Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

INOmax (nitric oxide) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - R07AX

Updated on site: 17-Sep-2017

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

INOmax 400 ppm mol/mol gass li jittieħed man-nifs

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Nitric oxide (NO) 400 ppm mol/mol.

Ċilindru tal-gass ta’ 2 litri mimli f’155 bar assoluti jġib 307 litri ta’ gass taħt pressjoni ta’ 1 bar fi 15oC.

Ċilindru tal-gass ta’ 10 litri mimli f’155 bar assoluti jġib 1535 litru ta’ gass taħt pressjoni ta’ 1 bar fi 15oC.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Gass li jittieħed man-nifs

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

INOmax, flimkien ma’ appoġġ ventilatorju u sustanzi attivi oħra xierqa, huwa indikat:

għall-kura tat-trabi tat-twelid 34 ġimgħa ta’ ġestazzjoni b’kollass respiratorju ipossiku assoċjat ma’ evidenza klinika jew ekokardjografika ta’ pressjoni għolja fil-pulmun, sabiex itejjeb l-għoti ta’ ossiġnu u jnaqqas il-ħtieġa għal ossiġenazzjoni tal-membrani ekstakorporali.

bħala parti mit-trattament ta’ pressjoni pulmonari għolja waqt u wara operazzjoni f’persuni adulti u trabi tat-twelid, trabi u tfal li għadhom kif telqu jimxu, tfal u adoloxxenti, età 0-17-il sena flimkien ma’ operazzjoni tal-qalb, sabiex titnaqqas b’mod selettiv il-pressjoni fl-arterji pulmonari u jittejbu l-funzjoni u l-ossiġenazzjoni tal- ventrikolu tal-lemin.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pressjoni Pulmonari Għolja Persistenti fit -Tarbija tat-Twelid (PPHN)

Il-preskrizzjoni ta’ nitric oxide għandha tkun issorveljata minn tabib li għandu esperjenza fil - kura intensiva tat-trabi tat-twelid. Ir-riċetta għandha tkun limitata għal dawk it -taqsimiet tat- trabi tat-twelid li jkunu rċevew taħriġ adattat fl-użu ta’ sistema li tagħti n-nitric oxide. INOmax għandu jingħata skont riċetta tat-tabib tat-trabi tat-twelid.

INOmax għandu jintuża fi tfal żgħar tat-twelid li jkunu qed jiġu vventilati u li huma mistennija li jkunu jeħtieġu l-għajnuna >24 siegħa. INOmax għandu jintuża biss wara li l -għajnuna respiratorja tkun ġiet ottimizzata. Din tinkludi l-ottimizzazzjoni tal-volum/pressjonijiet tal-arja li

tidħol fil-pulmun u tal-irkupru ta’ saħħet il-pulmun (surfactant, ventilazzjoni bi frekwenza għolja, u pressjoni tan-nifs ‘il barra bi tmiem pożittiv).

Pressjoni għolja pulmonari assoċjata ma’ kirurġija tal -qalb

Il-preskrizzjoni ta’ nitric oxide għandha tiġi sorveljata minn tabib b’esperjenza f’anastesija kardjotorarċika u fil-kura intensiva. Ir-riċetta għandha tkun limitata għal dawk l -unitajiet kardjo- toraċiċi li rċevew taħriġ adegwat fl-użu ta’ sistema ta’ għoti ta’ nitric oxide. INOmax għandu jingħata biss skont riċetta ta’ anestetista jew tabib tal -kura intensiva.

Pożoloġija

Pressjoni għolja Pulmonari Persistenti fi Trabi tat -Twelid (PPHN)

Id-doża massima rakkomandata ta’ INOmax hija ta’ 20 ppm u din id-doża m’għandhiex tinqabeż. Fil-provi kliniċi pivotali, id-doża inizjali kienet ta’ 20 ppm. Tinbeda kemm jista’ jkun malajr u fi żmien 4-24 siegħa ta’ terapija, id-doża għandha tinfatam għal 5 ppm, dejjem jekk l-għoti ta’ ossiġnu arterjali jkun adegwat f’din id-doża inqas. Nitric oxide li jittieħed man-nifs għandu jinżamm f’5 ppm sakemm ma jkunx hemm titjib fl-għoti ta’ ossiġnu tat-tarbija tat-twelid b’tali mod li l-FiO2 (frazzjoni ta’ ossiġnu ispirat) < 0.60.

It-trattament jista’ jinżamm sa 96 siegħa jew sakemm id-desaturazzjoni tal-ossiġnu bażi tkun issolviet u t-tarbija tat-twelid tkun lesta biex tinfatam mit-terapija bl-INOmax. It-tul tat-terapija jvarja, iżda, normalment dan ikun inqas minn erbat ijiem. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ rispons għan- nitric oxide li jkun ittieħed man-nifs, ara sezzjoni 4.4.

Ftim

Tentattivi biex INOmaxjinfatam għandhom isiru wara li titnaqqas l -għajnuna permezz tal- ventilatur jew wara 96 siegħa ta’ terapija. Meta tkun ittieħdet id -deċiżjoni biex ma titkompliex it- terapija permezz ta’ nitric oxide li jittieħed man-nifs, id-doża għandha titnaqqas għal 1 ppm għal 30 minuta sa siegħa. Jekk ma jkunx hemm bidla fl-għoti ta’ ossiġnu waqt l-għoti ta’ INOmax

f’1 ppm, l-FiO2 għandha titnaqqas b’10%, jitwaqqaf INOmax, u t-trabi tat-twelid għandhom jiġu immonitorjati mill-qrib għal sinjali ta’ livell baxx ħafna ta’ ossiġnu fid-demm (hypoxaemia). Jekk l-għoti tal-ossiġnu jaqa’ > 20%, it-terapija b’INOmax għandha titkompla b’5 ppm u l-waqfien tat-terapija b’INOmax għandu jerġa’ jiġi kkunsidrat wara 12 sa 24 siegħa. Tfal żgħar li ma jistgħux jinfatmu minn INOmax wara 4 ijiem għandhom jgħaddu minn test work-up dijanjostiku bir-reqqa għal mard ieħor.

Pressjoni pulmonari għolja assoċjata ma’ operazzjoni tal -qalb

INOmax għandu jintuża biss wara li l-għajnuna konservattiva tkun ġiet ottimizzata. Fi provi kliniċi, INOmax ingħata flimkien ma’ reġimi standard oħra ta’ trattament fix -xenarju ta’ madwar l-operazzjoni (peri-operattiv), fosthom prodotti mediċinali inotropiċi u vażoatt ivi. INOmax għandu jingħata taħt monitoraġġ mill -qrib tal-emodinamiċi u l-ossiġenazzjoni.

Trabi tat-twelid, trabi u trabi li għadhom kif telqu jimxu, tfal u adoloxxenti, ta’ età minn 0-17-il sena

Id-doża tal-bidu ta’ nitric oxide meħud man-nifs hija 10 ppm(parti għal kull miljun) ta’ gass meħud man-nifs. Id-doża tista’ tiżdied sa 20 ppm jekk id-doża aktar baxxa ma tkunx ipprovdiett effetti kliniċi suffiċjenti. Għandha tingħata l-aktar doża baxxa effettiva u d -doża għandha titnaqqas għal 5 ppm bil-kundizzjoni li l-pressjoni tal-arterji pulmonari u l-ossiġenazzjoni sistemika tal-arterji jibqgħu adegwati f’din id-doża aktar baxxa.

Dejta klinika li tappoġġja d-doża rakkomandata fil-medda ta’ etajiet bejn 12-17-il sena hija limitata.

Adulti

Id-doża tal-bidu ta’ nitric oxide meħud man-nifs hija 20 ppm (parti għal kull miljun) ta’ gass meħud man-nifs. Id-doża tista’ tiżdied sa 40 ppm jekk id-doża aktar baxxa ma tkunx ipprovdiet effetti kliniċi suffiċjenti. Għandha tingħata l -aktar doża baxxa effettiva u d -doża għandha titnaqqas għal 5 ppm bil-kundizzjoni li l-pressjoni tal-arterji pulmonari u l-ossiġenazzjoni sistemika tal-arterji jibqgħu adegwati f’din id-doża aktar baxxa.

L-effetti ta’ nitric oxide meħud man -nifs huma tnaqqis rapidu fil-pressjoni tal-arterji pulmonari u jidher titjib fl-ossiġenazzjoni fi żmien 5-20 minuta. F’każ ta’ rispons insuffiċjenti, id-doża tista’ tiġi titrata wara minimu ta’ 10 minuti.

Għandha tingħata kunsiderazzjoni għal waqfien tal -kura jekk ebda effett fiżjoloġiku ta’ benefiċċju ma jkun apparenti wara prova ta’ 30 minuta ta’ terapija.

It-trattament jista’ jinbeda fi kwalunkwe ħin matul il-kors ta’ madwar l-operazzjoni għal pressjoni pulmonari aktar baxxa. Fil-provi kliniċi, it-trattament ħafna drabi nbeda qabel separazzjoni minn Bypass Pulmonari Kardijaku. NO li jittieħed man-nifs ġie mogħti għal perjodi sa 7 ijiem fis-sitwazzjoni peri-operattiva, iżda l-ħinijiet komuni ta’ trattament huma 24 -48 siegħa.

Ftim

It-tentattivi biex INOmax jinfatam għandhom jinbdew malli l -emodinamiċi jkunu stabbilizzaw flimkien ma’ ftim mill-ventilatur u l-appoġġ inotropiku. It -twaqqif tat-terapija bin-nitric oxide meħud man-nifs għandu jsir b’mod gradwali. Id-doża għandha titnaqqas b’mod inkrimentali għal 1 ppm għal 30 minuta b’monitoraġġ mill-qrib tal-pressjoni sistemika u ċentrali, u mbagħad tintefa.

Il-ftim għandu jiġi ppruvat mill -anqas kull 12-il siegħa meta l-pazjent ikun stabbli fuq doża baxxa ta’ INOmax.

Il-ftim malajr iżżejjed minn terapija bin-nitric oxide meħud man-nifs, iġorr ir-riskju ta’ żieda ta’ rikaduta fil-pressjoni tal-arterji pulmonari b’instabilità ċirkolatorja sussegwenti.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ INOmax fi trabi prematuri b’inqas minn 34 ġimgħa ta’ ġestazzjoni, ma ġewx determinati s'issa. Dejta disponibbli hi deskritta fis-sezzjoni fis-sezzjoni 5.1 imma l-ebda rakkomandazzjoni jew il-pożoloġija ma tista’ tingħata .

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal użu endotrakeopulmonari.

Nitric oxide jingħata lill-pazjent permezz ta’ ventilazzjoni mekkanika wara li jitħallat ma’ taħlita ta’ ossiġnu/arja bl-użu ta’ sistema approvata (immarkata-CE) li tagħti n-nitric oxide.Qabel il- bidu tal-kura, matul l-armar, agħmel żgur li l-armar tal-apparat ikun konformi mal- konċentrazzjoni tal-gass taċ-ċilindru.

Is-sistema tal-għoti għandha tipprovdi konċentrazzjoni kostanti ta’ INOmax li tittieħed man-nifs irrispettivament mill-ventilatur. B’ventilatur bi fluss kontinwu għat -trabi tat-twelid, din tista’ tinkiseb billi jinterħa fluss baxx ta’ INOmax fil-fergħa ispiratorja taċ-ċirkwit tal-ventilatur. Il- ventilazzjoni bi fluss intermittenti tat-trabi tat-twelid tista’ tkun assoċjata ma’ żidiet f’daqqa fil- konċentrazzjoni tan-nitric oxide. Is-sistema tal-għoti tan-nitric oxide għall-ventilazzjoni ta’ flus

intermittenti għandha tkun adegwata biex jiġu evitati żidiet f’daqqa fil-konċentrazzjoni ta’ nitric oxide.

Il-konċentrazzjoni ispirata ta’ INOmax għandha titkejjel b’mod kontinwu fil-fergħa ispiratorja taċ-ċirkwit ħdejn il-pazjent. Il-konċentrazzjoni ta’ nitrogen dioxide (NO2) u FiO2 għandhom jitkejlu wkoll fl-istess sit bl-użu ta’ apparat ta’ monitoraġġ ikkalibrat u approvat (immarkat -CE). Għas-sigurtà tal-pazjent, għandhom jiġu issettjati allarmi xierqa għal INOmax (± 2 ppm tad-doża preskritta), NO2 (1 ppm), u FiO2 (± 0.05). Il-pressjoni taċ-ċilindru tal-gass INOmax għandha tintwera biex iċ-ċilindru tal-gass ikun jista’ jinbidel fil-ħin mingħajr telf involontarju tat-terapija u għandu jkun hemm ċilindri tal -gass addizzjonali biex il-bidla ssir fil-ħin. It-terapija b’INOmax għandha tkun disponibbli għall-ventilazzjoni manwali bħal pereżempju rdigħ, trasport ta ’ pazjenti, u rkupru minn telfien mis-sensi.

Fil-każ li s-sistema ma taħdimx jew fil-każ li jkun hemm xi ħsara fil-plakka tal-ħajt, għandu jkun hemm batterija li tipprovdi l-kurrent u sistema ta’ nitric oxide bħala riżerva. L-apparat li jipprovdi l-kurrent għall-apparat ta’ monitoraġġ għandu jkun indipendenti mill -funzjoni tal- apparat li jforni.

F’ħafna pajjiżi, l-ogħla limitu ta’ esponiment (esponiment medja) għan-nitric oxide għall- ħaddiema definit bil-leġiżlazzjoni tal-ħaddiema huwa ta’ 25 ppm għal 8 sigħat (30 mg/m3) u l- limitu korrispondenti għall-NO2 huwa 2-3 ppm (4-6 mg/m3).

Taħriġ ta’ kif għandu jingħata

L-elementi ewlenin li għandhom ikunu koperti fit -taħriġ tal-ħaddiema tal-isptar huma kif ġej.

Armar u tqabbid tajjeb

-Tqabbid maċ-ċilindru tal-gass u maċ-ċirkwit tal-ventilatur għat-teħid ta’ nifs mill-pazjent

Tħaddim

-Minn qabel uża l-proċedura tal-lista ta’ verifika (serje ta’ passi meħtieġa immedjatament

qabel l-inizjazzjoni ta’ kull pazjent biex jiġi żgurat li s-sistema tkun qed taħdem sewwa u li s-sistema hija mnaddfa mill-NO2)

-Issettjar tal-apparat għall-konċentrazzjoni t-tajba ta’ nitric acid li trid tingħata

-Issettjar tal-monitors tal-NO, NO2 u O2 għal-limiti ta’ allarm baxxi u għoljin

-Użu tas-sistema ta’ backup ta’ għoti manwali

- Proċeduri biex iċ-ċilindri tal-gass jinbidlu u s-sistema titnaddaf kif suppost

-Allarmi f’każ li xi ħaġa ma tmurx tajjeb

-Kalibrar tal-monitor tal-NO, NO2 u O2

-Proċeduri ta’ kontroll kull xahar fuq il-prestazzjoni tas-sistema

Monitoraġġ tal-formazzjoni ta’ methaemoglobin (MetHB)

It-trabi tat-twelid u t-trabi huma magħrufin li għandhom attività mnaqqsa ta’ MetHb reductase meta mqabbla mal-adulti. Il-livell ta’ Methaemoglobin għandu jitkejjel fi żmien siegħa wara li tkun inbdiet it-terapija b’INOmax, bl-użu ta’ analizzatur li b’mod affidabbli jista’ jiddistingwi bejn haemoglobin tal-fetu u methaemoglobin. Jekk tkun > 2.5%, id-doża ta’ INOmax għandha titnaqqas u l-għoti tal-prodotti mediċinali tat-tnaqqis bħall-methylene blue jista’ jiġi ikkunsidrat. Għalkemm mhux normali li l-livell tal- methaemoglobin jiżdied b’mod sinifikanti jekk l-ewwel livell huwa baxx, huwa prudenti li jiġi ripetut il-kejl tal-methaemoglobin kull ġurnata sa jumejn.

F’persuni adulti li jkunu sejrin jagħmlu operazzjoni f’qalbhom, il-livell ta’ methaemoglobin għandu jitkejjel fi żmien siegħa mill-bidu tat-terapija b’INOmax. Jekk il-frazzjon ta’ methaemoglobin jogħla f’livell li jista’ jikkomprometti t-twassil adegwat tal-ossiġnu, id-doża ta’ INOmax għandha titnaqqas u jista’ jiġi kkunsidrat l -għoti ta’ prodotti mediċinali ta’ tnaqqis bħal methylene blue.

Monitoraġġ tal-formazzjoni ta’ nitrogen dioxide (NO2)

Immedjatament qabel l-inizjazzjoni tal-pazjent, għandha tkun applikata l-proċedura l-propja biex is-sistema titnaddaf mill-NO2. Il-konċentrazzjoni tal-NO2 għandha tinżamm baxxa kemm jista ’ jkun u dejjem < 0.5 ppm. Jekk l-NO2 ikun > 0.5 ppm, is-sistema tal-għoti għandha tiġi vvalutata għal xi ħsara, l-analizzatur tal-NO2 għandu jiġi kkalibrat mill-ġdid, u jekk possibbli l-INOmax u/jew l-FiO2 għandhom jitnaqqsu. Jekk hemm bidla mhux mistennija fil -konċentrazzjoni tal- INOmax, is-sistema tal-għoti għandha tiġi vvalutata għal xi ħsara u l-analizzatur għandu jerġa’ jiġi kkalibrat.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas -sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

It-trabi tat-twelid huma magħrufin li huma dipendenti fuq tfigħ (shunting) tad-demm mil-lemin għax-xellug, jew mix-xellug għal-lemin sinifikanti.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall -użu

Rispons mhux adegwat

Jekk ir-rispons kliniku jitqies bħala mhux adegwat f’4-6 sigħat wara li jkun inbeda INOmax, għandhom jiġu ikkunsidrati dawn li ġejjin.

Għall-pazjenti li għandhom jiġu riferuti fi sptar ieħor, biex ikun ipprevenuta milli l-kundizzjoni tagħhom tiggrava bi twaqqif akut ta’ INOmax, għandha tkun żgurata d-disponibilità ta’ nitric oxide waqt it-trasport. Is-salvataġġ, bħal Ossiġenazzjoni tal-Membrana Extra-Korporja (ECMO) fejn disponibbli, għandu jkun ikkunsidrat ibbażat fuq it -tkomplija tad-deterjorament jew in- nuqqas ta’ titjib, definiti bil-kriterji ibbażati fuq ċirkostanzi lokali.

Popolazzjonijiet ta’ pazjenti speċjali

Fi provi kliniċi, ma ntweriet l-ebda effikaċja bl-użu ta’ nitric acid mat-teħid tan-nifs f’pazjenti b’ernja dijaframmatika konġenitali.

Il-kura b’nitric oxide li jittieħed man-nifs tista’ taggrava l-insuffiċjenza kardijaka f’sitwazzjoni ta’ tfigħ (shunting) mix-xellug għal-lemin. Dan huwa dovut għal twessigħ mhux mixtieq tal - arterji ikkawżat min-nitric oxide li jittieħed man-nifs, li jirriżulta f’aktar żieda fl-iperfużjoni pulmonari diġà eżistenti, b’hekk jista’ jagħti lok għal falliment ’il quddiem u lura. Għalhekk huwa rrakkomandat li qabel jingħata n-nitric oxide, issir katiterizzazzjoni tal-arterja pulmonari jew eżami ekukardjografiku tal-emodinamiċi ċentrali. In-nitric oxide li jittieħed man-nifs għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li jkollhom difett kumpless f’qalbhom, fejn il -pressjoni għolja fl- arterja pulmonari hija importanti sabiex tinżamm iċ-ċirkolazzjoni.

In-nitric oxide li jittieħed man-nifs għandu jintuża b’kawtela wkoll f’pazjenti li jkollhom funzjoni kompromessa tal-ventrikolu tax-xellug u pressjoni bażika għolja fil -kapillari tal-pulmuni (PCWP) billi dawn jistgħu jkunu f’riskju akbar li jiżviluppaw insuffiċjenza tal-qalb (eż. edema pulmonari).

Twaqqif tat-terapija

Id-doża ta’ INOmax m’għandhiex titwaqqaf f’daqqa billi dan jista’ jirriżulta f’żieda fil-pressjoni fl-arterja pulmonary (PAP) u/jew f’li l-ossiġinazzjoni tad-demm (PaO2) tiggrava. Aggravar fl- ossiġinazzjoni u ż-żieda ta’ PAP jistgħu jseħħu wkoll fi trabi tat -twelid li m’għandhom l-ebda rispons apparenti għal INOmax. Il-ftim min-nitric oxide mat-teħid tan-nifs għandu jsir b’kawtela. Għal pazjenti ttrasportati f’faċilitajiet oħrajn għal aktar kura, li jkollhom bżonn ikomplu jieħdu nitric oxide mat -teħid tan-nifs, għandhom isiru arranġamenti sabiex jiġi żgurat l- għoti kontinwu ta’ nitric oxide mat-teħid tan-nifs waqt il-ġarr. It-tabib għandu jkollu aċċess għal sistema ta’ għoti ta’ nitric oxide bħala riżerva ħdejn is -sodda.

Formazzjoni ta’ metemoglobina

Porzjon kbir ta’ nitric oxide għat-teħid man-nifs huwa assorbit sistemikament. Il-prodotti finali ta’ nitric oxide li jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni sistemika huma predominantement methaemoglobin u nitrata. Il-konċentrazzjonijiet ta’ methaemoglobin fid-demm għandhom jiġu immonitorjati (ara sezzjoni 4.2).

Formazzjoni ta’ NO2

NO2 malajr jifforma f’taħlitiet ta’ gass li fihom in-nitric oxide u O2, u n-nitric oxide jista’ b’dan il-mod jikkawża infjammazzjoni jew ħsara fil-passaġġ. Id-doża ta’ nitric oxide għandha titnaqqas jekk il-konċentrazzjoni ta’ nitrogen dioxide taqbeż 0.5 ppm.

Effetti fuq il-plejtlits

Mudelli annimali urew li n-nitric oxide jista’ jinteraġġixxi ma’ emostażi, u dan jirriżulta f’żieda fil-ħin tal-fsada. Dejta f’umani adulti hija kunfliġġenti u ma kienx hemm żieda f’kumplikazzjonijiet ta’ fsada fi provi kontrollati magħmulin b’mod każwali fi trabi tat-twelid li twieldu wara li għamlu l-perjodu ta’ ġestazzjoni kollu jew qrib il -perjodu ta’ ġestazzjoni kollu b’kollass respiratorju ipossiku.

Monitoraġġ regolari ta’ emostażi u kejl tal-ħin ta’ fsada huwa rrakkomandat matul l-għoti ta’ INOmax għal aktar minn 24 siegħa lil pazjenti b’anomaliji funzjonali jew kwantitattivi tal- plejtlits, fattur ta’ koagulazzjoni baxx jew li jkunu qegħdin jirċievu kura kontra l -koagulazzjoni.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju ta’ interazzjoni.

Effett klinikament sinifikanti ma’ prodotti mediċinali oħra użati fil-kura ta’ kollass respiratorju ipossiku ma jistax jiġi eskluż skont id-dejta disponibbli. Jista’ jkun hemm effett addittiv b’INOmax fuq ir-riskju li tiġi żviluppata methaemoglobinemia bis-sustanzi donaturi tan-nitric oxide, inkluż sodium nitroprusside u nitroglycerin. INOmax ingħata mingħajr periklu ma’ tolazoline, dopamine, dobutamine, sterojdi, surfactant, u ventilazzjoni bi frekwenza għolja.

L-użu kkombinat ma’ vażodilaturi oħra (eż. sildenafil) ma ġiex studjat b’mod estensiv. Dejta disponibbli tissuġġerixxi effetti addittivi fuq iċ -ċirkolazzjoni ċentrali, il-pressjoni tal-arterji pulmonari u l-prestazzjoni tal-ventrikolu tal-lemin. Għandha tiġi eżerċitata l-kawtela jekk nitric oxide jintuża f’kombinazzjoni ma’ vażodilaturi oħrajn li jaġixxu fuq cGMP jew cAMP.

Hemm riskju akbar li tifforma l-methaemoglobin jekk is-sustanzi magħrufin li għandhom tendenza li jżidu l-konċentrazzjonijiet ta’ methaemoglobin jingħataw flimkien man-nitric oxide (eż. alkyl nitrates u sulphonamides). Is-sustanzi li huma magħrufin li jikkawżaw livelli akbar ta’ methaemoglobin għalhekk għandhom jintużaw b’kawtela waqt it -terapija b’nitric oxide li

jittieħed man-nifs. Prilocaine, kemm jekk mogħti bħala formulazzjoni orali, parenterali jew topika jista’ jikkawża methaemoglobinaemia. Trid tingħata attenzjoni meta INOmax jingħata fl-istess ħin li jingħataw prodotti mediċinali li fihom prilocaine.

Fil-preżenza ta’ ossiġnu, nitric oxide jossidizza b’mod mgħaġġel f’derivattivi li huma tossiċi għall- bronchial epithelium u l-membrana kapillari tal-alveoli. Nitrogen dioxide (NO2) huwa s- sustanza ewlenija ffurmata, u jista’ jikkawża infjammazzjoni tal-passaġġ tal-arja u ħsara. Hemm ukoll tagħrif mill-annimali li jissuġġerixxi suxxettibbiltà miżjuda għal infezzjonijiet tal-passaġġ tal-arja hekk kif issir espożizzjoni għal livelli baxxi ta’ NO2. Waqt il-kura b’nitric oxide, il- konċentrazzjoni ta’ NO2 għandha tkun < 0.5 ppm fil-gamma ta’ doża ta’ nitric oxide < 20 ppm. Jekk f’xi ħin, il-konċentrazzjoni ta’ NO2 taqbeż 1 ppm, id-doża ta’ nitric oxide għandha titnaqqas immedjatament. Ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar il-monitoraġġ ta’ NO2.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

M’hemmx tagħrif biżżejjed dwar l-użu ta’ nitric oxide waqt it-tqala. Ir-riskju li jista' jkun hemm fuq in-nies, mhux magħruf.

Mhuwiex magħruf jekk nitric oxide jinħariġx fil -ħalib tal-bniedem.

INOmax ma għandux jintuża matul tqala jew treddigħ.

Ma sar ebda studju fuq il-fertilità.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Mhux rilevanti.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Twaqqif f’daqqa tal-għoti ta’ nitric oxide li jittieħed man-nifs jista’ jikkawża reazzjoni ta’ rikaduta; tnaqqis fl-ossiġenazzjoni u żieda fil-pressjoni ċentrali u tnaqqis sussegwenti fil - pressjoni tad-demm sistemika. Reazzjoni ta’ rikaduta hija l-aktar reazzjoni avversa komuni f’assoċjazzjoni mal-użu kliniku ta’ INOmax. Ir-rikaduta tista’ tidher kmieni kif ukoll tard matul it-terapija.

Fi studju kliniku wieħed (NINOS), il-gruppi ta’ kura kienu simili fir-rigward tal-inċidenza u s - severità ta’ emorraġija fil-kranju, emorraġija tal-Grad IV, lewkomalasja periventrikulari, infart ċerebrali, attakki ta’ puplesija li jirrikjedu terapija kontra l-konvulżjonijiet, emorraġija pulmonari jew emorraġija gastrointestinali.

Lista f’tabella ta’ reazzjoni avversi

It-tabella ta' hawn taħt tippreżenta r-reazzjonijiet avversi (ADRs) li ġew irrapportati bl-użu ta' INOmax jew mill-prova CINRGI ta' 212-il tarbija tat-twelid jew minn esperjenza ta’ wara t- tqegħid fis-suq fi trabi tat-twelid (<1 xahar ta' età). Il-kategoriji tal-frekwenza murija jużaw il- konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1,000), rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux

Rari

Rari

Mhux magħruf

klassifika

ħafna

 

komuni

 

ħafna

 

tal-organi

 

 

 

 

 

 

Disturbi

Tromboċito

-

Metaemogl

-

-

-

tad-demm u

penja

 

obinemijaa

 

 

 

tas-sistema

 

 

 

 

 

 

limfatika

 

 

 

 

 

 

Disturbi

-

-

-

-

-

Bradikardijab

fil-qalb

 

 

 

 

 

(wara waqfien

 

 

 

 

 

 

f'daqqa tal-kura)

Disturbi

-

Pressjoni

-

-

-

-

vaskulari

 

baxxaa, b, d

 

 

 

 

Disturbi

-

Atelektażia

-

-

-

Ipoksjab, d

respiratorji

 

 

 

 

 

Dispneac

, toraċiċi u

 

 

 

 

 

Skumdità fis-

medjastinal

 

 

 

 

 

siderc

i

 

 

 

 

 

Griżmejn xottic

Disturbi

-

-

-

-

-

Uġigħ ta' ras c

fis-sistema

 

 

 

 

 

Sturdamentc

nervuża

 

 

 

 

 

 

a:Identifikat mill-prova klinika

b:Identifikat mill-esperjenza ta’ Wara t-Tqegħid fis-Suq.

ċ: Identifikat mill-esperjenza ta' Wara t-Tqegħid fis-Suq, esperjenzata mill-persunal tal-kura tas-saħħa wara espożizzjoni aċċidentali

d: Dejta ta’ Sorveljanza tas-Sigurtà ta’ Wara t-Tqegħid fis-Suq (PMSS), effetti assoċjati ma’ rtirar akut tal- prodott mediċinali, u/jew falliment tas-sistema tal-għoti. Reazzjonijiet ta’ rikaduta rapida bħal vasokostrizzjoni pulmonari intensifikata u ipoksja wara rtirar f’daqqa ta’ terapija b’nitric oxide li jittieħed man-nifs ġiet deskritta li tippreċipita kollass kardjovaskulari.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Kura b’nitric oxide li jittieħed man-nifs tista’ tikkawża żieda fil-metaemoglobina.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l -awtorizzazzjoni tal- prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal -bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Doża eċċessiva ta’ INOmax timmanifesta ruħha b’elevazzjonijiet fil-methaemoglobin u l-NO2. NO2 elevat jista’ jikkawża ħsara akuta fil-pulmun. Elevazzjonijiet fil-methaemoglobinaemia jnaqqsu l-kapaċità taċ-ċirkolazzjoni li ġġorr l-ossiġnu. Fi studji kliniċi, il-livelli tal-NO2 > 3 ppm jew il-livelli tal-methaemoglobin > 7% ġew ikkurati billi tnaqqset jew twaqqfet id-doża ta’ INOmax.

Methaemoglobinaemia li ma tgħaddix wara t-tnaqqis jew il-waqfien tat-terapija tista’ tkun ikkurata b’vitamina Ċ fil-vini, methylene blue fil-vini, jew trasfużjoni tad-demm, skont is- sitwazzjoni klinika.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Prodotti oħra tas -sistema respiratorja, Kodiċi ATC R07-AX01.

Nitric oxide huwa kompost prodott b’ħafna ċelloli tal-ġisem. Dan jirrilassa l-muskolu morbidu vaskulari billi jeħel mal-haeme moiety tas-cytosolic guanylate cyclase, tattiva l-guanylate cyclase u żżid il-livelli intraċellulari ta’ cyclic guanosine 3’,5’-monophosphate, li mbagħad iwassal għal vasodilazzjoni. Meta jittieħed man-nifs, nitric acid jipproduċi vasodilazzjoni pulmonari selettiva.

INOmax jidher li jżid il-pressjoni parzjali tal-ossiġnu arterjali (PaO2) billi jwessa’ l-vini pulmonari f’żoni vventilati aħjar tal-pulmun, jerġa’ jqassam il-fluss ta’ demm pulmonari ’l bogħod mir-reġjuni tal-pulmun bi proporzjonijiet ta’ ventilazzjoni/perfużjoni baxxi (V/Q) lejn reġjuni bi proporzjonijiet normali.

Pressjoni pulmonari għolja fit-tarbija tat-twelid (PPHN) isseħħ bħala difett primarju tal -iżvilupp jew bħala kundizzjoni sekondarja għall-mard l-ieħor bħal meconium aspiration syndrome (MAS), pnewmonja, sepsis, mard tal-membrana ijalina, ftuq dijaframmatiku konġenitali (CDH), u hypoplasia pulomonari. F’dawn l-istati, r-reżistenza vaskulari pulmonari (PVR) hija għolja, li tirriżulta f’hypoxemia sekondarja għal shunting mil-lemin għax-xellug tad-demm permezz tal- patent ductus arteriosus u l-foramen ovale. Fi trabi tat-twelid b’PPHN, INOmax jista’ jtejjeb l- għoti tal-ossiġnu (kif indikat b’żidiet sinifikanti f’PaO2).

L-effikaċja ta’ INOmax ġiet investigata fi trabi li twieldu wara li għamlu l-perjodu ta’ ġestazzjoni kollu jew qrib il-perjodu ta’ ġestazzjoni kollu b’kollass respiratorju ipossiku li jirriżulta minn varjetà ta’ etjoloġiji.

Fil-prova NINOS, 235 tarbija tat-twelid b’kollass respiratorju ipossiku ntagħżlu b’mod każwali biex jirċievu 100% O2 bi (n=114) jew mingħajr (n=121) nitric oxide, ħafna minnhom b’konċentrazzjoni inizjali ta’ 20 ppm bi ftim possibbli għal dożi iktar baxxi b’dewmien medjan ta’ esponiment ta’ 40 siegħa. L-għan ta’ din il-prova double-blind, b’mod każwali, ikkontrollata bi plaċebo, kien li jiġi stabbilit jekk in-nitric oxide li jittieħed man-nifs inaqqasx l-okkorrenza ta’ mewt u/jew il-bidu ta’ ossiġenazzjoni tal-membrana ekstrakorporali (ECMO). Trabi tat-twelid b’inqas minn rispons sħiħ f’20 ppm kienu evalwati għal rispons għal 80 ppm nitric oxide jew gass ta’ kontroll. L-inċidenza kombinata ta’ mewt u/jew bidu ta’ ECMO (il-punt ta’ tmiem primarju definit prospettivament) uriet vantaġġ sinifikanti għall -grupp ikkurat b’nitric oxide (46% vs. 64%, p=0.006). Aktar dejta uriet nuqqas ta’ benefiċċju addizzjonali għad-doża ogħla ta’ nitric oxide. L-avvenimenti avversi miġbura seħħew f’rati ta’ inċidenza simili fiż-żewġ gruppi. Eżamijiet sussegwenti fi 18-24 xahar kienu simili bejn iż-żewġ gruppi fir-rigward ta’ evalwazzjonijiet mentali, muturi, awdjoloġiċi, u newroloġiċ i.

Fil-prova CINRGI, 186 tarbija tat-twelid li twieldu wara li għamlu l-perjodu ta’ ġestazzjoni kollu jew qrib il-perjodu ta’ ġestazzjoni kollu b’kollass respiratorju ipossiku u mingħajr ipoplażja tal- pulmun ntgħażlu b’mod każwali biex jirċievu jew INOmax (n=97) jew gass tan-nitroġenu (plaċebo; n=89) b’doża inizjali ta’ 20 ppm li tiftam sa 5 ppm f’4 sa 24 siegħa b’dewmien medjan

ta’ esponiment ta’ 44 siegħa. Il-punt ta’ tmiem primarju definit prospettivament kien ir- riċeviment ta’ ECMO. Ferm inqas trabi tat-twelid fil-grupp ta’ INOmax kienu jeħtieġu ECMO meta mqabbla mal-grupp ta’ kontroll (31 % vs 57%, p<0.001). Il-grupp ta’ INOmax kellu ossiġenazzjoni mtejba ferm kif imkejla b’PaO2, OI, u l-gradjent alveolari-arterjali (p<0.001 għall- parametri kollha). Mis-97 pazjent kollha ikkurati b’INOmax, 2(2 %) ġew irtirati mill-istudju minħabba livelli ta’ methaemoglobin >4 %. Il-frekwenza u n-numru ta’ avvenimenti avversi kienu simili fiż-żewġ gruppi ta’ studju.

F’pazjenti li jkunu qegħdin jagħmlu kirurġija tal -qalb, żieda fil-pressjoni arterjali pulmonari minħabba vaskostrizzjoni pulmonari tidher b’mod frekwenti. Nitric oxide li jittieħed man-nifs intwera li jnaqqas b’mod selettiv ir-reżistenza vaskulari pulmonari u jnaqqas il-pressjoni arterjali pulmonari. Dan jista’ jżid il-frazzjoni ta’ mbuttar ventrikulari tal-lemin. Dawn l-effetti, min-naħa tagħhom iwasslu għal ċirkolazzjoni tad-demm imtejba u ossiġenazzjoni fiċ - ċirkolazzjoni pulmonari.

Fil-prova INOT27, 795 tarbija li twieldu qabel iż-żmien (GA<29 ġimgħa) b’insuffiċjenza respiratorja ipossika ġew randomizzati sabiexjirċievu jew INOmax(n=395) f’doża ta’ 5 ppm jew nitroġenu (plaċebo n=400), li jibdew fi żmien l -ewwel 24 siegħa tal-ħajja u jiġu trattati għal mill- inqas 7 ijiem, sa 21 ġurnata. L-eżitu primarju, tal-endpoints primarji ta’ effikaċja tal-mewt jew BPD wara 36 ġimgħa GA, ma kienx ivarja b’mod sinifikanti bejn il -grupp, anki b’aġġustament għall-età ta’ ġestazzjoni bħala kovarjat (p = 0.40), jew bil-piż fit-twelid bħala kovarjat (p = 0.41). Is-seħħ globali ta’ emorraġija intraventrikolari kienet 114 (28.9%) fost dawk trattati bl -iNO meta mqabbla ma’ 91 (22.9%) fost it-trabi tat-twelid ta’ kontroll. In-numru globali ta’ mwiet f’ġimgħa 36 kien daqsxejn ogħla fil-grupp li ngħata iNO; 53/395 (13.4%) meta mqabbel mal-kontroll 42/397 (10.6%). Il-prova INOT25, li studjat l-effetti tal-iNO fi trabi ipossiċi li twieldu qabel iż- żmien, ma wrietx titjib f’dawk li baqgħu ħajjin mingħajr BPD. Madankollu, ma ġiet osservata l- ebda differenza fl-inċidenza ta’ IVH jew mewt f’dan l -istudju. L-istudju BALLR1, li wkoll evalwa l-effetti tal-iNO fi trabi li twieldu qabel iż-żmien, iżda li bdew l-iNO wara 7 ijiem u f’doża ta’

20 ppm, sab żieda sinifikanti fit -trabi tat-twelid li baqgħu ħajjin mingħajr BPD fis -36 ġimgħa ta’ ġestazzjoni, 121 (45% vs 95 (35.4%) p<0.028. F’dan l-istudju ma kinux innotati sinjali ta’ xi żieda fl-effetti avversi.

Nitric oxide jirreaġixxi kimikament mal-ossiġnu biex jifforma nitrogen dioxide.

Nitric oxide għandu elektron mhux imqabbad, li jagħmel il-molekula reattiva. Fit-tessut bijoloġiku, nitric oxide jista’ jifforma peroxynitrite b’superoxide (O2-), sustanza instabbli li tista’ tikkawża ħsara lit-tessut permezz ta’ aktar reazzjonijet ta’ ossidazzjoni u tiċkin. Barra dan, nitric oxide għandu affinità għall-metalloproteins u jista’ jirreaġixxi wkoll ma’ gruppi-SH f’sustanzi nitrosyl li jiffurmaw il-proteini. Is-sinifikat kliniku tar-reattività kimika ta’ nitric oxide fit-tessut mhuwiex magħruf. Studji urew li nitric oxide juri effetti farmakodinamiċi pulmonari f’konċentrazzjonijiet fil-passaġġ tal-arja minn ġewwa baxxi sa 1 ppm.

L-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini iddifferiet l-obbligi li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’INOmax f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-pressjoni pulmonari persistenti u mard tal- qalb pulmonari ieħor. Ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l -użu pedjatriku.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetiċi ta’ nitric oxide ġew studjati fl-adulti. Nitric oxide huwa assorbit sistematikament wara li jittieħed man -nifs. Ħafna minnu jgħaddi minn fuq is -sodda kapillari pulmonari fejn jingħaqad mal-emoglobina li hija 60% to 100% saturata bl-ossiġnu. F’dan il-livell

ta’ saturazzjoni tal-ossiġnu, nitric oxide jingħaqad predomina ntement ma’ oxyhaemoglobin biex jipproduċi methaemoglobin u nitrata. F’saturazzjoni tal-ossiġnu baxxa, nitric oxide jista ’ jingħaqad ma’ deoxyhaemoglobin biex momentarjament jifforma nitrosylhaemoglobin, li jinbidel f’nitrogen oxides u methaemoglobin meta jkun espost għall-ossiġnu. Fi ħdan is -sistema pulmonari, nitric oxide jista jingħaqad mal -ossiġnu u l-ilma biex jipproduċi nitrogen dioxide u nitrite, rispettivament, li jinteraġixxu ma’ oxyhaemoglobin biex jipproduċu methaemoglobin u nitrate. Għalhekk il-prodotti finali ta’ nitric oxide li jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni sistemika huma predominantement methaemoglobin u nitrat.

Id-dispożizzjoni ta’ methaemoglobin ġiet investigata fi trabi tat-twelid b’insuffiċjenza respiratorja bħala funzjoni taż-żmien u l-esponiment għall-konċentrazzjoni ta’ nitric oxide. Il- konċentrazzjonijiet ta’ methaemoglobin jiżdiedu matul l-ewwel 8 sigħat ta’ esponiment għal nitric oxide. Il-livelli medji ta’ methaemoglobin baqgħu taħt 1% fil-grupp tal-plaċebo u fil- gruppi ta’ INOmax ta’ 5 ppm u 20 ppm, iżda laħqu madwar 5% fil-grupp ta’ INOmax ta’ 80 ppm. Il-livelli ta’ methaemoglobin > 7% inkisbu biss f’pazjenti li kienu qed jirċievu 80 ppm, li kienu jiffurmaw 35% tal-grupp. Il-ħin medju biex tintlaħaq il-quċċata ta’ methaemoglobin kien ta’ 10 ± 9 (SD) sigħat (medjana, 8 sigħat) f’dawn it-13-il pazjent, iżda pazjent wieħed ma qabiżx 7% qabel 40 siegħa.

In-nitrat ġie identifikat bħala l-metabolit predominanti ta’ nitric oxide li joħroġ fl-awrina, u li jammonta għal > 70% tan-nitric oxide li ttieħed man-nifs. In-nitrat jitneħħa mill-plażma mill- kliewi f’rati li jqarrbu lejn ir-rata ta’ filtrazzjoni glomerulari.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

L-effetti fi studji mhux kliniċi kienu osservati biss f’esponimenti meqjusin suffiċjentement ogħla mill-esponiment massimu fil-bniedem li ftit jindika rilevanza għall-użu kliniku.

L-effett tossiku akut huwa relatat ma’ anoressija li tirriżulta minn livelli għoljin ta’ methaemoglobin.

L-ossidu nitriku huwa ġenotossiku f’xi sistemi ta’ ttestjar. Ebda evidenza ta’ effett karċinoġeniku ma kienet apparenti, f’espożizzjonijiet ta’ inalazzjoni sad-doża rakkomandata (20 ppm), f’firien għal 20 siegħa/jum għal massimu ta’ sentejn. Espożizzjonijiet ogħla ma ġewx investigati.

Ma sarux studji dwar l-effett tossiku fuq is -sistema riproduttiva.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Nitroġenu

6.2Inkompatibbiltajiet

Fil-preżenza ta’ ossiġenu, NO malajr jifforma NO 2 (ara sezzjoni 4.5).

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Tliet snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Għandhom jiġu segwiti r-regolamenti kollha li jikkonċernaw l-immaniġġjar ta’ kontenituri bi pressjoni kostanti.

Aħżen iċ-ċilindri tal-gass ġewwa fi kmamar b’ventilazzjoni tajba jew barra fi kmamar ivventilati fejn huma protetti mix-xita u mid-dawl tax-xemx dirett.

Ipproteġi ċ-ċilindri tal-gass minn xokkijiet, waqgħat, ossidazzjoni u materjali li jieħdu n-nar, umdità, sorsi ta’ sħana jew li jqabbdu.

Ħażna fid-dipartiment tal-farmaċija

Iċ-ċilindri tal-gass għandhom jinħażnu f’post għall-arja, nadif u msakkar, użat għall-ħażna ta’ gass mediċinali biss. F’dan il-post, għandu jkun hemm post separat iddedikat għall -ħażna ta’ ċilindri tal-gass nitric oxide.

Ħażna fid-dipartiment tal-mediċina

Iċ-ċilindru tal-gass għandu jitpoġġa f’sit mgħammar b’materjal xieraq sabiex iżomm iċ-ċilindru tal-gass vertikali.

Ġarr ta’ ċilindri tal-gass

Iċ-ċilindri tal-gass għandhom jinġarru b’materjal xieraq biex jipproteġihom mir-riskji ta’ xokkijiet u waqgħat.

Waqt trasferimenti fl-isptar jew bejn l-isptarijiet, ta’ pazjenti ikkurati b’INOmax, iċ-ċilindri tal- gass għandhom jitpoġġew f’posthom fejn ma jkunux ta’ ngombru b’mod fiss sabiex iċ-ċilindri jinżammu vertikali u biex jiġi evitat ir-riskju ta’ waqgħa jew il-modifikazzjoni mhux f’waqtha tal- prodott. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lejn l -issikkar tar-regolatur tal-pressa sabiex jiġu evitati r-riskji ta’ fallimenti aċċidentali.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Ċilindru tal-gass tal-aluminju ta’ 2 litri u ta’ 10 litri (identifikazzjoni bi spalla akkwamarina u qafas ewlieni bajdani) mimlijin taħt pressjoni ta’ 155 bar, mgħammra b’valv ta’ pressjoni (residwa) pożittiva tal-istainless steel b’konnessjoni speċifika għall-iżbokk.

Daqsijiet tal-pakkett:

Ċilindru tal-gass tal-aluminju ta’ 2 litri Ċilindru tal-gass tal-aluminju ta’ 10 litri

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Struzzjonijiet għall-użu/immaniġġjar ta’ INOmax

Meta tqabbad ċilindru INOmax mas -sistema tal-forniment, dejjem għamel ċert li l- konċentrazzjoni taċ-ċilindru tkun tal-istess konċentrazzjoni li għaliha tkun ikkonfigurata s - sistema.

Sabiex tevita kull tip ta’ inċidenti, l-istruzzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu rispettati għal kollox.

-il-kundizzjoni tajba tal-materjal għandha tiġi iċċekkjata qabel l-użu

-iċ-ċilindri tal-gass għandhom jitpoġġew f’posthom fejn ma jkunux ta’ ngombru, b’mod fiss sabiex tiġi evitata xi waqgħa mhux adattata

-

il-valv għandu jkun miftuħ kollu meta użat iżda mhux jinfet aħ b’vjolenza

-

valv difettuż għandu la jintuża u lanqas jiġi msewwi. Irritorna lid-distributur / manifattur

-ċilindru tal-gass li l-valv tiegħu mhuwiex protett b’tapp jew b’qoxra m’għandux jintuża

-għandha tintuża konnessjoni speċifika, b’kamin ta’ 30 mm li tkun maħsuba għal użu mediku, konformi ma’ ISO 5145 u regolatur tal-pressjoni li jagħti pressjoni tal-inqas l- istess għal 1.5 darbiet il-pressjoni massima operattiva (155 bar) taċ-ċilindru tal-gass

-ir-regolatur tal-pressa għandu jitnaddaf bit -taħlita ta’ nitrogen-nitric oxide qabel kull użu

ġdid sabiex jiġi impedut it -teħid ta’ nitrogen dioxide man-nifs

-ir-regolatur tal-pressa m’għandux jiġi ssikkat bit -tnaljetti, bir-riskju li titfarrak il-gasket

L-apparat kollu, inkluż it-tqabbid, il-pajpjiet u ċirkwiti, użati fil-forniment ta’ nitric oxide għandu jkun magħmul minn materjali kompatibbli mal -gass. Minn lat ta’ korrużjoni, is -sistema ta’ forniment tista’ tinqasam f’żewġ żoni: 1) Mill -valv taċ-ċilindu tal-gass għall-umidifikatur (gass xott) u 2) Mill-umidifikatur għall-iżbokk (gass niedi li jista’ jkun fih NO2). Testijiet juru li taħlitiet ta’ nitric oxide xott jistgħu jintużaw ma’ ħafna mill -materjali. Madankollu, il-preżenza ta’ nitrogen dioxide u umdità toħloq ambjent aggressiv. Fost materjali tal-kostruzzjoni metalliċi, l-istainless steel biss jista’ jiġi rrakkomandat. Polimers ittestjati li jistgħu jintużaw f’sistemi ta’ forniment ta’ nitric oxide jinkludu polyethylene (PE) u polypropylene (PP). Butyl rubber, polyamide, u polyurethane ma għandhomx jintużaw. Polytrifluorochloroethylene, hexafluoropropene-vinyliden copolymer u polytetraflourethylene ntużaw b’mod estensiv b’nitric oxide pur u gassijiet korrużivi oħrajn. Tqiesu tant inerti li ma kienx meħtieġ itte stjar.

L-installazzjoni ta’ sistema ta’ pajpijiet ta’ nitric oxide bi stazzjoni ta’ forniment ta’ ċilindri tal- gass, netwerk fiss u unitajiet terminali hija pprojbita.

B'mod ġenerali, ma hemm ebda bżonn li jsir tiftix għal gass żejjed, madankollu l -kwalità tal-arja tal-ambjent tal-post tax-xogħol għandha titqies u l -konċentrazzjonijiet ta' traċċa ta' NO jew NO2/NOx ma għandhomx jaqbżu l -limiti tal-espożizzjoni okkupazzjonali nazzjonali stabbiliti. Espożizzjoni aċċidentali għal INOmax f'persunal tal -isptar ġiet assoċjata ma' avvenimenti avversi (ara sezzjoni 4.8).

Struzzjoni għar-rimi ta’ ċilindru tal-gass

Meta ċ-ċilindru tal-gass ikun vojt, ma għandux jintrema. Ċilindri tal-gass vojta jinġabru mill- fornitur.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Linde Healthcare AB

SE-181 81 Lidingö

L-Iżvezja

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/194/001, EU/1/01/194/002

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 01/08/2001

Data tal-aħħar tiġdid: 01/06/2006

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

XX/SSSS

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is -sit elettroniku tal- Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

INOmax 800 ppm mol/mol gass li jittieħed man-nifs

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Nitric oxide (NO) 800 ppm mol/mol.

Ċilindru tal-gass ta’ 2 litri mimli f’155bar assoluti jġib 307 litri ta’ gass taħt pressjoni ta’ 1 bar fi 15oC.

Ċilindru tal-gass ta’ 10litri mimli f’155bar assoluti jġib 1535 litru ta’ gass taħt pressjoni ta’ 1 bar fi 15oC.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Gass li jittieħed man-nifs

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

INOmax, flimkien ma’ appoġġ ventilatorju u sustanzi attivi oħra xierqa , huwa indikat:

għall-kura tat-trabi tat-twelid 34 ġimgħa ta’ ġestazzjoni b’kollass respiratorju ipossiku assoċjat ma’ evidenza klinika jew ekokardjografika ta’ pressjoni għolja fil-pulmun, sabiex itejjeb l-għoti ta’ ossiġnu u jnaqqas il -ħtieġa għal ossiġenazzjoni tal-membrani ekstakorporali.

bħala parti mit-trattament ta’ pressjoni pulmonari għolja waqt u wara operazzjoni f’persuni adulti u trabi tat-twelid, trabi u tfal li għadhom kif telqu jimxu, tfal u adoloxxenti, età 0-17-il sena flimkien ma’ operazzjoni tal-qalb, sabiex titnaqqas b’mod selettiv il-pressjoni fl-arterji pulmonari u jittejbu l-funzjoni u l-ossiġenazzjoni tal- ventrikolu tal-lemin.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pressjoni Pulmonari Għolja Persistenti fit -Tarbija tat-Twelid (PPHN)

Il-preskrizzjoni ta’ nitric oxide għandha tkun issorveljata minn tabib li għandu esperjenza fil - kura intensiva tat-trabi tat-twelid. Ir-riċetta għandha tkun limitata għal dawk it-taqsimiet tat- trabi tat-twelid li jkunu rċevew taħriġ adattat fl -użu ta’ sistema li tagħti n-nitric oxide. INOmax għandu jingħata skont riċetta tat -tabib tat-trabi tat-twelid.

INOmax għandu jintuża fi tfal żgħar tat -twelid li jkunu qed jiġu vventilati u li huma mistennija li jkunu jeħtieġu l-għajnuna >24 siegħa. INOmax għandu jintuża biss wara li l -għajnuna respiratorja tkun ġiet ottimizzata. Din tinkludi l -ottimizzazzjoni tal-volum/pressjonijiet tal-arja li

tidħol fil-pulmun u tal-irkupru ta’ saħħet il-pulmun (surfactant, ventilazzjoni bi frekwenza għolja, u pressjoni tan-nifs ‘il barra bi tmiem pożittiv).

Pressjoni għolja pulmonari assoċjata ma’ kirurġija tal -qalb

Il-preskrizzjoni ta’ nitric oxide għandha tiġi sorveljata minn tabib b’esperjenza f’anastesija kardjotorarċika u fil-kura intensiva. Ir-riċetta għandha tkun limitata għal dawk l -unitajiet kardjo- toraċiċi li rċevew taħriġ adegwat fl-użu ta’ sistema ta’ għoti ta’ nitric oxide. INOmax għandu jingħata biss skont riċetta ta’ anestetista jew tabib tal-kura intensiva.

Pożoloġija

Pressjoni għolja Pulmonari Persistenti fi Trabi tat -Twelid (PPHN)

Id-doża massima rakkomandata ta’ INOmax hija ta’ 20 ppm u din id-doża m’għandhiex tinqabeż. Fil-provi kliniċi pivotali, id-doża inizjali kienet ta’ 20 ppm. Tinbeda kemm jista’ jkun malajr u fi żmien 4-24 siegħa ta’ terapija, id-doża għandha tinfatam għal 5 ppm, dejjem jekk l-għoti ta’ ossiġnu arterjali jkun adegwat f’din id-doża inqas. Nitric oxide li jittieħed man -nifs għandu jinżamm f’5 ppm sakemm ma jkunx hemm titjib fl-għoti ta’ ossiġnu tat-tarbija tat-twelid b’tali mod li l-FiO2 (frazzjoni ta’ ossiġnu ispirat) < 0.60.

It-trattament jista’ jinżamm sa 96 siegħa jew sakemm id-desaturazzjoni tal-ossiġnu bażi tkun issolviet u t-tarbija tat-twelid tkun lesta biex tinfatam mit-terapija bl-INOmax. It-tul tat-terapija jvarja, iżda, normalment dan ikun inqas minn erbat ijiem. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ rispons għan- nitric oxide li jkun ittieħed man-nifs, ara sezzjoni 4.4.

Ftim

Tentattivi biex INOmax jinfatam għandhom isiru wara li titnaqqas l -għajnuna permezz tal- ventilatur jew wara 96 siegħa ta’ terapija. Meta tkun ittieħdet id -deċiżjoni biex ma titkompliex it- terapija permezz ta’ nitric oxide li jittieħed man -nifs, id-doża għandha titnaqqas għal 1 ppm għal 30 minuta sa siegħa. Jekk ma jkunx hemm bidla fl-għoti ta’ ossiġnu waqt l -għoti ta’ INOmax

f’1 ppm, l-FiO2 għandha titnaqqas b’10%, jitwaqqaf INOmax, u t -trabi tat-twelid għandhom jiġu immonitorjati mill-qrib għal sinjali ta’ livell baxx ħafna ta’ ossiġnu fid-demm (hypoxaemia). Jekk l-għoti tal-ossiġnu jaqa’ > 20%, it-terapija b’INOmax għandha titkompla b’5 ppm u l-waqfien tat-terapija b’INOmax għandu jerġa’ jiġi kkunsidrat wara 12 sa 24 siegħa. Tfal żgħar li ma jistgħux jinfatmu minn INOmax wara 4 ijiem għandhom jgħaddu minn test work-up dijanjostiku bir-reqqa għal mard ieħor.

Pressjoni pulmonari għolja assoċjata ma’ operazzjoni tal -qalb

INOmax għandu jintuża biss wara li l -għajnuna konservattiva tkun ġiet ottimizzata. Fi provi kliniċi, INOmax ingħata flimkien ma’ reġimi standard oħra ta’ trattament fix-xenarju ta’ madwar l-operazzjoni (peri-operattiv), fosthom prodotti mediċinali inotropiċi u vażoattivi. INOmax għandu jingħata taħt monitoraġġ mill -qrib tal-emodinamiċi u l-ossiġenazzjoni.

Trabi tat-twelid, trabi u trabi li għadhom kif telqu jimxu, tfal u adoloxxenti, ta’ età minn 0-17-il sena

Id-doża tal-bidu ta’ nitric oxide meħud man-nifs hija 10 ppm(parti għal kull miljun) ta’ gass meħud man-nifs. Id-doża tista’ tiżdied sa 20 ppm jekk id-doża aktar baxxa ma tkunx ipprovdiett effetti kliniċi suffiċjenti. Għandha tingħata l -aktar doża baxxa effettiva u d -doża għandha titnaqqas għal 5 ppm bil-kundizzjoni li l-pressjoni tal-arterji pulmonari u l-ossiġenazzjoni sistemika tal-arterji jibqgħu adegwati f’din id-doża aktar baxxa.

Dejta klinika li tappoġġja d-doża rakkomandata fil-medda ta’ etajiet bejn 12-17-il sena hija limitata.

Adulti

Id-doża tal-bidu ta’ nitric oxide meħud man-nifs hija 20 ppm (parti għal kull miljun) ta’ gass meħud man-nifs. Id-doża tista’ tiżdied sa 40 ppm jekk id-doża aktar baxxa ma tkunx ipprovdiet effetti kliniċi suffiċjenti. Għandha tingħata l -aktar doża baxxa effettiva u d -doża għandha titnaqqas għal 5 ppm bil-kundizzjoni li l-pressjoni tal-arterji pulmonari u l-ossiġenazzjoni sistemika tal-arterji jibqgħu adegwati f’din id-doża aktar baxxa.

L-effetti ta’ nitric oxide meħud man -nifs huma tnaqqis rapidu fil-pressjoni tal-arterji pulmonari u jidher titjib fl-ossiġenazzjoni fi żmien 5-20 minuta. F’każ ta’ rispons insuffiċjenti, id-doża ti sta’ tiġi titrata wara minimu ta’ 10 minuti.

Għandha tingħata kunsiderazzjoni għal waqfien tal -kura jekk ebda effett fiżjoloġiku ta’ benefiċċju ma jkun apparenti wara prova ta’ 30 minuta ta’ terapija.

It-trattament jista’ jinbeda fi kwalunkwe ħin matul i l-kors ta’ madwar l-operazzjoni għal pressjoni pulmonari aktar baxxa. Fil-provi kliniċi, it-trattament ħafna drabi nbeda qabel separazzjoni minn Bypass Pulmonari Kardijaku. NO li jittieħed man-nifs ġie mogħti għal perjodi sa 7 ijiem fis-sitwazzjoni peri-operattiva, iżda l-ħinijiet komuni ta’ trattament huma 24 -48 siegħa.

Ftim

It-tentattivi biex INOmax jinfatam għandhom jinbdew malli l -emodinamiċi jkunu stabbilizzaw flimkien ma’ ftim mill-ventilatur u l-appoġġ inotropiku. It -twaqqif tat-terapija bin-nitric oxide meħud man-nifs għandu jsir b’mod gradwali. Id-doża għandha titnaqqas b’mod inkrimentali għal 1 ppm għal 30 minuta b’monitoraġġ mill-qrib tal-pressjoni sistemika u ċentrali, u mbagħad tintefa.

Il-ftim għandu jiġi ppruvat mill -anqas kull 12-il siegħa meta l-pazjent ikun stabbli fuq doża baxxa ta’ INOmax.

Il-ftim malajr iżżejjed minn terapija bin-nitric oxide meħud man-nifs, iġorr ir-riskju ta’ żieda ta’ rikaduta fil-pressjoni tal-arterji pulmonari b’instabilità ċirkolatorja sussegwenti.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ INOmax fi trabi prematuri b’inqas minn 34 ġimgħa ta’ ġestazzjoni, ma ġewx determinati s'issa. Dejta disponibbli hi deskritta fis-sezzjoni fis-sezzjoni 5.1 imma l-ebda rakkomandazzjoni jew il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal użu endotrakeopulmonari.

Nitric oxide jingħata lill-pazjent permezz ta’ ventilazzjoni mekkanika wara li jitħallat ma’ taħlita ta’ ossiġnu/arja bl-użu ta’ sistema approvata (immarkata-CE) li tagħti n-nitric oxide.Qabel il- bidu tal-kura, matul l-armar, agħmel żgur li l-armar tal-apparat ikun konformi mal- konċentrazzjoni tal-gass taċ-ċilindru.

Is-sistema tal-għoti għandha tipprovdi konċentrazzjoni kostanti ta’ INOmax li tittieħed man-nifs irrispettivament mill-ventilatur. B’ventilatur bi fluss kontinwu għat -trabi tat-twelid, din tista’ tinkiseb billi jinterħa fluss baxx ta’ INOmax fil-fergħa ispiratorja taċ-ċirkwit tal-ventilatur. Il- ventilazzjoni bi fluss intermittenti tat-trabi tat-twelid tista’ tkun assoċjata ma’ żidiet f’daqqa fil-

konċentrazzjoni tan-nitric oxide. Is-sistema tal-għoti tan-nitric oxide għall-ventilazzjoni ta’ flus intermittenti għandha tkun adegwata biex jiġu evitati żidiet f’daqqa fil -konċentrazzjoni ta’ nitric oxide.

Il-konċentrazzjoni ispirata ta’ INOmax għandha titkejjel b’mod kontinwu fil -fergħa ispiratorja taċ-ċirkwit ħdejn il-pazjent. Il-konċentrazzjoni ta’ nitrogen dioxide (NO 2) u FiO2 għandhom jitkejlu wkoll fl-istess sit bl-użu ta’ apparat ta’ monitoraġġ ikkalibrat u approvat (immarkat -CE). Għas-sigurtà tal-pazjent, għandhom jiġu issettjati allarmi xierqa għal INOmax ( ± 2 ppm tad-doża preskritta), NO2 (1 ppm), u FiO2 (± 0.05). Il-pressjoni taċ-ċilindru tal-gass INOmax għandha tintwera biex iċ-ċilindru tal-gass ikun jista’ jinbidel fil-ħin mingħajr telf involontarju tat-terapija u għandu jkun hemm ċilindri tal -gass addizzjonali biex il-bidla ssir fil-ħin. It-terapija b’INOmax għandha tkun disponibbli għall-ventilazzjoni manwali bħal pereżempju rdigħ, trasport ta’ pazjenti, u rkupru minn telfien mis-sensi.

Fil-każ li s-sistema ma taħdimx jew fil-każ li jkun hemm xi ħsara fil-plakka tal-ħajt, għandu jkun hemm batterija li tipprovdi l-kurrent u sistema ta’ nitric oxide bħala riżerva. L-apparat li jipprovdi l-kurrent għall-apparat ta’ monitoraġġ għandu jkun indipendenti mill-funzjoni tal- apparat li jforni.

F’ħafna pajjiżi, l-ogħla limitu ta’ esponiment (esponiment medja) għan-nitric oxide għall - ħaddiema definit bil-leġiżlazzjoni tal-ħaddiema huwa ta’ 25 ppm għal 8 sigħat (30 mg/m3) u l- limitu korrispondenti għall-NO2 huwa 2-3 ppm (4-6 mg/m3).

Taħriġ ta’ kif għandu jingħata

L-elementi ewlenin li għandhom ikunu koperti fit -taħriġ tal-ħaddiema tal-isptar huma kif ġej.

Armar u tqabbid tajjeb

-Tqabbid maċ-ċilindru tal-gass u maċ-ċirkwit tal-ventilatur għat-teħid ta’ nifs mill-pazjent

Tħaddim

-Minn qabel uża l-proċedura tal-lista ta’ verifika (serje ta’ passi meħtieġa immedjatament

qabel l-inizjazzjoni ta’ kull pazjent biex jiġi żgurat li s-sistema tkun qed taħdem sewwa u li s-sistema hija mnaddfa mill-NO2)

-Issettjar tal-apparat għall-konċentrazzjoni t-tajba ta’ nitric acid li trid tingħata

-Issettjar tal-monitors tal-NO, NO2 u O2 għal-limiti ta’ allarm baxxi u għoljin

-Użu tas-sistema ta’ backup ta’ għoti manwali

- Proċeduri biex iċ-ċilindri tal-gass jinbidlu u s-sistema titnaddaf kif suppost

-Allarmi f’każ li xi ħaġa ma tmurx tajjeb

-Kalibrar tal-monitor tal-NO, NO2 u O2

-Proċeduri ta’ kontroll kull xahar fuq il -prestazzjoni tas-sistema

Monitoraġġ tal-formazzjoni ta’ methaemoglobin (MetHB)

It-trabi tat-twelid u t-trabi huma magħrufin li għandhom attività mnaqqsa ta’ MetHb reductase meta mqabbla mal-adulti. Il-livell ta’ Methaemoglobin għandu jitkejjel fi żmien siegħa wara li tkun inbdiet it-terapija b’INOmax, bl-użu ta’ analizzatur li b’mod affidabbli jista ’ jiddistingwi bejn haemoglobin tal-fetu u methaemoglobin. Jekk tkun > 2.5%, id-doża ta’ INOmax għandha titnaqqas u l-għoti tal-prodotti mediċinali tat -tnaqqis bħall-methylene blue jista’ jiġi ikkunsidrat. Għalkemm mhux normali li l -livell tal- methaemoglobin jiżdied b’mod sinifikanti jekk l-ewwel livell huwa baxx, huwa prudenti li jiġi ripetut il-kejl tal-methaemoglobin kull ġurnata sa jumejn.

F’persuni adulti li jkunu sejrin jagħmlu operazzjoni f’qalbhom, il -livell ta’ methaemoglobin għandu jitkejjel fi żmien siegħa mill-bidu tat-terapija b’INOmax. Jekk il-frazzjon ta’ methaemoglobin jogħla f’livell li jista’ jikkomprometti t-twassil adegwat tal-ossiġnu, id-doża ta’ INOmax għandha titnaqqas u jista’ jiġi kkunsidrat l -għoti ta’ prodotti mediċinali ta’ tnaqqis bħal methylene blue.

Monitoraġġ tal-formazzjoni ta’ nitrogen dioxide (NO2)

Immedjatament qabel l-inizjazzjoni tal-pazjent, għandha tkun applikata l-proċedura l-propja biex is-sistema titnaddaf mill-NO2. Il-konċentrazzjoni tal-NO2 għandha tinżamm baxxa kemm jista’ jkun u dejjem < 0.5 ppm. Jekk l-NO2 ikun > 0.5 ppm, is-sistema tal-għoti għandha tiġi vvalutata għal xi ħsara, l-analizzatur tal-NO2 għandu jiġi kkalibrat mill-ġdid, u jekk possibbli l-INOmax u/jew l-FiO2 għandhom jitnaqqsu. Jekk hemm bidla mhux mistennija fil-konċentrazzjoni tal - INOmax, is-sistema tal-għoti għandha tiġi vvalutata għal xi ħsara u l -analizzatur għandu jerġa’ jiġi kkalibrat.

4.3 Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas -sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill -eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

It-trabi tat-twelid huma magħrufin li huma dipendenti fuq tfigħ (shunting) tad-demm mil -lemin għax-xellug, jew mix-xellug għal-lemin sinifikanti.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall -użu

Rispons mhux adegwat

Jekk ir-rispons kliniku jitqies bħala mhux adegwat f’4 -6 sigħat wara li jkun inbeda INOmax, għandhom jiġu ikkunsidrati dawn li ġejjin.

Għall-pazjenti li għandhom jiġu riferuti fi sptar ieħor, biex ikun ipprevenuta milli l -kundizzjoni tagħhom tiggrava bi twaqqif akut ta’ INOmax, għandha tkun żgurata d-disponibilità ta’ nitric oxide waqt it-trasport. Is-salvataġġ, bħal Ossiġenazzjoni tal-Membrana Extra-Korporja (ECMO) fejn disponibbli, għandu jkun ikkunsidrat ibbażat fuq it -tkomplija tad-deterjorament jew in- nuqqas ta’ titjib, definiti bil-kriterji ibbażati fuq ċirkostanzi lokali.

Popolazzjonijiet ta’ pazjenti speċjali

Fi provi kliniċi, ma ntweriet l-ebda effikaċja bl-użu ta’ nitric acid mat -teħid tan-nifs f’pazjenti b’ernja dijaframmatika konġenitali.

Il-kura b’nitric oxide li jittieħed man-nifs tista’ taggrava l-insuffiċjenza kardijaka f’sitwazzjoni ta’ tfigħ (shunting) mix-xellug għal-lemin. Dan huwa dovut għal twessigħ mhux mixtieq tal - arterji ikkawżat min-nitric oxide li jittieħed man-nifs, li jirriżulta f’aktar żieda fl-iperfużjoni pulmonari diġà eżistenti, b’hekk jista’ jagħti lok għal falliment ’il quddiem u lura. Għalhekk huwa rrakkomandat li qabel jingħata n-nitric oxide, issir katiterizzazzjoni tal-arterja pulmonari jew eżami ekukardjografiku tal-emodinamiċi ċentrali. In-nitric oxide li jittieħed man-nifs għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li jkollhom difett kumpless f’qalbhom, fejn il -pressjoni għolja fl- arterja pulmonari hija importanti sabiex tinżamm iċ-ċirkolazzjoni.

In-nitric oxide li jittieħed man-nifs għandu jintuża b’kawtela wkoll f’pazjenti li jkollhom funzjoni kompromessa tal-ventrikolu tax-xellug u pressjoni bażika għolja fil -kapillari tal-pulmuni (PCWP) billi dawn jistgħu jkunu f’riskju akbar li jiżviluppaw insuffiċjenza tal-qalb (eż. edema pulmonari).

Twaqqif tat-terapija

Id-doża ta’ INOmax m’għandhiex titwaqqaf f’daqqa billi dan jista’ jirriżulta f’żieda fil -pressjoni fl-arterja pulmonary (PAP) u/jew f’li l-ossiġinazzjoni tad-demm (PaO2) tiggrava. Aggravar fl- ossiġinazzjoni u ż-żieda ta’ PAP jistgħu jseħħu wkoll fi trabi tat -twelid li m’għandhom l-ebda rispons apparenti għal INOmax. Il-ftim min-nitric oxide mat-teħid tan-nifs għandu jsir b’kawtela. Għal pazjenti ttrasportati f’faċilitajiet oħrajn għal aktar kura, li jkollhom bżonn ikomplu jieħdu nitric oxide mat -teħid tan-nifs, għandhom isiru arranġamenti sabiex jiġi żgurat l - għoti kontinwu ta’ nitric oxide mat -teħid tan-nifs waqt il-ġarr. It-tabib għandu jkollu aċċess għal sistema ta’ għoti ta’ nitric oxide bħala riżerva ħdejn is -sodda.

Formazzjoni ta’ metemoglobina

Porzjon kbir ta’ nitric oxide għat -teħid man-nifs huwa assorbit sistemikament. Il-prodotti finali ta’ nitric oxide li jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni sistemika huma predominantement methaemoglobin u nitrata. Il-konċentrazzjonijiet ta’ methaemoglobin fid-demm għandhom jiġu immonitorjati (ara sezzjoni 4.2).

Formazzjoni ta’ NO2

NO2 malajr jifforma f’taħlitiet ta’ gass li fihom in-nitric oxide u O2, u n-nitric oxide jista’ b’dan il-mod jikkawża infjammazzjoni jew ħsara fil-passaġġ. Id-doża ta’ nitric oxide għandha titnaqqas jekk il-konċentrazzjoni ta’ nitrogen dioxide taqbeż 0.5 ppm.

Effetti fuq il-plejtlits

Mudelli annimali urew li n-nitric oxide jista’ jinteraġġixxi ma’ emostażi, u dan jirriżulta f’żieda fil-ħin tal-fsada. Dejta f’umani adulti hija kunfliġġenti u ma kienx hemm żieda f’kumplikazzjonijiet ta’ fsada fi provi kontrollati magħmulin b’mod każwali fi trabi tat -twelid li twieldu wara li għamlu l-perjodu ta’ ġestazzjoni kollu jew qrib il -perjodu ta’ ġestazzjoni kollu b’kollass respiratorju ipossiku.

Monitoraġġ regolari ta’ emostażi u kejl tal -ħin ta’ fsada huwa rrakkomandat matul l -għoti ta’ INOmax għal aktar minn 24 siegħa lil pazjenti b’anomaliji funzjonali jew kwantitattivi tal- plejtlits, fattur ta’ koagulazzjoni baxx jew li jkunu qegħdin jirċievu kura kontra l -koagulazzjoni.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju ta’ interazzjoni.

Ma sarux studji dwar l-effett ta’ mediċini jew ta’ affarijiet oħra fuq l -effett farmaċewtiku tal- prodott. Effett klinikament sinifikanti ma’ prodotti mediċinali oħra użati fil -kura ta’ kollass respiratorju ipossiku ma jistax jiġi eskluż skont id-dejta disponibbli. Jista’ jkun hemm effett addittiv b’INOmax fuq ir-riskju li tiġi żviluppata methaemoglobinemia bis-sustanzi donaturi tan- nitric oxide, inkluż sodium nitroprusside u nitroglycerin. INOmax ingħata mingħajr periklu ma’ tolazoline, dopamine, dobutamine, sterojdi, surfactant, u ventilazzjoni bi frekwenza għolja.

L-użu kkombinat ma’ vażodilaturi oħra (eż. sildenafil) ma ġiex studjat b’mod estensiv. Dejta disponibbli tissuġġerixxi effetti addittivi fuq iċ -ċirkolazzjoni ċentrali, il-pressjoni tal-arterji pulmonari u l-prestazzjoni tal-ventrikolu tal-lemin. Għandha tiġi eżerċitata l-kawtela jekk nitric oxide jintuża f’kombinazzjoni ma’ vażodilaturi oħrajn li jaġixxu fuq cGMP jew cAMP.

Hemm riskju akbar li tifforma l-methaemoglobin jekk is-sustanzi magħrufin li għandhom tendenza li jżidu l-konċentrazzjonijiet ta’ methaemoglobin jingħataw flimkien man -nitric oxide (eż. alkyl nitrates u sulphonamides). Is -sustanzi li huma magħrufin li jikkawżaw livelli akbar ta’

methaemoglobin għalhekk għandhom jintużaw b’kawtela waqt it -terapija b’nitric oxide li jittieħed man-nifs. Prilocaine, kemm jekk mogħti bħala formulazzjoni orali, parenterali jew topika jista’ jikkawża methaemoglobinaemia. Trid tingħata attenzjoni meta INOmax jingħata fl -istess ħin li jingħataw prodotti mediċinali li fihom prilocaine.

Fil-preżenza ta’ ossiġnu, nitric oxide jossidizza b’mod mgħaġġel f’derivattivi li huma tossiċi għall- bronchial epithelium u l-membrana kapillari tal-alveoli. Nitrogen dioxide (NO2) huwa s- sustanza ewlenija ffurmata, u jista’ jikkawża infjammazzjoni tal -passaġġ tal-arja u ħsara. Hemm ukoll tagħrif mill-annimali li jissuġġerixxi suxxettibbiltà miżjuda għal infezzjonijiet tal-passaġġ tal-arja hekk kif issir espożizzjoni għal livelli baxxi ta’ NO2. Waqt il-kura b’nitric oxide, il- konċentrazzjoni ta’ NO2 għandha tkun < 0.5 ppm fil-gamma ta’ doża ta’ nit ric oxide < 20 ppm. Jekk f’xi ħin, il-konċentrazzjoni ta’ NO2 taqbeż 1 ppm, id-doża ta’ nitric oxide għandha titnaqqas immedjatament. Ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar il-monitoraġġ ta’ NO2.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

M’hemmx tagħrif biżżejjed dwar l-użu ta’ nitric oxide waqt it -tqala. Ir-riskju li jista' jkun hemm fuq in-nies, mhux magħruf.

Mhuwiex magħruf jekk nitric oxide jinħariġx fil -ħalib tal-bniedem.

INOmax ma għandux jintuża matul tqala jew treddigħ.

Ma sar ebda studju fuq il-fertilità.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Mhux rilevanti.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Twaqqif f’daqqa tal-għoti ta’ nitric oxide li jittieħed man-nifs jista’ jikkawża reazzjoni ta’ rikaduta; tnaqqis fl-ossiġenazzjoni u żieda fil-pressjoni ċentrali u tnaqqis sussegwenti fil - pressjoni tad-demm sistemika. Reazzjoni ta’ rikaduta hija l-aktar reazzjoni avversa komuni f’assoċjazzjoni mal-użu kliniku ta’ INOmax. Ir-rikaduta tista’ tidher kmieni kif ukoll tard matul it-terapija.

Fi studju kliniku wieħed (NINOS), il-gruppi ta’ kura kienu simili fir-rigward tal-inċidenza u s - severità ta’ emorraġija fil-kranju, emorraġija tal-Grad IV, lewkomalasja periventrikulari, infart ċerebrali, attakki ta’ puplesija li jirrikjedu terapija kontra l-konvulżjonijiet, emorraġija pulmonari jew emorraġija gastrointestinali.

Lista f’tabella ta’ reazzjoni avversi

It-tabella ta' hawn taħt tippreżenta r-reazzjonijiet avversi (ADRs) li ġew irrapportati bl-użu ta' INOmax jew mill-prova CINRGI ta' 212-il tarbija tat-twelid jew minn esperjenza ta’ wara t- tqegħid fis-suq fi trabi tat-twelid (<1 xahar ta' età). Il-kategoriji tal-frekwenza murija jużaw il- konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1,000), rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux

Rari

Rari

Mhux magħruf

klassifika

ħafna

 

komuni

 

ħafna

 

tal-organi

 

 

 

 

 

 

Disturbi

Tromboċito

-

Metaemogl

-

-

-

tad-demm u

penja

 

obinemijaa

 

 

 

tas-sistema

 

 

 

 

 

 

limfatika

 

 

 

 

 

 

Disturbi

-

-

-

-

-

Bradikardijab

fil-qalb

 

 

 

 

 

(wara waqfien

 

 

 

 

 

 

f'daqqa tal-kura)

Disturbi

-

Pressjoni

-

-

-

-

vaskulari

 

baxxaa, b, d

 

 

 

 

Disturbi

-

Atelektażia

-

-

-

Ipoksjab,d

respiratorji

 

 

 

 

 

Dispneac

, toraċiċi u

 

 

 

 

 

Skumdità fis-

medjastinal

 

 

 

 

 

siderc

i

 

 

 

 

 

Griżmejn xottic

Disturbi

-

-

-

-

-

Uġigħ ta' ras c

fis-sistema

 

 

 

 

 

Sturdamentc

nervuża

 

 

 

 

 

 

a:Identifikat mill-prova klinika

b:Identifikat mill-esperjenza ta’ Wara t-Tqegħid fis-Suq.

ċ: Identifikat mill-esperjenza ta' Wara t-Tqegħid fis-Suq, esperjenzata mill-persunal tal-kura tas-saħħa wara espożizzjoni aċċidentali

d: Dejta ta’ Sorveljanza tas-Sigurtà ta’ Wara t-Tqegħid fis-Suq (PMSS), effetti assoċjati ma’ rtirar akut tal- prodott mediċinali, u/jew falliment tas-sistema tal-għoti. Reazzjonijiet ta’ rikaduta rapida bħal vasokostrizzjoni pulmonari intensifikata u ipoksja wara rtirar f’daqqa ta’ terapija b’nitric oxide li jittieħed man-nifs ġiet deskritta li tippreċipita kollass kardjovaskulari.

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Kura b’nitric oxide li jittieħed man-nifs tista’ tikkawża żieda fil-metaemoglobina.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettat i wara l-awtorizzazzjoni tal- prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal -bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V

4.9 Doża eċċessiva

Doża eċċessiva ta’ INOmax timmanifesta ruħha b’elevazzjo nijiet fil-methaemoglobin u l-NO2. NO2 elevat jista’ jikkawża ħsara akuta fil-pulmun. Elevazzjonijiet fil-methaemoglobinaemia jnaqqsu l-kapaċità taċ-ċirkolazzjoni li ġġorr l-ossiġnu. Fi studji kliniċi, il-livelli tal-NO2 > 3 ppm jew il-livelli tal-methaemoglobin > 7% ġew ikkurati billi tnaqqset jew twaqqfet id-doża ta’ INOmax.

Methaemoglobinaemia li ma tgħaddix wara t -tnaqqis jew il-waqfien tat-terapija tista’ tkun ikkurata b’vitamina Ċ fil-vini, methylene blue fil-vini, jew trasfużjoni tad-demm, skont is- sitwazzjoni klinika.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Prodotti oħra tas -sistema respiratorja, Kodiċi ATC R07-AX01.

Nitric oxide huwa kompost prodott b’ħafna ċelloli tal -ġisem. Dan jirrilassa l-muskolu morbidu vaskulari billi jeħel mal-haeme moiety tas-cytosolic guanylate cyclase, tattiva l-guanylate cyclase u żżid il-livelli intraċellulari ta’ cyclic guanosine 3’,5’-monophosphate, li mbagħad iwassal għal vasodilazzjoni. Meta jittieħed man-nifs, nitric acid jipproduċi vasodilazzjoni pulmonari selettiva.

INOmax jidher li jżid il-pressjoni parzjali tal-ossiġnu arterjali (PaO2) billi jwessa’ l-vini pulmonari f’żoni vventilati aħjar tal-pulmun, jerġa’ jqassam il-fluss ta’ demm pulmonari ’l bogħod mir-reġjuni tal-pulmun bi proporzjonijiet ta’ ventilazzjoni/perfużjoni baxxi (V/Q) lejn reġjuni bi proporzjonijiet normali.

Pressjoni pulmonari għolja fit -tarbija tat-twelid (PPHN) isseħħ bħala difett primarju tal -iżvilupp jew bħala kundizzjoni sekondarja għall-mard l-ieħor bħal meconium aspiration syndrome (MAS), pnewmonja, sepsis, mard tal-membrana ijalina, ftuq dijaframmatiku konġenitali (CDH), u hypoplasia pulomonari. F’dawn l-istati, r-reżistenza vaskulari pulmonari (PVR) hija għolja, li tirriżulta f’hypoxemia sekondarja għal shunting mil-lemin għax-xellug tad-demm permezz tal- patent ductus arteriosus u l-foramen ovale. Fi trabi tat-twelid b’PPHN, INOmax jista’ jtejjeb l- għoti tal-ossiġnu (kif indikat b’żidiet sinifikanti f’PaO2).

L-effikaċja ta’ INOmax ġiet investigata fi trabi li twieldu wara li għamlu l-perjodu ta’ ġestazzjoni kollu jew qrib il-perjodu ta’ ġestazzjoni kollu b’kollass respiratorju ipossiku li jirriżulta minn varjetà ta’ etjoloġiji.

Fil-prova NINOS, 235 tarbija tat-twelid b’kollass respiratorju ipossiku ntagħżlu b’mod każwali biex jirċievu 100% O2 bi (n=114) jew mingħajr (n=121) nitric oxide, ħafna minnhom b’konċentrazzjoni inizjali ta’ 20 ppm bi ftim possibbli għal dożi iktar baxxi b’dewmien medjan ta’ esponiment ta’ 40 siegħa. L-għan ta’ din il-prova double-blind, b’mod każwali, ikkontrollata bi plaċebo, kien li jiġi stabbilit jekk in-nitric oxide li jittieħed man-nifs inaqqasx l-okkorrenza ta’ mewt u/jew il-bidu ta’ ossiġenazzjoni tal-membrana ekstrakorporali (ECMO). Trabi tat-twelid b’inqas minn rispons sħiħ f’20 ppm kienu evalwati għal rispons għal 80 ppm nitric oxide jew gass ta’ kontroll. L-inċidenza kombinata ta’ mewt u/jew bidu ta’ ECMO (il -punt ta’ tmiem primarju definit prospettivament) uriet vantaġġ sinifikanti għall -grupp ikkurat b’nitric oxide (46% vs. 64%, p=0.006). Aktar dejta uriet nuqqas ta’ benefiċċju addizzjonali għad-doża ogħla

ta’ nitric oxide. L-avvenimenti avversi miġbura seħħew f’rati ta’ inċidenza simili fiż -żewġ gruppi. Eżamijiet sussegwenti fi 18-24 xahar kienu simili bejn iż-żewġ gruppi fir-rigward ta’ evalwazzjonijiet mentali, muturi, awdjoloġiċi, u newroloġiċi.

Fil-prova CINRGI, 186 tarbija tat-twelid li twieldu wara li għamlu l-perjodu ta’ ġestazzjoni kollu jew qrib il-perjodu ta’ ġestazzjoni kollu b’kollass respiratorju ipossiku u mingħajr ipoplażja tal- pulmun ntgħażlu b’mod każwali biexjirċievu jew INOmax(n=97) jew gass tan-nitroġenu (plaċebo; n=89) b’doża inizjali ta’ 20 ppm li tiftam sa 5ppm f’4 sa 24siegħa b’dewmien medjan

ta’ esponiment ta’ 44 siegħa. Il-punt ta’ tmiem primarju definit prospettivament kien ir- riċeviment ta’ ECMO. Ferm inqas trabi tat -twelid fil-grupp ta’ INOmax kienu jeħtieġu ECMO meta mqabbla mal-grupp ta’ kontroll (31 % vs 57%, p<0.001). Il-grupp ta’ INOmax kellu ossiġenazzjoni mtejba ferm kif imkejla b’PaO2, OI, u l-gradjent alveolari-arterjali (p<0.001 għall- parametri kollha). Mis-97 pazjent kollha ikkurati b’INOmax, 2(2%) ġew irtirati mill-istudju minħabba livelli ta’ methaemoglobin >4 %. Il-frekwenza u n-numru ta’ avvenimenti avversi kienu simili fiż-żewġ gruppi ta’ studju.

F’pazjenti li jkunu qegħdin jagħmlu kirurġija tal -qalb, żieda fil-pressjoni arterjali pulmonari minħabba vaskostrizzjoni pulmonari tidher b’mod frekwenti. Nitric oxide li jittieħed man-nifs intwera li jnaqqas b’mod selettiv ir-reżistenza vaskulari pulmonari u jnaqqas il -pressjoni arterjali pulmonari. Dan jista’ jżid il-frazzjoni ta’ mbuttar ventrikulari tal-lemin. Dawn l-effetti, min-naħa tagħhom iwasslu għal ċirkolazzjoni tad-demm imtejba u ossiġenazzjoni fiċ - ċirkolazzjoni pulmonari.

Fil-prova INOT27, 795 tarbija li twieldu qabel iż-żmien (GA<29 ġimgħa) b’insuffiċjenza respiratorja ipossika ġew randomizzati sabiexjirċievu jew INOmax(n=395) f’doża ta’ 5 ppm jew nitroġenu (plaċebo n=400), li jibdew fi ż mien l-ewwel 24 siegħa tal-ħajja u jiġu trattati għal mill- inqas 7 ijiem, sa 21 ġurnata. L-eżitu primarju, tal-endpoints primarji ta’ effikaċja tal-mewt jew BPD wara 36 ġimgħa GA, ma kienx ivarja b’mod sinifikanti bejn il -grupp, anki b’aġġustament għall-età ta’ ġestazzjoni bħala kovarjat (p = 0.40), jew bil-piż fit-twelid bħala kovarjat (p = 0.41). Is-seħħ globali ta’ emorraġija intraventrikolari kienet 114 (28.9%) fost dawk trattati bl -iNO meta mqabbla ma’ 91 (22.9%) fost it-trabi tat-twelid ta’ kontroll. In-numru globali ta’ mwiet f’ġimgħa 36 kien daqsxejn ogħla fil-grupp li ngħata iNO; 53/395 (13.4%) meta mqabbel mal-kontroll 42/397 (10.6%). Il-prova INOT25, li studjat l-effetti tal-iNO fi trabi ipossiċi li twieldu qabel iż- żmien, ma wrietx titjib f’dawk li baqgħu ħajjin mingħajr BPD. Madankollu, ma ġiet osservata l- ebda differenza fl-inċidenza ta’ IVH jew mewt f’dan l -istudju. L-istudju BALLR1, li wkoll evalwa l-effetti tal-iNO fi trabi li twieldu qabel iż-żmien, iżda li bdew l-iNO wara 7 ijiem u f’doża ta’

20 ppm, sab żieda sinifikanti fit-trabi tat-twelid li baqgħu ħajjin mingħajr BPD fis -36 ġimgħa ta’ ġestazzjoni, 121 (45% vs 95 (35.4%) p<0.028. F’dan l-istudju ma kinux innotati sinjali ta’ xi żieda fl-effetti avversi.

Nitric oxide jirreaġixxi kimikament mal-ossiġnu biex jifforma nitrogen dioxide.

Nitric oxide għandu elektron mhux imqabbad, li jagħmel il -molekula reattiva. Fit-tessut bijoloġiku, nitric oxide jista’ jifforma peroxynitrite b’superoxide (O 2-), sustanza instabbli li tista’ tikkawża ħsara lit-tessut permezz ta’ aktar reazzjonijet ta’ ossidazzjoni u tiċkin. Barra dan, nitric oxide għandu affinità għall-metalloproteins u jista’ jirreaġixxi wkoll ma’ gruppi-SH f’sustanzi nitrosyl li jiffurmaw il-proteini. Is-sinifikat kliniku tar-reattività kimika ta’ nitric oxide fit-tessut mhuwiex magħruf. Studji urew li nitric oxide juri effetti farmakodinamiċi pulmonari f’konċentrazzjonijiet fil-passaġġ tal-arja minn ġewwa baxxi sa 1 ppm.

L-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini iddifferiet l-obbligi li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’INOmax f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-pressjoni pulmonari persistenti u mard tal- qalb pulmonari ieħor. Ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l -użu pedjatriku.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetiċi ta’ nitric oxide ġew studjati fl-adulti. Nitric oxide huwa assorbit sistematikament wara li jittieħed man -nifs. Ħafna minnu jgħaddi minn fuq is -sodda kapillari pulmonari fejn jingħaqad mal-emoglobina li hija 60% to 100% saturata bl-ossiġnu. F’dan il-livell

ta’ saturazzjoni tal-ossiġnu, nitric oxide jingħaqad predominantement ma’ oxyhaemoglobin biex jipproduċi methaemoglobin u nitrata. F’saturazzjoni tal -ossiġnu baxxa, nitric oxide jista’ jingħaqad ma’ deoxyhaemoglobin biex momentarjament jifforma nitrosyl haemoglobin, li jinbidel f’nitrogen oxides u methaemoglobin meta jkun espost għall -ossiġnu. Fi ħdan is -sistema pulmonari, nitric oxide jista jingħaqad mal -ossiġnu u l-ilma biex jipproduċi nitrogen dioxide u nitrite, rispettivament, li jinteraġixxu ma’ oxyhaemoglobin biex jipproduċu methaemoglobin u nitrate. Għalhekk il-prodotti finali ta’ nitric oxide li jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni sistemika huma predominantement methaemoglobin u nitrat.

Id-dispożizzjoni ta’ methaemoglobin ġiet investigata fi trabi tat -twelid b’insuffiċjenza respiratorja bħala funzjoni taż-żmien u l-esponiment għall-konċentrazzjoni ta’ nitric oxide. Il- konċentrazzjonijiet ta’ methaemoglobin jiżdiedu matul l -ewwel 8 sigħat ta’ esponiment għal nitric oxide. Il-livelli medji ta’ methaemoglobin baqgħu taħt 1% fil-grupp tal-plaċebo u fil- gruppi ta’ INOmax ta’ 5 ppm u 20 ppm, iżda laħqu madwar 5% fil -grupp ta’ INOmax ta’ 80 ppm. Il-livelli ta’ methaemoglobin > 7% inkisbu biss f’pazjenti li kienu qed jirċievu 80 ppm, li kienu jiffurmaw 35% tal-grupp. Il-ħin medju biex tintlaħaq il-quċċata ta’ methaemoglobin kien ta’ 10 ± 9 (SD) sigħat (medjana, 8 sigħat) f’dawn it -13-il pazjent, iżda pazjent wieħed ma qabiżx 7% qabel 40 siegħa.

In-nitrat ġie identifikat bħala l-metabolit predominanti ta’ nitric oxide li joħroġ fl-awrina, u li jammonta għal > 70% tan-nitric oxide li ttieħed man-nifs. In-nitrat jitneħħa mill-plażma mill- kliewi f’rati li jqarrbu lejn ir-rata ta’ filtrazzjoni glomerulari.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

L-effetti fi studji mhux kliniċi kienu osservati biss f’esponimenti meqjusin suffiċjentement ogħla mill-esponiment massimu fil-bniedem li ftit jindika rilevanza għall-użu kliniku.

L-effett tossiku akut huwa relatat ma’ anoressija li tirriżulta minn livelli għoljin ta’ methaemoglobin.

L-ossidu nitriku huwa ġenotossiku f’xi sistemi ta’ ttestjar. Ebda evidenza ta’ effett karċinoġeniku ma kienet apparenti, f’espożizzjonijiet ta’ inalazzjoni sad-doża rakkomandata (20 ppm), f’firien għal 20 siegħa/jum għal massimu ta’ sentejn. Espożizzjonijiet ogħla ma ġewx investigati.

Ma sarux studji dwar l-effett tossiku fuq is -sistema riproduttiva.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Nitroġenu

6.2 Inkompatibbiltajiet

Fil-preżenza ta’ ossiġenu, NO malajr jifforma NO 2 (ara sezzjoni 4.5).

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Tliet snin.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Għandhom jiġu segwiti r-regolamenti kollha li jikkonċernaw l-immaniġġjar ta’ kontenituri bi pressjoni kostanti.

Aħżen iċ-ċilindri tal-gass ġewwa fi kmamar b’ventilazzjoni tajba jew barra fi kmamar ivventilati fejn huma protetti mix-xita u mid-dawl tax-xemx dirett.

Ipproteġi ċ-ċilindri tal-gass minn xokkijiet, waqgħat, ossidazzjoni u materjali li jieħdu n-nar, umdità, sorsi ta’ sħana jew li jqabbdu.

Ħażna fid-dipartiment tal-farmaċija

Iċ-ċilindri tal-gass għandhom jinħażnu f’post għall-arja, nadif u msakkar, użat għall-ħażna ta’ gass mediċinali biss. F’dan il-post, għandu jkun hemm post separat iddedikat għall -ħażna ta’ ċilindri tal-gass nitric oxide.

Ħażna fid-dipartiment tal-mediċina

Iċ-ċilindru tal-gass għandu jitpoġġa f’sit mgħammar b’materjal xieraq sabiex iżomm iċ -ċilindru tal-gass vertikali.

Ġarr ta’ ċilindri tal-gass

Iċ-ċilindri tal-gass għandhom jinġarru b’materjal xieraq biex jipproteġihom mir -riskji ta’ xokkijiet u waqgħat.

Waqt trasferimenti fl-isptar jew bejn l-isptarijiet, ta’ pazjenti ikkurati b’INOmax, iċ-ċilindri tal- gass għandhom jitpoġġew f’posthom fejn ma jkunux ta’ ngombru b’mod fiss sabiex iċ -ċilindri jinżammu vertikali u biex jiġi evitat ir-riskju ta’ waqgħa jew il-modifikazzjoni mhux f’waqtha tal- prodott. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lejn l -issikkar tar-regolatur tal-pressa sabiex jiġu evitati r-riskji ta’ fallimenti aċċidentali.

6.5 In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Ċilindru tal-gass tal-aluminju ta’ 2 litri u ta’ 10 litri (identifikazzjoni bi spalla akkwamarina u qafas ewlieni bajdani) mimlijin taħt pressjoni ta’ 155 bar, mgħammra b’valv ta’ pressjoni (residwa) pożittiva tal-istainless steel b’konnessjoni speċifika għall-iżbokk.

Daqsijiet tal-pakkett:

Ċilindru tal-gass tal-aluminju ta’ 2 litri Ċilindru tal-gass tal-aluminju ta’ 10 litri

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Struzzjonijiet għall-użu/immaniġġjar ta’ INOmax

Meta tqabbad ċilindru INOmax mas -sistema tal-forniment, dejjem għamel ċert li l- konċentrazzjoni taċ-ċilindru tkun tal-istess konċentrazzjoni li għaliha tkun ikkonfigurata s - sistema.

Sabiex tevita kull tip ta’ inċidenti, l-istruzzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu rispettati għal kollox.

-il-kundizzjoni tajba tal-materjal għandha tiġi iċċekkjata qabel l-użu

-iċ-ċilindri tal-gass għandhom jitpoġġew f’posthom fejn ma jkunux ta’ ngombru, b’mod

 

fiss sabiex tiġi evitata xi waqgħa mhux adattata

-

il-valv għandu jkun miftuħ kollu meta użat iżda mhux jinfet aħ b’vjolenza

-

valv difettuż għandu la jintuża u lanqas jiġi msewwi. Irritorna lid-distributur / manifattur

-ċilindru tal-gass li l-valv tiegħu mhuwiex protett b’tapp jew b’qoxra m’għandux jintuża

-għandha tintuża konnessjoni speċifika, b’kamin ta’ 30 mm li tkun maħsuba għal użu mediku, konformi ma’ ISO 5145 u regolatur tal-pressjoni li jagħti pressjoni tal-inqas l- istess għal 1.5 darbiet il-pressjoni massima operattiva (155 bar) taċ-ċilindru tal-gass

-ir-regolatur tal-pressa għandu jitnaddaf bit -taħlita ta’ nitrogen-nitric oxide qabel kull użu

ġdid sabiex jiġi impedut it -teħid ta’ nitrogen dioxide man-nifs

-ir-regolatur tal-pressa m’għandux jiġi ssikkat bit -tnaljetti, bir-riskju li titfarrak il-gasket

L-apparat kollu, inkluż it -tqabbid, il-pajpjiet u ċirkwiti, użati fil-forniment ta’ nitric oxide għandu jkun magħmul minn materjali kompatibbli mal -gass. Minn lat ta’ korrużjoni, is -sistema ta’ forniment tista’ tinqasam f’żewġ żoni: 1) Mill-valv taċ-ċilindu tal-gass għall-umidifikatur (gass xott) u 2) Mill-umidifikatur għall-iżbokk (gass niedi li jista’ jkun fih NO2). Testijiet juru li taħlitiet ta’ nitric oxide xott jistgħu jintużaw ma’ ħafna mill-materjali. Madankollu, il-preżenza ta’ nitrogen dioxide u umdità toħloq ambjent aggressiv. Fost materjali tal -kostruzzjoni metalliċi, l-istainless steel biss jista’ jiġi rrakkomandat. Polimers ittestjati li jistgħu jintużaw f’sistemi ta’ forniment ta’ nitric oxide jinkludu polyethylene (PE) u polypropylene (PP). Butyl rubber, polyamide, u polyurethane ma għandhomx jintużaw. Polytrifluorochloroethylene, hexafluoropropene-vinyliden copolymer u polytetraflourethylene ntużaw b’mod estensiv b’nitric oxide pur u gassijiet korrużivi oħrajn. Tqiesu tant inerti li ma kienx meħtieġ ittestjar.

L-installazzjoni ta’ sistema ta’ pajpijiet ta’ nitric oxide bi stazzjoni ta’ forniment ta’ ċilindri tal- gass, netwerk fiss u unitajiet terminali hija pprojbita.

B'mod ġenerali, ma hemm ebda bżonn li jsir tiftix għal gass żejjed, madankollu l-kwalità tal-arja tal-ambjent tal-post tax-xogħol għandha titqies u l -konċentrazzjonijiet ta' traċċa ta' NO jew NO2/NOx ma għandhomx jaqbżu l -limiti tal-espożizzjoni okkupazzjonali nazzjonali stabbiliti. Espożizzjoni aċċidentali għal INOmax f'persunal tal-isptar ġiet assoċjata ma' avvenimenti avversi (ara sezzjoni 4.8).

Struzzjoni għar-rimi ta’ ċilindru tal-gass

Meta ċ-ċilindru tal-gass ikun vojt, ma għandux jintrema. Ċilindri tal -gass vojta jinġabru mill- fornitur.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Linde Healthcare AB

SE-181 81 Lidingö

L-Iżvezja

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/01/194/003, EU/1/01/194/004

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 01/08/2001

Data tal-aħħar tiġdid: 01/06/2006

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

XX/SSSS

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is -sit elettroniku tal- Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati