Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Humalog (insulin lispro) – Fuljett ta’ tagħrif - A10AC04

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaHumalog
Kodiċi ATCA10AC04
Sustanzainsulin lispro
ManifatturEli Lilly Nederland B.V.

Kontenut tal-Artiklu

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Humalog 100 unità/ml, soluzzjoni għall-injezzjoni f’kunjett insulina lispro

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Humalog u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog

3.Kif għandek tuża Humalog

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Humalog

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Humalog u għalxiex jintuża

Humalog huwa użat biex id-dijabete tiġi trattata. Taħdem aktar malajr minn insulina umana normali għax il-molekula ta' l-insulina ġiet mibdula ftit.

Ikollok id-dijabete jekk il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell tal- glukożju fid-demm tiegħek. Humalog huwa sostitwent għall-insulina tiegħek u huwa użat biex jikkontrolla l-glukożju fuq medda twila ta’ żmien. Jaħdem malajr ħafna u jdum għal anqas ħin mill- insulina li tinħall (2 sa 5 sigħat). Normalment għandek tuża Humalog 15-il minuta qabel ikla.

It-tabib tiegħek jista' jgħidlek biex tuża Humalog kif ukoll insulina li ddum taħdem għal ħin itwal. Kull tip t' insulina tiġi ma' fuljett ta' tagħrif ieħor għall-pazjenti biex jigħidlek fuqha. Tbiddilx l- insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek. Oqgħod attent ħafna jekk tibdel l-insulina tiegħek.

Humalog huwa tajjeb għall-użu fl-adulti u fit-tfal. Humalog jista' jintuża fit-tfal, meta vantaġġ huwa mistenni meta mqabbel ma' insulina li tinħall, per eżempju, it-teħid ta' l-injezzjoni skond il-ħinijiet ta' l-ikliet.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog

Tużax HUMALOG

-jekk taħseb li ġejja xi ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm). Iktar ’il quddiem fil-fuljett se jkollok spjegat kif tista’ tieħu kura ta’ ipogliċemija ħafifa (ara Sezzjoni 3: Jekk tuża Humalog aktar milli suppost).

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal insulina lispro jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek huma kkontrollati sew bit-terapija ta' l-insulina li qed tuża bħalissa, tista' ma tħossx is-sintomi ta' twissija meta jinżillek wisq iz-zokkor fid-demm. Sinjali ta' twissija huma mniżżla aktar tard f'dan il-fuljett. Għandek taħseb sew dwar meta tiekol,

kemm-il darba tagħmel eżerċizzju u kemm għandek tagħmel. Għandek ukoll iżżomm osservazzjoni fuq il-livelli taz-zokkor tiegħek billi tittestja ta' spiss il-glukożju fid-demm tiegħek.

Ftit nies li kellhom ipogliċemija wara li qalbu minn insulina ta' l-annimali għal isulina umana rrapportaw li l-ewwel sintomi ta' twissija kienu anqas ovji jew differenti. Jekk spiss ikollok ipogliċemija jew jekk għandek diffikultà biex tagħrafha, jekk jogħġbok iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Jekk tirrispondi IVA għal xi mistoqsijiet li ġejjin, għid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew lill- infermier tad-dijabete.

-Kont ma tiflaħx dan l-aħħar?

-Għandek xi problemi bil-kliewi jew bil-fwied?

-Qed tagħmel aktar eżerċizzju mis-soltu?

L-ammont ta' l-insulina li għandek bżonn jista' jinbidel jekk tixrob l-alkoħol.

Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew l-infermier tad-dijabete jekk qed tippjana biex issiefer. Id-differenza fil-ħin bejn il-pajjiżi tista' tfisser li jkollok tieħu l-injezzjonijiet u l- ikliet f'ħinijiet differenti milli meta tkun id-dar.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Mediċini oħra u Humalog

Il-bżonnijiet tiegħek tal-insulina jistgħu jinbidlu jekk qed tieħu

il-pillola kontraċettiva,

sterojdi,

terapija biex tpatti għan-nuqqas ta' l-ormoni tat-tirojde,

mediċini ipogliċemiċi orali,

acetyl salicylic acid,

antibijotiċi sulpha,

octreotide,

"stimulanti tar-riċetturi beta 2" (per eżempju ritodrine, salbutamol jew terbutaline),

imblokkaturi tar-riċetturi beta, jew

ċerti antidipressanti (inibituri ta’ monoamine oxidase jew inibituri selettivi tal-assorbiment mill-

ġdid ta’ serotonin),

danazol,

ċerti inibituri tal-enzima li tbiddel l-anġjotensin (ACE) (per eżempju captopril, enalapril) u

sustanzi li jibblukkjaw ir-riċetturi anġjotensin II

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta ( ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Tqala u treddigħ

Inti tqila b'tarbija jew qed taħseb biex tinqabad tqila, jew qed tredda? L-ammont tal-insulina li jkollok bżonn jaqa' waqt l-ewwel tlett xhur tat-tqala u jiżdied għal l-aħħar sitt xhur. Jekk qed tredda’, jista' jkollok bżonn tibdel l-ammont ta’ l-insulina li qed tieħu jew tibdel id-dieta.

Itlob il-parir tat-tabib.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-ħila tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista' tonqos jekk għandek ipogliċemija. Jekk jogħġbok żomm din il-problema f'moħħok f'kull sitwazzjoni fejn tkun tista' tpoġġi lilek innifsek jew oħrajn f'riskju (eż. sewqan ta' karozza jew tħaddim ta' magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek dwar is- sewqan jekk għandek:

episodji frekwenti ta' ipogliċemija

sinjali ta’ twissija mnaqqsa jew assenti meta jkollok ipogliċemija

3.Kif għandek tuża Humalog

Dejjem eżamina il-pakkett u t-tabella tal-kunjett għall-isem u għat-tip ta' l-insulina meta ġġibu mill-ispiżerija. Kun żgur li ġġib Humalog li t-tabib tiegħek qallek biex tuża.

Dejjem għandek tuża Humalog skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Normalment għandek tinjetta Humalog fi żmien 15-il minuta qabel ikla. Jekk ikollok bżonn, tista' tinjetta eżatt wara ikla. Imma t-tabib tiegħek ikun qallek eżatt kemm għandek tuża, meta għandek tużha, u kemm-il darba. Dawn l-istruzzjonijiet huma għalik biss. Segwihom eżatt u mur il-klinika tad-dijabete tiegħek regolarment.

Jekk tibdel it-tip ta' l-insulina li tuża (per eżempju minn insulina umana jew minn ta' l-annimali għall-prodott ta' Humalog), jista' jkun ikollok bżonn tieħu aktar jew anqas minn qabel. Dan jista' jkun biss għal l-ewwel injezzjoni jew tista' tkun bidla gradwali tul ħafna ġimgħat jew xhur.

Injetta Humalog taħt il-ġilda. Għandek tinjetta f’muskolu biss jekk hekk qallek it-tabib tiegħek.

Preparazzjoni ta' Humalog

Humalog huwa diġa maħlul fl-ilma, għalhekk m'għandekx bżonn tħalltu. Imma għandek tużah biss jekk jidher qisu ilma. Għandu jkun trasparenti, bla kulur u bla biċċiet solidi ġo fih. Eżamina dan kull darba li tinjetta ruħek.

L-injezzjoni ta' Humalog

L-ewwel aħsel idejk.

Qabel ma tagħmel l-injezzjoni, naddaf il-ġilda tiegħek kif ġejt mgħallem. Naddaf it-tapp tal- gomma fuq il-kunjett, imma tneħħix it-tapp.

Uża siringa u labra nadifa u sterili biex ittaqqab it-tapp tal-gomma u iġbed l-ammont ta' Humalog li trid. It-tabib tiegħek jew il-klinika jgħidulek kif għandek tagħmel dan. Tagħtix is- siringi u l-labar tiegħek lil xi ħadd ieħor.

Injetta taħt il-ġilda, kif ġejt mgħallem. Tinjettax direttament ġo vina. Wara l-injezzjoni tiegħek, ħalli l-labra fil-ġilda għal ħames sekondi biex tkun żgur li ħadt id-doża kollha. Torokx il-parti li għadek kif injettajt. Kun żgur li tinjetta għal ta' l-anqas nofs pulzier (1 cm) 'l bogħod mill-aħħar injezzjoni u li tbiddel il-postijiet li tinjetta, kif ġejt mgħallem. Mhux importanti liema sit tuża, jew il-parti ta' fuq tad-driegħ, il-koxxa, il-warrani jew fiż-żaqq, l-injezzjoni ta' Humalog xorta taħdem aktar malajr minn insulina umana li tinħall.

It-tabib tiegħek jgħidlek jekk għandekx tħallat Humalog ma' waħda mill-insulini umani. Per eżempju jekk għandek bżonn tinjetta taħlita, iġbed Humalog f'siringa qabel l-insulina li ddum taħdem għal ħin itwal. Injetta l-likwidu eżatt kif tkun ħallattu. Għamel l-istess ħaġa kull darba. Normalment m'għandekx tħallat Humalog ma' waħda mit-taħlitiet ta' l-inulini umani.

M'għandek qatt tħallat Humalog ma' insulini prodotti minn manifatturi oħra jew ma' insulini minn annimali.

M'għandekx tagħti Humalog ġol-vina. Injetta Humalog kif qallek it-tabib jew l-infermier tiegħek. It-tabib tiegħek biss jista' jagħti Humalog ġol-vina. Huwa jagħmel hekk f'ċirkostanzi speċjali biss bħal kirurġija jew jekk ma tiflaħx u l-livelli tal-glukożju tiegħek huma wisq għolja.

L-użu ta' Humalog f'pompa ta' l-infużjoni

Ċerti Minimed u Disetronic pompi ta' l-infużjoni ta' l-insulina biss jistgħu jintużaw biex tkun tista' tieħu l-infużjoni ta' l-insulina lispro. Qabel l-infużjoni ta' l-insulina lispro, għandhom jkunu studjati l-istruzzjonijiet tal-manifatturi biex tkun żgur jekk dik il-pompa partikolari hijiex tajba jew le. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet tal-prodott provduti mal-pompa ta' l-infużjoni.

Kun żgur li tuża r-riservwar u l-kateter it-tajjeb għall-pompa tiegħek.

It-tibdil fis-sett tal-infużjoni (tubi u labra) għandu jsir skont l-istruzzjonijiet li hemm fl- informazzjoni dwar il-prodott mogħti mas-sett tal-infużjoni.

Fil-każ t'episodju ta’ ipogliċemija, l-infużjoni għandha titwaqqaf sakemm jgħaddi l-episodju. Jekk il-livelli tal-glukożju fid-demm jitbaxxew ta' spiss jew severament, għid lit-tabib tiegħek jew il-klinika u kkunsidra l-bżonn li tnaqqas jew twaqqaf l-infużjoni ta' l-insulina tiegħek.

Jekk ikun hemm malfunzjoni tal-pompa jew ostaklu tas-sett ta' l-infużjoni, dan jista' jirriżulta f'żieda mgħaġġla fil-livelli tal-glukożju. Jekk taħseb li hemm interruzzjoni fil-ħruġ ta' l-insulina, segwi l-istruzzjonijiet fil-letteratura tal-prodott u jekk xieraq, għid lit-tabib tiegħek jew il- klinika.

Meta użat b'pompa ta' l-infużjoni ta' l-insulina, Humalog m'għandux jitħallat ma' xi insulina oħra.

Jekk tuża Humalog aktar milli suppost

Jekk tuża Humalog aktar milli suppost, jista’ jkollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek. Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx (ipogliċemija ħafifa), kul il-pilloli tal-glukożju, zokkor jew ixrob xarba ħelwa. Imbagħad kul il-frott, gallettini, jew sandwiċċ, kif qallek it-tabib tiegħek u strieħ ftit. B'hekk ħafna mid-drabi jirnexxilek tirkupra minn effetti ta’ ipogliċemija ħafifa jew minn doża ftit eċċessiva ta’ insulina. Jekk tmur għal agħar u qed tieħu nifs baxx u l-ġilda tiegħek tibjad, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Injezzjoni tal-glukagon tista' tikkura ipogliċemija severa mhux ħażin. Kul il-glukożju jew zokkor wara l-injezzjoni tal-glukagon. Jekk ma jgħaddilekx bil-glukagon, ikollok tmur l-isptar. Staqsi lit-tabib tiegħek biex jgħidlek dwar il-glukagon.

Jekk tinsa tuża Humalog

Jekk tieħu inqas Humalog milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm.

Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek

Jekk l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) jew l-ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ma jkunux ittrattati tista' tkun serja ħafna u tikkawża uġigħ ta' ras, dardir, remettar, deidratazzjoni, telf mis-sensi, koma kif ukoll l-mewt (ara A u B fis-sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli).

Tliet affarijiet sempliċi biex tevita ipogliċemija jew ipergliċemija huma:

Dejjem żomm siringi żejda u kunjett żejjed ta' Humalog.

Dejjem żomm xi ħaġa fuqek biex turi li inti dijabetiku.

Dejjem żomm iz-zokkor fuqek.

Jekk tieqaf tuża Humalog

Jekk tieħu inqas Humalog milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm. Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Humalog jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Allerġija lokali hija komuni (> 1/100 sa <1/10). Ftit nies ikollhom ħmura, nefħa jew ħakk madwar it- titqiba ta' l-insulina. Dawn issoltu jiċċaraw fi żmien ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Jekk jiġrilek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

Allerġija sistemika hija rari (> 1/10,000 sa <1/1000) : Is-sintomi huma dawn li ġejjin:

Raxx ma' ġismek kollu

Tinżillek il-pressjoni tad-demm

Diffikultà fin-nifs

Il-qalb tħabbat mgħaġġla

Tħarħir

Hafna għaraq

Jekk taħseb li qed ikollok din it-tip t'allerġija għall-insulina bi Humalog għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Lipodistrofija (li teħxien jew titħaffer il-ġilda) m’hijiex komuni (> 1/1,000 sa <1/100).Jekk tinnota li l- ġilda qed teħxien jew titħaffer fis-sit ta' l-injezzjoni, għid lit-tabib tiegħek.

Ġiet irrapportata l-edima (eż. nefħa fid-dirgħajn, għekiesi; żamma tal-fluwidi), speċjalment fil-bidu tat- terapija bl-insulina jew waqt tibdil fit-terapija biex jitjieb il-kontroll tal-glukożju fid-demm tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Problemi komuni tad-dijabete

A.Ipogliċemija

Ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) ifisser li ma hemmx biżżejjed zokkor fid-demm. Din tista' tkun ikkawżata jekk:

tieħu wisq Humalog jew insulina oħra;

ma tiekolx jew tiekol tard jew jekk tbiddel id-dieta tiegħek;

tagħmel wisq eżerċizzju jew taħdem iż-żejjed eżatt qabel jew wara ikla;

għandek infezzjoni jew mard (speċjalment dijarrea jew remettar);

hemm bidla fil-bżonn tiegħek ta' l-insulina; jew

għandek problemi bil-kliewi jew bil-fwied li qed isiru agħar

L-alkoħol u xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek.

L-ewwel sintomi ta' ipogliċemija issoltu jiġru malajr u jinkludu dawn li ġejjin:

għeja

taħbit mgħaġġel tal-qalb

nervożità jew rogħda

tħossok imdardar

uġigħ ta' ras

għeriq kiesaħ

Meta ma tkunx konfidenti li taf tagħraf is-sintomi ta' twissija, evita sitwazzjonijiet, eż. li ssuq karozza, li tista' tpoġġi lilek jew lil oħrajn f'riskju minħabba ipogliċemija.

B.Ipergliċemija u l-ketoaċidożi dijabetika

Ipergliċemija ifisser li ġismek m'għandux biżżejjed insulina. L-ipergliċemija tista’ tiġi minħabba:

li ma tieħux Humalog tiegħek jew insulina oħra;

li qed tieħu anqas insulina milli jgħidlek it-tabib tiegħek;

li tiekol ħafna aktar milli tippermettilek id-dieta tiegħek; jew

deni, infezzjoni jew stress emozzjonali.

L-ipergliċemija tista' twassal għall-ketoaċidożi dijabetika. L-ewwel sintomi jiġu bil-mod f'medda ta' ħafna sigħat jew jiem. Is-sintomi jinkludu li ġejjin:

tħossok bi ngħas

bla aptit

ħmura fil-wiċċ

riħa ħelwa fin-nifs

għatx

tħossok imdardar jew tirremetti

Sintomi qawwija huma nifs qawwi u polz mgħaġġel. Ġib għajnuna medika minnufih.

C.Mard

Jekk int ma tiflaħx, speċjalment jekk qed tħossok imdardar jew jekk inti mdardar, l-ammont ta' insulina li għandek bżonn tista' tinbidel. Anke meta ma tkunx qed tiekol normalment, xorta ikollok bżonn l-insulina. Eżamina l-awrina jew id-demm tiegħek, segwi 'r-regoli tiegħek ta' meta tkun ma tiflaħx', u għid lit-tabib tiegħek.

5.Kif taħżen Humalog

Qabel ma tuzah l-ewwel darba żomm Humalog fi friġġ (2°C-8°C). Tagħmlux fil-friża. Żomm il- kunjett li ħa tuża fi friġġ (2°C - 8°C) jew f'temperatura ambjentali ta' ġewwa sa 30°C u armih wara 28 ġurnata.Tħallihx ħdejn is-sħana jew fix-xemx.

Żommu fejn ma jintaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

Tużax Humalog wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tużax Humalog jekk għandu xi kulur jew jidhru xi frak. Għandek tużah biss jekk jidher qiesu ilma. Din il-ħaġa għamila kull darba li se tinjetta lilek innifsek.

Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Humalog 100 unità/ml soluzzjoni għal injezzjoni ġo kunjett:

-Is-sustanza attiva hi insulin lispro. L-insulina lispro hija magħmula fil-laboratorju bi proċess ta' ‘teknoloġija rikombinanti mid-DNA’. Hija forma mibdula ta' insulina umana u għalhekk hija differenti minn insulini oħra umani jew insulina mill-annimali. L-insulina lispro hija relatata mill-viċin għal insulina umana li huwa ormon naturali magħmul mill-frixa.

-Is-sustanzi l-oħra huma m-cresol, glycerol, dibasic sodium phosphate 7 H20, zinc oxide u ilma għall-injezzjoni. Sodium hydroxide jew hydrochloric acid setgħu ġew użati biex tkun aġġustata l-aċidità.

Kif jidher Humalog u l-kontenuti tal-pakkett:

Humalog 100 unità/ml, soluzzjoni għal injezzjoni, hu soluzzjoni akweju, bla kulur, ċar u sterili u fih

100 unità ta’ insulin lispro f’kull millilitru (100 unità/ml) soluzzjoni għal injezzjoni. Kull kunjett fih 1000 unità (10 millilitri). Humalog 100 unità/ml, soluzzjoni għal injezzjoni ġo kunjett jiġi f’pakkett ta’ kunjett 1, 2 kunjetti jew pakkett multiplu ta’ 5 x 1 kunjett. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Humalog 100 unità/ml,soluzzjoni għal injezzjoni ġo kunjett huwa manifatturat minn:

Lilly S.A., Avda. de la Industria 30, 28108 Alcobendas, Madrid, Spanja.

Il-liċenzja tal-prodott hija ta' Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L- Olanda.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 6000

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges. m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France S.A.S.

Lilly Portugal - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0) 1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +371 67364000

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Humalog 100 unità/ml, soluzzjoni għall-injezzjoni ġo skartoċċ insulina lispro

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Humalog u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog

3.Kif għandek tuża Humalog

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Humalog

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Humalog u għalxiex jintuża

Humalog huwa użat biex id-dijabete tiġi trattata. Taħdem aktar malajr minn insulina umana normali għax il-molekula ta' l-insulina ġiet mibdula ftit.

Ikollok id-dijabete jekk il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell tal- glukożju fid-demm tiegħek. Humalog huwa sostitwent għall-insulina tiegħek u huwa użat biex jikkontrolla l-glukożju fuq medda twila ta’ żmien. Jaħdem malajr ħafna u jdum għal anqas ħin mill- insulina li tinħall (2 sa 5 sigħat). Normalment għandek tuża Humalog 15-il minuta qabel ikla.

It-tabib tiegħek jista' jgħidlek biex tuża Humalog kif ukoll insulina li ddum taħdem għal ħin itwal. Kull tip t' insulina tiġi ma' fuljett ta' tagħrif ieħor għall-pazjenti biex jigħidlek fuqha. Tbiddilx l- insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek. Oqgħod attent ħafna jekk tibdel l-insulina tiegħek.

Humalog huwa tajjeb għall-użu fl-adulti u fit-tfal. Humalog jista' jintuża fit-tfal, meta vantaġġ huwa mistenni meta mqabbel ma' insulina li tinħall, per eżempju, it-teħid ta' l-injezzjoni skond il-ħinijiet ta' l-ikliet.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog

Tużax HUMALOG

-jekk taħseb li ġejja xi ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm). Iktar ’il quddiem fil-fuljett se jkollok spjegat kif tista’ tieħu kura ta’ ipogliċemija ħafifa (ara Sezzjoni 3: Jekk tuża Humalog aktar milli suppost).

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal insulina lispro jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek huma kkontrollati sew bit-terapija ta' l-insulina li qed tuża bħalissa, tista' ma tħossx is-sintomi ta' twissija meta jinżillek wisq iz-zokkor fid-demm. Sinjali ta' twissija huma mniżżla aktar tard f'dan il-fuljett. Għandek taħseb sew dwar meta tiekol,

kemm-il darba tagħmel eżerċizzju u kemm għandek tagħmel. Għandek ukoll iżżomm osservazzjoni fuq il-livelli taz-zokkor tiegħek billi tittestja ta' spiss il-glukożju fid-demm tiegħek.

Ftit nies li kellhom ipogliċemija wara li qalbu minn insulina ta' l-annimali għal isulina umana rrapportaw li l-ewwel sintomi ta' twissija kienu anqas ovji jew differenti. Jekk spiss ikollok ipogliċemija jew jekk għandek diffikultà biex tagħrafha, jekk jogħġbok iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Jekk tirrispondi IVA għal xi mistoqsijiet li ġejjin, għid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew lill- infermier tad-dijabete.

-Kont ma tiflaħx dan l-aħħar?

-Għandek xi problemi bil-kliewi jew bil-fwied?

-Qed tagħmel aktar eżerċizzju mis-soltu?

L-ammont ta' l-insulina li għandek bżonn jista' jinbidel jekk tixrob l-alkoħol.

Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew l-infermier tad-dijabete jekk qed tippjana biex issiefer. Id-differenza fil-ħin bejn il-pajjiżi tista' tfisser li jkollok tieħu l-injezzjonijiet u l- ikliet f'ħinijiet differenti milli meta tkun id-dar.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Jekk is-soltu t-tabib jagħmillek riċetta għall-kunjett ta’ 40 unità/ml, m’għandekx tieħu l-insulina minn skartoċċ ta’ 100 unità/ml billi tuża siringa ta’ 40 unità/ml.

Mediċini oħra u Humalog

Il-bżonnijiet tiegħek tal-insulina jistgħu jinbidlu jekk qed tieħu

il-pillola kontraċettiva,

sterojdi,

terapija biex tpatti għan-nuqqas ta' l-ormoni tat-tirojde,

mediċini ipogliċemiċi orali,

acetyl salicylic acid,

antibijotiċi sulpha,

octreotide,

"stimulanti tar-riċetturi beta 2" (per eżempju ritodrine, salbutamol jew terbutaline),

imblokkaturi tar-riċetturi beta, jew

ċerti antidipressanti (inibituri ta’ monoamine oxidase jew inibituri selettivi tal-assorbiment mill- ġdid ta’ serotonin),

danazol,

ċerti inibituri tal-enzima li tbiddel l-anġjotensin (ACE) (per eżempju captopril, enalapril) u

sustanzi li jibblukkjaw ir-riċetturi anġjotensin II

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta ( ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Tqala u treddigħ

Inti tqila b'tarbija jew qed taħseb biex tinqabad tqila, jew qed tredda? L-ammont tal-insulina li jkollok bżonn jaqa' waqt l-ewwel tlett xhur tat-tqala u jiżdied għal l-aħħar sitt xhur. Jekk qed tredda’, jista' jkollok bżonn tibdel l-ammont ta’ l-insulina li qed tieħu jew tibdel id-dieta.

Itlob il-parir tat-tabib.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-ħila tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista' tonqos jekk għandek ipogliċemija. Jekk jogħġbok żomm din il-problema f'moħħok f'kull sitwazzjoni fejn tkun tista' tpoġġi lilek innifsek jew oħrajn f'riskju (eż. sewqan ta' karozza jew tħaddim ta' magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek dwar is- sewqan jekk għandek:

episodji frekwenti ta' ipogliċemija

sinjali ta’ twissija mnaqqsa jew assenti meta jkollok ipogliċemija

3.Kif għandek tuża Humalog

L-iskartoċċ tat-3ml għandu jintuza biss mal-pinen tat-3ml. M’għandux jintuza fil-pinen 1.5ml.

Dejjem eżamina il-pakkett u t-tabella ta’ l-iskartoċċ għall-isem u għat-tip ta' l-insulina meta

ġġibu mill-ispiżerija. Kun żgur li ġġib Humalog li t-tabib tiegħek qallek biex tuża.

Dejjem għandek tuża Humalog skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju. Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull skartoċċ irid jintuża minnek biss, anki jekk il-labra fuq l-apparat li jforni l-insulina tinbidel.

Dożaġġ

Normalment għandek tinjetta Humalog fi żmien 15-il minuta qabel ikla. Jekk ikollok bżonn, tista' tinjetta eżatt wara ikla. Imma t-tabib tiegħek ikun qallek eżatt kemm għandek tuża, meta għandek tużha, u kemm-il darba. Dawn l-istruzzjonijiet huma għalik biss. Segwihom eżatt u mur il-klinika tad-dijabete tiegħek regolarment.

Jekk tibdel it-tip ta' l-insulina li tuża (per eżempju minn insulina umana jew minn ta' l-annimali għall-prodott ta' Humalog), jista' jkun ikollok bżonn tieħu aktar jew anqas minn qabel. Dan jista' jkun biss għal l-ewwel injezzjoni jew tista' tkun bidla gradwali tul ħafna ġimgħat jew xhur.

Injetta Humalog taħt il-ġilda. Għandek tinjetta f’muskolu biss jekk hekk qallek it-tabib tiegħek.

Preparazzjoni ta' Humalog

Humalog huwa diġa maħlul fl-ilma, għalhekk m'għandekx bżonn tħalltu. Imma għandek tużah biss jekk jidher qisu ilma. Għandu jkun trasparenti, bla kulur u bla biċċiet solidi ġo fih. Eżamina dan kull darba li tinjetta ruħek.

Kif tlesti l-pinna għall-użu

L-ewwel aħsel idejk. Iddisinfetta r-rita tal-gomma ta’ l-iskartoċċ.

Għandek tuża biss skrataċ tal-Humalog f’pinnen kompattibli mmarkati CE. Jekk jogħġbok aċċerta ruħek li jissemmew l-iskrataċ Humalog jew Lilly fil-fuljett ta’ mal-pinna. L-iskartoċċ ta’ 3 ml jesa biss il-pinna ta’ 3 ml.

Segwi l-istruzzjonijiet li jiġu mal-pinna. Qiegħed l-iskartoċċ ġol-pinna.

Għandek tissettja d-doża sa 1 jew 2 unità. Umbagħad żomm il-pinna bil-labra tipponta ’l fuq u taptap il-ġenb tal-pinna biex xi bżieżaq jitilgħu fil-wiċċ. Bil-pinna għada tipponta ’l fuq, agħfas il-mekkaniżmu ta’ l-injezzjoni. Agħmel hekk sakemm qatra Humalog toħroġ minn ġol-labra.

Jista’ jkun li jibqgħu xi bżieżaq żgħar ta’ l-arja ġol-pinna. Dawn ma jagħmlux ħsara, pero jekk il-bużżieqa ta’ l-arja tkun kbira wisq, id-doża ta’ l-injezzjoni tista’ tkun inqas eżatta.

L-injezzjoni ta' Humalog

Qabel ma tagħmel l-injezzjoni, naddaf il-ġilda tiegħek kif ġejt mgħallem. Injetta taħt il-ġilda, kif ġejt mgħallem. Tinjettax direttament ġo vina. Wara l-injezzjoni tiegħek, ħalli l-labra fil-ġilda għal ħames sekondi biex tkun żgur li ħadt id-doża kollha. Torokx il-parti li għadek kif injettajt. Kun żgur li tinjetta għal ta' l-anqas nofs pulzier (1 cm) 'l bogħod mill-aħħar injezzjoni u li tbiddel il-postijiet li tinjetta, kif ġejt mgħallem. Mhux importanti liema sit tuża, jew il-parti ta' fuq tad-driegħ, il-koxxa, il-warrani jew fiż-żaqq, l-injezzjoni ta' Humalog xorta taħdem aktar malajr minn insulina umana li tinħall.

M'għandekx tagħti Humalog ġol-vina. Injetta Humalog kif qallek it-tabib jew l-infermier tiegħek. It-tabib tiegħek biss jista' jagħti Humalog ġol-vina. Huwa jagħmel hekk f'ċirkostanzi speċjali biss bħal kirurġija jew jekk ma tiflaħx u l-livelli tal-glukożju tiegħek huma wisq għolja.

Wara l-injezzjoni

Eżatt kif tkun hadt l-injezzjoni, neħħi l-labra mill-pinna billi tuża il-kappa ta' barra tal-labra. Dan iżomm Humalog sterili u jipprevjeni l-ħruġ. Huwa jwaqqaf ukoll l-arja milli terġa tidħol lura ġol-pinna u milli tibblokka l-labra. Tagħtix is-siringi u l-labar tiegħek lil xi ħadd ieħor.

Tagħtix il-pinna tiegħek lil xi ħadd ieħor. Poġġi il-kappa lura fuq il-pinna. Żomm l-iskartoċċ fil- pinna.

Aktar injezzjonijiet

Qabel kull injezzjoni, isselezzjona 1 jew 2 unitajiet u agħfas il-mekkaniżmu ta' l-injezzjoni bil- pinna tipponta 'l fuq sakemm toħroġ qattra ta' Humalog mill-labra. Tista' tara hemm baqa' Humalog billi tħares lejn il-gejġ fuq il-ġenb ta' l-iskartoċċ. Id-distanza bejn kull marka fuq il- gejġ hija ta' madwar 20 unità. Jekk m’hemmx biżżejjed għad-doża tiegħek, biddel l-iskartoċċ.

Tħallatx xi insulina oħra fi skartoċċ ta’ Humalog. Ladarba l-iskartoċċ jiżvojta, terġax tużah.

L-użu ta' Humalog f'pompa ta' l-infużjoni

Ċerti Minimed u Disetronic pompi ta' l-infużjoni ta' l-insulina biss jistgħu jintużaw biex tkun tista' tieħu l-infużjoni ta' l-insulina lispro. Qabel l-infużjoni ta' l-insulina lispro, għandhom jkunu studjati l-istruzzjonijiet tal-manifatturi biex tkun żgur jekk dik il-pompa partikolari hijiex tajba jew le. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet tal-prodott provduti mal-pompa ta' l-infużjoni.

Kun żgur li tuża r-riservwar u l-kateter it-tajjeb għall-pompa tiegħek.

It-tibdil fis-sett tal-infużjoni (tubi u labra) għandu jsir skont l-istruzzjonijiet li hemm fl- informazzjoni dwar il-prodott mogħti mas-sett tal-infużjoni.

Fil-każ t'episodju ta’ ipogliċemija, l-infużjoni għandha titwaqqaf sakemm jgħaddi l-episodju. Jekk il-livelli tal-glukożju fid-demm jitbaxxew ta' spiss jew severament, għid lit-tabib tiegħek jew il-klinika u kkunsidra l-bżonn li tnaqqas jew twaqqaf l-infużjoni ta' l-insulina tiegħek.

Jekk ikun hemm malfunzjoni tal-pompa jew ostaklu tas-sett ta' l-infużjoni, dan jista' jirriżulta f'żieda mgħaġġla fil-livelli tal-glukożju. Jekk taħseb li hemm interruzzjoni fil-ħruġ ta' l-insulina, segwi l-istruzzjonijiet fil-letteratura tal-prodott u jekk xieraq, għid lit-tabib tiegħek jew il- klinika.

Meta użat b'pompa ta' l-infużjoni ta' l-insulina, Humalog m'għandux jitħallat ma' xi insulina oħra.

Jekk tuża Humalog aktar milli suppost

Jekk tuża Humalog aktar milli suppost, jista’ jkollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek. Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx (ipogliċemija ħafifa), kul il-pilloli tal-glukożju, zokkor jew ixrob xarba ħelwa. Imbagħad kul il-frott, gallettini, jew sandwiċċ, kif qallek it-tabib tiegħek u strieħ ftit. B'hekk ħafna mid-drabi jirnexxilek tirkupra minn effetti ta’ ftit ipogliċemija ħafifa jew minn doża ftit eċċessiva ta’ insulina. Jekk tmur għal agħar u qed tieħu nifs baxx u l-ġilda tiegħek tibjad, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Injezzjoni tal-glukagon tista' tikkura ipogliċemija severa mhux ħażin. Kul il-glukożju jew zokkor wara l-injezzjoni tal-glukagon. Jekk ma jgħaddilekx bil-glukagon, ikollok tmur l-isptar. Staqsi lit-tabib tiegħek biex jgħidlek dwar il-glukagon.

Jekk tinsa tuża Humalog

Jekk tieħu inqas Humalog milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm.

Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid demm tiegħek

Jekk l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) jew l-ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ma jkunux ittrattati tista' tkun serja ħafna u tikkawża uġigħ ta' ras, dardir, remettar, deidratazzjoni, telf mis-sensi, koma kif ukoll l-mewt (ara A u B fis-sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli).

Tliet affarijiet sempliċi biex tevita ipogliċemija jew ipergliċemija huma:

Dejjem żomm siringi żejda u kunjett żejjed ta' Humalog, jew xi pinna u skrataċ żejda fil-każ li titlef il-pinna jew l-iskrataċ tiegħek jew jiġrilhom xi ħsara.

Dejjem żomm xi ħaġa fuqek biex turi li inti dijabetiku.

Dejjem żomm iz-zokkor fuqek.

Jekk tieqaf tuża Humalog

Jekk tieħu inqas Humalog milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm. Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Humalog jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Allerġija lokali hija komuni (> 1/100 sa <1/10). Ftit nies ikollhom ħmura, nefħa jew ħakk madwar it- titqiba ta' l-insulina. Dawn issoltu jiċċaraw fi żmien ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Jekk jiġrilek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

Allerġija sistemika hija rari (> 1/10,000 sa <1/1000) : Is-sintomi huma dawn li ġejjin:

Raxx ma' ġismek kollu

Tinżillek il-pressjoni tad-demm

Diffikultà fin-nifs

Il-qalb tħabbat mgħaġġla

Tħarħir

Hafna għaraq

Jekk taħseb li qed ikollok din it-tip t'allerġija għall-insulina bi Humalog għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Lipodistrofija (li teħxien jew titħaffer il-ġilda) m’hijiex komuni (> 1/1,000 sa <1/100).Jekk tinnota li l- ġilda qed teħxien jew titħaffer fis-sit ta' l-injezzjoni, għid lit-tabib tiegħek.

Ġiet irrapportata l-edima (eż. nefħa fid-dirgħajn, għekiesi; żamma tal-fluwidi), speċjalment fil-bidu tat- terapija bl-insulina jew waqt tibdil fit-terapija biex jitjieb il-kontroll tal-glukożju fid-demm tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Problemi komuni tad-dijabete

A.Ipogliċemija

Ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) ifisser li ma hemmx biżżejjed zokkor fid-demm. Din tista' tkun ikkawżata jekk:

tieħu wisq Humalog jew insulina oħra;

ma tiekolx jew tiekol tard jew jekk tbiddel id-dieta tiegħek;

tagħmel wisq eżerċizzju jew taħdem iż-żejjed eżatt qabel jew wara ikla;

għandek infezzjoni jew mard (speċjalment dijarrea jew remettar);

hemm bidla fil-bżonn tiegħek ta' l-insulina; jew

għandek problemi bil-kliewi jew bil-fwied li qed isiru agħar

L-alkoħol u xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek.

L-ewwel sintomi ta' ipogliċemija issoltu jiġru malajr u jinkludu dawn li ġejjin:

għeja

taħbit mgħaġġel tal-qalb

nervożità jew rogħda

tħossok imdardar

uġigħ ta' ras

għaraq kiesaħ

Meta ma tkunx konfidenti li taf tagħraf is-sintomi ta' twissija, evita sitwazzjonijiet, eż. li ssuq karozza, li tista' tpoġġi lilek jew lil oħrajn f'riskju minħabba ipogliċemija.

B.Ipergliċemija u l-ketoaċidożi dijabetika

Ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ifisser li ġismek m'għandux biżżejjed insulina. L-ipergliċemija tista’ tiġi minħabba:

li ma tiħux Humalog tiegħek jew insulina oħra;

li qed tieħu anqas insulina milli jgħidlek it-tabib tiegħek;

li tiekol ħafna aktar milli tippermettilek id-dieta tiegħek; jew

deni, infezzjoni jew stress emozzjonali.

L-ipergliċemija tista' twassal għall-ketoaċidożi dijabetika. L-ewwel sintomi jiġu bil-mod f'medda ta' ħafna siegħat jew jiem. Is-sintomi jinkludu li ġejjin:

tħossok bi ngħas

bla aptit

ħmura fil-wiċċ

riħa ħelwa fin-nifs

għatx

tħossok imdardar jew tirremetti

Sintomi qawwija huma nifs qawwi u polz mgħaġġel. Ġib għajnuna medika minnufih.

C.Mard

Jekk int ma tiflaħx, speċjalment jekk qed tħossok imdardar jew jekk inti mdardar, l-ammont ta' insulina li għandek bżonn tista' tinbidel. Anke meta ma tkunx qed tiekol normalment, xorta ikollok bżonn l-insulina. Eżamina l-awrina jew id-demm tiegħek, segwi 'r-regoli tiegħek ta' meta tkun ma tiflaħx', u għid lit-tabib tiegħek.

5.Kif taħżen Humalog

Qabel ma tuzah l-ewwel darba żomm Humalog fi friġġ (2°C-8°C). Tagħmlux fil-friża.

Żomm l-iskartoċċ li qiegħed jintuża f'temperatura ambjentali ta' ġewwa (15°C - 30°C) u armih wara 28 ġurnata.Tħallihx ħdejn is-sħana jew fix-xemx. Iżżommx fil-friġġ il-pinna tiegħek jew l-iskrataċ li qegħdin jintużaw. Il-pinna bl-iskartoċċ imdaħħal m’għandhiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

Żommu fejn ma jintaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

Tużax Humalog wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tużax Humalog jekk għandu xi kulur jew jidhru xi frak. Għandek tużah biss jekk jidher qiesu ilma. Din il-ħaġa għamila kull darba li se tinjetta lilek innifsek.

Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Humalog 100 unità/ml soluzzjoni għal injezzjoni ġo skartoċċ:

-Is-sustanza attiva hi insulin lispro. L-insulina lispro hija magħmula fil-laboratorju bi proċess ta' ‘teknoloġija rikombinanti mid-DNA’. Hija forma mibdula ta' insulina umana u għalhekk hija differenti minn insulini oħra umani jew insulina mill-annimali. L-insulina lispro hija relatata mill-viċin għal insulina umana li huwa ormon naturali magħmul mill-frixa.

-Is-sustanzi l-oħra huma m-cresol, glycerol, dibasic sodium phosphate 7 H20, zinc oxide u ilma għall-injezzjoni. Sodium hydroxide jew hydrochloric acid setgħu ġew użati biex tkun aġġustata l-aċidità.

Kif jidher Humalog u l-kontenuti tal-pakkett:

Humalog 100 unità/ml, soluzzjoni għal injezzjoni, hu soluzzjoni akweju, bla kulur, ċar u sterili u fih

100 unità ta’ insulin lispro f’kull millilitru (100 unità/ml) soluzzjoni għal injezzjoni. Kull skartoċċ fih 300 unità (3 millilitri). L-iskrataċ jiġu f’pakketti ta’ 5 jew 10 skrataċ. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Humalog 100 unità/ml, soluzzjoni għal injezzjoni ġo skartoċċ huwa manifatturat minn:

Lilly France S.A.S., Rue du Colonel Lilly, 67640 Fegersheim, Franza,

Eli Lilly Italia S.p.A., Via Gramsci 731-733, 50019 Sesto Fiorentino, (FI) L-Italja.

Il-liċenzja tal-prodott hija ta' Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L- Olanda.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 6000

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges. m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France S.A.S.

Lilly Portugal - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0) 1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +371 67364000

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Humalog Mix25 100 unità/ml, suspensjoni għall-injezzjoni ġo kunjett insulina lispro

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Humalog Mix25 u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog Mix25

3.Kif għandek tuża Humalog Mix25

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Humalog Mix25

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Humalog Mix25 u għalxiex jintuża

Humalog Mix25 hija użata biex id-dijabete tiġi trattata Hija suspensjoni mħallta lesta. Is-sustanza attiva tagħha hija insulina lispro. 25% ta' l-insulina lispro fi Humalog Mix25 hija maħlula fl-ilma u taħdem aktar malajr minn insulina umana normali għax il-molekula ta' l-insulina ġiet mibdula ftit. 75% ta' l-insulina lispro fi Humalog Mix25 hija suspensjoni flimkien ma' protamine sulphate, ħalli l- azzjoni tagħha tkun mtawwla.

Ikollok id-dijabete jekk il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell tal- glukożju fid-demm tiegħek. Humalog Mix25 huwa sostitwent għall-insulina tiegħek u huwa użat biex jikkontrolla l-glukożju fuq medda twila ta’ żmien. Humalog Mix25 jaħdem malajr ħafna u għal tul ta’ żmien itwal mill-insulina li tinħall. Normalment għandek tuża Humalog Mix25 15-il minuta qabel ikla.

It-tabib tiegħek jista' jgħidlek biex tuża Humalog Mix25 kif ukoll insulina li ddum taħdem għal ħin itwal. Kull tip t' insulina tiġi ma' fuljett ta' tagħrif ieħor għall-pazjenti biex jigħidlek fuqha. Tbiddilx l- insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek. Oqgħod attent ħafna jekk tibdel l-insulina tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog Mix 25

Tużax HUMALOG Mix25

-jekk taħseb li ġejja xi ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm). Iktar ’il quddiem fil-fuljett se jkollok spjegat kif tista’ tieħu kura ta’ ipogliċemija ħafifa (ara Sezzjoni 3: Jekk tuża Humalog Mix 25 aktar milli suppost).

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal insulina lispro jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek huma kkontrollati sew bit-terapija ta' l-insulina li qed tuża bħalissa, tista' ma tħossx is-sintomi ta' twissija meta jinżillek wisq iz-zokkor fid-demm. Sinjali ta' twissija huma mniżżla aktar tard f'dan il-fuljett. Għandek taħseb sew dwar meta tiekol,

kemm-il darba tagħmel eżerċizzju u kemm għandek tagħmel. Għandek ukoll iżżomm osservazzjoni fuq il-livelli taz-zokkor tiegħek billi tittestja ta' spiss il-glukożju fid-demm tiegħek.

Ftit nies li kellhom ipogliċemija wara li qalbu minn insulina ta' l-annimali għal isulina umana rrapportaw li l-ewwel sintomi ta' twissija kienu anqas ovji jew differenti. Jekk spiss ikollok ipogliċemija jew jekk għandek diffikultà biex tagħrafha, jekk jogħġbok iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Jekk tirrispondi IVA għal xi mistoqsijiet li ġejjin, għid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew lill- infermier tad-dijabete.

-Kont ma tiflaħx dan l-aħħar?

-Għandek xi problemi bil-kliewi jew bil-fwied?

-Qed tagħmel aktar eżerċizzju mis-soltu?

L-ammont ta' l-insulina li għandek bżonn jista' jinbidel jekk tixrob l-alkoħol.

Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew l-infermier tad-dijabete jekk qed tippjana biex issiefer. Id-differenza fil-ħin bejn il-pajjiżi tista' tfisser li jkollok tieħu l-injezzjonijiet u l- ikliet f'ħinijiet differenti milli meta tkun id-dar.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Mediċini oħra u Humalog Mix 25

Il-bżonnijiet tiegħek tal-insulina jistgħu jinbidlu jekk qed tieħu

il-pillola kontraċettiva,

sterojdi,

terapija biex tpatti għan-nuqqas ta' l-ormoni tat-tirojde,

mediċini ipogliċemiċi orali,

acetyl salicylic acid,

antibijotiċi sulpha,

octreotide,

"stimulanti tar-riċetturi beta 2" (per eżempju ritodrine, salbutamol jew terbutaline),

imblokkaturi tar-riċetturi beta, jew

ċerti antidipressanti (inibituri ta’ monoamine oxidase jew inibituri selettivi tal-assorbiment mill- ġdid ta’ serotonin),

danazol,

ċerti inibituri tal-enzima li tbiddel l-anġjotensin (ACE) (per eżempju captopril, enalapril) u

sustanzi li jibblukkjaw ir-riċetturi anġjotensin II

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta ( ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Tqala u treddigħ

Inti tqila b'tarbija jew qed taħseb biex tinqabad tqila, jew qed tredda? L-ammont tal-insulina li jkollok bżonn jaqa' waqt l-ewwel tlett xhur tat-tqala u jiżdied għal l-aħħar sitt xhur. Jekk qed tredda’, jista' jkollok bżonn tibdel l-ammont ta’ l-insulina li qed tieħu jew tibdel id-dieta.

Itlob il-parir tat-tabib.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-ħila tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista' tonqos jekk għandek ipogliċemija. Jekk jogħġbok żomm din il-problema f'moħħok f'kull sitwazzjoni fejn tkun tista' tpoġġi lilek innifsek jew oħrajn f'riskju (eż. sewqan ta' karozza jew tħaddim ta' magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek dwar is- sewqan jekk għandek:

episodji frekwenti ta' ipogliċemija

sinjali ta’ twissija mnaqqsa jew assenti meta jkollok ipogliċemija

3.Kif għandek tuża Humalog Mix25

Dejjem eżamina il-pakkett u t-tabella tal-kunjett għall-isem u għat-tip ta' l-insulina meta ġġibu mill-ispiżerija. Kun żgur li ġġib Humalog Mix25 li t-tabib tiegħek qallek biex tuża.

Dejjem għandek tuża Humalog Mix25 skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat- tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Dożaġġ

Normalment għandek tinjetta Humalog Mix25 fi żmien 15-il minuta qabel ikla. Jekk ikollok bżonn, tista' tinjetta eżatt wara ikla. Imma t-tabib tiegħek ikun qallek eżatt kemm għandek tuża, meta għandek tużha, u kemm-il darba. Dawn l-istruzzjonijiet huma għalik biss. Segwihom eżatt u mur il-klinika tad-dijabete tiegħek regolarment.

Jekk tibdel it-tip ta' l-insulina li tuża (per eżempju minn insulina umana jew minn ta' l-annimali għall-prodott ta' Humalog), jista' jkun ikollok bżonn tieħu aktar jew anqas minn qabel. Dan jista' jkun biss għal l-ewwel injezzjoni jew tista' tkun bidla gradwali tul ħafna ġimgħat jew xhur.

Injetta Humalog Mix25 taħt il-ġilda. M'għandekx teħodha billi tuża metodu differenti. Taħt l- ebda ċirkostanza Humalog Mix25 m'għandha tingħata ġol-vina.

Preparazzjoni ta' Humalog Mix25

Fjali li għandhom Humalog Mix25 għandhom ikunu mdawra fil-pali ta' l-idejn qabel ma jintużaw sabiex tirrisospendi l-insulina sakemm tidher kollha mċajpra jew qiesa ħalib. Tħawwadiex bis-saħħa għax hekk tista' toħloq ragħwa li tista' tinterferixxi mal-miżura eżatta tad-doża. Il-fjali għandhom ikunu eżaminati ta' spiss u m'għandhomx jintużaw jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal-qiegħ jew mal-ġenb tal-kunjett, u jidher qiesu ġelu. Iċċekkja kull darba li tinjetta lilek innifsek.

L-injezzjoni ta' Humalog Mix25

L-ewwel aħsel idejk.

Qabel ma tagħmel l-injezzjoni, naddaf il-ġilda tiegħek kif ġejt mgħallem. Naddaf it-tapp tal- gomma fuq il-kunjett, imma tneħħix it-tapp.

Uża siringa u labra nadifa u sterili biex ittaqqab it-tapp tal-gomma u iġbed l-ammont ta' Humalog Mix25 li trid. It-tabib tiegħek jew il-klinika jgħidulek kif għandek tagħmel dan.

Tagħtix is-siringi u l-labar tiegħek lil xi ħadd ieħor.

Injetta taħt il-ġilda, kif ġejt mgħallem. Tinjettax direttament ġo vina. Wara l-injezzjoni tiegħek, ħalli l-labra fil-ġilda għal ħames sekondi biex tkun żgur li ħadt id-doża kollha. Torokx il-parti li għadek kif injettajt. Kun żgur li tinjetta għal ta' l-anqas nofs pulzier (1 cm) 'l bogħod mill-aħħar injezzjoni u li tbiddel il-postijiet li tinjetta, kif ġejt mgħallem.

Jekk tuża Humalog Mix25 aktar milli suppost

Jekk tuża Humalog Mix25 aktar milli suppost, jista’ jkollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.

Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx (ipogliċemija ħafifa), kul il-pilloli tal-glukożju, zokkor jew ixrob xarba ħelwa. Imbagħad kul il-frott, gallettini, jew sandwiċċ, kif qallek it-tabib tiegħek u strieħ ftit. B'hekk ħafna mid-drabi jirnexxilek tirkupra minn effetti ta’ ipogliċemija ħafifa jew minn doża ftit eċċessiva ta’ insulina. Jekk tmur għal agħar u qed tieħu nifs baxx u l-ġilda tiegħek tibjad, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Injezzjoni tal-glukagon tista' tikkura ipogliċemija severa mhux ħażin. Kul il-glukożju jew zokkor wara l-injezzjoni tal-glukagon. Jekk ma jgħaddilekx bil-glukagon, ikollok tmur l-isptar. Staqsi lit-tabib tiegħek biex jgħidlek dwar il-glukagon.

Jekk tinsa tuża Humalog Mix25

Jekk tieħu inqas Humalog milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm.

Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid demm tiegħek

Jekk l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) jew l-ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ma jkunux ittrattati tista' tkun serja ħafna u tikkawża uġigħ ta' ras, dardir, remettar, deidratazzjoni, telf mis-sensi, koma kif ukoll l-mewt (ara A u B fis-sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli).

Tliet affarijiet sempliċi biex tevita ipogliċemija jew ipergliċemija huma:

Dejjem żomm siringi żejda u kunjett żejda ta' Humalog Mix25.

Dejjem żomm xi ħaġa fuqek biex turi li inti dijabetiku.

Dejjem żomm iz-zokkor fuqek.

Jekk tieqaf tuża Humalog Mix25

Jekk tieħu inqas Humalog Mix25 milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm. Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Humalog Mix25 jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Allerġija lokali hija komuni (> 1/100 sa <1/10). Ftit nies ikollhom ħmura, nefħa jew ħakk madwar it- titqiba ta' l-insulina. Dawn issoltu jiċċaraw fi żmien ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Jekk jiġrilek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

Allerġija sistemika hija rari (> 1/10,000 sa <1/1000) : Is-sintomi huma dawn li ġejjin:

Raxx ma' ġismek kollu

Tinżillek il-pressjoni tad-demm

Diffikultà fin-nifs

Il-qalb tħabbat mgħaġġla

Tħarħir

Hafna għaraq

Jekk taħseb li qed ikollok din it-tip t'allerġija għall-insulina bi Humalog għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Lipodistrofija (li teħxien jew titħaffer il-ġilda) m’hijiex komuni (> 1/1,000 sa <1/100).Jekk tinnota li l- ġilda qed teħxien jew titħaffer fis-sit ta' l-injezzjoni, għid lit-tabib tiegħek.

Ġiet irrapportata l-edima (eż. nefħa fid-dirgħajn, għekiesi; żamma tal-fluwidi), speċjalment fil-bidu tat- terapija bl-insulina jew waqt tibdil fit-terapija biex jitjieb il-kontroll tal-glukożju fid-demm tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Problemi komuni tad-dijabete

A.Ipogliċemija

Ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) ifisser li ma hemmx biżżejjed zokkor fid-demm. Din tista' tkun ikkawżata jekk:

tieħu wisq Humalog mix25 jew insulina oħra;

ma tikolx jew tiekol tard jew jekk tbiddel id-dieta tiegħek;

tagħmel wisq eżerċizzju jew taħdem iż-żejjed eżatt qabel jew wara ikla;

għandek infezzjoni jew mard (speċjalment dijarrea jew remettar);

hemm bidla fil-bżonn tiegħek ta' l-insulina; jew

għandek problemi bil-kliewi jew bil-fwied li qed isiru agħar

L-alkoħol u xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek.

L-ewwel sintomi ta' ipogliċemija issoltu jiġru malajr u jinkludu dawn li ġejjin:

għeja

taħbit mgħaġġel tal-qalb

nervożità jew rogħda

tħossok imdardar

uġigħ ta' ras

għeriq kiesaħ

Meta ma tkunx konfidenti li taf tagħraf is-sintomi ta' twissija, evita sitwazzjonijiet, eż. li ssuq karozza, li tista' tpoġġi lilek jew lil oħrajn f'riskju minħabba ipogliċemija.

B.Ipergliċemija u l-ketoaċidożi dijabetika

Ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ifisser li ġismek m'għandux biżżejjed insulina. L-ipergliċemija tista’ tiġi minħabba:

li ma tiħux Humalog tiegħek jew insulina oħra;

li qed tieħu anqas insulina milli jgħidlek it-tabib tiegħek;

li tiekol ħafna aktar milli tippermettilek id-dieta tiegħek; jew

deni, infezzjoni jew stress emozzjonali.

L-ipergliċemija tista' twassal għall-ketoaċidożi dijabetika. L-ewwel sintomi jiġu bil-mod f'medda ta' ħafna sigħat jew jiem. Is-sintomi jinkludu li ġejjin:

tħossok bi ngħas

bla aptit

ħmura fil-wiċċ

riħa ħelwa fin-nifs

għatx

tħossok imdardar jew tirremetti

Sintomi qawwija huma nifs qawwi u polz mgħaġġel. Ġib għajnuna medika minnufih.

C.Mard

Jekk int ma tiflaħx, speċjalment jekk qed tħossok imdardar jew jekk inti mdardar, l-ammont ta' insulina li għandek bżonn tista' tinbidel. Anke meta ma tkunx qed tiekol normalment, xorta ikollok bżonn l-insulina. Eżamina l-awrina jew id-demm tiegħek, segwi 'r-regoli tiegħek ta' meta tkun ma tiflaħx', u għid lit-tabib tiegħek.

5.Kif taħżen Humalog Mix25

Qabel ma tuzah l-ewwel darba żomm Humalog Mix25 fi friġġ (2°C-8°C). Tagħmlux fil-friża. Żomm il-kunjett li ħa tuża fi friġġ (2°C - 8°C) jew f'temperatura ambjentali ta' ġewwa sa 30°C u armih wara 28 ġurnata. Tħallihx ħdejn is-sħana jew fix-xemx.

Żommu fejn ma jintaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

Tużax Humalog Mix25 wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tużax Humalog Mix25, jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal-qiegħ jew mal-ġenb tal-kunjett, u jidher qiesu ġelu. Din il-ħaġa għamila kull darba li se tinjetta lilek innifsek.

Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Humalog Mix25 100 unità/ml suspensjoni għal injezzjoni ġo kunjett:

-Is-sustanza attiva hi insulin lispro. L-insulina lispro hija magħmula fil-laboratorju bi proċess ta' ‘teknoloġija rikombinanti mid-DNA’. Hija forma mibdula ta' insulina umana u għalhekk hija

differenti minn insulini oħra umani jew insulina mill-annimali. L-insulina lispro hija relatata mill-viċin għal insulina umana li huwa ormon naturali magħmul mill-frixa.

-Is-sustanzi l-oħra huma protamine sulphate, m-cresol, phenol, glycerol, dibasic sodium

phosphate 7 H20, zinc oxide u ilma għall-injezzjoni. Sodium hydroxide jew hydrochloric acid setgħu ġew użati biex tkun aġġustata l-aċidità.

Kif jidher Humalog Mix25 100 unità/ml u l-kontenuti tal-pakkett:

Humalog Mix25 100 unità/ml, suspensjoni għal injezzjoni, hu suspensjoni abjad u sterili u fih

100 unità ta’ insulin lispro f’kull millilitru (100 unità/ml) suspensjoni għal injezzjoni. 25% ta’ insulin lispro f’Humalog Mix 25 huwa maħlul fl-ilma.75% ta’ l-insulin lispro f’Humalog Mix25 huwa f’suspensjoni flimkien ma’ protamine sulphate. Kull kunjett fih 1000 unità (10 millilitri) Humalog Mix25 100 unità/ml suspensjoni għal injezzjoni f’kunjett jiġi f’pakkett ta’ kunjett 1.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Humalog Mix25 100 unità/ml,suspensjoni għal injezzjoni ġo kunjett huwa manifatturat minn::

Lilly S.A., Avda. de la Industria 30, 28108 Alcobendas, Madrid, Spanja.

Il-liċenzja tal-prodott hija ta' Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L- Olanda.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 6000

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges. m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France S.A.S.

Lilly Portugal - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0) 1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +371 67364000

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Humalog Mix25 100 unità/ml, suspensjoni għall-injezzjoni ġo skartoċċ insulina lispro

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Humalog Mix25 u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog Mix25

3.Kif għandek tuża Humalog Mix25

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Humalog Mix25

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Humalog Mix25 u għalxiex jintuża

Humalog Mix25 hija użata biex id-dijabete tiġi trattata Hija suspensjoni mħallta lesta. Is-sustanza attiva tagħha hija insulina lispro. 25% ta' l-insulina lispro fi Humalog Mix25 hija maħlula fl-ilma u taħdem aktar malajr minn insulina umana normali għax il-molekula ta' l-insulina ġiet mibdula ftit.

75% ta' l-insulina lispro fi Humalog Mix25 hija suspensjoni flimkien ma' protamine sulphate, ħalli l- azzjoni tagħha tkun mtawwla.

Ikollok id-dijabete jekk il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell tal- glukożju fid-demm tiegħek. Humalog Mix25 huwa sostitwent għall-insulina tiegħek u huwa użat biex jikkontrolla l-glukożju fuq medda twila ta’ żmien. Humalog Mix25 jaħdem malajr ħafna u għal tul ta’ żmien itwal mill-insulina li tinħall. Normalment għandek tuża Humalog Mix25 15-il minuta qabel ikla.

It-tabib tiegħek jista' jgħidlek biex tuża Humalog Mix25 kif ukoll insulina li ddum taħdem għal ħin itwal. Kull tip t' insulina tiġi ma' fuljett ta' tagħrif ieħor għall-pazjenti biex jigħidlek fuqha. Tbiddilx l- insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek. Oqgħod attent ħafna jekk tibdel l-insulina tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog Mix 25

Tużax Humalog Mix 25

-jekk taħseb li ġejja xi ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm). Iktar ’il quddiem fil-fuljett se jkollok spjegat kif tista’ tieħu kura ta’ ipogliċemija ħafifa (ara Sezzjoni 3: Jekk tuża Humalog Mix 25 aktar milli suppost).

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal insulina lispro jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek huma kkontrollati sew bit-terapija ta' l-insulina li qed tuża bħalissa, tista' ma tħossx is-sintomi ta' twissija meta jinżillek wisq iz-zokkor fid-demm. Sinjali ta' twissija huma mniżżla aktar tard f'dan il-fuljett. Għandek taħseb sew dwar meta tiekol,

kemm-il darba tagħmel eżerċizzju u kemm għandek tagħmel. Għandek ukoll iżżomm osservazzjoni fuq il-livelli taz-zokkor tiegħek billi tittestja ta' spiss il-glukożju fid-demm tiegħek.

Ftit nies li kellhom ipogliċemija wara li qalbu minn insulina ta' l-annimali għal isulina umana rrapportaw li l-ewwel sintomi ta' twissija kienu anqas ovji jew differenti. Jekk spiss ikollok ipogliċemija jew jekk għandek diffikultà biex tagħrafha, jekk jogħġbok iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Jekk tirrispondi IVA għal xi mistoqsijiet li ġejjin, għid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew lill- infermier tad-dijabete.

-Kont ma tiflaħx dan l-aħħar?

-Għandek xi problemi bil-kliewi jew bil-fwied?

-Qed tagħmel aktar eżerċizzju mis-soltu?

L-ammont ta' l-insulina li għandek bżonn jista' jinbidel jekk tixrob l-alkoħol.

Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew l-infermier tad-dijabete jekk qed tippjana biex issiefer. Id-differenza fil-ħin bejn il-pajjiżi tista' tfisser li jkollok tieħu l-injezzjonijiet u l- ikliet f'ħinijiet differenti milli meta tkun id-dar.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Mediċini oħra u Humalog Mix 25

Il-bżonnijiet tiegħek tal-insulina jistgħu jinbidlu jekk qed tieħu

il-pillola kontraċettiva,

sterojdi,

terapija biex tpatti għan-nuqqas ta' l-ormoni tat-tirojde,

mediċini ipoġliċemiċi orali,

acetyl salicylic acid,

antibijotiċi sulpha,

octreotide,

"stimulanti tar-riċetturi beta 2" (per eżempju ritodrine, salbutamol jew terbutaline),

imblokkaturi tar-riċetturi beta, jew

ċerti antidipressanti (inibituri ta’ monoamine oxidase jew inibituri selettivi tal-assorbiment mill- ġdid ta’ serotonin),

danazol,

ċerti inibituri tal-enzima li tbiddel l-anġjotensin (ACE) (per eżempju captopril, enalapril) u

sustanzi li jibblukkjaw ir-riċetturi anġjotensin II

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta ( ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Tqala u treddigħ

Inti tqila b'tarbija jew qed taħseb biex tinqabad tqila, jew qed tredda? L-ammont tal-insulina li jkollok bżonn jaqa' waqt l-ewwel tlett xhur tat-tqala u jiżdied għal l-aħħar sitt xhur. Jekk qed tredda’, jista' jkollok bżonn tibdel l-ammont ta’ l-insulina li qed tieħu jew tibdel id-dieta.

Itlob il-parir tat-tabib.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-ħila tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista' tonqos jekk għandek ipogliċemija. Jekk jogħġbok żomm din il-problema f'moħħok f'kull sitwazzjoni fejn tkun tista' tpoġġi lilek innifsek jew oħrajn f'riskju (eż. sewqan ta' karozza jew tħaddim ta' magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek dwar is- sewqan jekk għandek:

episodji frekwenti ta' ipogliċemija

sinjali ta’ twissija mnaqqsa jew assenti meta jkollok ipogliċemija

3.Kif għandek tuża Humalog Mix25

L-iskartoċċ ta’ 3ml għandu jiġi uzat biss mal-pinna ta’ 3ml. M’għandux jiġi użat mal-pinen ta’ 1.5ml.

Dejjem eżamina il-pakkett u t-tabella ta’ l-iskartoċċ għall-isem u għat-tip ta' l-insulina meta

ġġibu mill-ispiżerija. Kun żgur li ġġib Humalog Mix25 li t-tabib tiegħek qallek biex tuża.

Dejjem għandek tuża Humalog Mix25 skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat- tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju. Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull skartoċċ irid jintuża minnek biss, anki jekk il-labra fuq l-apparat li jforni l-insulina tinbidel.

Dożaġġ

Normalment għandek tinjetta Humalog Mix25 fi żmien 15-il minuta qabel ikla. Jekk ikollok bżonn, tista' tinjetta eżatt wara ikla. Imma t-tabib tiegħek ikun qallek eżatt kemm għandek tuża, meta għandek tużha, u kemm-il darba. Dawn l-istruzzjonijiet huma għalik biss. Segwihom eżatt u mur il-klinika tad-dijabete tiegħek regolarment.

Jekk tibdel it-tip ta' l-insulina li tuża (per eżempju minn insulina umana jew minn ta' l-annimali għall-prodott ta' Humalog), jista' jkun ikollok bżonn tieħu aktar jew anqas minn qabel. Dan jista' jkun biss għal l-ewwel injezzjoni jew tista' tkun bidla gradwali tul ħafna ġimgħat jew xhur.

Injetta Humalog Mix25 taħt il-ġilda. M'għandekx teħodha billi tuża metodu differenti. Taħt l- ebda ċirkostanza Humalog Mix25 m'għandha tingħata ġol-vina.

Preparazzjoni ta' Humalog Mix25

Skrataċ li għandhom Humalog Mix25 għandhom ikunu mdawra fil-pali ta' l-idejn għaxar darbiet u maqlubin 180o għaxar darbiet eżatt qabel l-użu biex tirrisospendi l-insulina sakemm tidher kollha mċajpra jew qiesa ħalib. Jekk le, irrepeti din il-proċedura sakemm jitħalltu l-kontenuti. L- iskrataċ fihom żibġa tal-ħġieġ biex tgħin fit-tħallit. Tħawwadiex bis-saħħa għax hekk tista' toħloq ragħwa li tista' tinterferixxi mal-miżura eżatta tad-doża. L-iskrataċ għandhom ikunu eżaminati ta' spiss u m'għandhomx jintużaw jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal-qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ, u jidher qiesu ġelu. Iċċekkja kull darba li tinjetta lilek innifsek.

Kif tlesti l-pinna għall-użu

L-ewwel aħsel idejk. Iddisinfetta r-rita tal-gomma ta’ l-iskartoċċ.

Għandek tuża biss skrataċ tal-Humalog Mix25 f’pinnen kompattibli mmarkati CE. Jekk jogħġbok aċċerta ruħek li jissemmew l-iskrataċ Humalog jew Lilly fil-fuljett ta’ mal-pinna. L-iskartoċċ ta’ 3 ml jesa biss il-pinna ta’ 3 ml.

Segwi l-istruzzjonijiet li jiġu mal-pinna. Qiegħed l-iskartoċċ ġol-pinna.

Għandek tissettja d-doża sa 1 jew 2 unità. Umbagħad żomm il-pinna bil-labra tipponta ’l fuq u taptap il-ġenb tal-pinna biex xi bżieżaq jitilgħu fil-wiċċ. Bil-pinna għada tipponta ’l fuq, agħfas il-mekkaniżmu ta’ l-injezzjoni. Agħmel hekk sakemm qatra Humalog Mix25 toħroġ minn ġol- labra. Jista’ jkun li jibqgħu xi bżieżaq żgħar ta’ l-arja ġol-pinna. Dawn ma jagħmlux ħsara, pero jekk il-bużżieqa ta’ l-arja tkun kbira wisq, id-doża ta’ l-injezzjoni tista’ tkun inqas eżatta.

L-injezzjoni ta' Humalog Mix25

Qabel ma tagħmel l-injezzjoni, naddaf il-ġilda tiegħek kif ġejt mgħallem. Injetta taħt il-ġilda, kif ġejt mgħallem. Tinjettax direttament ġo vina. Wara l-injezzjoni tiegħek, ħalli l-labra fil-ġilda għal ħames sekondi biex tkun żgur li ħadt id-doża kollha. Torokx il-parti li għadek kif injettajt. Kun żgur li tinjetta għal ta' l-anqas nofs pulzier (1 cm) 'l bogħod mill-aħħar injezzjoni u li tbiddel il-postijiet li tinjetta, kif ġejt mgħallem.

Wara l-injezzjoni

Eżatt kif tkun hadt l-injezzjoni, neħħi l-labra mill-pinna billi tuża il-kappa ta' barra tal-labra. Dan iżomm Humalog Mix25 sterili u jipprevjeni l-ħruġ. Huwa jwaqqaf ukoll l-arja milli terġa tidħol lura ġol-pinna u milli tibblokka l-labra. Tagħtix is-siringi u l-labar tiegħek lil xi ħadd

ieħor.

Tagħtix il-pinna tiegħek lil xi ħadd ieħor. Poġġi il-kappa lura fuq il-pinna. Ħalli l- iskartoċċ ġol-pinna.

Aktar injezzjonijiet

Qabel kull injezzjoni, isselezzjona 1 jew 2 unitajiet u agħfas il-mekkaniżmu ta' l-injezzjoni bil- pinna tipponta 'l fuq sakemm toħroġ qattra ta' Humalog Mix25 mill-labra. Tista' tara hemm baqa' Humalog Mix25 billi tħares lejn il-gejġ fuq il-ġenb ta' l-iskartoċċ. Id-distanza bejn kull marka fuq il-gejġ hija ta' madwar 20 unità. Jekk m’hemmx biżżejjed għad-doża tiegħek, biddel l-iskartoċċ.

Tħallatx xi insulina oħra fi skartoċċ ta’ Humalog Mix25. Ladarba l-iskartoċċ jiżvojta, terġax tużah.

Jekk tuża Humalog Mix25 aktar milli suppost

Jekk tuża Humalog Mix25 aktar milli suppost, jista’ jkollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.

Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx (ipogliċemija ħafifa), kul il-pilloli tal-glukożju, zokkor jew ixrob xarba ħelwa. Imbagħad kul il-frott, gallettini, jew sandwiċċ, kif qallek it-tabib tiegħek u strieħ ftit. B'hekk ħafna mid-drabi jirnexxilek tirkupra minn effetti ta’ ipogliċemija ħafifa jew minn doża ftit eċċessiva ta’ insulina. Jekk tmur għal agħar u qed tieħu nifs baxx u l-ġilda tiegħek tibjad, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Injezzjoni tal-glukagon tista' tikkura ipogliċemija severa mhux ħażin. Kul il-glukożju jew zokkor wara l-injezzjoni tal-glukagon. Jekk ma jgħaddilekx bil-glukagon, ikollok tmur l-isptar. Staqsi lit-tabib tiegħek biex jgħidlek dwar il-glukagon.

Jekk tinsa tuża Humalog Mix25

Jekk tieħu inqas Humalog milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm.

Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid demm tiegħek

Jekk l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) jew l-ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ma jkunux ittrattati tista' tkun serja ħafna u tikkawża uġigħ ta' ras, dardir, remettar, deidratazzjoni, telf mis-sensi, koma kif ukoll l-mewt (ara A u B fis-sezzjoni 4 “Effetti Sekondarji Possibbli”).

Tliet affarijiet sempliċi biex tevita ipogliċemija jew ipergliċemija huma:

Dejjem żomm siringi żejda u kunjett żejjed ta' Humalog Mix25, jew pinna u skrataċ żejda, fil- każ li titlef il-pinna tiegħek jew l-iskrataċ jew jiġrilhom xi ħsara.

Dejjem żomm xi ħaġa fuqek biex turi li inti dijabetiku.

Dejjem żomm iz-zokkor fuqek.

Jekk tieqaf tuża Humalog Mix25

Jekk tieħu inqas Humalog Mix25 milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm. Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Humalog Mix25 jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Allerġija lokali hija komuni (> 1/100 sa <1/10). Ftit nies ikollhom ħmura, nefħa jew ħakk madwar it- titqiba ta' l-insulina. Dawn issoltu jiċċaraw fi żmien ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Jekk jiġrilek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

Allerġija sistemika hija rari (> 1/10,000 sa <1/1000) : Is-sintomi huma dawn li ġejjin:

Raxx ma' ġismek kollu

Tinżillek il-pressjoni tad-demm

Diffikultà fin-nifs

Il-qalb tħabbat mgħaġġla

Tħarħir

Hafna għaraq

Jekk taħseb li qed ikollok din it-tip t'allerġija għall-insulina bi Humalog Mix25 għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Lipodistrofija (li teħxien jew titħaffer il-ġilda) m’hijiex komuni (> 1/1,000 sa <1/100).Jekk tinnota li l- ġilda qed teħxien jew titħaffer fis-sit ta' l-injezzjoni, għid lit-tabib tiegħek.

Ġiet irrapportata l-edima (eż. nefħa fid-dirgħajn, għekiesi; żamma tal-fluwidi), speċjalment fil-bidu tat- terapija bl-insulina jew waqt tibdil fit-terapija biex jitjieb il-kontroll tal-glukożju fid-demm tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Problemi komuni tad-dijabete

A.Ipogliċemija

Ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) ifisser li ma hemmx biżżejjed zokkor fid-demm. Din tista' tkun ikkawżata jekk:

tieħu wisq Humalog Mix25 jew insulina oħra;

ma tikolx jew tiekol tard jew jekk tbiddel id-dieta tiegħek;

tagħmel wisq eżerċizzju jew taħdem iż-żejjed eżatt qabel jew wara ikla;

għandek infezzjoni jew mard (speċjalment dijarrea jew remettar);

hemm bidla fil-bżonn tiegħek ta' l-insulina; jew

għandek problemi bil-kliewi jew bil-fwied li qed isiru agħar

L-alkoħol u xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek.

L-ewwel sintomi ta' ipogliċemija issoltu jiġru malajr u jinkludu dawn li ġejjin:

għeja

taħbit mgħaġġel tal-qalb

nervożità jew rogħda

tħossok imdardar

uġigħ ta' ras

għeriq kiesaħ

Meta ma tkunx konfidenti li taf tagħraf is-sintomi ta' twissija, evita sitwazzjonijiet, eż. li ssuq karozza, li tista' tpoġġi lilek jew lil oħrajn f'riskju minħabba ipogliċemija.

B.Ipergliċemija u l-ketoaċidożi dijabetika

Ipergliċemija ifisser li ġismek m'għandux biżżejjed insulina. L-ipergliċemija tista’ tiġi minħabba:

li ma tiħux Humalog tiegħek jew insulina oħra;

li qed tieħu anqas insulina milli jgħidlek it-tabib tiegħek;

li tiekol ħafna aktar milli tippermettilek id-dieta tiegħek; jew

deni, infezzjoni jew stress emozzjonali.

L-ipergliċemija tista' twassal għall-ketoaċidożi dijabetika. L-ewwel sintomi jiġu bil-mod f'medda ta' ħafna sigħat jew jiem. Is-sintomi jinkludu li ġejjin:

tħossok bi ngħas

bla aptit

ħmura fil-wiċċ

riħa ħelwa fin-nifs

għatx

tħossok imdardar jew tirremetti

Sintomi qawwija huma nifs qawwi u polz mgħaġġel. Ġib għajnuna medika minnufih.

C.Mard

Jekk int ma tiflaħx, speċjalment jekk qed tħossok imdardar jew jekk inti mdardar, l-ammont ta' insulina li għandek bżonn tista' tinbidel. Anke meta ma tkunx qed tiekol normalment, xorta ikollok bżonn l-insulina. Eżamina l-awrina jew id-demm tiegħek, segwi 'r-regoli tiegħek ta' meta tkun ma tiflaħx', u għid lit-tabib tiegħek.

5.Kif taħżen Humalog Mix25

Qabel ma tuzah l-ewwel darba żomm Humalog Mix25 fi friġġ (2°C-8°C). Tagħmlux fil-friża.

Żomm l-iskartoċċ li qiegħed jintuża f'temperatura ambjentali ta' ġewwa (15°C - 30°C) u armih wara 28 ġurnata.Tħallihx ħdejn is-sħana jew fix-xemx. Iżżommx fil-friġġ il-pinna tiegħek jew l-iskrataċ li qegħdin jintużaw. Il-pinna bl-iskartoċċ imdaħħal m’għandhiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

Żommu fejn ma jintaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

Tużax Humalog Mix25 wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tużax Humalog Mix25 jekk jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal- qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ, u jidher qiesu ġelu. Iċċekkja kull darba li tinjetta lilek innifsek.

Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Humalog Mix25 100 unità/ml suspensjoni għal injezzjoni ġo skartoċċ:

-Is-sustanza attiva hi insulin lispro. L-insulina lispro hija magħmula fil-laboratorju bi proċess ta' ‘teknoloġija rikombinanti mid-DNA’. Hija forma mibdula ta' insulina umana u għalhekk hija differenti minn insulini oħra umani jew insulina mill-annimali. L-insulina lispro hija relatata mill-viċin għal insulina umana li huwa ormon naturali magħmul mill-frixa.

-Is-sustanzi l-oħra huma protamine sulphate, m-cresol, phenol, glycerol, dibasic sodium

phosphate 7 H20, zinc oxide u ilma għall-injezzjoni. Sodium hydroxide jew hydrochloric acid setgħu ġew użati biex tkun aġġustata l-aċidità.

Kif jidher Humalog Mix25 100 unità/ml suspensjoni għal injezzjoni ġo skartoċċ u l-kontenuti tal-pakkett:

Humalog Mix25 100 unità/ml, suspensjoni għal injezzjoni, hu suspensjoni abjad u sterili u fih

100 unità ta’ insulin lispro f’kull millilitru (100 unità/ml) suspensjoni għal injezzjoni. 25% ta’ insulin lispro f’Humalog Mix 25 huwa maħlul fl-ilma.75% ta’ l-insulin lispro f’Humalog Mix25 huwa f’suspensjoni flimkien ma’ protamine sulphate. Kull skartoċċ fih 300 unità (3 millilitri). L-iskrataċ jiġu f’pakketti ta’ 5 jew 10 skrataċ. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Humalog Mix25 100 unità/ml, suspensjoni għal injezzjoni ġo skartoċċ huwa manifatturat minn::

Lilly France S.A.S., Rue du Colonel Lilly, 67640 Fegersheim, Franza,

Eli Lilly Italia S.p.A., Via Gramsci 731-733, 50019 Sesto Fiorentino, (FI) L-Italja.

Il-liċenzja tal-prodott hija ta' Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L- Olanda.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 6000

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges. m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France S.A.S.

Lilly Portugal - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0) 1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

 

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +371 67364000

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Humalog Mix50 100 unità/ml, suspensjoni għall-injezzjoni ġo skartoċċ insulina lispro

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Humalog Mix50 u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog Mix50

3.Kif għandek tuża Humalog Mix50

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Humalog Mix50

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Humalog Mix50 u għalxiex jintuża

Humalog Mix50 hija użata biex id-dijabete tiġi trattata Hija suspensjoni mħallta lesta.. Is-sustanza attiva tagħha hija insulina lispro. 50% ta' l-insulina lispro fi Humalog Mix50 hija maħlula fl-ilma u taħdem aktar malajr minn insulina umana normali għax il-molekula ta' l-insulina ġiet mibdula ftit.

50% ta' l-insulina lispro fi Humalog Mix50 hija suspensjoni flimkien ma' protamine sulphate, ħalli l- azzjoni tagħha tkun mtawwla.

Ikollok id-dijabete jekk il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell tal- glukożju fid-demm tiegħek. Humalog Mix50 huwa sostitwent għall-insulina tiegħek u huwa użat biex jikkontrolla l-glukożju fuq medda twila ta’ żmien. Humalog Mix50 jaħdem malajr ħafna u għal tul ta’ żmien itwal mill-insulina li tinħall. Normalment għandek tuża Humalog Mix50 15-il minuta qabel ikla.

It-tabib tiegħek jista' jgħidlek biex tuża Humalog Mix50 kif ukoll insulina li ddum taħdem għal ħin itwal. Kull tip t' insulina tiġi ma' fuljett ta' tagħrif ieħor għall-pazjenti biex jigħidlek fuqha. Tbiddilx l- insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek. Oqgħod attent ħafna jekk tibdel l-insulina tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog Mix50

Tużax HUMALOG Mix50

-jekk taħseb li ġejja xi ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm). Iktar ’il quddiem fil-fuljett se jkollok spjegat kif tista’ tieħu kura ta’ ipogliċemija ħafifa (ara Sezzjoni 3: Jekk tuża Humalog Mix50 aktar milli suppost).

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal insulina lispro jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek huma kkontrollati sew bit-terapija ta' l-insulina li qed tuża bħalissa, tista' ma tħossx is-sintomi ta' twissija meta jinżillek wisq iz-zokkor fid-demm. Sinjali ta' twissija huma mniżżla aktar tard f'dan il-fuljett. Għandek taħseb sew dwar meta tiekol,

kemm-il darba tagħmel eżerċizzju u kemm għandek tagħmel. Għandek ukoll iżżomm osservazzjoni fuq il-livelli taz-zokkor tiegħek billi tittestja ta' spiss il-glukożju fid-demm tiegħek.

Ftit nies li kellhom ipogliċemija wara li qalbu minn insulina ta' l-annimali għal isulina umana rrapportaw li l-ewwel sintomi ta' twissija kienu anqas ovji jew differenti. Jekk spiss ikollok ipogliċemija jew jekk għandek diffikultà biex tagħrafha, jekk jogħġbok iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Jekk tirrispondi IVA għal xi mistoqsijiet li ġejjin, għid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew lill- infermier tad-dijabete.

-Kont ma tiflaħx dan l-aħħar?

-Għandek xi problemi bil-kliewi jew bil-fwied?

-Qed tagħmel aktar eżerċizzju mis-soltu?

L-ammont ta' l-insulina li għandek bżonn jista' jinbidel jekk tixrob l-alkoħol.

Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew l-infermier tad-dijabete jekk qed tippjana biex issiefer. Id-differenza fil-ħin bejn il-pajjiżi tista' tfisser li jkollok tieħu l-injezzjonijiet u l- ikliet f'ħinijiet differenti milli meta tkun id-dar.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Mediċini oħra u Humalog Mix50

Il-bżonnijiet tiegħek tal-insulina jistgħu jinbidlu jekk qed tieħu

il-pillola kontraċettiva,

sterojdi,

terapija biex tpatti għan-nuqqas ta' l-ormoni tat-tirojde,

mediċini ipogliċemiċi orali,

acetyl salicylic acid,

antibijotiċi sulpha,

octreotide,

"stimulanti tar-riċetturi beta 2" (per eżempju ritodrine, salbutamol jew terbutaline),

imblokkaturi tar-riċetturi beta, jew

ċerti antidipressanti (inibituri ta’ monoamine oxidase jew inibituri selettivi tal-assorbiment mill- ġdid ta’ serotonin),

danazol,

ċerti inibituri tal-enzima li tbiddel l-anġjotensin (ACE) (per eżempju captopril, enalapril) u

sustanzi li jibblukkjaw ir-riċetturi anġjotensin II

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta ( ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Tqala u treddigħ

Inti tqila b'tarbija jew qed taħseb biex tinqabad tqila, jew qed tredda? L-ammont tal-insulina li jkollok bżonn jaqa' waqt l-ewwel tlett xhur tat-tqala u jiżdied għal l-aħħar sitt xhur. Jekk qed tredda’, jista' jkollok bżonn tibdel l-ammont ta’ l-insulina li qed tieħu jew tibdel id-dieta.

Itlob il-parir tat-tabib.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-ħila tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista' tonqos jekk għandek ipogliċemija. Jekk jogħġbok żomm din il-problema f'moħħok f'kull sitwazzjoni fejn tkun tista' tpoġġi lilek innifsek jew oħrajn f'riskju (eż. sewqan ta' karozza jew tħaddim ta' magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek dwar is- sewqan jekk għandek:

episodji frekwenti ta' ipogliċemija

sinjali ta’ twissija mnaqqsa jew assenti meta jkollok ipogliċemija

3.Kif għandek tuża Humalog Mix50

L-iskartoċċ ta’ 3ml għandu jiġi uzat biss mal-pinna ta’ 3ml. M’għandux jiġi użat mal-pinen ta’ 1.5ml.

Dejjem eżamina il-pakkett u t-tabella ta’ l-iskartoċċ għall-isem u għat-tip ta' l-insulina meta

ġġibu mill-ispiżerija. Kun żgur li ġġib Humalog Mix50 li t-tabib tiegħek qallek biex tuża.

Dejjem għandek tuża Humalog Mix50 skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat- tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju. Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull skartoċċ irid jintuża minnek biss, anki jekk il-labra fuq l-apparat li jforni l-insulina tinbidel.

Dożaġġ

Normalment għandek tinjetta Humalog Mix50 fi żmien 15-il minuta qabel ikla. Jekk ikollok bżonn, tista' tinjetta eżatt wara ikla. Imma t-tabib tiegħek ikun qallek eżatt kemm għandek tuża, meta għandek tużha, u kemm-il darba. Dawn l-istruzzjonijiet huma għalik biss. Segwihom eżatt u mur il-klinika tad-dijabete tiegħek regolarment.

Jekk tibdel it-tip ta' l-insulina li tuża (per eżempju minn insulina umana jew minn ta' l-annimali għall-prodott ta' Humalog), jista' jkun ikollok bżonn tieħu aktar jew anqas minn qabel. Dan jista' jkun biss għal l-ewwel injezzjoni jew tista' tkun bidla gradwali tul ħafna ġimgħat jew xhur.

Injetta Humalog Mix50 taħt il-ġilda. M'għandekx teħodha billi tuża metodu differenti. Taħt l- ebda ċirkostanza Humalog Mix50 m'għandha tingħata ġol-vina.

Preparazzjoni ta' Humalog Mix50

Skrataċ li għandhom Humalog Mix50 għandhom ikunu mdawra fil-pali ta' l-idejn għaxar darbiet u maqlubin 180o għaxar darbiet eżatt qabel l-użu biex tirrisospendi l-insulina sakemm tidher kollha mċajpra jew qiesa ħalib. Jekk le, irrepeti din il-proċedura sakemm jitħalltu l-kontenuti. L- iskrataċ fihom żibġa tal-ħġieġ biex tgħin fit-tħallit. Tħawwadiex bis-saħħa għax hekk tista' toħloq ragħwa li tista' tinterferixxi mal-miżura eżatta tad-doża. L-iskrataċ għandhom ikunu eżaminati ta' spiss u m'għandhomx jintużaw jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal-qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ, u jidher qiesu ġelu. Iċċekkja kull darba li tinjetta lilek innifsek.

Kif tlesti l-pinna għall-użu

L-ewwel aħsel idejk. Iddisinfetta r-rita tal-gomma ta’ l-iskartoċċ.

Għandek tuża biss skrataċ tal-Humalog Mix50 f’pinnen kompattibli mmarkati CE. Jekk jogħġbok aċċerta ruħek li jissemmew l-iskrataċ Humalog jew Lilly fil-fuljett ta’ mal-pinna. L-iskartoċċ ta’ 3 ml jesa biss il-pinna ta’ 3 ml.

Segwi l-istruzzjonijiet li jiġu mal-pinna. Qiegħed l-iskartoċċ ġol-pinna.

Għandek tissettja d-doża sa 1 jew 2 unità. Umbagħad żomm il-pinna bil-labra tipponta ’l fuq u taptap il-ġenb tal-pinna biex xi bżieżaq jitilgħu fil-wiċċ. Bil-pinna għada tipponta ’l fuq, agħfas il-mekkaniżmu ta’ l-injezzjoni. Agħmel hekk sakemm qatra Humalog Mix50 toħroġ minn ġol- labra. Jista’ jkun li jibqgħu xi bżieżaq żgħar ta’ l-arja ġol-pinna. Dawn ma jagħmlux ħsara, pero jekk il-bużżieqa ta’ l-arja tkun kbira wisq, id-doża ta’ l-injezzjoni tista’ tkun inqas eżatta.

L-injezzjoni ta' Humalog Mix50

Qabel ma tagħmel l-injezzjoni, naddaf il-ġilda tiegħek kif ġejt mgħallem. Injetta taħt il-ġilda, kif ġejt mgħallem. Tinjettax direttament ġo vina. Wara l-injezzjoni tiegħek, ħalli l-labra fil-ġilda għal ħames sekondi biex tkun żgur li ħadt id-doża kollha. Torokx il-parti li għadek kif injettajt. Kun żgur li tinjetta għal ta' l-anqas nofs pulzier (1 cm) 'l bogħod mill-aħħar injezzjoni u li tbiddel il-postijiet li tinjetta, kif ġejt mgħallem.

Wara l-injezzjoni

Eżatt kif tkun hadt l-injezzjoni, neħħi l-labra mill-pinna billi tuża il-kappa ta' barra tal-labra. Dan iżomm Humalog Mix50 sterili u jipprevjeni l-ħruġ. Huwa jwaqqaf ukoll l-arja milli terġa tidħol lura ġol-pinna u milli tibblokka l-labra. Tagħtix is-siringi u l-labar tiegħek lil xi ħadd

ieħor.

Tagħtix il-pinna tiegħek lil xi ħadd ieħor. Poġġi il-kappa lura fuq il-pinna. Ħalli l- iskartoċċ ġol-pinna

Aktar injezzjonijiet

Qabel kull injezzjoni, isselezzjona 1 jew 2 unitajiet u agħfas il-mekkaniżmu ta' l-injezzjoni bil- pinna tipponta 'l fuq sakemm toħroġ qattra ta' Humalog Mix50 mill-labra. Tista' tara hemm baqa' Humalog Mix50 billi tħares lejn il-gejġ fuq il-ġenb ta' l-iskartoċċ. Id-distanza bejn kull marka fuq il-gejġ hija ta' madwar 20 unità. Jekk m’hemmx biżżejjed għad-doża tiegħek, biddel l-iskartoċċ.

Tħallatx xi insulina oħra fi skartoċċ ta’ Humalog Mix50. Ladarba l-iskartoċċ jiżvojta, terġax tużah.

Jekk tuża Humalog Mix50 aktar milli suppost

Jekk tuża Humalog Mix50 aktar milli suppost, jista’ jkollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.

Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx (ipogliċemija ħafifa), kul il-pilloli tal-glukożju, zokkor jew ixrob xarba ħelwa. Imbagħad kul il-frott, gallettini, jew sandwiċċ, kif qallek it-tabib tiegħek u strieħ ftit. B'hekk ħafna mid-drabi jirnexxilek tirkupra minn effetti ta’ ipogliċemija ħafifa jew minn doża ftit eċċessiva ta’ insulina. Jekk tmur għal agħar u qed tieħu nifs baxx u l-ġilda tiegħek tibjad, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Injezzjoni tal-glukagon tista' tikkura ipogliċemija severa mhux ħażin. Kul il-glukożju jew zokkor wara l-injezzjoni tal-glukagon. Jekk ma jgħaddilekx bil-glukagon, ikollok tmur l-isptar. Staqsi lit-tabib tiegħek biex jgħidlek dwar il-glukagon.

Jekk tinsa tuża Humalog Mix50

Jekk tieħu inqas Humalog Mix50 milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm. Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid demm tiegħek

Jekk l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) jew l-ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ma jkunux ittrattati tista' tkun serja ħafna u tikkawża uġigħ ta' ras, dardir, remettar, deidratazzjoni, telf mis-sensi, koma kif ukoll l-mewt (ara A u B fis-sezzjoni 4 “Effetti Sekondarji Possibbli”).

Tliet affarijiet sempliċi biex tevita ipogliċemija jew ipergliċemija huma:

Dejjem żomm siringi żejda u kunjett żejjed ta' Humalog Mix50, jew pinna u skrataċ żejda, fil- każ li titlef il-pinna tiegħek jew l-iskrataċ jew jiġrilhom xi ħsara.

Dejjem żomm xi ħaġa fuqek biex turi li inti dijabetiku.

Dejjem żomm iz-zokkor fuqek.

Jekk tieqaf tuża Humalog Mix50

Jekk tieħu inqas Humalog Mix50 milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm. Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Humalog Mix50 jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Allerġija lokali hija komuni (> 1/100 sa <1/10). Ftit nies ikollhom ħmura, nefħa jew ħakk madwar it- titqiba ta' l-insulina. Dawn issoltu jiċċaraw fi żmien ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Jekk jiġrilek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

Allerġija sistemika hija rari (> 1/10,000 sa <1/1000) : Is-sintomi huma dawn li ġejjin:

Raxx ma' ġismek kollu

Tinżillek il-pressjoni tad-demm

Diffikultà fin-nifs

Il-qalb tħabbat mgħaġġla

Tħarħir

Hafna għaraq

Jekk taħseb li qed ikollok din it-tip t'allerġija għall-insulina bi Humalog Mix50 għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Lipodistrofija (li teħxien jew titħaffer il-ġilda) m’hijiex komuni (> 1/1,000 sa <1/100).Jekk tinnota li l- ġilda qed teħxien jew titħaffer fis-sit ta' l-injezzjoni, għid lit-tabib tiegħek.

Ġiet irrapportata l-edima (eż. nefħa fid-dirgħajn, għekiesi; żamma tal-fluwidi), speċjalment fil-bidu tat- terapija bl-insulina jew waqt tibdil fit-terapija biex jitjieb il-kontroll tal-glukożju fid-demm tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Problemi komuni tad-dijabete

A.Ipogliċemija

Ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) ifisser li ma hemmx biżżejjed zokkor fid-demm. Din tista' tkun ikkawżata jekk:

tieħu wisq Humalog Mix50 jew insulina oħra;

ma tikolx jew tiekol tard jew jekk tbiddel id-dieta tiegħek;

tagħmel wisq eżerċizzju jew taħdem iż-żejjed eżatt qabel jew wara ikla;

għandek infezzjoni jew mard (speċjalment dijarrea jew remettar);

hemm bidla fil-bżonn tiegħek ta' l-insulina; jew

għandek problemi bil-kliewi jew bil-fwied li qed isiru agħar

L-alkoħol u xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek.

L-ewwel sintomi ta' ipogliċemija issoltu jiġru malajr u jinkludu dawn li ġejjin:

għeja

taħbit mgħaġġel tal-qalb

nervożità jew rogħda

tħossok imdardar

uġigħ ta' ras

għeriq kiesaħ

Meta ma tkunx konfidenti li taf tagħraf is-sintomi ta' twissija, evita sitwazzjonijiet, eż. li ssuq karozza, li tista' tpoġġi lilek jew lil oħrajn f'riskju minħabba ipogliċemija.

B.Ipergliċemija u l-ketoaċidożi dijabetika

Ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ifisser li ġismek m'għandux biżżejjed insulina. L-ipergliċemija tista’ tiġi minħabba:

li ma tiħux Humalog tiegħek jew insulina oħra;

li qed tieħu anqas insulina milli jgħidlek it-tabib tiegħek;

li tiekol ħafna aktar milli tippermettilek id-dieta tiegħek; jew

deni, infezzjoni jew stress emozzjonali.

L-ipergliċemija tista' twassal għall-ketoaċidożi dijabetika. L-ewwel sintomi jiġu bil-mod f'medda ta' ħafna sigħat jew jiem. Is-sintomi jinkludu li ġejjin:

tħossok bi ngħas

bla aptit

ħmura fil-wiċċ

rieħa ħelwa fin-nifs

għatx

tħossok imdardar jew tirremetti

Sintomi qawwija huma nifs qawwi u polz mgħaġġel. Ġib għajnuna medika minnufih.

C.Mard

Jekk int ma tiflaħx, speċjalment jekk qed tħossok imdardar jew jekk inti mdardar, l-ammont ta' insulina li għandek bżonn tista' tinbidel. Anke meta ma tkunx qed tiekol normalment, xorta ikollok bżonn l-insulina. Eżamina l-awrina jew id-demm tiegħek, segwi 'r-regoli tiegħek ta' meta tkun ma tiflaħx', u għid lit-tabib tiegħek.

5.Kif taħżen Humalog Mix50

Qabel ma tuzah l-ewwel darba żomm Humalog Mix50 fi friġġ (2°C-8°C). Tagħmlux fil-friża.

Żomm l-iskartoċċ li qiegħed jintuża f'temperatura ambjentali ta' ġewwa (15°C - 30°C) u armih wara 28 ġurnata.Tħallihx ħdejn is-sħana jew fix-xemx. Iżżommx fil-friġġ il-pinna tiegħek jew l-iskrataċ li qegħdin jintużaw. Il-pinna bl-iskartoċċ imdaħħal m’għandhiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

Żommu fejn ma jintaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

Tużax Humalog Mix50 wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tużax Humalog Mix50 jekk jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal- qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ, u jidher qiesu ġelu. Iċċekkja kull darba li tinjetta lilek innifsek.

Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Humalog Mix50 100 unità/ml suspensjoni għal injezzjoni ġo skartoċċ:

-Is-sustanza attiva hi insulin lispro. L-insulina lispro hija magħmula fil-laboratorju bi proċess ta' ‘teknoloġija rikombinanti mid-DNA’. Hija forma mibdula ta' insulina umana u għalhekk hija differenti minn insulini oħra umani jew insulina mill-annimali. L-insulina lispro hija relatata mill-viċin għal insulina umana li huwa ormon naturali magħmul mill-frixa.

-Is-sustanzi l-oħra huma protamine sulphate, m-cresol, phenol, glycerol, dibasic sodium

phosphate 7 H2O, zinc oxide u ilma għall-injezzjoni. Sodium hydroxide jew hydrochloric acid setgħu ġew użati biex tkun aġġustata l-aċidità.

Kif jidher Humalog Mix50 100 unità/ml suspensjoni għal injezzjoni ġo skartoċċ u l-kontenuti tal-pakkett:

Humalog Mix50 100 unità/ml, suspensjoni għal injezzjoni, hu suspensjoni abjad u sterili u fih

100 unità ta’ insulin lispro f’kull millilitru (100 unità/ml) suspensjoni għal injezzjoni. 50% ta’ insulin lispro f’Humalog Mix50 huwa maħlul fl-ilma. 50% ta’ l-insulin lispro f’Humalog Mix50 huwa f’suspensjoni flimkien ma’ protamine sulphate. Kull skartoċċ fih 300 unità (3 millilitri). L-iskrataċ jiġu f’pakketti ta’ 5 jew 10 skrataċ. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Humalog Mix50 100 unità/ml, suspensjoni għal injezzjoni ġo skartoċċ huwa manifatturat minn::

Lilly France S.A.S., Rue du Colonel Lilly, 67640 Fegersheim, Franza,

Eli Lilly Italia S.p.A., Via Gramsci 731-733, 50019 Sesto Fiorentino, (FI) L-Italja.

Il-liċenzja tal-prodott hija ta' Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L- Olanda.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 6000

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges. m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France S.A.S.

Lilly Portugal - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0) 1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0)

8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +371 67364000

Tel: + 44-(0)

1256 315000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Humalog BASAL 100 unità/ml, suspensjoni għall-injezzjoni ġo skartoċċ insulina lispro

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Humalog BASAL u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog BASAL

3.Kif għandek tuża Humalog BASAL

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Humalog BASAL

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Humalog BASAL u għalxiex jintuża

Humalog BASAL huwa użat biex id-dijabete tiġi trattata. Is-sustanza attiva hija insulin lispro. L- insulina lispro fi Humalog BASAL hija suspensjoni flimkien ma' protamine sulphate, ħalli l-azzjoni tagħha tkun mtawwla.

Ikollok id-dijabete jekk il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell tal- glukożju fid-demm tiegħek. Humalog BASAL huwa sostitwent għall-insulina tiegħek u huwa użat biex jikkontrolla l-glukożju fuq medda twila ta’ żmien. Humalog BASAL għandu mod ta’ azzjoni mtawwal meta mqabbel ma’ insulina solubbli.

It-tabib tiegħek jista' jgħidlek biex tuża Humalog BASAL, kif ukoll insulina li taħdem b’mod malajr.

Kull tip t' insulina tiġi ma' fuljett ta' tagħrif ieħor għall-pazjenti biex jigħidlek fuqha. Tbiddilx l- insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek. Oqgħod attent ħafna jekk tibdel l-insulina tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog BASAL

Tużax HUMALOG BASAL

-jekk taħseb li ġejja xi ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm). Iktar ’il quddiem fil-fuljett se jkollok spjegat kif tista’ tieħu kura ta’ ipogliċemija ħafifa (ara Sezzjoni 3: Jekk tuża Humalog BASAL aktar milli suppost).

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal insulina lispro jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek huma kkontrollati sew bit-terapija ta' l-insulina li qed tuża bħalissa, tista' ma tħossx is-sintomi ta' twissija meta jinżillek wisq iz-zokkor fid-demm. Sinjali ta' twissija huma mniżżla aktar tard f'dan il-fuljett. Għandek taħseb sew dwar meta tiekol, kemm-il darba tagħmel eżerċizzju u kemm għandek tagħmel. Għandek ukoll iżżomm osservazzjoni fuq il-livelli taz-zokkor tiegħek billi tittestja ta' spiss il-glukożju fid-demm tiegħek.

Ftit nies li kellhom ipogliċemija wara li qalbu minn insulina ta' l-annimali għal isulina umana rrapportaw li l-ewwel sintomi ta' twissija kienu anqas ovji jew differenti. Jekk spiss ikollok

ipogliċemija jew jekk għandek diffikultà biex tagħrafha, jekk jogħġbok iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Jekk tirrispondi IVA għal xi mistoqsijiet li ġejjin, għid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew lill- infermier tad-dijabete.

-Kont ma tiflaħx dan l-aħħar?

-Għandek xi problemi bil-kliewi jew bil-fwied?

-Qed tagħmel aktar eżerċizzju mis-soltu?

L-ammont ta' l-insulina li għandek bżonn jista' jinbidel jekk tixrob l-alkoħol.

Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew l-infermier tad-dijabete jekk qed tippjana biex issiefer. Id-differenza fil-ħin bejn il-pajjiżi tista' tfisser li jkollok tieħu l-injezzjonijiet u l- ikliet f'ħinijiet differenti milli meta tkun id-dar.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Mediċini oħra u Humalog BASAL

Il-bżonnijiet tiegħek tal-insulina jistgħu jinbidlu jekk qed tieħu

il-pillola kontraċettiva,

sterojdi,

terapija biex tpatti għan-nuqqas ta' l-ormoni tat-tirojde,

mediċini ipogliċemiċi orali,

acetyl salicylic acid,

antibijotiċi sulpha,

octreotide,

"stimulanti tar-riċetturi beta 2" (per eżempju ritodrine, salbutamol jew terbutaline),

imblokkaturi tar-riċetturi beta, jew

ċerti antidipressanti (inibituri ta’ monoamine oxidase jew inibituri selettivi tal-assorbiment mill- ġdid ta’ serotonin),

danazol,

ċerti inibituri tal-enzima li tbiddel l-anġjotensin (ACE) (per eżempju captopril, enalapril) u

sustanzi li jibblukkjaw ir-riċetturi anġjotensin II

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta ( ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Tqala u treddigħ

Inti tqila b'tarbija jew qed taħseb biex tinqabad tqila, jew qed tredda? L-ammont tal-insulina li jkollok bżonn jaqa' waqt l-ewwel tlett xhur tat-tqala u jiżdied għal l-aħħar sitt xhur. Jekk qed tredda’, jista' jkollok bżonn tibdel l-ammont ta’ l-insulina li qed tieħu jew tibdel id-dieta.

Itlob il-parir tat-tabib.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-ħila tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista' tonqos jekk għandek ipogliċemija. Jekk jogħġbok żomm din il-problema f'moħħok f'kull sitwazzjoni fejn tkun tista' tpoġġi lilek innifsek jew oħrajn f'riskju (eż. sewqan ta' karozza jew tħaddim ta' magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek dwar is- sewqan jekk għandek:

episodji frekwenti ta' ipogliċemija

sinjali ta’ twissija mnaqqsa jew assenti meta jkollok ipogliċemija

3.Kif għandek tuża Humalog BASAL

L-iskartoċċ tat-3ml għandu jintuza biss mal-pinen tat-3ml. M’għandux jintuza fil-pinen 1.5ml.

Dejjem eżamina il-pakkett u t-tabella ta’ l-iskartoċċ għall-isem u għat-tip ta' l-insulina meta

ġġibu mill-ispiżerija. Kun żgur li ġġib Humalog BASAL li t-tabib tiegħek qallek biex tuża.

Dejjem għandek tuża Humalog BASAL skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat- tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju. Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull skartoċċ irid jintuża minnek biss, anki jekk il-labra fuq l-apparat li jforni l-insulina tinbidel.

Dożaġġ

Normalment għandek tinjetta Humalog BASAL bħala l-insulina bażika tiegħek. It-tabib tiegħek ikun qallek eżatt kemm għandek tuża, meta għandek tużha, u kemm-il darba. Dawn l- istruzzjonijiet huma għalik biss. Segwihom eżatt u mur il-klinika tad-dijabete tiegħek regolarment.

Jekk tibdel it-tip ta' l-insulina li tuża (per eżempju minn insulina umana jew minn ta' l-annimali għall-prodott ta' Humalog), jista' jkun ikollok bżonn tieħu aktar jew anqas minn qabel. Dan jista' jkun biss għal l-ewwel injezzjoni jew tista' tkun bidla gradwali tul ħafna ġimgħat jew xhur.

Injetta Humalog BASAL taħt il-ġilda. M'għandekx teħodha billi tuża metodu differenti. Taħt l- ebda ċirkostanza Humalog BASAL m'għandha tingħata ġol-vina.

Preparazzjoni ta' Humalog BASAL

Skrataċ li għandhom Humalog BASAL għandhom ikunu mdawra fil-pali ta' l-idejn għaxar darbiet u maqlubin 180o għaxar darbiet eżatt qabel l-użu biex tirrisospendi l-insulina sakemm tidher kollha mċajpra jew qiesa ħalib. Jekk le, irrepeti din il-proċedura sakemm jitħalltu l- kontenuti. L-iskrataċ fihom żibġa tal-ħġieġ biex tgħin fit-tħallit. Tħawwadiex bis-saħħa għax hekk tista' toħloq ragħwa li tista' tinterferixxi mal-miżura eżatta tad-doża. L-iskrataċ għandhom ikunu eżaminati ta' spiss u m'għandhomx jintużaw jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal-qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ, u jidher qiesu ġelu. Iċċekkja kull darba li tinjetta lilek innifsek.

Kif tlesti l-pinna għall-użu

L-ewwel aħsel idejk. Iddisinfetta r-rita tal-gomma ta’ l-iskartoċċ.

Għandek tuża biss skrataċ tal-Humalog BASAL f’pinnen kompattibli mmarkati CE. Jekk jogħġbok aċċerta ruħek li jissemmew l-iskrataċ Humalog jew Lilly fil-fuljett ta’ mal-pinna. L-iskartoċċ ta’ 3 ml jesa biss il-pinna ta’ 3 ml.

Segwi l-istruzzjonijiet li jiġu mal-pinna. Qiegħed l-iskartoċċ ġol-pinna.

Għandek tissettja d-doża sa 1 jew 2 unità. Umbagħad żomm il-pinna bil-labra tipponta ’l fuq u taptap il-ġenb tal-pinna biex xi bżieżaq jitilgħu fil-wiċċ. Bil-pinna għada tipponta ’l fuq, agħfas il-mekkaniżmu ta’ l-injezzjoni. Agħmel hekk sakemm qatra Humalog BASAL toħroġ minn ġol- labra. Jista’ jkun li jibqgħu xi bżieżaq żgħar ta’ l-arja ġol-pinna. Dawn ma jagħmlux ħsara, pero jekk il-bużżieqa ta’ l-arja tkun kbira wisq, id-doża ta’ l-injezzjoni tista’ tkun inqas eżatta.

L-injezzjoni ta' Humalog BASAL

Qabel ma tagħmel l-injezzjoni, naddaf il-ġilda tiegħek kif ġejt mgħallem. Injetta taħt il-ġilda, kif ġejt mgħallem. Tinjettax direttament ġo vina. Wara l-injezzjoni tiegħek, ħalli l-labra fil-ġilda għal ħames sekondi biex tkun żgur li ħadt id-doża kollha. Torokx il-parti li għadek kif injettajt. Kun żgur li tinjetta għal ta' l-anqas nofs pulzier (1 cm) 'l bogħod mill-aħħar injezzjoni u li tbiddel il-postijiet li tinjetta, kif ġejt mgħallem.

Wara l-injezzjoni

Eżatt kif tkun hadt l-injezzjoni, neħħi l-labra mill-pinna billi tuża il-kappa ta' barra tal-labra. Dan iżomm Humalog BASAL sterili u jipprevjeni l-ħruġ. Huwa jwaqqaf ukoll l-arja milli terġa tidħol lura ġol-pinna u milli tibblokka l-labra. Tagħtix is-siringi u l-labar tiegħek lil xi ħadd

ieħor.

Tagħtix il-pinna tiegħek lil xi ħadd ieħor. Poġġi il-kappa lura fuq il-pinna. Ħalli l- iskartoċċ ġol-pinna.

Aktar injezzjonijiet

Qabel kull injezzjoni, isselezzjona 1 jew 2 unitajiet u agħfas il-mekkaniżmu ta' l-injezzjoni bil- pinna tipponta 'l fuq sakemm toħroġ qattra ta' Humalog BASAL mill-labra. Tista' tara hemm baqa' Humalog BASAL billi tħares lejn il-gejġ fuq il-ġenb ta' l-iskartoċċ. Id-distanza bejn kull marka fuq il-gejġ hija ta' madwar 20 unità. Jekk m’hemmx biżżejjed għad-doża tiegħek, biddel l-iskartoċċ.

Tħallatx xi insulina oħra fi skartoċċ ta’ Humalog BASAL. Ladarba l-iskartoċċ jiżvojta, terġax tużah.

Jekk tuża Humalog BASAL aktar milli suppost

Jekk tuża Humalog BASAL aktar milli suppost, jista’ jkollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx

(ipogliċemija ħafifa), kul il-pilloli tal-glukożju, zokkor jew ixrob xarba ħelwa. Imbagħad kul il-frott, gallettini, jew sandwiċċ, kif qallek it-tabib tiegħek u strieħ ftit. B'hekk ħafna mid-drabi jirnexxilek tirkupra minn effetti ta’ ipogliċemija ħafifa jew minn doża ftit eċċessiva ta’ insulina. Jekk tmur għal agħar u qed tieħu nifs baxx u l-ġilda tiegħek tibjad, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Injezzjoni tal- glukagon tista' tikkura ipogliċemija severa mhux ħażin. Kul il-glukożju jew zokkor wara l-injezzjoni tal-glukagon. Jekk ma jgħaddilekx bil-glukagon, ikollok tmur l-isptar. Staqsi lit-tabib tiegħek biex jgħidlek dwar il-glukagon.

Jekk tinsa tuża Humalog BASAL

Jekk tieħu inqas Humalog BASAL milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm. Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid demm tiegħek

Jekk l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) jew l-ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ma jkunux ittrattati tista' tkun serja ħafna u tikkawża uġigħ ta' ras, dardir, remettar, deidratazzjoni, telf mis-sensi, koma kif ukoll l-mewt (ara A u B fis-sezzjoni 4 “Effetti Sekondarji Possibbli”).

Tliet affarijiet sempliċi biex tevita ipogliċemija jew ipergliċemija huma:

Dejjem żomm siringi żejda u kunjett żejjed ta' Humalog BASAL, jew pinna u skrataċ żejda fil-każ li titlef il-pinna jew l-iskrataċ tiegħek jew jigrilhom xi ħsara.

Dejjem żomm xi ħaġa fuqek biex turi li inti dijabetiku.

Dejjem żomm iz-zokkor fuqek.

Jekk tieqaf tuża Humalog BASAL

Jekk tieħu inqas Humalog milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm. Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Humalog BASAL jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Allerġija lokali hija komuni (> 1/100 sa <1/10). Ftit nies ikollhom ħmura, nefħa jew ħakk madwar it- titqiba ta' l-insulina. Dawn issoltu jiċċaraw fi żmien ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Jekk jiġrilek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

Allerġija sistemika hija rari (> 1/10,000 sa <1/1000) : Is-sintomi huma dawn li ġejjin:

Raxx ma' ġismek kollu

Tinżillek il-pressjoni tad-demm

Diffikultà fin-nifs

Il-qalb tħabbat mgħaġġla

Tħarħir

Hafna għaraq

Jekk taħseb li qed ikollok din it-tip t'allerġija għall-insulina bi Humalog għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Lipodistrofija (li teħxien jew titħaffer il-ġilda) m’hijiex komuni (> 1/1,000 sa <1/100).Jekk tinnota li l- ġilda qed teħxien jew titħaffer fis-sit ta' l-injezzjoni, għid lit-tabib tiegħek.

Ġiet irrapportata l-edima (eż. nefħa fid-dirgħajn, għekiesi; żamma tal-fluwidi), speċjalment fil-bidu tat- terapija bl-insulina jew waqt tibdil fit-terapija biex jitjieb il-kontroll tal-glukożju fid-demm tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Problemi komuni tad-dijabete

A.Ipogliċemija

Ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) ifisser li ma hemmx biżżejjed zokkor fid-demm. Din tista' tkun ikkawżata jekk:

tieħu wisq Humalog BASAL jew insulina oħra;

ma tikolx jew tiekol tard jew jekk tbiddel id-dieta tiegħek;

tagħmel wisq eżerċizzju jew taħdem iż-żejjed eżatt qabel jew wara ikla;

għandek infezzjoni jew mard (speċjalment dijarrea jew remettar);

hemm bidla fil-bżonn tiegħek ta' l-insulina; jew

għandek problemi bil-kliewi jew bil-fwied li qed isiru agħar

L-alkoħol u xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek.

L-ewwel sintomi ta' ipogliċemija issoltu jiġru malajr u jinkludu dawn li ġejjin:

għeja

taħbit mgħaġġel tal-qalb

nervożità jew rogħda

tħossok imdardar

uġigħ ta' ras

għeriq kiesaħ

Meta ma tkunx konfidenti li taf tagħraf is-sintomi ta' twissija, evita sitwazzjonijiet, eż. li ssuq karozza, li tista' tpoġġi lilek jew lil oħrajn f'riskju minħabba ipogliċemija.

B.Ipergliċemija u l-ketoaċidożi dijabetika

Ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ifisser li ġismek m'għandux biżżejjed insulina. L-ipergliċemija tista’ tiġi minħabba:

li ma tiħux Humalog tiegħek jew insulina oħra;

li qed tieħu anqas insulina milli jgħidlek it-tabib tiegħek;

li tiekol ħafna aktar milli tippermettilek id-dieta tiegħek; jew

deni, infezzjoni jew stress emozzjonali.

L-ipergliċemija tista' twassal għall-ketoaċidożi dijabetika. L-ewwel sintomi jiġu bil-mod f'medda ta' ħafna sigħat jew jiem. Is-sintomi jinkludu li ġejjin:

tħossok bi ngħas

bla aptit

ħmura fil-wiċċ

riħa ħelwa fin-nifs

għatx

tħossok imdardar jew tirremetti

Sintomi qawwija huma nifs qawwi u polz mgħaġġel. Ġib għajnuna medika minnufih.

C.Mard

Jekk int ma tiflaħx, speċjalment jekk qed tħossok imdardar jew jekk inti mdardar, l-ammont ta' insulina li għandek bżonn tista' tinbidel. Anke meta ma tkunx qed tiekol normalment, xorta ikollok bżonn l-insulina. Eżamina l-awrina jew id-demm tiegħek, segwi 'r-regoli tiegħek ta' meta tkun ma tiflaħx', u għid lit-tabib tiegħek.

5.Kif taħżen Humalog BASAL

Qabel ma tuzah l-ewwel darba żomm Humalog BASAL fi friġġ (2°C-8°C). Tagħmlux fil-friża.

Żomm l-iskartoċċ li qiegħed jintuża f'temperatura ambjentali ta' ġewwa (15°C - 30°C) u armih wara 21 ġurnata.Tħallihx ħdejn is-sħana jew fix-xemx. Iżżommx fil-friġġ il-pinna tiegħek jew l-iskrataċ li qegħdin jintużaw. Il-pinna bl-iskartoċċ imdaħħal m’għandhiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

Żommu fejn ma jintaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

Tużax Humalog BASAL wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tużax Humalog BASAL jekk jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal- qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ, u jidher qiesu ġelu. Iċċekkja kull darba li tinjetta lilek innifsek.

Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Humalog BASAL 100 unità/ml suspensjoni għal injezzjoni ġo skartoċċ:

-Is-sustanza attiva hi insulin lispro. L-insulina lispro hija magħmula fil-laboratorju bi proċess ta' ‘teknoloġija rikombinanti mid-DNA’. Hija forma mibdula ta' insulina umana u għalhekk hija differenti minn insulini oħra umani jew insulina mill-annimali. L-insulina lispro hija relatata mill-viċin għal insulina umana li huwa ormon naturali magħmul mill-frixa.

-Is-sustanzi l-oħra huma protamine sulphate, m-cresol, phenol, glycerol, dibasic sodium

phosphate 7 H20, zinc oxide u ilma għall-injezzjoni. Sodium hydroxide jew hydrochloric acid setgħu ġew użati biex tkun aġġustata l-aċidità.

Kif jidher Humalog BASAL 100 unità/ml u l-kontenuti tal-pakkett:

Humalog BASAL 100 unità/ml, suspensjoni għal injezzjoni, hu suspensjoni abjad u sterili u fih

100 unità ta’ insulin lispro f’kull millilitru (100 unità/ml) suspensjoni għal injezzjoni. L-insulin lispro f’Humalog BASAL huwa f’suspensjoni flimkien ma’ protamine sulphate. Kull skartoċċ fih 300 unità (3 millilitri). L-iskrataċ jiġu f’pakketti ta’ 5 jew 10 skrataċ. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Humalog BASAL 100 unità/ml,soluzzjoni għal injezzjoni ġo skartoċċ huwa manifatturat minn:

Lilly France S.A.S., Rue du Colonel Lilly, 67640 Fegersheim, Franza

Il-liċenzja tal-prodott hija ta' Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L- Olanda.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 6000

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges. m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France S.A.S.

Lilly Portugal - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0) 1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +371 67364000

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Humalog 100 unità/ml KwikPen, soluzzjoni għall-injezzjoni insulina lispro

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Humalog KwikPen u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog KwikPen

3.Kif għandek tuża Humalog KwikPen

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Humalog KwikPen

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Humalog KwikPen u għalxiex tintuża

Humalog KwikPen hija użata biex id-dijabete tiġi trattata. Taħdem aktar malajr minn insulina umana normali għax il-molekula ta' l-insulina ġiet mibdula ftit.

Ikollok id-dijabete jekk il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell tal- glukożju fid-demm tiegħek. Humalog huwa sostitwent għall-insulina tiegħek u huwa użat biex jikkontrolla l-glukożju fuq medda twila ta’ żmien. Jaħdem malajr ħafna u jdum għal anqas ħin mill- insulina li tinħall (2 sa 5 sigħat).Normalment għandek tuża Humalog 15-il minuta qabel ikla.

It-tabib tiegħek jista' jgħidlek biex tuża Humalog KwikPen kif ukoll insulina li ddum taħdem għal ħin itwal. Kull tip t' insulina tiġi ma' fuljett ta' tagħrif ieħor għall-pazjenti biex jigħidlek fuqha. Tbiddilx l- insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek. Oqgħod attent ħafna jekk tibdel l-insulina tiegħek.

Humalog huwa tajjeb għall-użu fl-adulti u fit-tfal. Humalog jista' jintuża fit-tfal, meta vantaġġ huwa mistenni meta mqabbel ma' insulina li tinħall, per eżempju, it-teħid ta' l-injezzjoni skond il-ħinijiet ta' l-ikliet.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog KwikPen

Tużax HUMALOG KwikPen

-jekk taħseb li ġejja xi ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm). Iktar ’il quddiem fil-fuljett se jkollok spjegat kif tista’ tieħu kura ta’ ipogliċemija ħafifa (ara Sezzjoni 3: Jekk tuża Humalog KwikPen aktar milli suppost).

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal insulina lispro jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

• Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek huma kkontrollati sew bit-terapija ta' l-insulina li qed tuża bħalissa, tista' ma tħossx is-sintomi ta' twissija meta jinżillek wisq iz-zokkor fid-demm. Sinjali ta' twissija huma mniżżla aktar tard f'dan il-fuljett. Għandek taħseb sew dwar meta tiekol, kemm-il darba tagħmel eżerċizzju u kemm għandek tagħmel. Għandek ukoll iżżomm

osservazzjoni fuq il-livelli taz-zokkor tiegħek billi tittestja ta' spiss il-glukożju fid-demm tiegħek.

Ftit nies li kellhom ipogliċemija wara li qalbu minn insulina ta' l-annimali għal isulina umana rrapportaw li l-ewwel sintomi ta' twissija kienu anqas ovji jew differenti. Jekk spiss ikollok ipogliċemija jew jekk għandek diffikultà biex tagħrafha, jekk jogħġbok iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Jekk tirrispondi IVA għal xi mistoqsijiet li ġejjin, għid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew lill- infermier tad-dijabete

-Kont ma tiflaħx dan l-aħħar?

-Għandek xi problemi bil-kliewi jew bil-fwied?

-Qed tagħmel aktar eżerċizzju mis-soltu?

L-ammont ta' l-insulina li għandek bżonn jista' jinbidel jekk tixrob l-alkoħol.

Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew l-infermier tad-dijabete jekk qed tippjana biex issiefer. Id-differenza fil-ħin bejn il-pajjiżi tista' tfisser li jkollok tieħu l-injezzjonijiet u l- ikliet f'ħinijiet differenti milli meta tkun id-dar.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Mediċini oħra u Humalog KwikPen

Il-bżonnijiet tiegħek tal-insulina jistgħu jinbidlu jekk qed tieħu

il-pillola kontraċettiva,

sterojdi,

terapija biex tpatti għan-nuqqas ta' l-ormoni tat-tirojde,

mediċini ipogliċemiċi orali,

acetyl salicylic acid,

antibijotiċi sulpha,

octreotide,

"stimulanti tar-riċetturi beta 2" (per eżempju ritodrine, salbutamol jew terbutaline),

imblokkaturi tar-riċetturi beta, jew

ċerti antidipressanti (inibituri ta’ monoamine oxidase jew inibituri selettivi tal-assorbiment mill- ġdid ta’ serotonin),

danazol,

ċerti inibituri tal-enzima li tbiddel l-anġjotensin (ACE) (per eżempju captopril, enalapril) u

sustanzi li jibblukkjaw ir-riċetturi anġjotensin II

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta ( ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Tqala u treddigħ

Inti tqila b'tarbija jew qed taħseb biex tinqabad tqila, jew qed tredda? L-ammont tal-insulina li jkollok bżonn jaqa' waqt l-ewwel tlett xhur tat-tqala u jiżdied għal l-aħħar sitt xhur. Jekk qed tredda’, jista' jkollok bżonn tibdel l-ammont ta’ l-insulina li qed tieħu jew tibdel id-dieta.

Itlob il-parir tat-tabib.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-ħila tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista' tonqos jekk għandek ipogliċemija. Jekk jogħġbok żomm din il-problema f'moħħok f'kull sitwazzjoni fejn tkun tista' tpoġġi lilek innifsek jew oħrajn f'riskju (eż. sewqan ta' karozza jew tħaddim ta' magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek dwar is- sewqan jekk għandek:

episodji frekwenti ta' ipogliċemija

sinjali ta’ twissija mnaqqsa jew assenti meta jkollok ipogliċemija

3.Kif għandek tuża Humalog KwikPen

Dejjem eżamina il-pakkett u t-tabella tal-pinna mimlija għall-lest għall-isem u għat-tip ta' l- insulina meta ġġibu mill-ispiżerija. Kun żgur li ġġib il-Humalog KwikPen li t-tabib tiegħek qallek biex tuża.

Dejjem għandek tuża l-Humalog KwikPen skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju. Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull pinna trid tintuża minnek biss, anki jekk il-labra tinbidel.

Dożaġġ

Normalment għandek tinjetta Humalog fi żmien 15-il minuta qabel ikla. Jekk ikollok bżonn, tista' tinjetta eżatt wara ikla. Imma t-tabib tiegħek ikun qallek eżatt kemm għandek tuża, meta għandek tużha, u kemm-il darba. Dawn l-istruzzjonijiet huma għalik biss. Segwihom eżatt u mur il-klinika tad-dijabete tiegħek regolarment.

Jekk tibdel it-tip ta' l-insulina li tuża (per eżempju minn insulina umana jew minn ta' l-annimali għall-prodott ta' Humalog), jista' jkun ikollok bżonn tieħu aktar jew anqas minn qabel. Dan jista' jkun biss għal l-ewwel injezzjoni jew tista' tkun bidla gradwali tul ħafna ġimgħat jew xhur.

Injetta Humalog taħt il-ġilda. Għandek tinjetta f’muskolu biss jekk hekk qallek it-tabib tiegħek.

Preparazzjoni ta' Humalog KwikPen

Humalog huwa diġa maħlul fl-ilma, għalhekk m'għandekx bżonn tħalltu. Imma għandek tużah biss jekk jidher qisu ilma. Għandu jkun trasparenti, bla kulur u bla biċċiet solidi ġo fih. Eżamina dan kull darba li tinjetta ruħek.

Kif tlesti l-KwikPen għall-użu (Jekk jogħġbok ara l-manwal dwar l-użu)

L-ewwel aħsel idejk.

Aqra l-istruzzjonijiet dwar kif tuża il-pinna ta' l-insulina mimlija lesta. Jekk jogħġbok segwi l- istruzzjonijiet bir-reqqa. Hawn għandek ftit avviżi.

Uża labra nadifa. (Il-labar mhux inklużi).

Ipprajmja il-KwikPen kull darba qabel ma tużaha. B’hekk tiċċekkja li l-insulina toħroġ barra u tneħħi l-bżieżaq ta' l-arja mill-KwikPen tiegħek. Jista' jagħti l-każ li jkun għad hemm ftit bżieżaq ta' l-arja żgħar fil-pinna – dawn ma jagħmlux ħsara. Imma jekk il-bżieżaq ta' l-arja huma kbar wisq jistgħu jaffettwaw id-doża ta' l-insulina.

L-injezzjoni ta' Humalog

Qabel ma tagħmel l-injezzjoni, naddaf il-ġilda tiegħek kif ġejt mgħallem. Injetta taħt il-ġilda, kif ġejt mgħallem. Tinjettax direttament ġo vina. Wara l-injezzjoni tiegħek, ħalli l-labra fil-ġilda għal ħames sekondi biex tkun żgur li ħadt id-doża kollha. Torokx il-parti li għadek kif injettajt. Kun żgur li tinjetta għal ta' l-anqas nofs pulzier (1 cm) 'l bogħod mill-aħħar injezzjoni u li tbiddel il-postijiet li tinjetta, kif ġejt mgħallem. Mhux importanti liema sit tuża, jew il-parti ta' fuq tad-driegħ, il-koxxa, il-warrani jew fiż-żaqq, l-injezzjoni ta' Humalog xorta taħdem aktar malajr minn insulina umana li tinħall.

M'għandekx tagħti Humalog ġol-vina. Injetta Humalog kif qallek it-tabib jew l-infermier tiegħek. It-tabib tiegħek biss jista' jagħti Humalog ġol-vina. Huwa jagħmel hekk f'ċirkostanzi speċjali biss bħal kirurġija jew jekk ma tiflaħx u l-livelli tal-glukożju tiegħek huma wisq għolja.

Wara l-injezzjoni

Eżatt kif tkun hadt l-injezzjoni, neħħi l-labra mill-KwikPen billi tuża il-kappa ta' barra tal-labra.

Dan iżomm l-insulina sterili u jipprevjeni l-ħruġ. Huwa jwaqqaf ukoll l-arja milli terġa tidħol lura ġol-pinna u milli tibblokka l-labra. Tagħtix is-siringi u l-labar tiegħek lil xi ħadd ieħor.

Tagħtix il-pinna tiegħek lil xi ħadd ieħor. Poġġi il-kappa lura fuq il-pinna.

Aktar injezzjonijiet

Kull darba li tuża KwikPen għandek tuża labra ġdida. Qabel kull injezzjoni, neħħi l-bżieżaq ta' l-arja. Tista' tara kemm baqa insulina billi żżomm il-KwikPen bil-labra tipponta 'l fuq. L-iskala fuq l-iskartoċċ turi kemm għad baqalek unitajiet.

Tħallatx xi insulina oħra ġol pinna tiegħek li tintrema wara li tinħela. Ladarba l-KwikPen tiżvojta, terġax tużaha. Jekk jogħġbok armiha bil-galbu - l-ispiżjar tiegħek jew l-infermier tad- dijabete jgħidulek kif għandek tagħmel dan.

L-użu ta' Humalog f'pompa ta' l-infużjoni

Ċerti pompi ta' l-infużjoni ta' l-insulina mmarkati CE biss jistgħu jintużaw biex tkun tista' tieħu l-infużjoni ta' l-insulina lispro. Qabel l-infużjoni ta' l-insulina lispro, għandhom jkunu studjati l- istruzzjonijiet tal-manifatturi biex tkun żgur jekk dik il-pompa partikolari hijiex tajba jew le.

Aqra u segwi l-istruzzjonijiet tal-prodott provduti mal-pompa ta' l-infużjoni.

Kun żgur li tuża r-riservwar u l-kateter it-tajjeb għall-pompa tiegħek.

It-tibdil fis-sett tal-infużjoni (tubi u labra) għandu jsir skont l-istruzzjonijiet li hemm fl- informazzjoni dwar il-prodott mogħti mas-sett tal-infużjoni.

Fil-każ t'episodju ta’ ipogliċemija, l-infużjoni għandha titwaqqaf sakemm jgħaddi l-episodju. Jekk il-livelli tal-glukożju fid-demm jitbaxxew ta' spiss jew severament, għid lit-tabib tiegħek jew il-klinika u kkunsidra l-bżonn li tnaqqas jew twaqqaf l-infużjoni ta' l-insulina tiegħek.

Jekk ikun hemm malfunzjoni tal-pompa jew ostaklu tas-sett ta' l-infużjoni, dan jista' jirriżulta f'żieda mgħaġġla fil-livelli tal-glukożju. Jekk taħseb li hemm interruzzjoni fil-ħruġ ta' l-insulina, segwi l-istruzzjonijiet fil-letteratura tal-prodott u jekk xieraq, għid lit-tabib tiegħek jew il- klinika.

Meta użat b'pompa ta' l-infużjoni ta' l-insulina, Humalog-Humaject m'għandux jitħallat ma' xi insulina oħra.

Jekk tuża Humalog aktar milli suppost

Jekk tuża Humalog aktar milli suppost, jista’ jkollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek. Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx (ipogliċemija ħafifa), kul il-pilloli tal-glukożju, zokkor jew ixrob xarba ħelwa. Imbagħad kul il-frott, gallettini, jew sandwiċċ, kif qallek it-tabib tiegħek u strieħ ftit. B'hekk ħafna mid-drabi jirnexxilek tirkupra minn effetti ta’ ipogliċemija ħafifa jew minn doża ftit eċċessiva ta’ insulina. Jekk tmur għal agħar u qed tieħu nifs baxx u l-ġilda tiegħek tibjad, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Injezzjoni tal-glukagon tista' tikkura ipogliċemija severa mhux ħażin. Kul il-glukożju jew zokkor wara l-injezzjoni tal-glukagon. Jekk ma jgħaddilekx bil-glukagon, ikollok tmur l-isptar. Staqsi lit-tabib tiegħek biex jgħidlek dwar il-glukagon.

Jekk tinsa tuża Humalog

Jekk tieħu inqas Humalog milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm.

Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek

Jekk l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) jew l-ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ma jkunux ittrattati tista' tkun serja ħafna u tikkawża uġigħ ta' ras, dardir, remettar, deidratazzjoni, telf mis-sensi, koma kif ukoll l-mewt (ara A u B fis-sezzjoni 4 “Effetti Sekondarji Possibbli).

Tliet affarijiet sempliċi biex tevita ipogliċemija jew ipergliċemija huma:

Dejjem żomm siringi żejda u kunjett żejjed ta' Humalog jew xi pinna u xi skrataċ żejda fil-każ li titlef il-KwikPen tiegħek jew jiġrilha l-ħsara

Dejjem żomm xi ħaġa fuqek biex turi li inti dijabetiku.

Dejjem żomm iz-zokkor fuqek.

Jekk tieqaf tuża Humalog

Jekk tieħu inqas Humalog milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm. Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Humalog jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Allerġija lokali hija komuni (> 1/100 sa <1/10). Ftit nies ikollhom ħmura, nefħa jew ħakk madwar it- titqiba ta' l-insulina. Dawn issoltu jiċċaraw fi żmien ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Jekk jiġrilek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

Allerġija sistemika hija rari (> 1/10,000 sa <1/1000) : Is-sintomi huma dawn li ġejjin:

Raxx ma' ġismek kollu

Tinżillek il-pressjoni tad-demm

Diffikultà fin-nifs

Il-qalb tħabbat mgħaġġla

Tħarħir

Hafna għaraq

Jekk taħseb li qed ikollok din it-tip t'allerġija għall-insulina bi Humalog għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Lipodistrofija (li teħxien jew titħaffer il-ġilda) m’hijiex komuni (> 1/1,000 sa <1/100). Jekk tinnota li l-ġilda qed teħxien jew titħaffer fis-sit ta' l-injezzjoni, għid lit-tabib tiegħek.

Ġiet irrapportata l-edima (eż. nefħa fid-dirgħajn, għekiesi; żamma tal-fluwidi), speċjalment fil-bidu tat- terapija bl-insulina jew waqt tibdil fit-terapija biex jitjieb il-kontroll tal-glukożju fid-demm tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Problemi komuni tad-dijabete

A.Ipogliċemija

Ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) ifisser li ma hemmx biżżejjed zokkor fid-demm. Din tista' tkun ikkawżata jekk:

tieħu wisq Humalog jew insulina oħra;

ma tikolx jew tiekol tard jew jekk tbiddel id-dieta tiegħek;

tagħmel wisq eżerċizzju jew taħdem iż-żejjed eżatt qabel jew wara ikla;

għandek infezzjoni jew mard (speċjalment dijarrea jew remettar);

hemm bidla fil-bżonn tiegħek ta' l-insulina; jew

għandek problemi bil-kliewi jew bil-fwied li qed isiru agħar

L-alkoħol u xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek.

L-ewwel sintomi ta' ipogliċemija issoltu jiġru malajr u jinkludu dawn li ġejjin:

għeja

taħbit mgħaġġel tal-qalb

nervożità jew rogħda

tħossok imdardar

uġigħ ta' ras

għeriq kiesaħ

Meta ma tkunx konfidenti li taf tagħraf is-sintomi ta' twissija, evita sitwazzjonijiet, eż. li ssuq karozza, li tista' tpoġġi lilek jew lil oħrajn f'riskju minħabba ipogliċemija.

B.Ipergliċemija u l-ketoaċidożi dijabetika

Ipergliċemija ifisser li ġismek m'għandux biżżejjed insulina. L-ipergliċemija tista’ tiġi minħabba:

li ma tiħux Humalog tiegħek jew insulina oħra;

li qed tieħu anqas insulina milli jgħidlek it-tabib tiegħek;

li tiekol ħafna aktar milli tippermettilek id-dieta tiegħek; jew

deni, infezzjoni jew stress emozzjonali.

L-ipergliċemija tista' twassal għall-ketoaċidożi dijabetika. L-ewwel sintomi jiġu bil-mod f'medda ta' ħafna sigħat jew jiem. Is-sintomi jinkludu li ġejjin:

tħossok bi ngħas

bla aptit

ħmura fil-wiċċ

riħa ħelwa fin-nifs

għatx

tħossok imdardar jew tirremetti

Sintomi qawwija huma nifs qawwi u polz mgħaġġel. Ġib għajnuna medika minnufih.

C.Mard

Jekk int ma tiflaħx, speċjalment jekk qed tħossok imdardar jew jekk inti mdardar, l-ammont ta' insulina li għandek bżonn tista' tinbidel. Anke meta ma tkunx qed tiekol normalment, xorta ikollok bżonn l-insulina. Eżamina l-awrina jew id-demm tiegħek, segwi 'r-regoli tiegħek ta' meta tkun ma tiflaħx', u għid lit-tabib tiegħek.

5.Kif taħżen humalog kwikpen

Qabel ma tużaha l-ewwel darba aħżen il-Humalog KwikPen tiegħek fi friġġ (2°C-8°C). Tagħmiliex fil-friża.

Żomm il-Humalog KwikPen li ħa tuża f'temperatura ambjentali ta' ġewwa (15°C - 30°C) u armiha wara 28 ġurnata.Tħallihiex ħdejn is-sħana jew fix-xemx. Il-KwikPen li qiegħda tintuża m’għandhiex tinżamm fil-friġġ. Il-KwikPen m’għandhiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

Żommha fejn ma tintlaħaqx u ma tidhirx mit-tfal.

Tużax il-Humalog KwikPen wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tużax il-Humalog KwikPen jekk is-soluzzjoni għandha xi kulur jew jidhru xi frak. Għandek tużaha biss jekk tidher qiesha ilma. Din il-ħaġa għamila kull darba li se tinjetta lilek innifsek.

Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fiha l-Humalog 100 unità/ml KwikPen, soluzzjoni għal injezzjoni:

-Is-sustanza attiva hi insulin lispro. L-insulina lispro hija magħmula fil-laboratorju bi proċess ta' ‘teknoloġija rikombinanti mid-DNA’. Hija forma mibdula ta' insulina umana u għalhekk hija differenti minn insulini oħra umani jew insulina mill-annimali. L-insulina lispro hija relatata mill-viċin għal insulina umana li huwa ormon naturali magħmul mill-frixa.

-Is-sustanzi l-oħra huma m-cresol, glycerol, dibasic sodium phosphate 7 H2O, zinc oxide u ilma għall-injezzjoni. Sodium hydroxide jew hydrochloric acid setgħu ġew użati biex tkun aġġustata l-aċidità.

Kif jidher Humalog KwikPen u l-kontenuti tal-pakkett:

Humalog 100 unità/ml KwikPen, soluzzjoni għal injezzjoni, hu soluzzjoni akweju, bla kulur, ċar u sterili u fih 100 unità ta’ insulin lispro f’kull millilitru (100 unità/ml) soluzzjoni għal injezzjoni. Kull Humalog KwikPen fiha 300 unità (3 millilitri). Il-Humalog KwikPen tiġi f’pakkett ta’ 5 pinen mimlijin għal-lest jew f’pakkett multiplu ta’ 2 x 5 pinen mimlijin għal-lest. Mhux id-daqsijiet tal- pakketti kollha jistgħu jkunu għal skop kummerċjali. Il-Humalog fil-pinna mimlija għal-lest tiegħek huwa l-istess bħall-Humalog li jiġi fl-iskrataċ separati ta’ Humalog. Il-kwikPen għandha sempliċiment mibnija ġo fiha skartoċċ. Meta l-pinna mimlija għal-lest hija vojta ma tistax terġa’ tużaha.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Humalog 100 unità/ml KwikPen, soluzzjoni għal injezzjoni huwa manifatturat minn:

Lilly France S.A.S., Rue du Colonel Lilly, 67640 Fegersheim, Franza,

Eli Lilly Italia S.p.A., Via Gramsci 731-733, 50019 Sesto Fiorentino, (FI) L-Italja.

Il-liċenzja tal-prodott hija ta' Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L- Olanda.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 6000

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges. m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France S.A.S.

Lilly Portugal - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0) 1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

 

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +371 67364000

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

MANWAL GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU

Jekk jogħġbok ara l-kitba tal-manwal aktar ’il quddiem.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Humalog Mix25 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għall-injezzjoni insulina lispro

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Humalog Mix25 KwikPen u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog Mix25 KwikPen

3.Kif għandek tuża Humalog Mix25 KwikPen

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Humalog Mix25 KwikPen

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Humalog Mix25 KwikPen u għalxiex tintuża

Il-Humalog Mix25 KwikPen hija użata biex id-dijabete tiġi ttrattata Hija suspensjoni mħallta lesta.. Is- sustanza attiva tagħha hija insulina lispro. 25% ta' l-insulina lispro fil-Humalog Mix25 KwikPen hija maħlula fl-ilma u taħdem aktar malajr minn insulina umana normali għax il-molekula ta' l-insulina ġiet mibdula ftit. 75% ta' l-insulina lispro fil-Humalog Mix25 KwikPen hija suspensjoni flimkien ma' protamine sulphate, ħalli l-azzjoni tagħha tkun mtawla.

Ikollok id-dijabete jekk il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell tal- glukożju fid-demm tiegħek. Humalog Mix25 huwa sostitwent għall-insulina tiegħek u huwa użat biex jikkontrolla l-glukożju fuq medda twila ta’ żmien. Humalog Mix25 jaħdem malajr ħafna u għal tul ta’ żmien itwal mill-insulina li tinħall. Normalment għandek tuża Humalog Mix25 15-il minuta qabel ikla.

It-tabib tiegħek jista' jgħidlek biex tuża l-Humalog Mix25 KwikPen kif ukoll insulina li ddum taħdem għal ħin itwal. Kull tip t' insulina tiġi ma' fuljett ta' tagħrif ieħor għall-pazjenti biex jigħidlek fuqha. Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek. Oqgħod attent ħafna jekk tibdel l- insulina tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog Mix25 KwikPen

Tużax HUMALOG Mix25 KwikPen

-jekk taħseb li ġejja xi ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm). Iktar ’il quddiem fil-fuljett se jkollok spjegat kif tista’ tieħu kura ta’ ipogliċemija ħafifa (ara Sezzjoni 3: Jekk tuża Humalog Mix25 KwikPen aktar milli suppost).

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal insulina lispro jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek huma kkontrollati sew bit-terapija ta' l-insulina li qed tuża bħalissa, tista' ma tħossx is-sintomi ta' twissija meta jinżillek wisq iz-zokkor fid-demm. Sinjali ta' twissija huma mniżżla aktar tard f'dan il-fuljett. Għandek taħseb sew dwar meta tiekol,

kemm-il darba tagħmel eżerċizzju u kemm għandek tagħmel. Għandek ukoll iżżomm osservazzjoni fuq il-livelli taz-zokkor tiegħek billi tittestja ta' spiss il-glukożju fid-demm tiegħek.

Ftit nies li kellhom ipogliċemija wara li qalbu minn insulina ta' l-annimali għal isulina umana rrapportaw li l-ewwel sintomi ta' twissija kienu anqas ovji jew differenti. Jekk spiss ikollok ipogliċemija jew jekk għandek diffikultà biex tagħrafha, jekk jogħġbok iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Jekk tirrispondi IVA għal xi mistoqsijiet li ġejjin, għid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew lill- infermier tad-dijabete

-Kont ma tiflaħx dan l-aħħar?

-Għandek xi problemi bil-kliewi jew bil-fwied?

-Qed tagħmel aktar eżerċizzju mis-soltu?

L-ammont ta' l-insulina li għandek bżonn jista' jinbidel jekk tixrob l-alkoħol.

Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew l-infermier tad-dijabete jekk qed tippjana biex issiefer. Id-differenza fil-ħin bejn il-pajjiżi tista' tfisser li jkollok tieħu l-injezzjonijiet u l- ikliet f'ħinijiet differenti milli meta tkun id-dar.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Mediċini oħra u Humalog Mix25 KwikPen

Il-bżonnijiet tiegħek tal-insulina jistgħu jinbidlu jekk qed tieħu

il-pillola kontraċettiva,

sterojdi,

terapija biex tpatti għan-nuqqas ta' l-ormoni tat-tirojde,

mediċini ipogliċemiċi orali,

acetyl salicylic acid,

antibijotiċi sulpha,

octreotide,

"stimulanti tar-riċetturi beta 2" (per eżempju ritodrine, salbutamol jew terbutaline),

imblokkaturi tar-riċetturi beta, jew

ċerti antidipressanti (inibituri ta’ monoamine oxidase jew inibituri selettivi tal-assorbiment mill- ġdid ta’ serotonin),

danazol,

ċerti inibituri tal-enzima li tbiddel l-anġjotensin (ACE) (per eżempju captopril, enalapril) u

sustanzi li jibblukkjaw ir-riċetturi anġjotensin II

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta ( ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Tqala u treddigħ

Inti tqila b'tarbija jew qed taħseb biex tinqabad tqila, jew qed tredda? L-ammont tal-insulina li jkollok bżonn jaqa' waqt l-ewwel tlett xhur tat-tqala u jiżdied għal l-aħħar sitt xhur. Jekk qed tredda’, jista' jkollok bżonn tibdel l-ammont ta’ l-insulina li qed tieħu jew tibdel id-dieta.

Itlob il-parir tat-tabib.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-ħila tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista' tonqos jekk għandek ipogliċemija. Jekk jogħġbok żomm din il-problema f'moħħok f'kull sitwazzjoni fejn tkun tista' tpoġġi lilek innifsek jew oħrajn f'riskju (eż. sewqan ta' karozza jew tħaddim ta' magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek dwar is- sewqan jekk għandek:

episodji frekwenti ta' ipogliċemija

sinjali ta’ twissija mnaqqsa jew assenti meta jkollok ipogliċemija

3.Kif għandek tuża Humalog Mix25 KwikPen

Dejjem eżamina il-pakkett u t-tabella tal-pinna mimlija għall-lest għall-isem u għat-tip ta' l- insulina meta ġġibu mill-ispiżerija. Kun żgur li ġġib il-Humalog Mix25 KwikPen li t-tabib tiegħek qallek biex tuża.

Dejjem għandek tuża l-Humalog Mix25 KwikPen skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju. Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull pinna trid tintuża minnek biss, anki jekk il-labra tinbidel.

Dożaġġ

Normalment għandek tinjetta Humalog Mix25 fi żmien 15-il minuta qabel ikla. Jekk ikollok bżonn, tista' tinjetta eżatt wara ikla. Imma t-tabib tiegħek ikun qallek eżatt kemm għandek tuża, meta għandek tużha, u kemm-il darba. Dawn l-istruzzjonijiet huma għalik biss. Segwihom eżatt u mur il-klinika tad-dijabete tiegħek regolarment.

Jekk tibdel it-tip ta' l-insulina li tuża (per eżempju minn insulina umana jew minn ta' l-annimali għall-prodott ta' Humalog), jista' jkun ikollok bżonn tieħu aktar jew anqas minn qabel. Dan jista' jkun biss għal l-ewwel injezzjoni jew tista' tkun bidla gradwali tul ħafna ġimgħat jew xhur.

Injetta Humalog Mix25 taħt il-ġilda. M'għandekx teħodha billi tuża metodu differenti. Taħt l- ebda ċirkostanza Humalog Mix25 m'għandha tingħata ġol-vina.

Preparazzjoni ta' Humalog Mix25 KwikPen

Il-KwikPen għandha tkun imdawra fil-pali ta' l-idejn għaxar darbiet u maqlubin 180o għaxar darbiet eżatt qabel l-użu biex tirrisospendi l-insulina sakemm tidher kollha mċajpra jew qiesa ħalib. Jekk le, irrepeti din il-proċedura sakemm jitħalltu l-kontenuti. L-iskrataċ fihom żibġa tal- ħġieġ biex tgħin fit-tħallit. Tħawwadiex bis-saħħa għax hekk tista' toħloq ragħwa li tista' tinterferixxi mal-miżura eżatta tad-doża. L-iskrataċ għandhom ikunu eżaminati ta' spiss u m'għandhomx jintużaw jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal- qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ, u jidher qiesu ġelu. Iċċekkja kull darba li tinjetta lilek innifsek.

Kif tlesti l-KwikPen għall-użu (Jekk jogħġbok ara l-manwal dwar l-użu)

L-ewwel aħsel idejk.

Aqra l-istruzzjonijiet dwar kif tuża il-pinna ta' l-insulina mimlija lesta. Jekk jogħġbok segwi l- istruzzjonijiet bir-reqqa. Hawn għandek ftit avviżi.

Uża labra nadifa. (Il-labar mhux inklużi).

Ipprajmja l-KwikPen tiegħek kull darba li tużaha. Din tiċċekkja li l-insulina toħroġ barra u tneħħi l-bżieżaq ta' l-arja mill-KwikPen tiegħek. Jista' jagħti l-każ li jkun għad hemm ftit bżieżaq ta' l-arja żgħar fil-pinna – dawn ma jagħmlux ħsara. Imma jekk il-bżieżaq ta' l-arja huma kbar wisq jistgħu jaffettwaw id-doża ta' l-insulina.

L-injezzjoni ta' Humalog Mix25

Qabel ma tagħmel l-injezzjoni, naddaf il-ġilda tiegħek kif ġejt mgħallem. Injetta taħt il-ġilda, kif ġejt mgħallem. Tinjettax direttament ġo vina. Wara l-injezzjoni tiegħek, ħalli l-labra fil-ġilda għal ħames sekondi biex tkun żgur li ħadt id-doża kollha. Torokx il-parti li għadek kif injettajt. Kun żgur li tinjetta għal ta' l-anqas nofs pulzier (1 cm) 'l bogħod mill-aħħar injezzjoni u li tbiddel il-postijiet li tinjetta, kif ġejt mgħallem.

Wara l-injezzjoni

Eżatt kif tkun hadt l-injezzjoni, neħħi l-labra mill-KwikPen billi tuża l-kappa ta' barra tal-labra.

Dan iżomm l-insulina sterili u jipprevjeni l-ħruġ. Huwa jwaqqaf ukoll l-arja milli terġa tidħol lura ġol-pinna u milli tibblokka l-labra. Tagħtix is-siringi u l-labar tiegħek lil xi ħadd ieħor.

Tagħtix il-pinna tiegħek lil xi ħadd ieħor. Poġġi il-kappa lura fuq il-pinna.

Aktar injezzjonijiet

Kull darba li tuża KwikPen għandek tuża labra ġdida. Qabel kull injezzjoni, neħħi l-bżieżaq ta' l-arja. Tista' tara kemm baqa insulina billi żżomm il-KwikPen bil-labra tipponta 'l fuq. L-iskala fuq l-iskartoċċ turi kemm għad baqalek unitajiet.

Tħallatx xi insulina oħra ġol pinna tiegħek li tintrema wara li tinħela. Ladarba il-KwikPen tiżvojta, terġax tużaha. Jekk jogħġbok armiha bil-galbu - l-ispiżjar tiegħek jew l-infermier tad- dijabete jgħidulek kif għandek tagħmel dan.

Jekk tuża Humalog Mix25 aktar milli suppost

Jekk tuża Humalog Mix25 aktar milli suppost, jista’ jkollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.

Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx (ipogliċemija ħafifa), kul il-pilloli tal-glukożju, zokkor jew ixrob xarba ħelwa. Imbagħad kul il-frott, gallettini, jew sandwiċċ, kif qallek it-tabib tiegħek u strieħ ftit. B'hekk ħafna mid-drabi jirnexxilek tirkupra minn effetti ta’ ipogliċemija ħafifa jew minn doża ftit eċċessiva ta’ insulina. Jekk tmur għal agħar u qed tieħu nifs baxx u l-ġilda tiegħek tibjad, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Injezzjoni tal-glukagon tista' tikkura ipogliċemija severa mhux ħażin. Kul il-glukożju jew zokkor wara l-injezzjoni tal-glukagon. Jekk ma jgħaddilekx bil-glukagon, ikollok tmur l-isptar. Staqsi lit-tabib tiegħek biex jgħidlek dwar il-glukagon.

Jekk tinsa tuża Humalog Mix25

Jekk tieħu inqas Humalog milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm.

Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid demm tiegħek

Jekk l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) jew l-ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ma jkunux ittrattati tista' tkun serja ħafna u tikkawża uġigħ ta' ras, dardir, remettar, deidratazzjoni, telf mis-sensi, koma kif ukoll l-mewt (ara A u B fis-sezzjoni 4 “Effetti Sekondarji Possibbli”).

Tliet affarijiet sempliċi biex tevita ipogliċemija jew ipergliċemija huma:

Dejjem żomm siringi żejda u kunjett żejjed ta' Humalog Mix25, jew pinna u skrataċ żejda, fil- każ li titlef il-KwikPen tiegħek jew jiġrilha xi ħsara.

Dejjem żomm xi ħaġa fuqek biex turi li inti dijabetiku.

Dejjem żomm iz-zokkor fuqek.

Jekk tieqaf tuża Humalog Mix25

Jekk tieħu inqas Humalog Mix25 milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm. Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Humalog Mix25 jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Allerġija lokali hija komuni (> 1/100 sa <1/10). Ftit nies ikollhom ħmura, nefħa jew ħakk madwar it- titqiba ta' l-insulina. Dawn issoltu jiċċaraw fi żmien ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Jekk jiġrilek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

Allerġija sistemika hija rari (> 1/10,000 sa <1/1000). Is-sintomi huma dawn li ġejjin:

Raxx ma' ġismek kollu

Tinżillek il-pressjoni tad-demm

Diffikultà fin-nifs

Il-qalb tħabbat mgħaġġla

Tħarħir

Hafna għaraq

Jekk taħseb li qed ikollok din it-tip t'allerġija għall-insulina bi Humalog Mix25 għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Lipodistrofija (li teħxien jew titħaffer il-ġilda) m’hijiex komuni (> 1/1,000 sa <1/100).Jekk tinnota li l- ġilda qed teħxien jew titħaffer fis-sit ta' l-injezzjoni, għid lit-tabib tiegħek.

Ġiet irrapportata l-edima (eż. nefħa fid-dirgħajn, għekiesi; żamma tal-fluwidi), speċjalment fil-bidu tat- terapija bl-insulina jew waqt tibdil fit-terapija biex jitjieb il-kontroll tal-glukożju fid-demm tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Problemi komuni tad-dijabete

A.Ipogliċemija

Ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) ifisser li ma hemmx biżżejjed zokkor fid-demm. Din tista' tkun ikkawżata jekk:

tieħu wisq Humalog Mix25 jew insulina oħra;

ma tikolx jew tiekol tard jew jekk tbiddel id-dieta tiegħek;

tagħmel wisq eżerċizzju jew taħdem iż-żejjed eżatt qabel jew wara ikla;

għandek infezzjoni jew mard (speċjalment dijarrea jew remettar);

hemm bidla fil-bżonn tiegħek ta' l-insulina; jew

għandek problemi bil-kliewi jew bil-fwied li qed isiru agħar

L-alkoħol u xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek.

L-ewwel sintomi ta' ipogliċemija issoltu jiġru malajr u jinkludu dawn li ġejjin:

għeja

taħbit mgħaġġel tal-qalb

nervożità jew rogħda

tħossok imdardar

uġigħ ta' ras

għeriq kiesaħ

Meta ma tkunx konfidenti li taf tagħraf is-sintomi ta' twissija, evita sitwazzjonijiet, eż. li ssuq karozza, li tista' tpoġġi lilek jew lil oħrajn f'riskju minħabba ipogliċemija.

B.Ipergliċemija u l-ketoaċidożi dijabetika

Ipergliċemija ifisser li ġismek m'għandux biżżejjed insulina. L-ipergliċemija tista’ tiġi minħabba:

li ma tiħux Humalog tiegħek jew insulina oħra;

li qed tieħu anqas insulina milli jgħidlek it-tabib tiegħek;

li tiekol ħafna aktar milli tippermettilek id-dieta tiegħek; jew

deni, infezzjoni jew stress emozzjonali.

L-ipergliċemija tista' twassal għall-ketoaċidożi dijabetika. L-ewwel sintomi jiġu bil-mod f'medda ta' ħafna sigħat jew jiem. Is-sintomi jinkludu li ġejjin:

tħossok bi ngħas

bla aptit

ħmura fil-wiċċ

riħa ħelwa fin-nifs

għatx

tħossok imdardar jew tirremetti

Sintomi qawwija huma nifs qawwi u polz mgħaġġel. Ġib għajnuna medika minnufih.

C.Mard

Jekk int ma tiflaħx, speċjalment jekk qed tħossok imdardar jew jekk inti mdardar, l-ammont ta' insulina li għandek bżonn tista' tinbidel. Anke meta ma tkunx qed tiekol normalment, xorta ikollok bżonn l-insulina. Eżamina l-awrina jew id-demm tiegħek, segwi 'r-regoli tiegħek ta' meta tkun ma tiflaħx', u għid lit-tabib tiegħek.

5.Kif taħżen Humalog Mix25 KwikPen

Qabel ma tużaha l-ewwel darba aħżen il-Humalog Mix25 KwikPen tiegħek fi friġġ (2°C-8°C). Tagħmiliex fil-friża.

Żomm il-Humalog Mix25 KwikPen li ħa tuża f'temperatura ambjentali ta' ġewwa (15°C - 30°C) u armiha wara 28 ġurnata.Tħallihiex ħdejn is-sħana jew fix-xemx. Il-KwikPen li qiegħda tintuża m’għandhiex tinżamm fil-friġġ. Il-KwikPen m’għandhiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

Żommha fejn ma tintlaħaqx u ma tidhirx mit-tfal.

Tużax il-Humalog Mix25 KwikPen wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna. Id- data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tużax il-Humalog Mix25 KwikPen jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal-qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ, u jidher qiesu ġelu. Iċċekkja kull darba li tinjetta lilek innifsek.

Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fiha Humalog Mix25 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għall-injezzjoni:

-Is-sustanza attiva hi insulin lispro. L-insulina lispro hija magħmula fil-laboratorju bi proċess ta' ‘teknoloġija rikombinanti mid-DNA’. Hija forma mibdula ta' insulina umana u għalhekk hija differenti minn insulini oħra umani jew insulina mill-annimali. L-insulina lispro hija relatata mill-viċin għal insulina umana li huwa ormon naturali magħmul mill-frixa.

-Is-sustanzi l-oħra huma protamine sulphate, m-cresol, phenol, glycerol, dibasic sodium

phosphate 7 H2O, zinc oxide u ilma għall-injezzjoni. Sodium hydroxide jew hydrochloric acid setgħu ġew użati biex tkun aġġustata l-aċidità.

Kif jidher Humalog Mix25 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għall-injezzjoni u l-kontenuti tal- pakkett:

Humalog Mix25 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għal injezzjoni, hu suspensjoni abjad u sterili u fih 100 unità ta’ insulin lispro f’kull millilitru (100 unità/ml) suspensjoni għal injezzjoni. 25% ta’ insulin lispro f’Humalog Mix 25 huwa maħlul fl-ilma.75% ta’ l-insulin lispro f’Humalog Mix25 huwa f’suspensjoni flimkien ma’ protamine sulphate. Kull Humalog Mix25 KwikPen fiha 300 unità (3 millilitri). Il-Humalog Mix25 KwikPen tiġi f’pakketti ta’ 5 pinen mimlijin għal-lest jew f’pakkett multiplu ta’ 2 x 5 pinen mimlijin għal-lest. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali. Il-Humalog Mix25 fil-KwikPen tiegħek hi l-istess bħall-Humalog Mix25 li jiġi fl-iskrataċ separati ta’ Humalog Mix25. Il-KwikPen għandha sempliċiment mibnija ġo fiha skartoċċ. Meta l-KwikPen hija vojta ma tistax terġa’ tużaha.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Il-Humalog Mix25 100 unità /ml KwikPen,suspensjoni għall-injezzjoni hija manifatturata minn:

Lilly France S.A.S., Rue du Colonel Lilly, 67640 Fegersheim, Franza,

Eli Lilly Italia S.p.A., Via Gramsci 731-733, 50019 Sesto Fiorentino, (FI) L-Italja.

Il-liċenzja tal-prodott hija ta' Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L- Olanda.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 6000

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges. m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France S.A.S.

Lilly Portugal - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0) 1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +371 67364000

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

MANWAL GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU

Jekk jogħġbok ara l-kitba tal-manwal aktar ’il quddiem.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Humalog Mix50 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għall-injezzjoni insulina lispro

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Humalog Mix50 KwikPen u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog Mix50 KwikPen

3.Kif għandek tuża Humalog Mix50 KwikPen

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Humalog Mix50 KwikPen

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Humalog Mix50 KwikPen u għalxiex tintuża

Humalog Mix50 KwikPen hija użata biex id-dijabete tiġi ttrattata. Hija suspensjoni mħallta lesta. Is- sustanza attiva tagħha hija insulina lispro. 50% ta' l-insulina lispro fil-Humalog Mix50 KwikPen hija maħlula fl-ilma u taħdem aktar malajr minn insulina umana normali għax il-molekula ta' l-insulina ġiet mibdula ftit. 50% ta' l-insulina lispro fil-Humalog Mix50 KwikPen hija suspensjoni flimkien ma' protamine sulphate, ħalli l-azzjoni tagħha tkun mtawwla.

Ikollok id-dijabete jekk il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell tal- glukożju fid-demm tiegħek. Humalog Mix50 huwa sostitwent għall-insulina tiegħek u huwa użat biex jikkontrolla l-glukożju fuq medda twila ta’ żmien. Humalog Mix50 jaħdem malajr ħafna u għal tul ta’ żmien itwal mill-insulina li tinħall. Normalment għandek tuża Humalog Mix50 15-il minuta qabel ikla.

It-tabib tiegħek jista' jgħidlek biex tuża l-Humalog Mix50 KwikPen kif ukoll insulina li ddum taħdem għal ħin itwal. Kull tip t' insulina tiġi ma' fuljett ta' tagħrif ieħor għall-pazjenti biex jigħidlek fuqha. Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek. Oqgħod attent ħafna jekk tibdel l- insulina tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog Mix50 KwikPen

Tużax Humalog Mix50 KwikPen

-jekk taħseb li ġejja xi ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm). Iktar ’il quddiem fil-fuljett se jkollok spjegat kif tista’ tieħu kura ta’ ipogliċemija ħafifa (ara Sezzjoni 3: Jekk tuża Humalog Mix50 aktar milli suppost).

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal insulina lispro jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek huma kkontrollati sew bit-terapija ta' l-insulina li qed tuża bħalissa, tista' ma tħossx is-sintomi ta' twissija meta jinżillek wisq iz-zokkor fid- demm. Sinjali ta' twissija huma mniżżla aktar tard f'dan il-fuljett. Għandek taħseb sew dwar meta tiekol, kemm-il darba tagħmel eżerċizzju u kemm għandek tagħmel. Għandek ukoll

iżżomm osservazzjoni fuq il-livelli taz-zokkor tiegħek billi tittestja ta' spiss il-glukożju fid- demm tiegħek.

Ftit nies li kellhom ipogliċemija wara li qalbu minn insulina ta' l-annimali għal isulina umana rrapportaw li l-ewwel sintomi ta' twissija kienu anqas ovji jew differenti. Jekk spiss ikollok ipogliċemija jew jekk għandek diffikultà biex tagħrafha, jekk jogħġbok iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Jekk tirrispondi IVA għal xi mistoqsijiet li ġejjin, għid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew lill- infermier tad-dijabete

-Kont ma tiflaħx dan l-aħħar?

-Għandek xi problemi bil-kliewi jew bil-fwied?

-Qed tagħmel aktar eżerċizzju mis-soltu?

L-ammont ta' l-insulina li għandek bżonn jista' jinbidel jekk tixrob l-alkoħol.

Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew l-infermier tad-dijabete jekk qed tippjana biex issiefer. Id-differenza fil-ħin bejn il-pajjiżi tista' tfisser li jkollok tieħu l-injezzjonijiet u l- ikliet f'ħinijiet differenti milli meta tkun id-dar.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Mediċini oħra u Humalog Mix50 KwikPen

Il-bżonnijiet tiegħek tal-insulina jistgħu jinbidlu jekk qed tieħu

il-pillola kontraċettiva,

sterojdi,

terapija biex tpatti għan-nuqqas ta' l-ormoni tat-tirojde,

mediċini ipogliċemiċi orali,

acetyl salicylic acid,

antibijotiċi sulpha,

octreotide,

"stimulanti tar-riċetturi beta 2" (per eżempju ritodrine, salbutamol jew terbutaline),

imblokkaturi tar-riċetturi beta, jew

ċerti antidipressanti (inibituri ta’ monoamine oxidase jew inibituri selettivi tal-assorbiment mill- ġdid ta’ serotonin),

danazol,

ċerti inibituri tal-enzima li tbiddel l-anġjotensin (ACE) (per eżempju captopril, enalapril) u

sustanzi li jibblukkjaw ir-riċetturi anġjotensin II

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta ( ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Tqala u treddigħ

Inti tqila b'tarbija jew qed taħseb biex tinqabad tqila, jew qed tredda? L-ammont tal-insulina li jkollok bżonn jaqa' waqt l-ewwel tlett xhur tat-tqala u jiżdied għal l-aħħar sitt xhur. Jekk qed tredda’, jista' jkollok bżonn tibdel l-ammont ta’ l-insulina li qed tieħu jew tibdel id-dieta.

Itlob il-parir tat-tabib.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-ħila tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista' tonqos jekk għandek ipogliċemija. Jekk jogħġbok żomm din il-problema f'moħħok f'kull sitwazzjoni fejn tkun tista' tpoġġi lilek innifsek jew oħrajn f'riskju (eż. sewqan ta' karozza jew tħaddim ta' magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek dwar is- sewqan jekk għandek:

episodji frekwenti ta' ipogliċemija

sinjali ta’ twissija mnaqqsa jew assenti meta jkollok ipogliċemija

3.Kif għandek tuża Humalog Mix50 KwikPen

Dejjem eżamina il-pakkett u t-tabella tal-pinna mimlija għall-lest għall-isem u għat-tip ta' l- insulina meta ġġibu mill-ispiżerija. Kun żgur li ġġib il-Humalog Mix50 KwikPen li t-tabib tiegħek qallek biex tuża.

Dejjem għandek tuża l-Humalog Mix50 KwikPen skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju. Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull pinna trid tintuża minnek biss, anki jekk il-labra tinbidel.

Dożaġġ

Normalment għandek tinjetta Humalog Mix50 fi żmien 15-il minuta qabel ikla. Jekk ikollok bżonn, tista' tinjetta eżatt wara ikla. Imma t-tabib tiegħek ikun qallek eżatt kemm għandek tuża, meta għandek tużha, u kemm-il darba. Dawn l-istruzzjonijiet huma għalik biss. Segwihom eżatt u mur il-klinika tad-dijabete tiegħek regolarment.

Jekk tibdel it-tip ta' l-insulina li tuża (per eżempju minn insulina umana jew minn ta' l-annimali għall-prodott ta' Humalog), jista' jkun ikollok bżonn tieħu aktar jew anqas minn qabel. Dan jista' jkun biss għal l-ewwel injezzjoni jew tista' tkun bidla gradwali tul ħafna ġimgħat jew xhur.

Injetta Humalog Mix50 taħt il-ġilda. M'għandekx teħodha billi tuża metodu differenti. Taħt l- ebda ċirkostanza Humalog Mix50 m'għandha tingħata ġol-vina.

Preparazzjoni ta' Humalog Mix50 KwikPen

Il-KwikPen għandha tkun imdawra fil-pali ta' l-idejn għaxar darbiet u maqlubin 180o għaxar darbiet eżatt qabel l-użu biex tirrisospendi l-insulina sakemm tidher kollha mċajpra jew qiesa ħalib. Jekk le, irrepeti din il-proċedura sakemm jitħalltu l-kontenuti. L-iskrataċ fihom żibġa tal- ħġieġ biex tgħin fit-tħallit. Tħawwadiex bis-saħħa għax hekk tista' toħloq ragħwa li tista' tinterferixxi mal-miżura eżatta tad-doża. L-iskrataċ għandhom ikunu eżaminati ta' spiss u m'għandhomx jintużaw jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal- qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ, u jidher qiesu ġelu. Iċċekkja kull darba li tinjetta lilek innifsek.

Kif tlesti l-KwikPen għall-użu (Jekk jogħġbok ara l-manwal dwar l-użu)

L-ewwel aħsel idejk.

Aqra l-istruzzjonijiet dwar kif tuża il-pinna ta' l-insulina mimlija lesta. Jekk jogħġbok segwi l- istruzzjonijiet bir-reqqa. Hawn għandek ftit avviżi.

Uża labra nadifa. (Il-labar mhux inklużi).

Ipprajmja il-KwikPen tiegħek qabel kull użu. B’hekk tiċċekkja li l-insulina toħroġ barra u tneħħi l-bżieżaq ta' l-arja mill-KwikPen tiegħek. Jista' jagħti l-każ li jkun għad hemm ftit bżieżaq ta' l-arja żgħar fil-pinna – dawn ma jagħmlux ħsara. Imma jekk il-bżieżaq ta' l-arja huma kbar wisq jistgħu jaffettwaw id-doża ta' l-insulina.

L-injezzjoni ta' Humalog Mix50

Qabel ma tagħmel l-injezzjoni, naddaf il-ġilda tiegħek kif ġejt mgħallem. Injetta taħt il-ġilda, kif ġejt mgħallem. Tinjettax direttament ġo vina. Wara l-injezzjoni tiegħek, ħalli l-labra fil-ġilda għal ħames sekondi biex tkun żgur li ħadt id-doża kollha. Torokx il-parti li għadek kif injettajt. Kun żgur li tinjetta għal ta' l-anqas nofs pulzier (1 cm) 'l bogħod mill-aħħar injezzjoni u li tbiddel il-postijiet li tinjetta, kif ġejt mgħallem.

Wara l-injezzjoni

Eżatt kif tkun hadt l-injezzjoni, neħħi l-labra mill-KwikPen billi tuża il-kappa ta' barra tal-labra.

Dan iżomm l-insulina sterili u jipprevjeni l-ħruġ. Huwa jwaqqaf ukoll l-arja milli terġa tidħol lura ġol-pinna u milli tibblokka l-labra. Tagħtix is-siringi u l-labar tiegħek lil xi ħadd ieħor.

Tagħtix il-pinna tiegħek lil xi ħadd ieħor. Poġġi il-kappa lura fuq il-pinna.

Aktar injezzjonijiet

Kull darba li tuża KwikPen għandek tuża labra ġdida. Qabel kull injezzjoni, neħħi l-bżieżaq ta' l-arja. Tista' tara kemm baqa insulina billi żżomm il-KwikPen bil-labra tipponta 'l fuq. L-iskala fuq l-iskartoċċ turi kemm għad baqalek unitajiet.

Tħallatx xi insulina oħra ġol pinna tiegħek li tintrema wara li tinħela. Ladarba l-KwikPen tiżvojta, terġax tużha. Jekk jogħġbok armiha bil-galbu - l-ispiżjar tiegħek jew l-infermier tad- dijabete jgħidulek kif għandek tagħmel dan.

Jekk tuża Humalog Mix50 aktar milli suppost

Jekk tuża Humalog Mix50 aktar milli suppost, jista’ jkollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek.

Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx (ipogliċemija ħafifa), kul il-pilloli tal-glukożju, zokkor jew ixrob xarba ħelwa. Imbagħad kul il-frott, gallettini, jew sandwiċċ, kif qallek it-tabib tiegħek u strieħ ftit. B'hekk ħafna mid-drabi jirnexxilek tirkupra minn effetti ta’ ipogliċemija ħafifa jew minn doża ftit eċċessiva ta’ insulina. Jekk tmur għal agħar u qed tieħu nifs baxx u l-ġilda tiegħek tibjad, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Injezzjoni tal-glukagon tista' tikkura ipogliċemija severa mhux ħażin. Kul il-glukożju jew zokkor wara l-injezzjoni tal-glukagon. Jekk ma jgħaddilekx bil-glukagon, ikollok tmur l-isptar. Staqsi lit-tabib tiegħek biex jgħidlek dwar il-glukagon.

Jekk tinsa tuża Humalog Mix50

Jekk tieħu inqas Humalog Mix50 milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm. Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid demm tiegħek

Jekk l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) jew l-ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ma jkunux ittrattati tista' tkun serja ħafna u tikkawża uġigħ ta' ras, dardir, remettar, deidratazzjoni, telf mis-sensi, koma kif ukoll l-mewt (ara A u B fis-sezzjoni 4 “Effetti Sekondarji Possibbli”).

Tliet affarijiet sempliċi biex tevita ipogliċemija jew ipergliċemija huma:

Dejjem żomm siringi żejda u kunjett żejjed ta' Humalog Mix50, jew pinna u skrataċ żejda, fil- każ li titlef il-KwikPen tiegħek jew l-iskrataċ jew jiġrilhom xi ħsara.

Dejjem żomm xi ħaġa fuqek biex turi li inti dijabetiku.

Dejjem żomm iz-zokkor fuqek.

Jekk tieqaf tuża Humalog Mix50

Jekk tieħu inqas Humalog Mix50 milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm. Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Humalog Mix50 jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Allerġija lokali hija komuni (> 1/100 sa <1/10). Ftit nies ikollhom ħmura, nefħa jew ħakk madwar it- titqiba ta' l-insulina. Dawn issoltu jiċċaraw fi żmien ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Jekk jiġrilek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

Allerġija sistemika hija rari (> 1/10,000 sa <1/1000) : Is-sintomi huma dawn li ġejjin:

Raxx ma' ġismek kollu

Tinżillek il-pressjoni tad-demm

Diffikultà fin-nifs

Il-qalb tħabbat mgħaġġla

Tħarħir

Hafna għaraq

Jekk taħseb li qed ikollok din it-tip t'allerġija għall-insulina bi Humalog Mix50 għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Lipodistrofija (li teħxien jew titħaffer il-ġilda) m’hijiex komuni (> 1/1,000 sa <1/100).Jekk tinnota li l- ġilda qed teħxien jew titħaffer fis-sit ta' l-injezzjoni, għid lit-tabib tiegħek.

Ġiet irrapportata l-edima (eż. nefħa fid-dirgħajn, għekiesi; żamma tal-fluwidi), speċjalment fil-bidu tat- terapija bl-insulina jew waqt tibdil fit-terapija biex jitjieb il-kontroll tal-glukożju fid-demm tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Problemi komuni tad-dijabete

A.Ipogliċemija

Ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) ifisser li ma hemmx biżżejjed zokkor fid-demm. Din tista' tkun ikkawżata jekk:

tieħu wisq Humalog Mix50 jew insulina oħra;

ma tikolx jew tiekol tard jew jekk tbiddel id-dieta tiegħek;

tagħmel wisq eżerċizzju jew taħdem iż-żejjed eżatt qabel jew wara ikla;

għandek infezzjoni jew mard (speċjalment dijarrea jew remettar);

hemm bidla fil-bżonn tiegħek ta' l-insulina; jew

għandek problemi bil-kliewi jew bil-fwied li qed isiru agħar

L-alkoħol u xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek.

L-ewwel sintomi ta' ipogliċemija ssoltu jiġru malajr u jinkludu dawn li ġejjin:

għeja

taħbit mgħaġġel tal-qalb

nervożità jew rogħda

tħossok imdardar

uġigħ ta' ras

għeriq kiesaħ

Meta ma tkunx konfidenti li taf tagħraf is-sintomi ta' twissija, evita sitwazzjonijiet, eż. li ssuq karozza, li tista' tpoġġi lilek jew lil oħrajn f'riskju minħabba ipogliċemija.

B.Ipergliċemija u l-ketoaċidożi dijabetika

Ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ifisser li ġismek m'għandux biżżejjed insulina. L-ipergliċemija tista’ tiġi minħabba:

li ma tiħux Humalog tiegħek jew insulina oħra;

li qed tieħu anqas insulina milli jgħidlek it-tabib tiegħek;

li tiekol ħafna aktar milli tippermettilek id-dieta tiegħek; jew

deni, infezzjoni jew stress emozzjonali.

L-ipergliċemija tista' twassal għall-ketoaċidożi dijabetika. L-ewwel sintomi jiġu bil-mod f'medda ta' ħafna sigħat jew jiem. Is-sintomi jinkludu li ġejjin:

tħossok bi ngħas

bla aptit

ħmura fil-wiċċ

riħa ħelwa fin-nifs

għatx

tħossok imdardar jew tirremetti

Sintomi qawwija huma nifs qawwi u polz mgħaġġel. Ġib għajnuna medika minnufih.

C.Mard

Jekk int ma tiflaħx, speċjalment jekk qed tħossok imdardar jew jekk inti mdardar, l-ammont ta' insulina li għandek bżonn tista' tinbidel. Anke meta ma tkunx qed tiekol normalment, xorta ikollok bżonn l-insulina. Eżamina l-awrina jew id-demm tiegħek, segwi 'r-regoli tiegħek ta' meta tkun ma tiflaħx', u għid lit-tabib tiegħek.

5.Kif taħżen Humalog Mix50 KwikPen

Qabel ma tużaha l-ewwel darba aħżen il-Humalog Mix50 KwikPen tiegħek fi friġġ (2°C-8°C). Tagħmiliex fil-friża.

Żomm il-Humalog Mix50 KwikPen li ħa tuża f'temperatura ambjentali ta' ġewwa (15°C - 30°C) u armiha wara 28 ġurnata.Tħallihiex ħdejn is-sħana jew fix-xemx. Il-KwikPen li qiegħda tintuża m’għandhiex tinżamm fil-friġġ. Il-KwikPen m’għandhiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

Żommha fejn ma tintlaħaqx u ma tidhirx mit-tfal.

Tużax il-Humalog Mix50 KwikPen wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna. Id- data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tużax il-Humalog Mix50 KwikPen jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal-qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ, u jidher qiesu ġelu. Iċċekkja kull darba li tinjetta lilek innifsek.

Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fiha Humalog Mix50 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għall-injezzjoni:

-Is-sustanza attiva hi insulin lispro. L-insulina lispro hija magħmula fil-laboratorju bi proċess ta' ‘teknoloġija rikombinanti mid-DNA’. Hija forma mibdula ta' insulina umana u għalhekk hija differenti minn insulini oħra umani jew insulina mill-annimali. L-insulina lispro hija relatata mill-viċin għal insulina umana li huwa ormon naturali magħmul mill-frixa.

-Is-sustanzi l-oħra huma protamine sulphate, m-cresol, phenol, glycerol, dibasic sodium

phosphate 7 H2O, zinc oxide u ilma għall-injezzjoni. Sodium hydroxide jew hydrochloric acid setgħu ġew użati biex tkun aġġustata l-aċidità.

Kif jidher Humalog Mix50 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għal injezzjoni u l-kontenuti tal- pakkett:

Humalog Mix50 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għall-injezzjoni, hu suspensjoni abjad u sterili u fih 100 unità ta’ insulin lispro f’kull millilitru (100 unità/ml) suspensjoni għal injezzjoni. 50% ta’ insulin lispro f’Humalog Mix 50 huwa maħlul fl-ilma.50% ta’ l-insulin lispro f’Humalog Mix50 huwa f’suspensjoni flimkien ma’ protamine sulphate. Kull Humalog Mix50 KwikPen fiha 300 unità (3 millilitri). Il-Humalog Mix50 KwikPen tiġi f’pakketti ta’ 5 pinen mimlijin għal-lest jew f’pakkett multiplu ta’ 2 x 5 pinen mimlijin għal-lest. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali. Il-Humalog Mix50 fil-KwikPen tiegħek hi l-istess bħall-Humalog Mix50 li jiġi fl-iskrataċ separati ta’ Humalog Mix50. Il-KwikPen għandha sempliċiment mibnija ġo fiha skartoċċ. Meta l-KwikPen hija vojta ma tistax terġa’ tużha.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Il-Humalog Mix50 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għall-injezzjoni hija manifatturata minn:

Lilly France S.A.S., Rue du Colonel Lilly, 67640 Fegersheim, Franza,

Eli Lilly Italia S.p.A., Via Gramsci 731-733, 50019 Sesto Fiorentino, (FI) L-Italja.

Il-liċenzja tal-prodott hija ta' Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L- Olanda.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 6000

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges. m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France S.A.S.

Lilly Portugal - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0) 1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0)

8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +371 67364000

Tel: + 44-(0)

1256 315000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

MANWAL GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU

Jekk jogħġbok ara l-kitba tal-manwal aktar ’il quddiem.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Humalog BASAL 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għall-injezzjoni insulina lispro

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Humalog BASAL KwikPen u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog BASAL KwikPen

3.Kif għandek tuża Humalog BASAL KwikPen

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Humalog BASAL KwikPen

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Humalog BASAL KwikPen u għalxiex tintuża

Humalog BASAL KwikPen hija użata biex id-dijabete tiġi trattata. Is-sustanza attiva hija insulin lispro. L-insulina lispro f’Humalog BASAL KwikPen hija suspensjoni flimkien ma' protamine sulphate, ħalli l-azzjoni tagħha tkun mtawwla.

Ikollok id-dijabete jekk il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell tal- glukożju fid-demm tiegħek. Humalog BASAL huwa sostitwent għall-insulina tiegħek u huwa użat biex jikkontrolla l-glukożju fuq medda twila ta’ żmien. Humalog BASAL għandu mod ta’ azzjoni mtawwal meta mqabbel ma’ insulina solubbli.

It-tabib tiegħek jista' jgħidlek biex tuża Humalog BASAL, kif ukoll insulina li taħdem b’mod malajr. Kull tip t' insulina tiġi ma' fuljett ta' tagħrif ieħor għall-pazjenti biex jigħidlek fuqha. Tbiddilx l- insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek. Oqgħod attent ħafna jekk tibdel l-insulina tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog BASAL KwikPen

Tużax Humalog BASAL KwikPen

-jekk taħseb li ġejja xi ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm). Iktar ’il quddiem fil-fuljett se jkollok spjegat kif tista’ tieħu kura ta’ ipogliċemija ħafifa (ara Sezzjoni 3: Jekk tuża Humalog BASAL aktar milli suppost).

-jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal insulina lispro jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek huma kkontrollati sew bit-terapija ta' l-insulina li qed tuża bħalissa, tista' ma tħossx is-sintomi ta' twissija meta jinżillek wisq iz-zokkor fid-demm. Sinjali ta' twissija huma mniżżla aktar tard f'dan il-fuljett. Għandek taħseb sew dwar meta tiekol, kemm-il darba tagħmel eżerċizzju u kemm għandek tagħmel. Għandek ukoll iżżomm osservazzjoni fuq il-livelli taz-zokkor tiegħek billi tittestja ta' spiss il-glukożju fid-demm tiegħek.

Ftit nies li kellhom ipogliċemija wara li qalbu minn insulina ta' l-annimali għal isulina umana rrapportaw li l-ewwel sintomi ta' twissija kienu anqas ovji jew differenti. Jekk spiss ikollok

ipogliċemija jew jekk għandek diffikultà biex tagħrafha, jekk jogħġbok iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Jekk tirrispondi IVA għal xi mistoqsijiet li ġejjin, għid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew lill- infermier tad-dijabete.

-Kont ma tiflaħx dan l-aħħar?

-Għandek xi problemi bil-kliewi jew bil-fwied?

-Qed tagħmel aktar eżerċizzju mis-soltu?

L-ammont ta' l-insulina li għandek bżonn jista' jinbidel jekk tixrob l-alkoħol.

Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew l-infermier tad-dijabete jekk qed tippjana biex issiefer. Id-differenza fil-ħin bejn il-pajjiżi tista' tfisser li jkollok tieħu l-injezzjonijiet u l- ikliet f'ħinijiet differenti milli meta tkun id-dar.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l-iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Mediċini oħra u Humalog BASAL KwikPen

Il-bżonnijiet tiegħek tal-insulina jistgħu jinbidlu jekk qed tieħu

il-pillola kontraċettiva,

sterojdi,

terapija biex tpatti għan-nuqqas ta' l-ormoni tat-tirojde,

mediċini ipogliċemiċi orali,

acetyl salicylic acid,

antibijotiċi sulpha,

octreotide,

"stimulanti tar-riċetturi beta 2" (per eżempju ritodrine, salbutamol jew terbutaline),

imblokkaturi tar-riċetturi beta, jew

ċerti antidipressanti (inibituri ta’ monoamine oxidase jew inibituri selettivi tal-assorbiment mill-

ġdid ta’ serotonin),

danazol,

ċerti inibituri tal-enzima li tbiddel l-anġjotensin (ACE) (per eżempju captopril, enalapril) u

sustanzi li jibblukkjaw ir-riċetturi anġjotensin II

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta ( ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Tqala u treddigħ

Inti tqila b'tarbija jew qed taħseb biex tinqabad tqila, jew qed tredda? L-ammont tal-insulina li jkollok bżonn jaqa' waqt l-ewwel tlett xhur tat-tqala u jiżdied għal l-aħħar sitt xhur. Jekk qed tredda’, jista' jkollok bżonn tibdel l-ammont ta’ l-insulina li qed tieħu jew tibdel id-dieta.

Itlob il-parir tat-tabib.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-ħila tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista' tonqos jekk għandek ipogliċemija. Jekk jogħġbok żomm din il-problema f'moħħok f'kull sitwazzjoni fejn tkun tista' tpoġġi lilek innifsek jew oħrajn f'riskju (eż. sewqan ta' karozza jew tħaddim ta' magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek dwar is- sewqan jekk għandek:

episodji frekwenti ta' ipogliċemija

sinjali ta’ twissija mnaqqsa jew assenti meta jkollok ipogliċemija

3.Kif għandek tuża Humalog BASAL KwikPen

Dejjem eżamina il-pakkett u t-tabella tal-pinna mimlija għall-lest għall-isem u għat-tip ta' l- insulina meta ġġibu mill-ispiżerija. Kun żgur li ġġib il-Humalog BASAL KwikPen li t-tabib tiegħek qallek biex tuża.

Dejjem għandek tuża l-Humalog BASAL KwikPen skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju. Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull pinna trid tintuża minnek biss, anki jekk il-labra tinbidel.

Dożaġġ

Normalment għandek tinjetta l-Pinna Humalog BASAL bħala l-insulina bażika tiegħek. It- tabib tiegħek ikun qallek eżatt kemm għandek tuża, meta għandek tużha, u kemm-il darba. Dawn l-istruzzjonijiet huma għalik biss. Segwihom eżatt u mur il-klinika tad-dijabete tiegħek regolarment.

Jekk tibdel it-tip ta' l-insulina li tuża (per eżempju minn insulina umana jew minn ta' l-annimali għall-prodott ta' Humalog), jista' jkun ikollok bżonn tieħu aktar jew anqas minn qabel. Dan jista' jkun biss għal l-ewwel injezzjoni jew tista' tkun bidla gradwali tul ħafna ġimgħat jew xhur.

Injetta Humalog BASAL taħt il-ġilda. M'għandekx teħodha billi tuża metodu differenti. Taħt l- ebda ċirkostanza Humalog BASAL m'għandha tingħata ġol-vina.

Preparazzjoni ta' Humalog BASAL KwikPen

Il-KwikPen għandha tkun imdawra fil-pali ta' l-idejn għaxar darbiet u maqlubin 180o għaxar darbiet eżatt qabel l-użu biex tirrisospendi l-insulina sakemm tidher kollha mċajpra jew qiesa ħalib. Jekk le, irrepeti din il-proċedura sakemm jitħalltu l-kontenuti. L-iskrataċ fihom żibġa tal- ħġieġ biex tgħin fit-tħallit. Tħawwadiex bis-saħħa għax hekk tista' toħloq ragħwa li tista' tinterferixxi mal-miżura eżatta tad-doża. L-iskrataċ għandhom ikunu eżaminati ta' spiss u m'għandhomx jintużaw jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal- qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ, u jidher qiesu ġelu. Iċċekkja kull darba li tinjetta lilek innifsek.

Kif tlesti l-KwikPen għall-użu (Jekk jogħġbok ara l-manwal dwar l-użu)

L-ewwel aħsel idejk.

Aqra l-istruzzjonijiet dwar kif tuża il-pinna ta' l-insulina mimlija lesta. Jekk jogħġbok segwi l- istruzzjonijiet bir-reqqa. Hawn għandek ftit avviżi.

Uża labra nadifa. (Il-labar mhux inklużi).

Ipprajmja il-KwikPen tiegħek qabel kull użu. B’hekk tkun qed tiċċekkja li l-insulina toħroġ barra u tneħħi l-bżieżaq ta' l-arja mill-KwikPen tiegħek. Jista' jagħti l-każ li jkun għad hemm ftit bżieżaq ta' l-arja żgħar fil-pinna – dawn ma jagħmlux ħsara. Imma jekk il-bżieżaq ta' l-arja huma kbar wisq jistgħu jaffettwaw id-doża ta' l-insulina.

L-injezzjoni ta' Humalog BASAL

Qabel ma tagħmel l-injezzjoni, naddaf il-ġilda tiegħek kif ġejt mgħallem. Injetta taħt il-ġilda, kif ġejt mgħallem. Tinjettax direttament ġo vina. Wara l-injezzjoni tiegħek, ħalli l-labra fil-ġilda għal ħames sekondi biex tkun żgur li ħadt id-doża kollha. Torokx il-parti li għadek kif injettajt. Kun żgur li tinjetta għal ta' l-anqas nofs pulzier (1 cm) 'l bogħod mill-aħħar injezzjoni u li tbiddel il-postijiet li tinjetta, kif ġejt mgħallem.

Wara l-injezzjoni

Eżatt kif tkun hadt l-injezzjoni, neħħi l-labra mill-KwikPen billi tuża il-kappa ta' barra tal-labra.

Dan iżomm l-insulina sterili u jipprevjeni l-ħruġ. Huwa jwaqqaf ukoll l-arja milli terġa tidħol lura ġol-pinna u milli tibblokka l-labra. Tagħtix l-labar tiegħek lil xi ħadd ieħor. Tagħtix il- pinna tiegħek lil xi ħadd ieħor. Poġġi il-kappa lura fuq il-pinna.

Aktar injezzjonijiet

Kull darba li tuża KwikPen għandek tuża labra ġdida. Qabel kull injezzjoni, neħħi l-bżieżaq ta' l-arja. Tista' tara kemm baqa insulina billi żżomm il-KwikPen bil-labra tipponta 'l fuq. L-iskala fuq l-iskartoċċ turi kemm għad baqalek unitajiet.

Tħallatx xi insulina oħra ġol pinna tiegħek li tintrema wara li tinħela. Ladarba il-KwikPen tiżvojta, terġax tużha. Jekk jogħġbok armiha bil-galbu - l-ispiżjar tiegħek jew l-infermier tad- dijabete jgħidulek kif għandek tagħmel dan.

Jekk tuża Humalog BASAL aktar milli suppost

Jekk tuża Humalog BASAL aktar milli suppost, jista’ jkollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek. Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx

(ipogliċemija ħafifa), kul il-pilloli tal-glukożju, zokkor jew ixrob xarba ħelwa. Imbagħad kul il-frott, gallettini, jew sandwiċċ, kif qallek it-tabib tiegħek u strieħ ftit. B'hekk ħafna mid-drabi jirnexxilek tirkupra minn effetti ta’ ipogliċemija ħafifa jew minn doża ftit eċċessiva ta’ insulina. Jekk tmur għal agħar u qed tieħu nifs baxx u l-ġilda tiegħek tibjad, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Injezzjoni tal- glukagon tista' tikkura ipogliċemija severa mhux ħażin. Kul il-glukożju jew zokkor wara l-injezzjoni tal-glukagon. Jekk ma jgħaddilekx bil-glukagon, ikollok tmur l-isptar. Staqsi lit-tabib tiegħek biex jgħidlek dwar il-glukagon.

Jekk tinsa tuża Humalog BASAL

Jekk tieħu inqas Humalog milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm. Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid demm tiegħek

Jekk l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) jew l-ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ma jkunux ittrattati tista' tkun serja ħafna u tikkawża uġigħ ta' ras, dardir, remettar, deidratazzjoni, telf mis-sensi, koma kif ukoll l-mewt (ara A u B fis-sezzjoni 4 “Effetti Sekondarji Possibbli).

Tliet affarijiet sempliċi biex tevita ipogliċemija jew ipergliċemija huma:

Dejjem żomm siringi żejda u kunjett żejjed ta' Humalog BASAL, jew xi pinna u skrataċ żejda fil-każ li titlef il-KwikPen tiegħek jew jiġrilha xi ħsara.

Dejjem żomm xi ħaġa fuqek biex turi li inti dijabetiku.

Dejjem żomm iz-zokkor fuqek.

Jekk tieqaf tuża Humalog BASAL

Jekk tieħu inqas Humalog BASAL milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm. Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Humalog BASAL jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Allerġija lokali hija komuni (> 1/100 sa <1/10). Ftit nies ikollhom ħmura, nefħa jew ħakk madwar it- titqiba ta' l-insulina. Dawn issoltu jiċċaraw fi żmien ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Jekk jiġrilek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

Allerġija sistemika hija rari (> 1/10,000 sa <1/1000) : Is-sintomi huma dawn li ġejjin:

Raxx ma' ġismek kollu

Tinżillek il-pressjoni tad-demm

Diffikultà fin-nifs

Il-qalb tħabbat mgħaġġla

Tħarħir

Hafna għaraq

Jekk taħseb li qed ikollok din it-tip t'allerġija għall-insulina bi Humalog BASAL għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Lipodistrofija (li teħxien jew titħaffer il-ġilda) m’hijiex komuni (> 1/1,000 sa <1/100).Jekk tinnota li l- ġilda qed teħxien jew titħaffer fis-sit ta' l-injezzjoni, għid lit-tabib tiegħek.

Ġiet irrapportata l-edima (eż. nefħa fid-dirgħajn, għekiesi; żamma tal-fluwidi), speċjalment fil-bidu tat- terapija bl-insulina jew waqt tibdil fit-terapija biex jitjieb il-kontroll tal-glukożju fid-demm tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Problemi komuni tad-dijabete

A.Ipogliċemija

Ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) ifisser li ma hemmx biżżejjed zokkor fid-demm. Din tista' tkun ikkawżata jekk:

tieħu wisq Humalog BASAL jew insulina oħra;

ma tikolx jew tiekol tard jew jekk tbiddel id-dieta tiegħek;

tagħmel wisq eżerċizzju jew taħdem iż-żejjed eżatt qabel jew wara ikla;

għandek infezzjoni jew mard (speċjalment dijarrea jew remettar);

hemm bidla fil-bżonn tiegħek ta' l-insulina; jew

għandek problemi bil-kliewi jew bil-fwied li qed isiru agħar

L-alkoħol u xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek.

L-ewwel sintomi ta' ipogliċemija ssoltu jiġru malajr u jinkludu dawn li ġejjin:

għeja

taħbit mgħaġġel tal-qalb

nervożità jew rogħda

tħossok imdardar

uġigħ ta' ras

għeriq kiesaħ

Meta ma tkunx konfidenti li taf tagħraf is-sintomi ta' twissija, evita sitwazzjonijiet, eż. li ssuq karozza, li tista' tpoġġi lilek jew lil oħrajn f'riskju minħabba ipogliċemija.

B.Ipergliċemija u l-ketoaċidożi dijabetika

Ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ifisser li ġismek m'għandux biżżejjed insulina. L-ipergliċemija tista’ tiġi minħabba:

li ma tiħux Humalog tiegħek jew insulina oħra;

li qed tieħu anqas insulina milli jgħidlek it-tabib tiegħek;

li tiekol ħafna aktar milli tippermettilek id-dieta tiegħek; jew

deni, infezzjoni jew stress emozzjonali.

L-ipergliċemija tista' twassal għall-ketoaċidożi dijabetika. L-ewwel sintomi jiġu bil-mod f'medda ta' ħafna sigħat jew jiem. Is-sintomi jinkludu li ġejjin:

tħossok bi ngħas

bla aptit

ħmura fil-wiċċ

rieħa ħelwa fin-nifs

għatx

tħossok imdardar jew tirremetti

Sintomi qawwija huma nifs qawwi u polz mgħaġġel. Ġib għajnuna medika minnufih.

C.Mard

Jekk int ma tiflaħx, speċjalment jekk qed tħossok imdardar jew jekk inti mdardar, l-ammont ta' insulina li għandek bżonn tista' tinbidel. Anke meta ma tkunx qed tiekol normalment, xorta ikollok bżonn l-insulina. Eżamina l-awrina jew id-demm tiegħek, segwi 'r-regoli tiegħek ta' meta tkun ma tiflaħx', u għid lit-tabib tiegħek.

5.Kif taħżen Humalog BASAL KwikPen

Qabel ma tużaha l-ewwel darba aħżen il-Humalog BASAL KwikPen tiegħek fi friġġ (2°C-8°C). Tagħmiliex fil-friża.

Żomm il-Humalog BASAL KwikPen li ħa tuża f'temperatura ambjentali ta' ġewwa (15°C - 30°C) u armiha wara 21 ġurnata.Tħallihiex ħdejn is-sħana jew fix-xemx. Il-KwikPen li qiegħda tintuża m’għandhiex tinżamm fil-friġġ. Il-KwikPen m’għandhiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

Żommha fejn ma tintlaħaqx u ma tidhirx mit-tfal.

Tużax Humalog BASAL KwikPen wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tużax Humalog BASAL KwikPen jekk jekk hemm materjal miġbur jew jekk partiċelli iebsa u bojod jeħlu mal-qiegħ jew mal-ġenb ta’ l-iskartoċċ, u jidher qiesu ġelu. Iċċekkja kull darba li tinjetta lilek innifsek.

Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fiha Humalog BASAL 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għall-injezzjoni

-Is-sustanza attiva hi insulin lispro. L-insulina lispro hija magħmula fil-laboratorju bi proċess ta' ‘teknoloġija rikombinanti mid-DNA’. Hija forma mibdula ta' insulina umana u għalhekk hija differenti minn insulini oħra umani jew insulina mill-annimali. L-insulina lispro hija relatata mill-viċin għal insulina umana li huwa ormon naturali magħmul mill-frixa.

-Is-sustanzi l-oħra huma protamine sulphate, m-cresol, phenol, glycerol, dibasic sodium

phosphate 7 H2O, zinc oxide u ilma għall-injezzjoni. Sodium hydroxide jew hydrochloric acid setgħu ġew użati biex tkun aġġustata l-aċidità.

Kif jidher Humalog BASAL 100 unità/ml KwikPen suspensjoni għall-injezzjoni u l-kontenuti tal- pakkett:

Humalog BASAL 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għall-injezzjoni, hu suspensjoni abjad u sterili u fih 100 unità ta’ insulin lispro f’kull millilitru (100 unità/ml) suspensjoni għal injezzjoni. L-insulin lispro f’Humalog BASAL huwa f’suspensjoni flimkien ma’ protamine sulphate. Kull Humalog BASAL KwikPen fiha 300 unità (3 millilitri). Il-Humalog BASAL KwikPen tiġi f’pakketti ta’ 5 pinen mimlijin għal-lest jew f’pakkett multiplu ta’ 2 x 5 pinen mimlijin għal-lest. Jista’ jkun li mhux il- pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali. Il-Humalog BASAL fil-KwikPen tiegħek hi l-istess bħall-Humalog BASAL li jiġi fl-iskrataċ separati ta’ Humalog BASAL. Il-KwikPen għandha sempliċiment mibnija ġo fiha skartoċċ. Meta l-KwikPen hija vojta ma tistax terġa’ tużaha.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

Il-Humalog BASAL 100 unità/ml KwikPen, suspensjoni għall-injezzjoni huwa manifatturat minn:

Lilly France S.A.S., Rue du Colonel Lilly, 67640 Fegersheim, Franza.

Il-liċenzja tal-prodott hija ta' Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L- Olanda.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 6000

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges. m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France S.A.S.

Lilly Portugal - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0) 1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

 

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +371 67364000

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

MANWAL GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU

Jekk jogħġbok ara l-kitba tal-manwal aktar ’il quddiem.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

MANWAL GĦALL-UTENT

Pinna KwikPen mimlija għal-lest bl-insulina 100 unità/ml

JEKK JOGĦĠBOK AQRA DAN IL-MANWAL GĦALL-UTENT QABEL L-UŻU

Aqra l-Manwal għall-Utent qabel tibda tieħu l-insulina tiegħek u kull darba li ġġib KwikPen oħra. Jista’ jkun hemm informazzjoni ġdida. Din l-informazzjoni ma tiħux post li inti titkellem mal- professjonist tiegħek tal-kura tas-saħħa dwar il-kundizzjoni medika tiegħek jew it-trattament tiegħek.

KwikPen (“Pinna”) hija pinna mimlija għal-lest li tintrema wara li tintuża u li fiha 3 ml (300 unità, 100 unità/ml) ta’ insulina. Inti tista’ tagħti lilek innifsek ħafna dożi bl-użu ta’ Pinna waħda. Il-Pinna

tisselezzjona unità waħda kull darba. Inti tista’ tinjetta minn unità waħda sa 60 unità f’injezzjoni waħda.

Jekk id-doża tiegħek hija iżjed minn 60 unità, inti jkollok bżonn tagħti lilek innifsek iżjed minn injezzjoni waħda. Il-planġer jiċċaqlaq ftit biss ma’ kull injezzjoni u jista’ jkun li inti ma tinnutax li jiċċaqlaq. Il-planġer jilħaq it-tarf tal-iskartoċċ biss meta inti tkun użajt it-300 unità kollha fil-Pinna.

Issellifx il-pinna lil persuni oħra, anke jekk tkun inbidlet il-labra. Terġax tuża labar użati jew issellef il-labar tiegħek lil persuni oħra. Inti tista’ tagħtihom infezzjoni jew inti tista’ tieħu infezzjoni mingħandhom.

Din il-Pinna mhijiex irrakkomandata biex tintuża minn persuni li tilfu d-dawl jew li huma neqsin mill- vista mingħajr l-għajnuna ta’ xi ħadd imħarreġ kif juża l-Pinna.

Partijiet tal-KwikPen

Klipp tal-Għatu

Kontenitur tal-Iskartoċċ

Tikketta

Indikatur tad-Doża

Buttuna tad-

Doża

Għatu

Siġill

Planġer

Korp

Tieqa tad-

tal-

tal-

 

tal-

Doża

Pinna

Lastku

 

Pinna

 

Partijiet tal-Labra tal-Pinna

(Il-Labar Mhumiex Inklużi)

Tikketta tal-Karti

Protezzjoni ta’

Protezzjoni ta’

Labra

Barra tal-Labra

Ġewwa tal-

 

 

Labra

 

Kif tagħraf il-KwikPen tiegħek:

 

Humalog

Humalog

Humalog

Humalog

 

Mix25

Mix50

Basal

 

 

 

Soluzzjoni

Suspensjoni

Suspensjoni

Suspensjoni

 

 

(insulina imdardra)

(insulina

(insulina imdardra)

 

 

 

imdardra)

 

Kulur tal-pinna:

Blu

Blu

Blu

Blu

 

 

 

 

 

Buttuna tad-

 

 

 

 

Doża:

Burgundy

Safra

Ħamra

Ħadra

 

 

 

 

 

Tikketti:

Bajda b’Biċċa Kulur

Bajda b’Biċċa Kulur

Bajda b’Biċċa

Bajda b’Biċċa Kulur

 

Burgundy

Isfar

Kulur

Aħdar

 

 

 

Aħmar

 

Affarijiet meħtieġa biex tagħti l-injezzjoni tiegħek:

KwikPen li fiha l-insulina tiegħek

Labra li taqbel mal-KwikPen (huma rrakkomandati Labar BD [Becton, Dickinson and Company] għall-Pinna)

Imselħa bl-alkoħol

Il-labar u l-imselħa bl-alkoħol mhumiex inklużi.

Kif tipprepara l-Pinna tiegħek

Aħsel idejk bis-sapun u l-ilma.

Iċċekkja l-Pinna biex taċċerta ruħek li qed tieħu t-tip ta’ insulin t-tajba. Dan huwa importanti b’mod speċjali jekk inti tuża aktar minn insulina waħda.

Tużax il-Pinna tiegħek wara d-data ta’ meta tiskadi li hemm stampata fuq it-Tikketta. Wara li tibda’ tuża l-Pinna, armi l-Pinna tiegħek wara li jgħaddi ż-żmien ta’ kemm tista’ ddum tintuża speċifikat fil-Fuljett ta’ Tagħrif.

Dejjem uża Labra ġdida għal kull injezzjoni biex tilqa’ kontra infezzjonijiet u Labar misdudin.

Pass 1:

Iġbed l-Għatu tal-Pinna dritt ’il barra.

Taqlax it-Tikketta tal-Pinna.

Imsaħ is-Siġill tal-Lastku bl-imselħa bl-alkoħol.

Pass 2:

(Għal suspensjonijiet ta’ HUMALOG insulini mdardra biss)

Bil-mod irrombla l-Pinna 10 darbiet.

U

Aqleb il-Pinna ta’ taħt fuq 10 darbiet.

It-taħlit huwa importanti biex taċċerta ruħek li inti tieħu d-doża t-tajba.

L-insulina għandha tidher imħallta kollha l-istess.

Pass 3:

Iċċekkja d-dehra tal-insulina.

Is-soluzzjoni HUMALOG għandha tidher ċara u bla kulur. Tużahiex jekk tkun imdardra, ikkulurita, jew ikollha frak jew ċapep ġo fiha.

Is-suspensjonijiet HUMALOG – insulini mdardrin – għandhom jidhru bojod wara li jitħalltu. Tużahiex jekk tidher ċara jew ikun fiha ċapep jew frak.

Pass 4:

Agħżel labra Ġdida.

Aqla’ it-Tikketta tal-Karti billi tiġbidha minn mal-Protezzjoni ta’ Barra tal-Labra.

Pass 5:

Imbotta l-Labra li għadha bl-għatu dirett ġol-Pinna u dawwar il-Labra sakemm tissikka.

Pass 6:

Aqla’ l-Protezzjoni ta’ Barra tal-Labra. Tarmihiex.

Aqla’ l-Protezzjoni ta’ Ġewwa tal-Labra u armiha.

Kif tikkarga l-Pinna tiegħek

Ikkarga qabel kull injezzjoni.

L-ikkargar tal-Pinna tiegħek ifisser li tneħħi l-arja li tista’ tinġabar fil-Labra u fl-iSkartoċċ waqt l-użu normali u tiżgura li l-Pinna qiegħda taħdem sew.

Jekk ma tikkargax qabel kull injezzjoni, inti tista’ tieħu żżejjed jew ftit wisq insulina.

Pass 7:

Biex tikkarga l-Pinna tiegħek, dawwar il-Buttuna tad-Doża biex tagħżel 2 unitajiet.

Pass 8:

Żomm il-Pinna tiegħek bil-Labra tħares ’il fuq. Tektek bil-mod il-Kontenitur tal-iSkartoċċ biex tiġbor il-bżieżaq tal-arja n-naħa ta’ fuq

Pass 9:

Kompli żomm il-Pinna bil-Labra tħares ’il fuq. Agħfas il-Buttuna tad-Doża sakemm teħel, u jidher “0” fit-Tieqa tad-Doża. Żomm il-Buttuna tad-Doża ’l ġewwa u għodd sal-5 bil-mod.

Inti għandek tara l-insulina fit-tarf tal-Labra.

Jekk inti ma tarax insulina, irrepeti l- passi tal-ikkargar iżda għal mhux aktar minn 4 darbiet.

Jekk tibqa’ ma tarax insulina, biddel il- Labra u rrepeti l-passi tal-ikkargar.

Bżieżaq żgħar tal-arja huma normali u ma jaffettwawlekx id-doża.

Kif tagħżel id-doża tiegħek

Tista’ tagħti minn unità waħda sa 60 unità f’injezzjoni waħda.

Jekk id-doża tiegħek hija iżjed minn 60 unità, inti jkollok bżonn tieħu iżjed minn injezzjoni waħda.

Jekk għandek bżonn l-għajnuna sabiex tiddeċiedi kif għandek taqsam id-doża tiegħek, staqsi lill-professjonist tiegħek tal-kura tas-saħħa.

Għandek tuża Labra ġdida għal kull injezzjoni u tirrepeti l-pass tal-ikkargar.

Pass 10:

Dawwar il-Buttuna tad-Doża biex tagħżel in-numru ta’ unitajiet li inti teħtieġ tinjetta. L-Indikatur tad-Doża għandu jiġi bi dritt id-doża tiegħek.

Il-Pinna tisselezzjona unità waħda kull darba.

Il-Buttuna tad-Doża tfaqqa’ kull darba li ddawarha.

TISSELEZZJONAX id-doża tiegħek billi tgħodd in-numru ta’ tifqigħat minħabba li tista’ tisselezzjona d-doża l-ħażina.

Id-doża tista’ tiġi kkoreġuta billi l-Buttuna tad-Doża ddawarha fi kwalunkwe direzzjoni sakemm id-doża korretta tiġi bi dritt l-Indikatur tad-Doża.

In-numri biż-żewġ huma stampati fuq il-wiċċ li jdur tal- pinna.

In-numri bil-fard, wara n- numru 1, jintwerew bħala linji sħaħ.

Dejjem iċċekkja n-numru fit-Tieqa tad-Doża sabiex taċċerta ruħek li sselezzjonajt id-doża korretta.

(Eżempju: qed jintwerew

12-il unità fit-Tieqa tad-Doża)

(Eżempju: qed jintwerew 25 unità fit-Tieqa tad-Doża)

Il-Pinna ma tħallikx tisselezzjona aktar min-numru ta’ unitajiet li jkun għad fadal fil-Pinna.

Jekk ikollok bżonn li tinjetta aktar min-numru ta’ unitajiet li jkun għad fadal fil-Pinna, inti tista’ jew:

tinjetta l-ammont li jkun għad fadal fil-Pinna imbagħad tuża Pinna ġdida biex tagħti l-bqija tad-doża tiegħek, jew

iġġib Pinna ġdida u tinjetta d-doża kollha.

Huwa normali li tara ammont żgħir ta’ insulina li tibqa’ fil-Pinna u li inti ma tkunx tista’ tinjetta.

Kif tagħti l-injezzjoni tiegħek

Injetta l-insulina tiegħek kif uriek il-professjonist tiegħek tal-kura tas-saħħa.

Ibdel il-post tal-injezzjoni tiegħek għal kull injezzjoni.

Tippruvax tibdel id-doża tiegħek waqt li tkun qed tinjetta.

Pass 11:

Agħżel is-sit tal-injezzjoni tiegħek.

L-insulina tiegħek tiġi injettata taħt il-

ġilda fiż-żona tal-istonku, fil-warrani, fin-naħa ta’ fuq tar-riġlejn jew fin-naħa ta’ fuq tad-dirgħajn tiegħek.

Imsaħ il-ġilda tiegħek b’imselħa mxarrba bl-alkoħol, u ħalli l-post tal- injezzjoni jinxef qabel ma tinjetta d- doża tiegħek.

Pass 12:

Daħħal il-Labra fil-ġilda tiegħek.

Agħfas il-Buttuna tad-Doża kollha kemm hi ’l ġewwa.

Kompli żomm il-Buttuna

tad-Doża magħfusa ’l

ġewwa u bil-mod għodd 5 sek sal-5 qabel ma toħroġ il-

Labra.

Tippruvax tinjetta l-insulina tiegħek billi ddawwar il-Buttuna tad-Doża. MINTIX se tirċievi l-insulina billi ddawwar il-Buttuna tad- Doża.

Pass 13:

Iġbed il-Labra ’l barra minn ġol-ġilda tiegħek.

Qatra insulina fit-tarf tal-Labra hija normali. Hija mhijiex se taffettwalek id-doża.

Iċċekkja n-numru fit-Tieqa tad-Doża

Jekk tara “0” fit-Tieqa tad-Doża, inti tkun irċivejt l-ammont kollu li tkun isselezzjonajt.

Jekk ma tarax “0” fit-Tieqa tad- Doża, terġax tisselezzjona mill-

ġdid. Daħħal il-labra fil-ġilda u spiċċa l-injezzjoni.

Jekk xorta taħseb li inti ma rċivejtx l-ammont kollu li inti sselezzjonajt għall-injezzjoni tiegħek, terġax tibda mill-bidu u tirrepetix dik l-inezzjoni.

Iċċekkja z-zokkor fid-demm tiegħek kif spjegat mill- professjonist tiegħek tal-kura tas-

saħħa.

Jekk is-soltu inti jkollok bżonn tagħti żewġ injezzjonijiet għad- doża sħiħa tiegħek, aċċerta ruħek li tagħti t-tieni injezzjoni.

Il-planġer jiċċaqlaq ftit biss ma’ kull injezzjoni u jista’ jkun li inti ma tinnutax li jiċċaqlaq.

Jekk tara d-demm wara li inti tkun ġbidt il- Labra ’l barra minn ġol-ġilda tiegħek, agħfas il-post tal-injezzjoni b’mod ħafif b’biċċa garża jew imselħa mxarrba bl-alkoħol. Togħorokx iż-żona.

Wara l-injezzjoni tiegħek

Pass 14:

B’attenzjoni poġġi lura l-Protezzjoni ta’ Barra tal-Labra.

Pass 15:

Ħoll il-Labra mgħottija u armiha kif deskritt hawn taħt (ara s-sezzjoni Kif tarmi l-Pinen u l-Labar).

Taħżinx il-Pinna bil-Labra mwaħħla magħha biex tevita li tqattar, li l-Labra tistadd, u li tidħol l-arja fil-Pinna.

Pass 16:

Poġġi lura l-Għatu tal-Pinna billi ġġib il- Klipp tal-Għatu bi dritt l-Indikatur tad-

Doża u timbotta dritt ’il ġewwa.

Kif tarmi l-Pinen u l-Labar

Poġġi l-Labar użati f’kontenitur għal oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta jew f’kontenitur ta’ plastik iebes b’għatu sikur. Tarmix il-labar direttament fl-iskart domestiku tiegħek.

Il-Pinna użata tista’ tintrema fl-iskart domestiku tiegħek wara li tkun neħħejt il-Labra.

Tirriċiklax il-kontenitur għal oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta meta jimtela.

Staqsi lill-professjonist tiegħek tal-kura tas-saħħa dwar l-għażliet biex tarmi kif suppost il- kontenitur għal oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta.

L-istruzzjonijiet dwar l-immaniġġjar tal-labar mhumiex maħsuba li jieħdu post ir-regoli lokali, tal-professjonisti fil-kura tas-saħħa jew istituzzjonali.

Kif taħżen il-Pinna tiegħek

Pinen mhux użati

Aħżen pinen mhux użati f’temperatura tal-friġġ 2°C sa 8°C.

Tiffriżax l-insulina tiegħek. Tużahiex jekk tkun ġiet iffriżata.

Pinen mhux użati jistgħu jintużaw sad-data ta’ meta jiskadu stampata fuq it-Tikketta, jekk il- Pinna tkun inżammet fil-friġġ.

Il-Pinna waqt l-użu

Aħżen il-Pinna li qed tuża bħalissa f’temperatura ambjentali sa 30 °C u ’l bogħod mis-sħana u mid-dawl.

Armi l-Pinna li inti qed tuża wara ż-żmien speċifikat fil-Fuljett ta’ Tagħrif, anke jekk ikun għad fadal fiha l-insulina.

Tagħrif ġenerali dwar l-użu sikur u effettiv tal-Pinna tiegħek

Żomm il-Pinna u l-Labar tiegħek fejn ma jidhrux u ma jintlaħqux mit-tfal.

Tużax il-Pinna tiegħek jekk xi parti tidher imkissra jew ikollha xi ħsara.

Dejjem ġorr Pinna żejda f’każ li tiegħek tintilef jew jiġrilha xi ħsara.

Kif tagħraf u ssolvi xi problemi fil-Pinna

Jekk ma tkunx tista’ tneħħi l-Għatu tal-Pinna, dawwar bil-mod l-għatu ’l quddiem u lura, imbagħad iġbdu dritt ’il barra.

Jekk il-Buttuna tad-Doża hija iebsa biex tagħfasha:

Li tagħfas il-Buttuna tad-Doża aktar bil-mod se jagħmilha aktar faċli biex tieħu l- injezzjoni.

Il-Labra tiegħek tista’ tkun imblukkata. Poġġi Labra ġdida u kkarga l-Pinna.

Inti jista’ jkollok trab, ikel jew likwidu ġol-Pinna. Armi l-Pinna u ġib Pinna ġdida.

Jekk għandek xi mistoqsijiet jew problemi bil-KwikPen tiegħek, ikkuntattja l-professjonist tiegħek tal- kura tas-saħħa għall-għajnuna jew ikkuntattja r-rappreżentant lokali ta’ Lilly.

Data ta’ Reviżjoni tad-Dokument:

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Humalog 200 unità/ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest insulina lispro

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Humalog 200 unità/ml KwikPen u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog 200 unità/ml KwikPen

3.Kif għandek tuża Humalog 200 unità/ml KwikPen

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Humalog 200 unità/ml KwikPen

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Humalog 200 unità/ml KwikPen u għalxiex jintuża

Humalog 200 unità/ml KwikPen huwa użat biex tiġi trattata d-dijabete. Humalog jaħdem aktar malajr minn insulina umana normali għax l-insulina lispro ġiet mibdula ftit meta mqabbla mal-insulina umana. L-insulina lispro hija relatata mill-viċin mal-insulina umana li hija ormon naturali magħmul mill-frixa.

Ikollok id-dijabete jekk il-frixa tiegħek ma tagħmilx biżżejjed insulina biex tikkontrolla l-livell tal- glukożju fid-demm tiegħek. Humalog huwa sostitwent għall-insulina tiegħek u huwa użat biex jikkontrolla l-glukożju fuq medda twila ta’ żmien. Jaħdem malajr ħafna u jdum għal anqas ħin mill- insulina li tinħall (2 sa 5 sigħat). Normalment għandek tuża Humalog 15-il minuta qabel ikla.

It-tabib tiegħek jista' jgħidlek biex tuża Humalog 200 unità/ml KwikPen kif ukoll insulina li ddum taħdem għal ħin itwal. Kull tip t' insulina tiġi ma' fuljett ta' tagħrif ieħor għall-pazjenti biex jigħidlek fuqha. Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib tiegħek.

Humalog 200 unità/ml KwikPen għandu jinżamm għall-kura ta’ pazjenti bid-dijabete li jkollhom bżonn dożi ta’ iżjed minn 20 unità kuljum ta’ insulina li taħdem b’mod malajr.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Humalog 200 unità/ml KwikPen

TUŻAX Humalog 200 unità/ml KwikPen

-jekk inti allerġiku għal insulina lispro jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

-jekk taħseb li ġejja xi ipogliċemija (livell baxx ta’ zokkor fid-demm). Iktar ’il quddiem fil-fuljett se jkollok spjegat kif tista’ tieħu kura ta’ ipogliċemija ħafifa (ara sezzjoni 3: Jekk tuża Humalog aktar milli suppost).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Is-soluzzjoni għall-injezzjoni Humalog 200 unità/ml fil-pinna mimlija għal-lest tiegħek (il- KwikPen) għandha tiġi injettata BISS b’din il-pinna mimlija għal-lest. Tittrasferixxix l- insulina lispro mill-KwikPen Humalog 200 unità/ml tiegħek għal ġo siringa. Il-linji li hemm fuq is-siringa għall-insulina mhumiex se juruk id-doża korretta. Tista’ tikkawża doża eċċessiva severa li tikkawża livell baxx ta’ zokkor fid-demma li tista’ tqiegħed lil ħajtek f’periklu.

Tittrasferixxix l-insulina mill-KwikPen Humalog 200 unità/ml tiegħek għal xi sistema oħra tal- għoti tal-insulina bħall-pompi tal-infużjoni għall-insulina.

TĦALLATX is-soluzzjoni għall-injezzjoni Humalog 200 unità/ml fil-pinna mimlija għal-lest tiegħek (il-KwikPen) ma’ xi insulina oħra jew ma’ xi mediċina oħra. Is-soluzzjoni għall- injezzjoni Humalog 200 unità/ml m’għandhiex tiġi ddilwita.

Jekk il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek huma kkontrollati sew bit-terapija ta' l-insulina li qed tuża bħalissa, tista' ma tħossx is-sintomi ta' twissija meta jinżillek wisq iz-zokkor fid-demm. Sinjali ta' twissija huma mniżżla f’sezzjoni 4 ta’ dan il-fuljett. Għandek taħseb sew dwar meta tiekol, kemm-il darba tagħmel eżerċizzju u kemm għandek tagħmel. Għandek ukoll iżżomm osservazzjoni fuq il-livelli taz-zokkor tiegħek billi tittestja ta' spiss il-glukożju fid-demm tiegħek.

Ftit nies li kellhom ipogliċemija wara li qalbu minn insulina ta' l-annimali għal isulina umana rrapportaw li l-ewwel sintomi ta' twissija kienu anqas ovji jew differenti. Jekk spiss ikollok ipogliċemija jew jekk għandek diffikultà biex tagħrafha, jekk jogħġbok iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Jekk tirrispondi IVA għal xi mistoqsijiet li ġejjin, għid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew lill- infermier tad-dijabete

-Kont ma tiflaħx dan l-aħħar?

-Għandek xi problemi bil-kliewi jew bil-fwied?

-Qed tagħmel aktar eżerċizzju mis-soltu?

Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek, lill-ispiżjar jew l-infermier tad-dijabete jekk qed tippjana biex issiefer. Id-differenza fil-ħin bejn il-pajjiżi tista' tfisser li jkollok tieħu l-injezzjonijiet u l-ikliet f'ħinijiet differenti milli meta tkun id-dar.

Xi pazjenti, li ilhom għal tul ta’ żmien ibatu mid-dijabete mellitus tat-tip 2 u mill-mard tal-qalb jew kellhom xi attakk preċedenti ta’ puplesija u li ġew ikkurati bi pioglitazone u l-insulina, kellhom l- iżvilupp ta’ insuffiċjenza kardijaka. Għarraf lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli jekk tinduna b’xi sinjali ta’ insuffiċjenza kardijaka bħal qtugħ ta’ nifs mhux tas-soltu jew żieda ta’ malajr fil-piż jew xi nefħa lokalizzata (edima).

Mediċini oħra u Humalog 200 unità/ml KwikPen

Il-bżonnijiet tiegħek tal-insulina jistgħu jinbidlu jekk qed tieħu

il-pillola kontraċettiva,

sterojdi,

terapija biex tpatti għan-nuqqas tal-ormoni tat-tirojde,

mediċini ipogliċemiċi orali, (eż. metformin, acarbose, sustanzi sulphonylurea, pioglitazone, empagliflozin, impedituri ta’ DPP-4 bħal sitagliptin jew saxagliptine),

acetyl salicylic acid,

antibijotiċi sulpha,

analogi ta’ somatostatin (bħal octreotide, jintużaw biex jikkuraw kundizzjoni mhux komuni fejn inti tipproduċi wisq ormon ta’ tkabbir),

"stimulanti tar-riċetturi beta 2" bħal salbutamol jew terbutaline biex jikkuraw l-ażma, jew ritodrine li jintuża biex iwaqqaf ħlas bikri,

imblokkaturi tar-riċetturi beta – biex jikkuraw pressjoni għolja, jew

ċerti antidipressanti (inibituri ta’ monoamine oxidase jew inibituri selettivi tal-assorbiment mill- ġdid ta’ serotonin),

danazol (mediċina li taħdem fuq l-ovulazzjoni),

ċerti inibituri li jbiddlu l-anġjotensin (ACE), jintużaw biex jikkuraw ċerti kundizzjonijiet tal- qalb jew pressjoni għolja (per eżempju captopril, enalapril) u

mediċini speċifiċi biex jikkuraw pressjoni għolja, ħsara fil-kliewi minħabba d-dijabete u xi problemi tal-qalb (imblukkaturi tar-riċetturi ta’ anġjotensin II).

Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. (ara wkoll is-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

Humalog mal-alkoħol

Il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek jistgħu jew jogħlew jew jitbaxxew jekk inti tixrob l-alkoħol. Għalhekk l-ammont ta’ insulina meħtieġa jista’ jinbidel.

Tqala u treddigħ

Inti tqila b'tarbija jew qed taħseb biex tinqabad tqila, jew qed tredda? L-ammont tal-insulina li jkollok bżonn jaqa' waqt l-ewwel tlett xhur tat-tqala u jiżdied għal l-aħħar sitt xhur. Jekk qed tredda’, jista' jkollok bżonn tibdel l-ammont ta’ l-insulina li qed tieħu jew tibdel id-dieta.

Itlob il-parir tat-tabib.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-ħila tiegħek biex tikkonċentra u tirreaġixxi tista' tonqos jekk għandek ipogliċemija. Jekk jogħġbok żomm din il-problema f'moħħok f'kull sitwazzjoni fejn tkun tista' tpoġġi lilek innifsek jew oħrajn f'riskju (eż. sewqan ta' karozza jew tħaddim ta' magni). Għandek tikkuntatja lit-tabib tiegħek dwar is- sewqan jekk għandek:

episodji frekwenti ta' ipogliċemija

sinjali ta’ twissija mnaqqsa jew assenti meta jkollok ipogliċemija

3.Kif għandek tuża Humalog 200 unità/ml KwikPen

Dejjem eżamina l-pakkett u t-tabella tal-pinna mimlija għall-lest għall-isem u għat-tip ta' l- insulina meta ġġibu mill-ispiżerija. Kun żgur li ġġib il-Humalog 200 unità/ml KwikPen li t-tabib tiegħek qallek biex tuża.

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju. Sabiex tippreveni l-possibbiltà ta’ tixrid ta’ mard, kull pinna trid tintuża minnek biss, anki jekk il-labra tinbidel.

Humalog 200 unità/ml KwikPen huwa għal pazjenti li jieħdu iżjed minn 20 unità ta’ insulina li taħdem b’mod malajr kuljum.

Tittrasferixxix l-insulina mill-Humalog 200 unità/ml KwikPen tiegħek għal ġo siringa. Il-linji li hemm fuq is-siringa għall-insulina mhumiex se juruk id-doża korretta. Tista’ tikkawża doża eċċessiva severa li tikkawża livell baxx ta’ zokkor fid-demma li tista’ tqiegħed lil ħajtek f’periklu.

Tużax is-soluzzjoni għall-injezzjoni Humalog 200 unità/ml KwikPen f’pompa tal-infużjoni għall- insulina.

Dożaġġ

Normalment għandek tinjetta Humalog fi żmien 15-il minuta qabel ikla. Jekk ikollok bżonn, tista' tinjetta eżatt wara ikla. Imma t-tabib tiegħek ikun qallek eżatt kemm għandek tuża, meta għandek tużha, u kemm-il darba. Dawn l-istruzzjonijiet huma għalik biss. Segwihom eżatt u mur il-klinika tad-dijabete tiegħek regolarment.

Jekk tibdel it-tip ta' l-insulina li tuża (per eżempju minn insulina umana jew minn ta' l-annimali għall-prodott ta' Humalog), jista' jkun ikollok bżonn tieħu aktar jew anqas minn qabel. Dan jista' jkun biss għal l-ewwel injezzjoni jew tista' tkun bidla gradwali tul ħafna ġimgħat jew xhur.

Injetta Humalog taħt il-ġilda.

Preparazzjoni ta' Humalog 200 unità/ml KwikPen

Humalog huwa diġa maħlul fl-ilma, għalhekk m'għandekx bżonn tħalltu. Imma għandek tużah biss jekk jidher qisu ilma. Għandu jkun trasparenti, bla kulur u bla biċċiet solidi ġo fih. Eżamina dan kull darba li tinjetta ruħek.

Kif tlesti l-KwikPen għall-użu (Jekk jogħġbok ara l-manwal dwar l-użu)

L-ewwel aħsel idejk.

Aqra l-istruzzjonijiet dwar kif tuża il-pinna ta' l-insulina mimlija lesta. Jekk jogħġbok segwi l- istruzzjonijiet bir-reqqa. Hawn għandek ftit avviżi.

Uża labra nadifa. (Il-labar mhux inklużi).

Ipprajmja il-KwikPen kull darba qabel ma tużaha. B’hekk tiċċekkja li l-insulina toħroġ barra u tneħħi l-bżieżaq ta' l-arja mill-KwikPen tiegħek. Jista' jagħti l-każ li jkun għad hemm ftit bżieżaq ta' l-arja żgħar fil-pinna – dawn ma jagħmlux ħsara. Imma jekk il-bżieżaq ta' l-arja huma kbar wisq jistgħu jaffettwaw id-doża ta' l-insulina.

L-injezzjoni ta' Humalog

Qabel ma tagħmel l-injezzjoni, naddaf il-ġilda tiegħek kif ġejt mgħallem. Injetta taħt il-ġilda, kif ġejt mgħallem. Wara l-injezzjoni tiegħek, ħalli l-labra fil-ġilda għal ħames sekondi biex tkun żgur li ħadt id-doża kollha. Torokx il-parti li għadek kif injettajt. Kun żgur li tinjetta għal ta' l- anqas nofs pulzier (1 cm) 'l bogħod mill-aħħar injezzjoni u li tbiddel il-postijiet li tinjetta, kif ġejt mgħallem. Mhux importanti liema sit tuża, jew il-parti ta' fuq tad-driegħ, il-koxxa, il- warrani jew fiż-żaqq, l-injezzjoni ta' Humalog xorta taħdem aktar malajr minn insulina umana li tinħall.

Tinjettax is-soluzzjoni għall-injezzjoni Humalog 200 unità/ml KwikPen direttament ġo vina.

Wara l-injezzjoni

Eżatt kif tkun hadt l-injezzjoni, neħħi l-labra mill-KwikPen billi tuża il-kappa ta' barra tal-labra. Dan iżomm l-insulina sterili u jipprevjeni l-ħruġ. Huwa jwaqqaf ukoll l-arja milli terġa tidħol lura ġol-pinna u milli tibblokka l-labra. Tagħtix is-siringi u l-labar tiegħek lil xi ħadd ieħor.

Tagħtix il-pinna tiegħek lil xi ħadd ieħor. Poġġi il-kappa lura fuq il-pinna.

Aktar injezzjonijiet

Kull darba li tuża KwikPen għandek tuża labra ġdida. Qabel kull injezzjoni, neħħi l-bżieżaq ta' l-arja. Tista' tara kemm baqa insulina billi żżomm il-KwikPen bil-labra tipponta 'l fuq.

Ladarba l-KwikPen tiżvojta, terġax tużaha. Jekk jogħġbok armiha bil-galbu - l-ispiżjar tiegħek jew l-infermier tad-dijabete jgħidulek kif għandek tagħmel dan.

Jekk tuża Humalog aktar milli suppost

Jekk tuża Humalog aktar milli suppost, jista’ jkollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm. Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek. Jekk iz-zokkor fid-demm tiegħek huwa baxx (ipogliċemija ħafifa), kul il-pilloli tal-glukożju, zokkor jew ixrob xarba ħelwa. Imbagħad kul il-frott, gallettini, jew sandwiċċ, kif qallek it-tabib tiegħek u strieħ ftit. B'hekk ħafna mid-drabi jirnexxilek tirkupra minn effetti ta’ ftit ipogliċemija jew minn doża eċċessiva ħafifa ta’ insulina. Jekk tmur għal agħar u qed tieħu nifs baxx u l-ġilda tiegħek tibjad, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Injezzjoni tal-glukagon tista' tikkura zokkor baxx ħafna fid-demm. Kul il-glukożju jew zokkor wara l-injezzjoni tal-glukagon. Jekk ma jgħaddilekx bil-glukagon, ikollok tmur l-isptar. Staqsi lit-tabib tiegħek biex jgħidlek dwar il-glukagon.

Jekk tinsa tuża Humalog

Jekk tieħu inqas Humalog milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm.

Iċċekkja l-livell taz-zokkor fid demm tiegħek

Jekk l-ipogliċemija (zokkor baxx fid-demm) jew l-ipergliċemija (zokkor għoli fid-demm) ma jkunux ittrattati, huma jistgħu jkunu serji ħafna u jikkawżaw uġigħ ta' ras, dardir (nawsja), taqla’ (tirremetti), telf ta’ fluwidi (deidratazzjoni), telf mis-sensi, koma kif ukoll mewt (ara sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).

Tliet affarijiet sempliċi biex tevita ipogliċemija jew ipergliċemija huma:

Dejjem żomm pinna żejda fil-każ li titlef il-KwikPen tiegħek jew jiġrilha l-ħsara.

Dejjem żomm xi ħaġa fuqek biex turi li inti dijabetiku.

Dejjem żomm iz-zokkor fuqek.

Jekk tieqaf tuża Humalog

Jekk tieħu inqas Humalog milli għandek bżonn, jista’ jkollok livell għoli ta’ zokkor fid-demm. Tbiddilx l-insulina tiegħek sakemm ma jgħidlekx it-tabib.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Allerġija severa hija rari (tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 10,000). Is-sintomi huma dawn li ġejjin:

raxx ma' ġismek kollu

tinżillek il-pressjoni tad-demm

diffikultà fin-nifs

il-qalb tħabbat tgħaġġel

tħarħir

joħroġ l-għaraq

Jekk taħseb li inti qed ikollok din it-tip ta’ allerġija għall-insulina bi Humalog, ikkuntattja tabib minnufih.

Allerġija lokali hija komuni (tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 10). Xi persuni jkollhom ħmura, nefħa jew ħakk madwar it-titqiba tal-insulina. Dawn is-soltu jiċċaraw fi żmien ftit ġranet sa ftit ġimgħat. Jekk jiġrilek hekk, għid lit-tabib tiegħek.

Lipodistrofija (li teħxien jew titħaffer il-ġilda) mhijiex komuni (tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 100). Jekk tinnota li l-ġilda qed teħxien jew titħaffer fis-sit ta' l-injezzjoni, għid lit-tabib tiegħek.

Ġiet irrapportata l-edima (eż. nefħa fid-dirgħajn, għekiesi; żamma tal-fluwidi), speċjalment fil-bidu tat- terapija bl-insulina jew waqt tibdil fit-terapija biex jitjieb il-kontroll tal-glukożju fid-demm tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Problemi komuni tad-dijabete

Ipogliċemija

Ipogliċemija (ipogliċemija) ifisser li ma hemmx biżżejjed zokkor fid-demm. Din tista' tkun ikkawżata jekk:

tieħu wisq Humalog jew insulina oħra;

ma tikolx jew tiekol tard jew jekk tbiddel id-dieta tiegħek;

tagħmel wisq eżerċizzju jew taħdem iż-żejjed eżatt qabel jew wara ikla;

għandek infezzjoni jew mard (speċjalment dijarrea jew remettar);

hemm bidla fil-bżonn tiegħek ta' l-insulina; jew

għandek problemi bil-kliewi jew bil-fwied li qed isiru agħar.

L-alkoħol u xi mediċini jistgħu jaffettwaw il-livelli taz-zokkor fid-demm tiegħek (ara sezzjoni 2).

L-ewwel sintomi ta' ssoltu jiġru malajr u jinkludu dawn li ġejjin:

għeja

taħbit mgħaġġel tal-qalb

nervożità jew rogħda

tħossok imdardar

uġigħ ta' ras

għaraq kiesaħ

Meta ma tkunx konfidenti li taf tagħraf is-sintomi ta' twissija, evita sitwazzjonijiet bħal issuq karozza, li tista' tpoġġi lilek jew lil oħrajn f'riskju minħabba ipogliċemija.

Ipergliċemija u l-ketoaċidożi dijabetika

Ipergliċemija (wisq zokkor fid-demm) tfisser li ġismek m'għandux biżżejjed insulina. L-ipergliċemija tista’ tiġi meta:

ma tiħux Humalog tiegħek jew insulina oħra;

tieħu anqas insulina milli jgħidlek it-tabib tiegħek;

tiekol ħafna aktar milli tippermettilek id-dieta tiegħek; jew

jkollok deni, infezzjoni jew stress emozzjonali.

L-ipergliċemija tista' twassal għall-ketoaċidożi dijabetika. L-ewwel sintomi jiġu bil-mod f'medda ta' ħafna sigħat jew jiem. Is-sintomi jinkludu li ġejjin:

tħossok bi ngħas

bla aptit

ħmura fil-wiċċ

riħa ħelwa fin-nifs

għatx

tħossok imdardar jew tirremetti

Sintomi qawwija huma nifs qawwi u polz mgħaġġel. Ġib għajnuna medika minnufih.

Mard

Jekk int ma tiflaħx, speċjalment jekk qed tħossok imdardar jew jekk inti mdardar, l-ammont ta' insulina li għandek bżonn tista' tinbidel. Anke meta ma tkunx qed tiekol normalment, xorta ikollok bżonn l-insulina. Eżamina l-awrina jew id-demm tiegħek, segwi 'r-regoli tiegħek ta' meta tkun ma tiflaħx', u għid lit-tabib tiegħek.

5.Kif taħżen Humalog 200 unità/ml Kwikpen

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax Humalog 200 unità/ml KwikPen wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l- kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Qabel ma tużaha l-ewwel darba aħżen il-Humalog 200 unità/ml KwikPen tiegħek fi friġġ (2°C-8°C). Tagħmlux fil-friża.

Żomm il-Humalog 200 unità/ml KwikPen li ħa tuża f'temperatura ambjentali ta' ġewwa (15°C - 30°C) u armiha wara 28 ġurnata.Tħallihiex ħdejn is-sħana jew fix-xemx. Il-KwikPen li qiegħda tintuża m’għandhiex tinżamm fil-friġġ. Il-KwikPen m’għandhiex tinħażen bil-labra mwaħħla.

Tużax il-Humalog 200 unità/ml KwikPen jekk is-soluzzjoni għandha xi kulur jew jidhru xi frak. Għandek tużaha biss jekk tidher qisha ilma. Din il-ħaġa għamilha kull darba li se tinjetta lilek innifsek.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Humalog 200 unità/ml KwikPen soluzzjoni għal injezzjoni

-Is-sustanza attiva hi insulina lispro. Kull ml ta’ soluzzjoni fih 200 unità (U) ta’ insulina lispro. Kull pinna mimlija għal-lest (3 ml) fiha 600 unità (U) ta’ insulina lispro.

-Is-sustanzi l-oħra huma metacresol, glycerol, trometamol, zinc oxide u ilma għall-injezzjoni.

Sodium hydroxide jew hydrochloric acid setgħu ġew użati biex tkun aġġustata l-aċidità.

Kif jidher Humalog 200 unità/ml KwikPen u l-kontenuti tal-pakkett

Humalog 200 unità/ml KwikPen, soluzzjoni għal injezzjoni, huwa soluzzjoni akweja, bla kulur, ċara u sterili u fih 200 unità ta’ insulin lispro f’kull millilitru (200 unità/ml) ta’ soluzzjoni għal injezzjoni. Kull Humalog 200 unità/ml KwikPen fiha 600 unità (3 millilitri). Il-Humalog 200 unità/ml KwikPen

tiġi f’pakkett ta’ 1, 2 jew 5 pinen mimlijin għal-lest jew f’pakketti multipli ta’ 2 x 5 pinen mimlijin għal-lest. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq. Il-KwikPen għandha sempliċiment mibni ġo fiha skartoċċ. Meta l-pinna mimlija għal-lest hija vojta ma tistax terġa’ tużaha.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Eli Lilly Nederland B.V., Papendorpseweg 83, 3528 BJ Utrecht, L-Olanda.

Manifattur

Lilly France S.A.S., Rue du Colonel Lilly, 67640 Fegersheim, Franza.

Eli Lilly Italia S.p.A., Via Gramsci 731-733, 50019 Sesto Fiorentino, (FI) L-Italja.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

Eli Lilly Holdings Limited atstovybė

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Tel. +370 (5) 2649600

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП "Ели Лили Недерланд" Б.В. - България

Eli Lilly Benelux S.A./N.V.

тел. + 359 2 491 41 40

Tél/Tel: + 32-(0)2 548 84 84

Česká republika

Magyarország

ELI LILLY ČR, s.r.o.

Lilly Hungária Kft.

Tel: + 420 234 664 111

Tel: + 36 1 328 5100

Danmark

Malta

Eli Lilly Danmark A/S

Charles de Giorgio Ltd.

Tlf: +45 45 26 6000

Tel: + 356 25600 500

Deutschland

Nederland

Lilly Deutschland GmbH

Eli Lilly Nederland B.V.

Tel. + 49-(0) 6172 273 2222

Tel: + 31-(0) 30 60 25 800

Eesti

Norge

Eli Lilly Holdings Limited Eesti filiaal

Eli Lilly Norge A.S.

Tel: +372 6817 280

Tlf: + 47 22 88 18 00

Ελλάδα

Österreich

ΦΑΡΜΑΣΕΡΒ-ΛΙΛΛΥ Α.Ε.Β.Ε.

Eli Lilly Ges. m.b.H.

Τηλ: +30 210 629 4600

Tel: + 43-(0) 1 711 780

España

Polska

Lilly S.A.

Eli Lilly Polska Sp. z o.o.

Tel: + 34-91 663 50 00

Tel: +48 22 440 33 00

France

Portugal

Lilly France S.A.S.

Lilly Portugal - Produtos Farmacêuticos, Lda

Tél: +33-(0) 1 55 49 34 34

Tel: + 351-21-4126600

Hrvatska

România

Eli Lilly Hrvatska d.o.o.

Eli Lilly România S.R.L.

Tel: +385 1 2350 999

Tel: + 40 21 4023000

Ireland

Slovenija

Eli Lilly and Company (Ireland) Limited

Eli Lilly farmacevtska družba, d.o.o.

Tel: + 353-(0) 1 661 4377

Tel: +386 (0) 1 580 00 10

Ísland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Eli Lilly Slovakia, s.r.o.

Sími + 354 540 8000

Tel: + 421 220 663 111

Italia

Suomi/Finland

Eli Lilly Italia S.p.A.

Oy Eli Lilly Finland Ab

Tel: + 39- 055 42571

Puh/Tel: + 358-(0) 9 85 45 250

Κύπρος

Sverige

Phadisco Ltd

Eli Lilly Sweden AB

Τηλ: +357 22 715000

Tel: + 46-(0) 8 7378800

Latvija

United Kingdom

Eli Lilly Holdings Limited pārstāvniecība Latvijā

Eli Lilly and Company Limited

Tel: +371 67364000

Tel: + 44-(0) 1256 315000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

MANWAL GĦALL-UTENT

Humalog 200 unità/ml soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest insulina lispro

JEKK JOGĦĠBOK AQRA DAN IL-MANWAL GĦALL-UTENT QABEL

L-UŻU

UŻA BISS F’DIN IL-PINNA GĦAX INKELLA

TISTA’ TIRRIŻULTA F’DOŻA EĊĊESSIVA SEVERA

Aqra l-Manwal għall-Utent qabel tibda tieħu s-soluzzjoni għall-injezzjoni Humalog 200 unità/ml KwikPen u kull darba li ġġib Humalog 200 unità/ml KwikPen oħra. Jista’ jkun hemm informazzjoni ġdida. Din l-informazzjoni ma tiħux post li inti titkellem mal-professjonist tiegħek fil-qasam tal-kura tas-saħħa dwar il-kundizzjoni medika tiegħek jew il-kura tiegħek.

Humalog 200 unità/ml KwikPen (“Pinna”) hija pinna mimlija għal-lest li tintrema wara li tintuża u li fiha 3 mL (600 unità, 200 unità/mL) ta’ insulina lispro soluzzjoni għall-injezzjoni. Inti tista’ tagħti lilek innifsek ħafna dożi bl-użu ta’ pinna waħda. Il-pinna tisselezzjona unità waħda kull darba. Inti tista’ tinjetta minn unità waħda sa 60 unità f’injezzjoni waħda. Jekk id-doża tiegħek hija iżjed minn

60 unità, inti jkollok bżonn tagħti lilek innifsek iżjed minn injezzjoni waħda. Il-planġer jiċċaqlaq ftit biss ma’ kull injezzjoni u jista’ jkun li inti ma tinnutax li jiċċaqlaq. Il-planġer jilħaq it-tarf tal- iskartoċċ biss meta inti tkun użajt it-600 unita’ kollha fil-pinna.

Din il-pinna hija magħmula biex tħallik tagħti iżjed dożi milli b’pinen oħrajn li stajt użajt fil- passat. Isselezzjona d-doża tas-soltu tiegħek kif uriek il-professjonist fil-kura tas-saħħa tiegħek.

Humalog KwikPen issibu f’żewġ qawwijiet, 100 unità/ml u 200 unità/ml. Injetta Humalog

200 unità/ml bil-Pinna tiegħek BISS. TITTRASFERIXXIX l-insulina mill-Pinna tiegħek għal xi sistema oħra tal-għoti tal-insulina. Is-siringi u l-pompi għall-insulina ma jagħtux doża korretta ta’ 200 unità/ml ta’ insulina. Tista’ tirriżulta f’doża eċċessiva severa, li tikkawża livell baxx ħafna ta’ zokkor fid-demm li tista’ tqiegħed lil ħajtek fil-periklu.

Issellifx il-Pinna lill-persuni oħra, anke jekk tkun inbidlet il-labra. Terġax tuża labar użati jew issellef il-labar tiegħek lill-persuni oħra. Inti tista’ tagħtihom infezzjoni jew inti tista’ tieħu infezzjoni mingħandhom.

Din il-Pinna mhijiex irrakkomandata biex tintuża minn persuni li tilfu d-dawl jew li huma neqsin mill- vista mingħajr l-għajnuna ta’ xi ħadd imħarreġ kif juża l-Pinna.

 

 

Partijiet tal-KwikPen

 

 

 

Għatu tal-

Kontenitur tal-

Tikketta

Indikatur tad-

Pinna

iSkartoċċ

 

 

Doża

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

UŻA BISS F’DIN IL-PINNA GĦAX INKELLA TISTA’

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Klipp

 

 

TIRRIŻULTA F’DOŻA EĊĊESSIVA SEVERA

 

 

 

Buttun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tieqa tad-

a tad-

 

 

 

 

 

 

tal-

 

Siġill tal-Lastku

Planġer

Korp tal-

Doża

 

Doża

Għatu

 

 

 

 

Pinna

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Partijiet tal-Labra tal-Pinna

 

 

Buttuna tad-Doża

 

 

 

(Labar Mhux Inklużi)

 

 

b’ċirku burgundy

 

 

Labra

Protezzjoni ta’

Protezzjoni

Tikketta

Barra tal-Labra

ta’ Ġewwa

tal-Karti

 

tal-Labra

 

Kif tagħraf il-Humalog 200 unità/ml KwikPen tiegħek:

-

Kulur tal-pinna:

Griż skur

-

Buttuna tad-Doża:

Griża skura b’ċirku burgundy fit-tarf

-

Tikketti:

Burgundy, “200units/ml” fil-kaxxa s-safra

 

 

Twissija bl-isfar fuq il-kontenitur tal-iskartoċċ

Affarijiet meħtieġa biex tagħti l-injezzjoni tiegħek:

Humalog 200 unità/ml KwikPen

Labra li taqbel mal-KwikPen (huma rrakkomandati Labar BD [Becton, Dickinson and Company] għall-Pinna)

Imselħa bl-alkoħol

Il-labar u l-imselħa bl-alkoħol mhumiex inklużi.

Kif tipprepara l-Pinna tiegħek

Aħsel idejk bis-sapun u l-ilma.

Iċċekkja l-Pinna biex taċċerta ruħek li qed tieħu t-tip ta’ insulin t-tajba. Dan huwa importanti b’mod speċjali jekk inti tuża aktar minn insulina waħda.

Tużax il-Pinna tiegħek wara d-data ta’ meta tiskadi li hemm stampata fuq it-Tikketta jew għal aktar minn 28 jum minn meta tkun bdejt tuża l-pinna.

Dejjem uża Labra ġdida għal kull injezzjoni biex tilqa’ kontra infezzjonijiet u Labar misdudin.

Pass 1:

Iġbed l-Għatu tal-Pinna dritt ’il barra.

• Taqlax it-Tikketta tal-Pinna.

Imsaħ is-Siġill tal-Lastku bl-imselħa bl-alkoħol.

 

Humalog 200 unità/ml soluzzjoni għall-

 

injezzjoni għandu jidher ċar u bla kulur. Tużaħx

UŻA BISS F’DIN IL-PINNA GĦAX INKELLA TISTA’

jekk ikun imdardar, ikkulurit jew għandu fih xi

TIRRIŻULTA F’DOŻA EĊĊESSIVA SEVERA

frak jew ċapep.

 

Pass 2:

 

Agħżel Labra ġdida.

 

Aqla’ t-Tikketta tal-Karti minn mal-Protezzjoni

 

ta’ Barra tal-Labra.

 

 

 

Pass 3:

 

Imbotta l-Labra li għadha bl-għatu dirett ġol-

 

Pinna u dawwar il-Labra sakemm tissikka.

 

Pass 4:

Aqla’ l-Protezzjoni ta’ Barra tal-Labra.

Tarmihiex.

Aqla’ l-Protezzjoni ta’ Ġewwa tal-Labra u armiha

Żommha Armiha

Kif tikkarga l-Pinna tiegħek

Ikkarga qabel kull injezzjoni.

L-ikkargar tal-Pinna tiegħek ifisser li tneħħi l-arja li tista’ tinġabar fil-Labra u fl-iSkartoċċ waqt l- użu normali u tiżgura li l-Pinna qiegħda taħdem sew.

Jekk ma tikkargax qabel kull injezzjoni, inti tista’ tieħu żżejjed jew ftit wisq ta’ insulina.

Pass 5:

Biex tikkarga l-Pinna tiegħek, dawwar il-Buttuna tad-Doża biex tagħżel 2 unitajiet.

Pass 6:

Żomm il-Pinna tiegħek bil-Labra tħares ’il fuq.

Tektek bil-mod il-Kontenitur tal-iSkartoċċ biex tiġbor il-bżieżaq tal-arja n-naħa ta’ fuq.

Pass 7:

Kompli żomm il-Pinna bil-labra tħares ’il fuq. Agħfas il-Buttuna tad-Doża sakemm teħel, u jidher “0” fit-Tieqa tad-Doża. Żomm il-Buttuna tad-Doża ’l ġewwa u għodd sal-5 bil-mod.

Inti għandek tara l-insulina fit-tarf tal- Labra.

Jekk inti ma tarax insulina, irrepeti l-passi tal-ikkargar iżda għal mhux aktar minn 8 darbiet.

Jekk tibqa’ ma tarax insulina, biddel il-Labra u rrepeti l-passi tal-ikkargar.

Bżieżaq żgħar tal-arja huma normali u ma jaffettwawlekx id-doża.

Kif tagħżel id-doża tiegħek

Din il-pinna hija magħmula biex tagħti d-doża li tidher fit-tieqa. Isselezzjona d-doża tas-soltu tiegħek kif uriek il-professjonist fil-kura tas-saħħa tiegħek.

Tista’ tagħti minn unità waħda sa 60 unità f’injezzjoni waħda.

Jekk id-doża tiegħek hija iżjed minn 60 unità, inti jkollok bżonn tieħu iżjed minn injezzjoni waħda.

-Jekk għandek bżonn l-għajnuna sabiex tiddeċiedi kif għandek taqsam id-doża tiegħek, staqsi lill-professjonist tiegħek fil-kura tas-saħħa.

-Għandek tuża Labra ġdida għal kull injezzjoni u tirrepeti l-pass tal-ikkargar.

Pass 8:

Dawwar il-Buttuna tad-Doża biex tagħżel in- numru ta’ unitajiet li inti teħtieġ tinjetta. L- Indikatur tad-Doża għandu jiġi bi dritt id-doża tiegħek.

Il-Pinna tisselezzjona unità waħda kull darba.

Il-Buttuna tad-Doża tfaqqa’ kull darba li ddawarha.

TISSELEZZJONAX id-doża tiegħek billi tgħodd in-numru ta’ tifqigħat minħabba li tista’ tisselezzjona d-doża l-ħażina.

Id-doża tista’ tiġi kkoreġuta billi l-Buttuna tad-Doża ddawarha fi kwalunkwe direzzjoni sakemm id-doża korretta tiġi bi dritt l-Indikatur tad-Doża.

In-numri biż-żewġ huma stampati fuq il- wiċċ li jdur tal-pinna.

In-numri bil-fard, wara n-numru 1, jintwerew bħala linji sħaħ.

Dejjem iċċekkja n-numru fit-Tieqa tad-Doża sabiex taċċerta ruħek li sselezzjonajt id-doża korretta.

(Eżempju: qed jintwerew 12 unità fit-tieqa tad- doża)

(Eżempju: qed jintwerew 25 unità fit-tieqa tad- doża)

Il-Pinna ma tħallikx tisselezzjona aktar min-numru ta’ unitajiet li jkun għad fadal fil-Pinna.

Jekk ikollok bżonn li tinjetta aktar min-numru ta’ unitajiet li għad fadal fil-Pinna, inti tista’ jew:

-tinjetta l-ammont li jkun għad fadal fil-Pinna imbagħad tuża Pinna ġdida biex tagħti l- bqija tad-doża tiegħek, jew

-iġġib Pinna ġdida u tinjetta d-doża kollha.

Kif tagħti l-injezzjoni tiegħek

Injetta l-insulina tiegħek kif uriek il-professjonist fil-kura tas-saħħa tiegħek.

Ibdel il-post tal-injezzjoni tiegħek għal kull injezzjoni.

Tippruvax tibdel id-doża tiegħek waqt li tkun qed tinjetta.

Pass 9:

Agħżel is-sit tal-injezzjoni tiegħek.

Humalog 200 unità/ml, soluzzjoni għall- injezzjoni jiġi injettat taħt il-ġilda fiż-żona tal- istonku, fil-warrani, fin-naħa ta’ fuq tar-riġlejn jew fin-naħa ta’ fuq tad-dirgħajn tiegħek.

Imsaħ il-ġilda tiegħek b’imselħa mxarrba bl- alkoħol, u ħalli l-ġilda tiegħek tinxef qabel ma tagħmel l-injezzjoni tad-doża tiegħek.

Pass 10:

Daħħal il-Labra fil-ġilda tiegħek.

Agħfas il-Buttuna tad-Doża kollha kemm hi ’l

ġewwa.

Kompli żomm il-Buttuna tad-

Doża magħfusa ’l ġewwa u bil-

mod għodd sal-5 qabel ma toħroġ

5sek il-Labra.

Tippruvax tinjetta l-insulina tiegħek billi ddawwar il-Buttuna tad-Doża. MINTIX se tirċievi l-insulina billi ddawwar il-Buttuna tad- Doża.

Pass 11:

Iġbed il-Labra ’l barra minn ġol-ġilda tiegħek.

Qatra insulina fit-tarf tal-Labra hija normali. Hija mhijiex se taffettwalek id- doża.

Iċċekkja n-numru fit-Tieqa tad-Doża Jekk tara “0” fit-Tieqa tad-Doża, inti tkun irċivejt l-ammont kollu li tkun isselezzjonajt.

Jekk ma tarax “0” fit-Tieqa tad-Doża, terġax tisselezzjona mill-ġdid. Daħħal il- labra fil-ġilda u spiċċa l-injezzjoni.

Jekk xorta taħseb li inti ma rċivejtx l- ammont kollu li inti sselezzjonajt għall- injezzjoni tiegħek, terġax tibda mill-

bidu u tirrepetix dik l-inezzjoni.

Iċċekkja z-zokkor fid-demm tiegħek kif spjegat mill-professjonist tiegħek fil- kura tas-saħħa.

Il-planġer jiċċċaqlaq ftit biss ma’ kull injezzjoni u jista’ jkun li inti ma tinnutax li jiċċaqlaq.

Jekk tara d-demm wara li inti tkun ġbidt il-Labra ’l barra minn ġol-ġilda tiegħek, agħfas is-sit tal- injezzjoni b’mod ħafif b’biċċa garża jew imselħa mxarrba bl-alkoħol. Togħorokx iż-żona.

Wara l-injezzjoni tiegħek

Pass 12:

B’attenzjoni poġġi lura l-Protezzjoni ta’ Barra tal-Labra.

Pass 13:

Ħoll il-Labra mgħottija u armiha kif deskritt hawn taħt (ara s-sezzjoni Kif tarmi l-Pinen u l- Labar).

Taħżinx il-Pinna bil-Labra mwaħħla magħha biex tevita li tqattar, li l-Labra tistadd, u li tidħol l-arja fil-Pinna.

Pass 14:

Poġġi lura l-Għatu tal-Pinna billi ġġib il-Klipp tal-Għatu bi dritt l-Indikatur tad-Doża u timbotta dritt ’il ġewwa.

Kif tarmi l-Pinen u l-Labar

Poġġi l-Labar użati f’kontenitur għal oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta jew f’kontenitur ta’ plastik reżistenti b’għatu sikur. Tarmix il-labar direttament fl-iskart domestiku tiegħek.

Il-Pinna użata tista’ tintrema fl-iskart domestiku tiegħek wara li tkun neħħejt il-Labra.

Tirriċiklax il-kontenitur għal oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta meta jimtela.

Staqsi lill-professjonist fil-kura tas-saħħa tiegħek dwar l-għażliet biex tarmi kif suppost il- kontenitur għal oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta.

L-istruzzjonijiet dwar l-immaniġġjar tal-labar mhumiex maħsuba li jieħdu post ir-regoli lokali, professjonali tal-kura tas-saħħa jew istituzzjonali.

Kif taħżen il-Pinna tiegħek

Pinen mhux użati

Aħżen pinen mhux użati fil-friġġ f’temperatura bejn 2 ° C sa 8 ° C.

Tpoġġix Humalog 200 unità/mL ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni fil-friża. Tużahx jekk tkun tpoġġa fil-friża.

Pinen mhux użati jistgħu jintużaw sad-data stampata fuq it-tikketta ta’ meta jiskadu, jekk il- Pinna tkun inżammet fil-friġġ.

Il-Pinna waqt l-użu

Aħżen il-pinna li qed tuża bħalissa f’temperatura ambjentali (sa 30 °C) u ’l bogħod mis-sħana u mid-dawl.

Armi l-Pinna li inti qed tuża wara 28 jum, anke jekk ikun għad fadal fiha l-insulina.

Tagħrif ġenerali dwar l-użu sikur u effettiv tal-Pinna tiegħek

Żomm il-Pinna u l-Labar tiegħek fejn ma jidhrux u ma jintlaħqux mit-tfal.

Tużax il-Pinna tiegħek jekk xi parti tidher imkissra jew ikollha xi ħsara.

Dejjem ġorr Pinna żejda f’każ li tiegħek tintilef jew jiġrilha xi ħsara.

Kif tagħraf u ssolvi xi problemi fil-pinna

Jekk ma tkunx tista’ tneħħi l-Għatu tal-Pinna, dawwar bil-mod l-għatu ’l quddiem u lura, imbagħad iġbdu dritt ’il barra.

Jekk il-Buttuna tad-Doża hija iebsa biex tagħfasha;

-Li tagħfas il-Buttuna tad-Doża aktar bil-mod se jagħmilha aktar faċli biex tieħu l-injezzjoni.

-Il-Labra tiegħek tista’ tkun imblukkata. Poġġi Labra ġdida u kkarga l-Pinna.

-Inti jista’ jkollok trab, ikel jew likwidu ġol-Pinna. Armi l-Pinna u ġib Pinna ġdida.

Tittrasferixxix insulina mill-Pinna għal ġo siringa jew pompa tal-insulina. Tista’ tirriżulta f’doża eċċessiva severa.

Jekk għandek xi mistoqsijiet jew problemi bil-Humalog 200 unità/ml KwikPen tiegħek, ikkuntattja l- professjonist fil-kura tas-saħħa tiegħek għall-għajnuna jew ikkuntattja r-rappreżentant lokali ta’ Lilly.

Data ta’ reviżjoni tad-dokument:

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati