Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Glyxambi (empagliflozin / linagliptin) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BD19

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaGlyxambi
Kodiċi ATCA10BD19
Sustanzaempagliflozin / linagliptin
ManifatturBoehringer Ingelheim International GmbH

Fuljett ta' tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Glyxambi 10 mg/5 mg pilloli miksija b'rita Glyxambi 25 mg/5 mg pilloli miksija b'rita empagliflozin/linagliptin

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, infermiera, jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarju possibbli li m’humiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Glyxambi u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Glyxambi

3.Kif għandek tieħu Glyxambi

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Glyxambi

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Glyxambi u għalxiex jintuża

Glyxambi hija mediċina kontra d-dijabete li fiha żewġ sustanzi attivi li jisimhom empagliflozin u linagliptin

Empagliflozin jaħdem billi jimblokka proteina fil-kliewi li tissejjaħ kotrasportatur-2 ta’ Sodium-Glucose (SGLT2). SGLT2 jipprevjeni l-glukożju milli jiġi eliminat fl-awrina billi jassorbi l-glukożju għal ġol-fluss tad-demm waqt li d-demm qed jiġi ffiltrat fil-kliewi. Billi timblokka din il-proteina, il-mediċina telimina l-glukożju (zokkor fid-demm), sodium (melħ) u ilma permezz tal-awrina. Dan jgħin biex inaqqas il-livelli ta’ glukożju fid-demm, li jkunu għoljin wisq minħabba d-dijabete ta’ tip 2 tiegħek.

Linagliptin jaħdem b’mod differenti, jiġifieri billi jippermetti l-frixa tipproduċi aktar insulina biex tbaxxi l-livelli tal-glukożju fid-demm. Jagħmel dan billi jimblokka proteina msejħa DPP-4.

Glyxambi huwa miżjud ma’ metformin u/jew sulfonylurea (SU) biex jittratta dijabete ta’ tip 2 f’pazjenti adulti li d-dijabete tagħhom ma tistax tiġi kkontrollata meta ttrattata b’metformin u/jew sulfonylurea flimkien ma’ empagliflozin, jew ittrattata b’metformin u/jew sulfonylurea flimkien ma’ linagliptin.

Glyxambi jista’ jintuża wkoll bħala alternattiva għat-teħid ta’ kemm empagliflozin u linagliptin bħala pilloli waħedhom. F’dan il-każ, tkomplix tieħu kwalunkwe minn dawn il-pilloli separatament, jekk qed tieħu din il-mediċina.

Huwa importanti li tibqa' għaddej bil-pjan tad-dieta u l-eżerċizzju tiegħek kif irrakkomandat mit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

X'inhi d-dijabete ta' tip 2?

Id-dijabete ta’ tip 2 hija kundizzjoni li tiġi mill-ġeni u l-istil ta' ħajja tiegħek. Jekk ikollok id-dijabete ta’ tip 2, il-frixa tiegħek tista’ ma tagħmilx biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell ta’ glukożju fid-demm tiegħek, u ġismek mhux kapaċi juża l-insulina b’mod effettiv. Dan jirriżulta f’livelli għoljin ta’ zokkor fid-demm tiegħek, li jista’ jwassal għal problemi mediċi bħal mard tal-qalb, mard tal-kliewi, tagħma, u ċirkolazzjoni batuta b’dirgħajk u riġlejk.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Glyxambi

Tiħux Glyxambi:

-jekk inti allerġiku għal empagliflozin, linagliptin, kwalunkwe impeditur ta’ SGLT2 ieħor (eż. dapagliflozin, canagliflozin), kwalunkwe impeditur ta’ DPP-4 (eż. sitagliptin, vildagliptin), jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Għid lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina, u matul it-trattament:

dwar dak li tista’ tagħmel biex timpedixxi d-deidratazzjoni

jekk għandek dijabete ta’ tip 1 (ġismek ma jipproduċi l-ebda insulina). Glyxambi m’għandux jintuża għat-trattament ta’ dijabete ta’ tip 1.

jekk tesperjenza telf ta' piż malajr, tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx, uġigħ fl-istonku, ikollok ħafna għatx, in-nifs ikun mgħaġġel u fil-fond, konfużjoni, ngħas u għeja mhux tas-soltu, in-nifs jinxtamm ħelu, togħma ħelwa jew metallika f'ħalqek jew riħa differenti tal-awrina jew l-għaraq. Ikkuntattja tabib jew l-eqreb sptar minnufih minħabba li dawn is-sintomi jistgħu jkunu sinjal ta’ “ketoaċidożi dijabetika” – problema li tista’ tiżviluppa bid-dijabete minħabba ż-żieda fil-livelli ta’ “korpi ketoniċi” fl-awrina jew fid-demm tiegħek, li jidhru fit-testijiet. Ir-riskju li tiżviluppa ketoaċidożi dijabetika jista’ jiżdied b’sawm fit-tul, konsum eċċessiv ta’ alkoħol, deidrazzjoni jew tnaqqis f’daqqa fid-doża tal-insulina, jew wara kirurġija maġġuri jew mard serju li jżidu l-ħtieġa tiegħek għall-insulina.

jekk qed tieħu mediċini kontra d-dijabete oħra magħrufin bħala “sulfonylurea” (eż. glimepiride, glipizide) u/jew insulina. It-tabib għandu mnejn ikun jixtieq li jnaqqas id-doża ta’ dawn il-mediċini meta teħodhom flimkien ma’ Glyxambi, sabiex tevita li l-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek jinżel wisq (ipogliċemija).

jekk għandek jekk kellek mard tal-frixa.

jekk għandek problemi serji bil-kliewi. It-tabib tiegħek għandu mnejn jgħidlek tieħu mediċina differenti.

jekk għandek 75 sena jew iktar, minħabba li ż-żieda fl-eliminazzjoni tal-awrina minħabba l-mediċina tista’ taffettwa l-bilanċ tal-fluwidi f’ġismek u żżid ir-riskju ta’ deidrazzjoni. Għal sinjali possibbli ta’ deidrazzjoni, ara sezzjoni 4.

jekk għandek 75 sena jew iktar minħabba li mhux irrakkomandat li tibda tieħu din il-mediċina wara l-75 sena.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk ikollok kwalunkwe minn dawn matul it-trattament b’Glyxambi:

jekk tiżviluppa sintomi ta’ pankreatite akuta, bħal uġigħ ta’ żaqq sever u persistenti. Sinjali possibbli huma elenkati f’sezzjoni 4, “Effetti sekondarji possibbli”. It-tabib tiegħek jista’ jkun irid jibdel it-trattament tiegħek.

jekk tħossok ma tiflaħx, ikollok dijarea jew id-deni, jew jekk m'intix kapaċi tiekol jew tixrob. Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jikkaġunaw deidrazzjoni. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek tieqaf tieħu Glyxambi sakemm tirkupra sabiex tevita li titlef wisq fluwidu tal-ġisem.

jekk ikollox xi infezzjoni serji tal-kliewi jew tal-passaġġ urinarju bid-deni. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieqaf tieħu Glyxambi sakemm tirkupra.

jekk tiltaqa’ ma’ nfafet fuq il-ġilda, dan jista’ jkun sinjal ta’ kundizzjoni msejħa penfigojd bulluża. It-tabib tiegħek jista’ jitolbok twaqqaf Glyxambi.

Kura tas-saqajn

Bħal fil-każ tal-pazjenti dijabetiċi kollha, huwa importanti li tiċċekkja saqajk regolarment u li taderixxi ma’ kull parir ieħor dwar il-kura tas-saqajn mogħti mill-professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek.

Funzjoni tal-kliewi

Qabel tibda t-trattament tiegħek b’Glyxambi u regolarment matul it-trattament, it-tabib tiegħek se jikkontrolla kif qed jaħdmu l-kliewi tiegħek.

Glukożju fl-urina

Minħabba l-mod ta' kif taħdem din il-mediċina, l-urina tiegħek ser tirriżulta pożittiva għaz-zokkor waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina mhijiex irrakkomandata għall-użu fit-tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena għax ma ġietx studjata f’dawn il-pazjenti.

Mediċini oħra u Glyxambi

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. B’mod partikulari, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tuża l-mediċini li ġejjin:

mediċini kontra d-dijabete oħra, bħal insulina jew sulfonylurea. It-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid inaqqas id-doża ta’ dawn il-mediċini l-oħra, sabiex jevita li jkollok livelli ta’ zokkor fid-demm baxxi wisq.

mediċini użati biex ineħħu l-ilma mill-ġisem tiegħek (dijuretiċi). It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieqaf tieħu Glyxambi sakemm tirkupra.

mediċini li jista’ jkollhom effett fuq il-metaboliżmu ta’ empagliflozin jew linagliptin fil-ġisem tiegħek bħal rifampicin (antibijotiku użat biex jittratta t-tuberkulożi) jew ċerti mediċini użati biex jittrattaw aċċessjonijiet (bħal carbamazepine, phenobarbital jew phenytoin). L-effett ta’ Glyxambi jista’ jitnaqqas.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Mhux magħruf jekk Glyxambi jikkaġunax ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Bћala miżura ta’ prekawzjoni hu preferibbli li din il-mediċina ma tintużax fil-perijodu tat-tqala.

Mhux magħruf jekk is-sustanzi attivi ta’ Glyxambi jgħaddux fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Tużax din il-mediċina jekk qed tredda’.

Mhux magħruf jekk Glyxambi għandux effett fuq il-fertilità fil-bnedmin.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Glyxambi għandu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

Li tieħu din il-mediċina flimkien ma’ sulfonylureas jew mal-insulina jista’ jikkawża livelli ta’ zokkor fid-demm baxxi wisq (ipogliċemija), li jistgħu joħolqu sintomi bħal rogħda, għaraq u bidliet fil-vista, u jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni. M’għandekx issuq jew tuża għodod jew makkinarju, jekk ikollok kwalunkwe minn dawn is-sintomi waqt li qed tieħu Glyxambi.

3.Kif għandek tieħu Glyxambi

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tieħu

Id-doża tal-bidu normali hija 10 mg empagliflozin flimkien ma’ 5 mg linagliptin darba kuljum. Għal din id-doża Glyxambi huwa disponibbli bħala pilloli miksija b’rita ta’ 10 mg/5 mg.

It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi jekk għandux iżid id-doża għal pillola waħda miksija b’rita ta’ Glyxambi

25 mg/5 mg (25 mg empagliflozin u 5 mg linagliptin) darba kuljum. Jekk diġa qed tieħu 25 mg empagliflozin u 5 mg linagliptin bħala pilloli separati u tibdel għal Glyxambi, tista’ tibda mill-ewwel b’Glyxambi 25 mg/5 mg.

Indeboliment tal-kliewi:

Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek problemi bil-kliewi. It-tabib tiegħek jista’ jillimita d-doża tiegħek jew jista’ jiddeċiedi li juża mediċina alternattiva.

Indeboliment tal-fwied:

Kellem lit-tabib tiegħek fil-każ li inti tbati minn indeboliment sever tal-fwied. Glyxambi mhuwiex irrakkomandat u t-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li juża mediċina alternattiva.

Anzjani:

Hemm ftit li xejn esperjenza f’pazjenti li għandhom 75 sena jew iktar. Il-kura b’Glyxambi ma għandhiex tinbeda f’pazjenti li għandhom aktar minn 75 sena.

Meta tieħu din il-mediċina

Ibla' l-pillola sħiħa mal-ilma.

Tista’ tieħu Glyxambi mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Tista’ tieħu l-pillola fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata. Madanakollu, ipprova ħu l-pillola fl-istess ħin kuljum Dan jgħinek tiftakar biex teħodha.

It-tabib tiegħek jista’ jagħtik riċetta għal Glyxambi flimkien ma’ mediċina oħra kontra d-dijabete. Ftakar biex tieħu l-mediċini kollha kif indikat mit-tabib tiegħek biex tikseb l-aħjar riżultati għas-saħħa tiegħek.

Id-dieta u l-eżerċizzju ser jgħinu lill-ġisem tiegħek jużaw iz-zokkor fid-demm aħjar. Huwa importanti li tibqa’ fuq programm ta’ dieta u eżerċizzju kif irrakkomandat mit-tabib tiegħek waqt it-trattament b’din il-mediċina.

Jekk tieħu Glyxambi aktar milli suppost

Jekk tkun ħadt aktar minn din il-mediċina milli suppost, kellem lit-tabib tiegħek immedjatament jew inkella mur l-isptar immedjatament. Ħu l-pakkett tal-mediċina miegħek.

Jekk tinsa tieħu Glyxambi

X’għandek tagħmel jekk tinsa tieħu l-pillola jiddependi minn kemm baqa’ ħin għad-doża li jmiss.

Jekk ikun baqa’ 12-il siegħa jew aktar sad-doża li jmiss, ħu Glyxambi hekk kif tiftakar. Imbagħad ħu d-doża li jmissek tieħu fil-ħin tas-soltu.

Jekk ikun fadal inqas minn 12-il siegħa għad-doża li jmiss, aqbeż id-doża li ma ħadtx. Imbagħad ħu d-doża li jmissek tieħu fil-ħin tas-soltu.

M’għandekx tieħu doża doppja ta’ din il-mediċina biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Glyxambi

Tieqafx tieħu din il-mediċina qabel ma titkellem mat-tabib tiegħek l-ewwel. Il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jistgħu jiżdiedu meta tieqaf tieħu Glyxambi

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

Ikkuntattja tabib jew l-eqreb sptar minnufih jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji:

Ketoaċidożi dijabetika, li tfeġġ rarament (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000)

Dawn huma s-sinjali ta' ketoaċidożi dijabetika (ara wkoll sezzjoni 2, ‘Twissijiet u prekawzjonijiet’):

żieda fil-livelli ta’ “korpi ketaċoniċi” fl-awrina jew fid-demm tiegħek

telf malajr fil-piż

tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx

uġigħ fl-istonku

ikollok ħafna għatx

in-nifs ikun mgħaġġel u fil-fond

konfużjoni

ngħas jew għeja mhux normali

in-nifs jinxtamm ħelu, togħma ħelwa jew metallika f'ħalqek jew riħa differenti tal-awrina jew l-għaraq.

Dan jista' jseħħ irrispettivament mil-livell ta' glukożju fid-demm. It-tabib tiegħek jistaֹ’ jiddeċiedi li jwaqqaf temporanjament jew b’mod permanenti l-kura tiegħek b’Glyxambi.

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota kwalunkwe mill-effetti sekondarji li ġejjin:

Reazzjonijiet allerġiċi, li ġew osservati b’mod mhux komuni (li jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’100) Din il-mediċina tista’ tikkawża reazzjonijiet allerġiċi, li jistgħu jkunu serji, inkluż ħorriqija (urtikarja), u nefħa tal-wiċċ, xufftejn, ilsien, u fil-griżmejn li jistgħu jikkawżaw diffikultà biex tieħu n-nifs jew tibla’ (anġjoedema).

Infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite), li ġiet osservata b’mod mhux komuni

Din il-mediċina tista’ tikkawża pankreatite, li normalment tfeġġ bħala uġigħ ta’ żaqq (fl-istonku) sever u persistenti li jista’ jasal sad-dahar, ħafna drabi akkumpanjat mill-fatt li tħossok ma tiflaħx jew tkun ma tiflaħx. It-tabib tiegħek jista’ jkun irid ibiddel it-trattament tiegħek.

Livell ta’ zokkor fid-demm baxx (ipogliċemija), li ġie osservat bֹ’mod komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 f’10).

Jekk tieħu Glyxambi ma’ mediċina oħra li tista’ tikkaġuna l-livell ta’ zokkor fid-demm jaqa’, bħal sulfonylurea jew insulina, inti fir-riskju li jkollok zokkor fid-demm baxx wisq (ipogliċemija). Is-sinjali ta’ livell ta’ zokkor fid-demm baxx wisq jistgħu jinkludu:

rogħda, għaraq, tħossok anzjuż jew konfuż, qalb tħabbat bil-qawwi.

ġuħ kbir, uġigħ ta' ras

It-tabib tiegħek ser jgħidlek kif għandek tittratta l-livelli ta' zokkor fid-demm baxx u x'għandek tagħmel jekk ikollok xi wieħed mis-sinjali t'hawn fuq. Jekk ikollok xi sintomi ta’ livell ta’ zokkor fid-demm baxx, kul pilloli tal-glukożju, ikla ħafifa b'ammont għoli ta' zokkor jew ixrob xi meraq tal-frott. Kejjel iz-zokkor fid-demm jekk possibbli u strieħ.

Infezzjonijiet tal-passaġġ urinarju, li ġew osservati b’mod komuni

Is-sinjali ta' infezzjonijiet tal-passaġġ urinarju huma:

sensazzjoni ta' ħruq meta tgħaddi l-urina

urina li tidher mċajpra

uġigħ fil-pelvi, jew uġigħ f'nofs id-dahar (meta l-kliewi jkunu infettati)

Ħtieġa urġenti biex tagħmel l-awrina jew tagħmel l-awrina b’mod aktar frekwenti jistgħu jkunu minħabba l-mod kif taħdem din il-mediċina, iżda jistgħu jkunu wkoll sintomi ta’ infezzjoni tal-passaġġ urinarju, għalhekk jekk tinduna b’żieda f’sintomi bħal dawn, għandek ukoll tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Telf ta’ fluwidu tal-ġisem (deidrazzjoni), li ġie osservat b’mod mhux komuni Is-sinjali ta' deidrazzjoni mhumiex speċifiċi, iżda jistgħu jinkludu:

għatx mhux tas-soltu

rasek fl-arja jew stordament malli tqum bilwieqfa

ħass ħażin jew tintilef minn sensik

Effetti sekondarji oħra waqt li qed tieħu Glyxambi:

Osservati b’mod komuni

infezzjoni ġenitali kkawżata minn fungi bħal “trush”

infjammazzjoni fl-imnieħer jew fil-griżmejn (nażofarinġite)

sogħla

tgħaddi aktar urina mis-soltu jew teħtieġ li tgħaddi aktar urina mis-soltu

ħakk

raxx tal-ġilda

żieda fl-amylase tal-enzimi tad-demm

żieda fil-lipase tal-enzimi tal-frixa

għatx

Osservati b’mod mhux komuni

titqanżah jew uġigħ biex tbattal il-bużżieqa tal-awrina

testijiet tad-demm tal-laboratorju jistgħu juru bidliet fil-livelli ta’ xaħam fid-demm, żieda fl-ammont ta’ ċelloli ħomor tad-demm (żieda fl-ematokrit), u bidliet relatati mal-funzjoni tal-kliewi (tnaqqis fir-rata ta’ filtrazzjoni u żieda fil-krejatinina fid-demm)

Osservati b’mod rari

ulċeri fil-ħalq

Frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli)

infafet tal-ġilda (pemfigojd bulluża)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effetti sekondarju possibbli li m’humiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Glyxambi

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi, li tidher fuq il-folja u fuq il-kaxxa tal-kartun wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tużax din il-mediċina jekk il-pakkett ikun fih il-ħsara jew juri sinjali ta’ tbagħbis.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Glyxambi

-Is-sustanzi attivi huma empagliflozin u linagliptin. Kull pillola miksija b'rita fiha 10 mg empagliflozin u 5 mg linagliptin.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: mannitol (E421), pre-gelatinised starch (maize), maize starch, copovidone, crospovidone, talc u magnesium stearate.

Kisja tar-rita: hypromellose, mannitol (E421), talc, titanium dioxide (E171), macrogol 6000 u iron oxide yellow (E172).

-Is-sustanzi attivi huma empagliflozin u linagliptin. Kull pillola miksija b'rita fiha 25 mg empagliflozin u 5 mg linagliptin.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: mannitol (E421), pre-gelatinised starch (maize), maize starch, copovidone, crospovidone, talc u magnesium stearate.

Kisja tar-rita: hypromellose, mannitol (E421), talc, titanium dioxide (E171), macrogol 6000 u iron oxide red (E172).

Kif jidher Glyxambi u l-kontenut tal-pakkett

Glyxambi 10 mg/5 mg pilloli miksija b'rita (pilloli) huma sofor ċari, ark trijangolari, b’wiċċ ċatt u bit-truf imċanfrin. Għandhom “10/5” fuq naħa waħda u l-logo ta’ Boehringer Ingelheim fuq in-naħa l-oħra. Kull naħa tal-pillola għandha tul ta’ 8 mm.

Glyxambi 25 mg/5 mg pilloli miksija b'rita (pilloli) huma roża ċari, ark trijangolari, b’wiċċ ċatt u bit-truf imċanfrin. Għandhom “25/5” fuq naħa waħda u l-logo ta’ Boehringer Ingelheim fuq in-naħa l-oħra. Kull naħa tal-pillola għandha tul ta’ 8 mm.

Glyxambi huwa disponibbli f'folji tal-PVC/PVDC/aluminju perforati u f'doża waħda.

Id-daqsijiet tal-pakkett huma ta' 7 x 1, 10 x 1, 14 x 1, 28 x 1, 30 x 1, 60 x 1, 70 x 1, 90 x 1, u 100 x 1 pillola miksija b'rita.

Jista' jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Boehringer Ingelheim International GmbH

Binger Str. 173

D-55216 Ingelheim am Rhein

Il-Ġermanja

Manifattur

Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG

Binger Strasse 173

D-55216 Ingelheim am Rhein

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

SCS Boehringer Ingelheim Comm.V

Tél/Tel: +32 2 773 33 11

България

Бьорингер Ингелхайм РЦВ ГмбХ и Ко. КГ - клон България Тел: +359 2 958 79 98

Česká republika

Boehringer Ingelheim spol. s r.o. Tel: +420 234 655 111

Danmark

Boehringer Ingelheim Danmark A/S

Tlf: +45 39 15 88 88

Deutschland

Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG

Tel: +49 (0) 800 77 90 900

Lilly Deutschland GmbH

Tel. +49 (0) 6172 273 2222

Eesti

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Eesti filiaal

Tel: +372 612 8000

Ελλάδα

Boehringer Ingelheim Ellas A.E. Tηλ: +30 2 10 89 06 300

España

Boehringer Ingelheim España, S.A.

Tel: +34 93 404 51 00

Lilly S.A.

Tel: +34 91 663 50 00

Lietuva

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Lietuvos filialas

Tel: +370 37 473922

Luxembourg/Luxemburg

SCS Boehringer Ingelheim Comm.V

Belgique/Belgien

Tél/Tel: +32 2 773 33 11

Magyarország

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG

Magyarországi Fióktelepe

Tel: +36 1 299 89 00

Malta

Boehringer Ingelheim Ltd.

Tel: +44 1344 424 600

Nederland

Boehringer Ingelheim b.v.

Tel: +31 (0) 800 22 55 889

Norge

Boehringer Ingelheim Norway KS

Tlf: +47 66 76 13 00

Österreich

Polska

Boehringer Ingelheim Sp. z o.o.

Tel: +48 22 699 0 699

France

Portugal

Boehringer Ingelheim France S.A.S.

Boehringer Ingelheim, Unipessoal, Lda.,

Tél: +33 3 26 50 45 33

Tel: +351 21 313 53 00

Lilly France SAS

Lilly Portugal Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33 1 55 49 34 34

Tel: +351 21 412 66 00

Hrvatska

România

Boehringer Ingelheim Zagreb d.o.o.

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG

Tel: +385 1 2444 600

Viena - Sucursala Bucureşti

 

Tel: +40 21 302 28 00

Ireland

Slovenija

Boehringer Ingelheim Ireland Ltd.

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG

Tel: +353 1 295 9620

Podružnica Ljubljana

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Tel: +386 1 586 40 00

 

Tel: +353 1 661 4377

 

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Italia

Boehringer Ingelheim Italia S.p.A.

Tel: +39 02 5355 1

Eli Lilly Italia S.p.A.

Tel: +39 05 5425 71

Κύπρος

Boehringer Ingelheim Ellas A.E. Tηλ: +30 2 10 89 06 300

Latvija

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Latvijas filiāle

Tel: +371 67 240 011

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}.

Slovenská republika

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG organizačná zložka

Tel: +421 2 5810 1211

Suomi/Finland

Boehringer Ingelheim Finland Ky

Puh/Tel: +358 10 3102 800

Sverige

Boehringer Ingelheim AB

Tel: +46 8 721 21 00

United Kingdom

Boehringer Ingelheim Ltd.

Tel: +44 1344 424 600

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +44 1256 315 000

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati