kontroll taż-żokkor fid-demm.

Hija wżata fl’adulti biex tikkura dijabete mellitus tat-tip 2 (mhux dipendenti mill-insulina) meta kura bil-metformin biss mhux suffiċjenti. Din dijabete tat-tip 2 ġeneralment tiżviluppa fi stat adult b’mod partikolari minħabba li l-persuna tkun ta’ piż tqil iżżejjed u fil-każ fejn il-ġisem jew ma jipproduċiex biżżejjed insulina (l-ormoni li tikkontrolla il-livelli taz-zokkor), jew li effettivament ma tistax tuża l- insulina li tipproduċi.

Glubrava jgħin jikkontrolla il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek meta jkollok dijabete tat-tip 2 billi jgħin lill-ġismek jagħmel użu aħjar mill-insulina li qed jipproduċi. Jekk 3 sa 6 xhur wara li tibda Glubrava il-kontroll taz-zokkor tiegħek ma jitjiebx, il-mediċina għandha titwaqqaf.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Glubrava

Tiħux Glubrava:

-jekk inti allerġiku għal pioglitazone, metformin jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

-jekk għandek insuffiċjenza tal-qalb, jew kellek insuffiċjenza tal-qalb fil-passat.

-jekk dan l-aħħar kellek attakk tal-qalb, għandek problemi severi fiċ-ċirkolazzjoni inkluż xokk, jew diffikultajiet biex tieħu n-nifs.

-jekk għandek mard tal-fwied.

-jekk tixrob wisq alkoħol (kemm kuljum kif ukoll darba kull tant).

-jekk għandek dijabete mhux ikkontrollata, b’pereżempju, ipergliċemija severa (glucose għoli fid-demm), dardir, rimettar, dijarea, telf mgħaġġel fil-piż, aċidożi lattika (ara "Riskju ta’ aċidożi lattika" hawn taħt) jew ketoaċidożi. Ketoaċidożi hija kundizzjoni fejn sustanzi msejħa ’korpi ta’ ketoni’ jakkumulaw fid-demm u jistgħu jwasslu għal prekoma dijabetika. Sintomi jinkludu

wġigħ fl-istonku, teħid ta’ nifs mgħaġġel u fil-fond, ngħas jew in-nifs tiegħek jiżviluppa riħa ta’ frott mhux tas-soltu.

-jekk għandek jew qatt kellek kanċer tal-bużżieqa.

-jekk għandek demm fl-awrina tiegħek li t-tabib tiegħek ma vverifikax.

-jekk għandek funzjoni tal-kliewi imnaqqsa b’mod sever.

-jekk għandek infezzjoni severa jew int deidratat.

-jekk ħa tieħu ċertu tip ta’ X-ray b’kulur li jiġi njettat. Se jkollok bżonn tieqaf tieħu Glubrava fil- ħin tal-proċedura u għal ftit jiem wara.

-jekk inti qed tredda’.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Glubrava (ara wkoll sezzjoni 4)

-jekk għandek problema b’qalbek. Xi pazjenti b’dijabete mellitus tat-tip 2 għal żmien twil u b’mard tal-qalb jew aċċessjoni minn qabel li kienu kkurati b’pioglitazone u insulina kellhom żvilupp ta’ insuffiċjenza tal-qalb. Kellem lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok sinjali ta’ insuffiċjenza tal-qalb bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda f’daqqa fil-piż jew nefħa lokalizzata (edima).

-jekk inti żżomm l-ilma (żamma ta’ fluwidu) jew ikollok problemi ta’ insuffiċjenza tal-qalb, b’mod partikulari jekk għandek ‘l fuq minn 75 sena. Jekk tieħu mediċini anti-infjammatorji li jistgħu wkoll jikkawżaw retenzjoni ta’ fluwidu u nefħa, inti trid ukoll tgħid lit-tabib tiegħek.

-jekk għandek tip speċjali ta’ marda dijabetika tal-għajn msejjħa edima makulari (nefħa tal-parti ta’ wara tal-għajn).

-jekk għandek ċisti fl-ovarji tiegħek (sindromu tal-ovarji poliċistiċi). Jista’ jkun hemm possibilità akbar li inti toħroġ tqila minħabba li jista’ jerġa jkollok ovulazzjoni meta tieħu Glubrava. Jekk dan japplika għalik, uża kontraċezzjoni xierqa biex tevita il-possibbiltà ta’ tqala mhux ippjanata.

-jekk għandek problema fil-fwied. Qabel ma tibda tieħu Glubrava jittieħed kampjun tad-demm biex jiġi iċċekkjat il-funzjoni tal-fwied tiegħek. Dan il-kontroll jista’ jkun ripetut f'intervalli. Kellem lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa sintomi li jimplikaw xi problema fil-fwied tiegħek (bħal ħass ħażin mingħajr raġuni, rimettar, uġigħ fl-istonku, għejja, nuqqas t’aptit u/jew awrina skura) peress li għandu jiġi eżaminat il-funzjoni tal-fwied tiegħek.

Inti tista’ wkoll tesperjenza tnaqqis fl-għadd tad-demm (anemija).

It-tabib tiegħek jista jagħmel testijiet tad-demm biex iżomm taħt osservazzjoni l-livell taċ-ċelluli tad- demm u l-funzjoni tal-fwied.

Riskju ta’ aċidożi lattika

Glubrava jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika, b’mod partikulari jekk il-kliewi tiegħek ma jkunux qed jaħdmu sew. Ir-riskju li wieħed jiżviluppa aċidożi lattika jiżdied ukoll b’dijabete mhux ikkontrollata, infezzjonijiet serji, sawm fit-tul jew konsum ta’ alkoħol, deidratazzjoni (ara aktar informazzjoni hawn taħt), problemi fil-fwied u kwalunkwe kundizzjonijiet mediċi li fihom xi parti tal-ġisem jkollha provvista ta’ ossiġnu mnaqqsa (bħal mard tal-qalb sever u akut).

Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.

Waqqaf it-teħid ta’ Glubrava għal żmien qasir jekk għandek kundizzjoni li tista’ tkun assoċjata ma’ deidratazzjoni (telf sinifikanti ta’ fluwidi tal-ġisem) bħal rimettar sever, dijarea, deni, esponiment għal sħana jew jekk tixrob inqas fluwidu min-normal. Kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.

Waqqaf it-teħid ta’ Glubrava u kkuntattja lit-tabib jew l-eqreb sptar immedjatament jekk ikollok xi wħud mis-sintomi ta’ aċidożi lattika, għax din il-kundizzjoni tista’ twassal għal koma.

Sintomi ta’ aċidożi lattika jinkludu:

-rimettar

-uġigħ fl-istonku (uġigħ addominali)

-bugħawwieġ fil-muskoli

-sensazzjoni ġenerali li ma tiflaħx flimkien ma’ għeja severa

-diffikultà biex tieħu n-nifs

-temperatura tal-ġisem u taħbit tal-qalb imnaqqsa

Aċidożi lattika hija emerġenza medika u għandha tiġi ttrattata fi sptar.

Waqt it-trattament b’Glubrava, it-tabib tiegħek se jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek mill-inqas darba fis-sena jew aktar ta’ spiss jekk inti anzjan/a u/jew jekk għandek funzjoni tal-kliewi li qed tmur għall-agħar.

Jekk għandek bżonn kirurġija maġġuri għandek tieqaf tieħu Glubrava matul u għal xi żmien wara l-proċedura. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda it-trattament tiegħek b’Glubrava mill-ġdid.

Ipoġliċemija

Jekk tieħu Glubrava ma’ mediċini oħra għad-dijabete, huwa iktar probabbli li z-zokkor fid-demm tiegħek jista' jaqa’ taħt il-livell normali (ipogliċemija). Huwa mportanti li tkun taf x’sintomi għandek tistenna meta jkun hemm iz- zokkor fid-demm baxx (ipogliċemija). Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal aktar informazzjoni jekk mintix ċert/a kif tagħraf dan. Is-sintomi jistgħu jinkludu ixoqq għaraq kiesaħ għalik, għejja, uġigħ ta’ ras, qalb tħabbat b’rata mgħaġġla, attakki ta’ ġuħ, irritabilità, tħossok nervuż jew tqalliħ. Għid lit-tabib tiegħek jekk tinnota sintomi bħal dawn. Il-livell taz-zokkor fid-demm jew awrina trid tigi ċċekjata regolarment.

Ksur fl-għadam

Numru akbar ta’ fratturi fl-għadam deher f’pazjenti, partikolarment fin-nisa li kienu qed jieħdu pioglitazone. It-tabib tiegħek se jikkunsidra dan waqt li jikkura d-dijabete tiegħek.

Tfal u adolexxenti

L-użu fit-tfal u fl-adolexxenti taħt it-18-il sena mhux rakkomandat.

Mediċini oħra u Glubrava

Jekk għandek bżonn tieħu injezzjoni ta’ mezz ta’ kuntrast li fih il-jodju fid-demm tiegħek, pereżempju f’kuntest ta’ X-ray jew skan, inti trid tieqaf tieħu Glubrava qabel jew fil-ħin tal-injezzjoni. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda t-trattament tiegħek b’Glubrava mill-ġdid.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. Jista’ jkollok bżonn testijiet tal-glucose fid-demm u tal-funzjoni tal-kliewi aktar ta’ spiss, jew it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-dożaġġ ta’ Glubrava. Dan minħabba li ċertu mediċini jistgħu jdgħajjfu jew isaħħu l-effett ta’ Glubrava fuq il-livell ta’ żokkor fid-demm tiegħek.

Il-mediċini li ġejjin jistgħu jżidu l-effett ta’ Glubrava li jbaxxi z-zokkor. Dan jista’ jwassal għal riskju ta’ ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm):

-gemfibrizol (biex ibaxxi livell għoli tal-kolesterol)

-inibituri tal-enzima li tikkonverti lil angiotensin (ACE - angiotensin-convertising enzyme) u antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II (biex jikkuraw pressjoni għolja)

-cimetidine (biex tnaqqas l-aċidu fl-istonku)

Il-mediċini li ġejjin jistgħu jbaxxu l-effett ta’ Glubrava li jbaxxi z-zokkor. Dan jista’ jwassal għal riskju ta’ ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm):

-rifampicin (biex jikkura t-tuberkulożi u infezzjonijiet oħra)

-glukokortikojdi (biex jikkuraw allerġiji u infjammazzjoni)

-agonisti tat-tip beta-2 (biex jikkuraw l-ażżma)

-mediċini li jżidu l-produzzjoni tal-awrina (dijuretiċi, biex jikkuraw pressjoni għolja)

Oħrajn:

Mediċini użati biex jittrattaw l-uġigħ u l-infjammazzjoni (NSAID u inibituri ta’ COX-2, bħal ibuprofen u celecoxib).

Glubrava ma’ alkoħol

Evita konsum eċċessiv ta’ alkoħol waqt li tkun qed tieħu Glubrava peress li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ aċidożi lattika (ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Tqala u treddigħ

-għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija. Inti m’għandekx tuża din il-mediċina jekk inti tqila. Jekk tixtieq toħroġ tqila, it- tabib tiegħek ser jagħtik parir biex twaqqaf din il-mediċina.

-tużax din il-mediċina jekk qed tredda’ jew qed tippjana li tredda’ t-tarbija tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Din il-mediċina ma taffettwax il-ħila tiegħek li ssuq jew li tħaddem magni, imma ħu ħsieb jekk tesperjenza vista anormali.

3.Kif għandek tieħu Glubrava

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.Id-doża rakkomandata hija pillola waħda darbtejn kuljum. Jekk hemm bżonn it-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieħu doża differenti. Jekk għandek funzjoni tal-kliewi mnaqqsa, it-tabib tiegħek jistajippreskrivi doża aktar baxxa, li għandha mnejn ikun meħtieġ li tingħata bħala pilloli separati ta’ pioglitazone u metformin. Għandek tibla’ l-pilloli ma’ tazza ilma. Tista’ tieħu l-pilloli ma’ l-ikel jew eżatt wara l-ikel biex tnaqqas iċ-ċans ta’ stonku mqalla’.

Jekk qed issegwi dieta speċjali għad-dijabete, għandek tkompli biha waqt li qed tieħu Glubrava.

Il-piż tiegħek għandu jiġi ċċekkjat f’intervalli regolari; jekk il-piż tiegħek jiżdied, għid lit-tabib tiegħek.

It-tabib tiegħek se jitolbok tagħmel testijiet tad-demm kull tant żmien waqt il-kura b’Glubrava. Dan sabiex jiċċekkja li l-fwied tiegek qed jaħdem kif suppost. Mill-anqas darba fis-sena (aktar ta’ spiss jekk int anzjan jew għandek problemi fil-kliewi) it-tabib tiegħek se jiċċekkja li l-kliewi tiegħek qed jaħdmu kif suppost.

Jekk tieħu Glubrava aktar milli suppost

Jekk bi żball tieħu wisq pilloli, jew jekk xi ħadd ieħor jew tifel/tifla jieħdu l-mediċina tiegħek, kellem minnufiħ lill-tabib jew spiżjar. Iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’jaqa' taħt il-livell normali u jista’ jiżdied billi tieħu z-zokkor. Huwa rakkomandat li inti żżomm fuqek xi ħelu taz-zokkor, ħelu, gallettini jew meraq tal-frott li fih iz-zokkor.

Jekk tinsa tieħu Glubrava

Għandek tieħu Glubrava kuljum kif preskritt. Madankollu jekk tinsa tieħu doża, kompli bid-doża li jmiss kif suppost. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Glubrava

Glubrava għandu jintuża kuljum biex jaħdem kif suppost. Jekk tieqaf tieħu Glubrava, iz-zokkor fid- demm tiegħek jista jgħola.Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma twaqqaf dan it-trattament.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

B’mod partikolari, pazjenti esperjenzaw l-effetti sekondarji serji li jmiss:

Glubrava jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000 li qed jużawh), iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika (ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”). Jekk jiġri dan, inti trid tieqaf tieħu Glubrava u tikkuntattja lit-tabib jew l-eqreb sptar immedjatament, għax aċidożi lattika tista’ twassal għal koma.

Kanċer tal-bużżieqa tal-awrina ġie esperjenzat b'mod mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 100) f'pazjenti li qed jieħdu Glubrava. Sinjali u sintomi jinkludu demm fl-awrina, uġigħ meta tgħaddi l-awrina tiegħek jew ħtieġa f'daqqa li tgħaddi l-awrina. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn, kellem lit-tabib tiegħek malajr kemm jista 'jkun.

Nefħa lokalizzata (edema) kienet esperjenzata wkoll b’mod komuni (tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 10) f’pazjenti li qed jieħdu Glubrava flimkien ma’ l-insulina. Jekk tesperjenza dan l-effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun.

Ksur ta’ l-għadam kien irrapurtat b’mod komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 10) f’pazjenti nisa li qed jieħdu Glubrava u ġie rrappurtat ukoll f’pazjenti rġiel (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli) waqt li kienu qed jieħdu Glubrava. Jekk tesperjenza dan l-effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Vista mċajpra minħabba nefħa (jew fluwidu) fuq wara tal-għajn (frekwenza ma tistax tiġi stmata mid- dejta disponibbli) kienet irrapurtata wkoll f’ pazjenti li qed jieħdu Glubrava. Jekk tesperjenza dan is- sintomu għall-ewwel darba kellem lit-tabib tiegħek minnufih. Ukoll, jekk diġa għandek vista mċajpra u s-sintomu mar għall-agħar, kellem lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun.

Reazzjonijiet allerġiċi kienu rrappurtati (frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli) f'pazjenti li ħadu Glubrava. Jekk ikollok xi reazzjoni allerġika serja, inkluż urtikarja u nefħa tal-wiċċ, xufftejn, ilsien, jew gerżuma li tista’ tikawża diffikultà fin-nifs jew biex tibla tibqax tieħu din il- mediċina u kellem lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli.

Xi pazjenti esperjenzaw l-effetti sekondarji li ġejjin waqt li qed jieħdu Glubrava

Komuni hafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10)

-uġigħ fl-istonku

-ħass ħażin (dardir)

-rimettar

-dijarea

-nuqqas t’aptit

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

-żieda fil-piż

-uġigħ ta’ ras

-infezzjoni respiratorja

-vista mhux normali

-uġigħ fil-ġogi

-impotenza

-demm fl-awrina

-tnaqqis fil-għadd tad-demm (anemija)

-tirżiħ

-disturbi fit-togħma

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

-infjammazzjoni tas-sinus (sinusite)

-gass

-diffikultà fl-irqad (insonnja)

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000)

-nuqqas fl-ammont tal-vitamina B12 fid-demm

-ħmura fil-ġilda

-ħakk fil-ġilda

-raxx tal-ġilda li ġġagħlek tħokk u titla’ bħal ħobż ħobż (urtikarja)

Mhux magħrufa (frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)

-infjammazzjoni fil-fwied (epatite)

-il-fwied ma jaħdimx sew kif suppost (tibdil fl-enżimi tal-fwied)

-reazzjonijiet allerġiċi

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Glubrava

Żommu din il-mediċina fejn ma ma tidhirx u tintlaħaq mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna jew fuq il-folja wara ‘EXP’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Glubrava

-Is-sustanzi attivi huma pioglitazone u mg metformin idrokloridu. Kull pillola fiha 15 mg ta’ pioglitazone (bħala idrokloridu) u 850 mg metformin idrokloridu.

-Is-sustanzi l-oħra huma mikrokristallina ċellulosi, povidone (K 30), croscarmellose sodium magnesium stearate, ipromellosi, macrogol 8000, talc u titanium dioxide.

Kif jidher Glubrava u l-kontenut tal-pakkett

Pilloli Glubrava huma pilloli bojod għal abjad maħmuġ, oblung, miksija b’rita (pilloli), bbuzzati fuq iż-żewġ naħat u mmarkati b’‘15/850’ fuq naħa u b’‘4833M’ fuq in-naħa l-oħra. Il-pilloli huma disponibbli f’pakketti bil-folji tal-aluminju/aluminju ta’ 14, 28, 30, 50, 56, 60, 90, 98 jew 180 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

Takeda Pharma A/S, Dybendal Alle 10, 2630 Taastrup, Id-Danimarka.

Manifattur:

Takeda Ireland Limited, Bray Business Park, Kilruddery, County Wicklow, L-Irlanda Delpharm Novara S.r.l., Via Crosa, 86, I-28065 Cerano (NO), L-Italja

Lilly S.A., Avda. de la Industria 30, 28108 Alcobendas, Madrid, Spanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Takeda Belgium

Takeda UAB

Tél/Tel: +32 2 464 06 11

Tel: +370 521 09 070

takeda-belgium@takeda.com

lt-info@takeda.com

България

Luxembourg/Luxemburg

Такеда България

Takeda Belgium

Тел.: + 359 2 958 27 36; + 359 2 958 15 29

Tél/Tel: +32 2 464 06 11

 

takeda-belgium@takeda.com

Česká republika

Magyarország

Takeda Pharmaceuticals Czech Republic s.r.o.

Takeda Pharma Kft.

Tel: + 420 234 722 722

Tel: +361 2707030

Danmark

Malta

Takeda Pharma A/S

Takeda Italia S.p.A.

Tlf: +45 46 77 11 11

Tel: +39 06 502601

Deutschland

Nederland

Takeda GmbH

Takeda Nederland bv

Tel: 0800 825 3325

Tel: +31 23 56 68 777

medinfo@takeda.de

 

Eesti

Norge

Takeda Pharma AS

Takeda AS

Tel: +372 6177 669

Tlf: +47 6676 3030

info@nycomed.ee

infonorge@takeda.com

Ελλάδα

Österreich

TAKEDA ΕΛΛΑΣ Α.Ε

Takeda Pharma Ges.m.b.H

Τηλ: +30 210 6387800

Tel: +43(0)800 20 80 50

gr.info@takeda.com

 

España

Polska

Takeda Farmacéutica España S.A.

Takeda Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 917 14 99 00

Tel.: +48 22 608 13 00

spain@takeda.com

 

France

Portugal

Takeda France

Takeda - Farmacêuticos Portugal, Lda.

Tél: +33 1 46 25 16 16

Tel: + 351 21 120 1457

Hrvatska

România

Takeda Pharmaceuticals Croatia d.o.o

Takeda Pharmaceuticals SRL

Tel: +385 1 377 88 96

Tel: +40 21 335 03 91

Ireland

Slovenija

Takeda Products Ireland Limited

Takeda GmbH Podružnica Slovenija

Tel: +353 (0) 1 6420021

Tel.+ 386 (0) 59 082 480

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Takeda Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 (2) 20 602 600

vistor@vistor.is

 

Italia

Suomi/Finland

Takeda Italia S.p.A.

Takeda Oy

Tel: +39 06 502601

Puh/Tel: +358 20 746 5000

Κύπρος

Sverige

Takeda Pharma A/S

Takeda Pharma AB

Τηλ: +45 46 77 11 11

Tel: +46 8 731 28 00

 

infosweden@takeda.com

Latvija

United Kingdom

Takeda Latvia SIA

Takeda UK Ltd

Tel: +371 67840082

Tel: +44 (0)1628 537 900

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE/EEA fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati