Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Ibandronic acid Accord (ibandronic acid) – Fuljett ta’ tagħrif - M05BA06

Updated on site: 07-Oct-2017

Isem tal-MediċinaIbandronic acid Accord
Kodiċi ATCM05BA06
Sustanzaibandronic acid
ManifatturAccord Healthcare Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Ibandronic acid Accord 2 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni Ibandronic acid Accord 6 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni ibandronic acid

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Ibandronic acid Accord u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tirċievi Ibandronic acid Accord

3.Kif għandek tieħu Ibandronic acid Accord

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Ibandronic acid Accord

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Ibandronic acid Accord u għalxiex jintuża

Ibandronic acid Accord fih is-sustanza attiva ibandronic acid. Din tagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa bisfosfonati.

Ibandronic acid Accord jintuża fl-adulti u jiġi preskritt lilek jekk għandek kanċer tas-sider li jkun infirex fl-għadam (imsejjaħ ‘metastasi fl-għadam’).

Huwa jgħin jipprevjeni ksur fl-għadam

Huwa jgħin jipprevjeni problemi oħra fl-għadam li għandu mnejn ikunu jeħtieġu kirurġija jew radjuterapija

Ibandronic acid Accord jista’ jiġi preskritt ukoll jekk għandek livell għoli ta’ kalċju fid-demm tiegħek ikkawżat minn tumur.

Ibandronic acid Accord jaħdem billi jnaqqas l-ammont ta’ kalċju li jintilef mill-għadam tiegħek. Dan jgħin iwaqqaf l-għadam tiegħek milli jidgħajjef aktar.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Ibandronic acid Accord

Tirċievix Ibandronic acid Accord:

jekk inti allerġiku għal ibandronic acid jew għal xi sustanza oħra din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6)

jekk għandek, jew qatt kellek livelli baxxi ta’ kalċju fid-demm

Tirċievix din il-mediċina jekk xi wieħed minn ta’ fuq japplika għalik. Jekk m’intix ċert, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Ibandronic acid Accord.

Twissijiet u prekawzjonijiet:

Effett sekondarju li jissejjaħ osteonekrosi tax-xedaq (ONJ) (ħsara fl-għadam tax-xedaq) ġie rrapportat b’mod rari ħafna fl-ambjent ta’ wara t-tqegħid fis-suq f’pazjenti li jirċievu ibandronic acid għal indikazzjonijiet onkoloġiċi. L-ONJ tista’ sseħħ ukoll wara li titwaqqaf il-kura.

Huwa importanti li tipprova tipprevjeni l-iżvilupp tal-ONJ minħabba li hija kundizzjoni ta’ uġigħ li tista’ tkun diffiċli sabiex tikkura. Sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-iżvilupp tal-osteonekrosi tax-xedaq, hemm xi prekawzjonijiet li għandek tieħu.

Qabel ma tirċievi l-kura, għid lit-tabib/infermier (professjonist tal-kura tas-saħħa) jekk:

għandek problemi b’ħalqek jew bi snienek bħal saħħa dentali batuta, mard tal-ħanek, jew qlugħ ippjanat tas-sinna

ma tirċevix kura dentali ta’ rutina jew ma kellekx spezzjoni dentali għal żmien twil

tpejjep (minħabba li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ problemi dentali)

kont ikkurat/a minn qabel b’bisfosfonat (użat sabiex jikkura jew jipprevjeni disturbi fll-għadam)

qed tieħu mediċini li jissejħu kortikosterojdi (bħal prednisolone jew dexamethasone)

għandek kanċer.

It-tabib tiegħek jista’ jitolbok li tagħmel eżaminazzjoni dentali qabel ma tibda l-kura b’ibandronic acid.

Waqt li qed tiġi kkurat/a, għandek iżżomm iġjene orali tajba (inkluż ħasil regolari tas-snien) u tirċievi spezzjonijiet dentali ta’ rutina. Jekk tilbes id-dentatura għandek tkun ċert li din toqgħod sew. Jekk tkun qiegħed/qiegħda taħt kura dentali jew ser ikollok kirurġija dentali (eż. qlugħ tas-sinna), informa lit- tabib tiegħek dwar il-kura dentali tiegħek u għid lid-dentist tiegħek li qed tiġi kkurat/a b’ibandronic acid.

Ikkuntattja lit-tabib u lid-dentist tiegħek minnufih jekk tesperjenza xi problemi b’ħalqek jew bi snienek bħal telf ta’ snien, uġigħ jew nefħa, nuqqas ta’ fejqan ta’ selħiet jew rilaxx, minħabba li dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ osteonekrosi tax-xedaq.

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tirċievi Ibandronic acid Accord:

jekk inti allerġiku/a għal xi bisfosfonati oħra

jekk għandek livelli għoljin jew baxxi ta’ vitamina D, kalċju jew ta’ kwalunkwe minerali oħrajn.

jekk għandek problemi fil-kliewi.

jekk għandek problemi fil-qalb u t-tabib irrakkomanda li tillimita l-konsum ta’ fluwidu ta’ kuljum

Każijiet ta’ reazzjoni allerġika serja, xi kultant fatali xi kultant fatali, kienu rrappurtati f’pazjenti ttrattati b’ibandronic acid IV fil-vini.

Jekk ikollok wieħed mis-sintomi li ġejjin, bħal qtugħ ta’ nifs/diffikultà biex tieħu nifs, griżmejn jinħassu mitbuqa, nefħa fl-ilsien, sturdament, sensazzjoni ta’ telf ta’ koxjenza, ħmura jew nefħa tal- wiċċ, raxx fil-ġisem, dardir u rimettar, għandek tavża lit-tabib jew l-infermier tiegħek minnufih (ara sezzjoni 4).

Tfal u adolexxenti

Ibandronic acid Accord m’għandux jintuża fi tfal u adolexxenti b’età inqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u Ibandronic acid Accord

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista' tieħu xi mediċini oħra. Dan għax Ibandronic acid Accord jista’ jaffettwa l-mod kif jaħdmu ċertu mediċini oħra. Barra dan, xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw il-mod kif jaħdem Ibandronic acid Accord.

B’mod partikolari, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tirċievi tip ta’ injezzjoni ta’ anti- bijotiku msejjaħ ‘aminoglycoside’ bħal gentamicin. Dan huwa minħabba li aminoglycosides u Ibandronic acid Accord t-tnejn jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ kalċju fid-demm tiegħek.

Tqala u treddigħ

Tirċievix Ibandronic acid Accord jekk inti tqila, qed tippjana biex toħroġ tqila jew qed tredda’. Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Tista’ issuq u tħaddem magni għax huwa mistenni li Ibandronic acid Accord ma jkollu l-ebda effett jew li ftit li xejn ikollu effett fuq l-abbilità tiegħek li issuq u tħaddem magni. Kellem lit-tabib tiegħek l-ewwel jekk tixtieq issuq jew tuża magni jew għodda.

Ibandronic acid Accord fih inqas minn 1 mmol sodju (23 mg) f’kull kunjett, i.e. ‘essenzjalment bla sodju’.

3. Kif għandek tieħu Ibandronic acid Accord

Meta tirċievi din il-mediċina

Ibandronic acid Accord normalment jingħata minn tabib jew minn staff mediku ieħor li għandhom esperjenza fit trattament tal-kanċer

jingħata bħala infużjoni fil-vini

Waqt li tkun qed tirċievi Ibandronic acid Accord, it-tabib tiegħek għandu mnejn jagħmel testijiet tad- demm b’mod regolari. Dan biex jiċċekkja li inti qed tingħata l-ammont korrett ta’ din il-mediċina.

Kemm għandek tirċievi

It-tabib tiegħek se jikkalkula kemm għandek tingħata Ibandronic acid Accord skont il-marda tiegħek. Jekk għandek kanċer tas-sider li nfirex fl-għadam, id-doża rrakkomandata hija ta’ 3 kunjetti (6 mg) kull 3-4 ġimgħat, bħala infużjoni fil-vini fuq medda ta’ mill-inqas 15-il minuta.

Jekk għandek livell għoli ta’ kalċju fid-demm tiegħek minħabba tumur id-doża rrakkomandata hija għoti waħda 2 mg jew 4 mg, skont is-severità tal-marda tiegħek. Il-mediċina għandha tingħata bħala infużjoni fil-vini tiegħek fuq medda ta’ sagħtejn. F’każ ta’ rispons mhux suffiċjenti jew jekk il-marda tiegħek terġa’ titfaċċa tista’ tiġi kkunsidrata doża ripetuta.

It-tabib tiegħek jista’ jaġġusta id-doża u t-tul tal-infużjoni fil-vini jekk għandek problemi fil-kliewi.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

Kellem lin-ners jew lit-tabib minnufih jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin

– għandu mnejn ikollok bżonn trattament mediku urġenti:

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000)

uġigħ u infjammazzjoni persistenti fl-għajn

uġigħ ġdid, dgħjufija jew skomdu fil-koxxa, ġenbejn jew fl-irqiq ta’ bejn il-koxxa u ż-żaqq.

Jista’ jkollok sinjali bikrija ta’ ksur mhux tas-soltu possibbli tal-għadma tal-koxxa

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000)

uġigħ jew skomdu fil-ħalq jew fix-xedaq. Jista’ jkollok sinjali bikrija ta’ problemi severi fix- xedaq (nekrosi (tessut tal-għadam mejjet) fl-għadma tax-xedaq)

Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek uġigħ f’widnejk, widnejk tnixxi, u/jew infezzjoni f’widnejk. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam ta’ widnejk.

ħakk, nefħa fil-wiċċ, xufftejn, ilsien u griżmejn, b’diffikultà biex tieħu n-nifs. Għandu mnejn ikun qed ikollok reazzjoni allerġika serja li tista’ tkun ta’ periklu għal ħajja (ara sezzjoni 2)

reazzjonijiet avversi severi fil-ġilda

Mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata minn dejta disponibbli)

attakk tal-ażżma

Effetti sekondarji possibbli oħra

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

sintomi jixbħu lill-influwenza, inkluż deni, tregħid u tertir, sensazzjoni ta’ skomdu, għeja, uġigħ fl-għadam u uġigħ fil-muskoli u l-ġogi. Dawn is-sintomi ġeneralment jgħaddu fi ftit sigħat jew jiem. Kellem lill-infermier jew lit-tabib jekk xi effett jibda jdejqek jew idum aktar minn ftit jiem

żieda fit-temperatura tal-ġisem

uġigħ ta’ stonku u ta’ żaqq, indiġestjoni, tħossok imdardar, rimettar jew ikollok dijarea (tagħmel imsarnek)

livelli baxxi ta’ kalċju jew fosfat fid-demm tiegħek

bidliet fir-riżultati tat-testijiet tad-demm bħal Gamma GT jew krejatinina

problema fir-ritmu tal-qalb imsejjħa ‘blokk tal-bundle branch

uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli

uġigħ ta’ ras, tħossok sturdut jew tħossok debboli

tħossok bil-għatx, uġigħ fil-griżmejn, bidliet fil-togħma

riġlejn jew saqajn minfuħin

uġigħ fil-ġogi, artrite, jew problemi oħra fil-ġogi

problemi bil-glandola tal-paratirojde tiegħek

tbenġil

infezzjonijiet

problema fl-għajnejn imsejħa ‘kataretti’

problemi fil-ġilda

problemi fis-snien

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw inqas minn persuna waħda minn kull 100)

rogħda jew tertir

it-temperatura tal-ġisem tiegħek titbaxxa ħafna (‘ipotermja’)

kondizzjoni li taffettwa il-kanali tad-demm fil-moħħ tiegħek imsejħa ‘disturb ċerebrovaskulari’ (puplesija jew fsada fil-moħħ)

problemi tal-qalb u taċ-ċirkulazzjoni (inkluż palpitazzjonijiet, attakk tal-qalb, pressjoni għolja u vini varikużi)

tibdil fiċ-ċelluli tad-demm tiegħek (‘anemija’)

livell għoli ta’ alkaline phosphatase fid-demm tiegħek

akkumulazzjoni ta’ fluwidu u nefħa (‘limfoedima’)

fluwidu fil-pulmuni tiegħek

problemi fl-istonku bħal ‘gastroenterite’ jew ‘gastrite’

ġebel fil-marrara

ma tkunx tista’ tgħaddi l-awrina, ċistite (infjammazzjoni tal-bużżieqa tal-awrina)

emigranja

uġigħ fil-nervituri tiegħek, ħsara fl-għerq tan-nerv

telf ta’ smigħ

sensittività akbar għal ħoss, togħma jew mess jew bidliet fix-xamm

diffikultà biex tibla’

ulċeri fil-ħalq, xufftejn minfuħin (‘kelite’), infezzjoni mill-moffa ġol-ħalq

ħakk jew tingiż fil-ġilda ta’ madwar ħalqek

uġigħ fil-pelvi, tnixxija, ħakk jew uġigħ fil-vaġina

tkabbir fil-ġilda msejjaħ ‘neoplażma beninna tal-ġilda’

telf tal-memorja

problemi fl-irqad, tħossok anzjuż, instabbilità emozzjonali, jew bidliet fil-burdata

raxx fil-ġilda

telf ta’ xagħar

korriment jew uġigħ fis-sit tal-injezzjoni

telf ta’ piż

ċesta fil-kliewi (borża mimlija fluwidu fil-kliewi)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Ibandronic acid Accord

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna li tintewa u fuq it-tikketta wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

Wara dilwizzjoni:

L-istabilità kimika u fiżika waqt l-użu wara dilwizzjoni f'soluzzjoni ta' 0.9% sodium chloride jew f'soluzzjoni ta' 5% glucose intweriet għal 36 siegħa f'25°C u f'2°C sa 8°C

Minn aspett mikrobijoloġiku, is-soluzzjoni għal infużjoni għandha tintuża immedjatament. Jekk ma tintużax immedjatament, il-perjodu u l-kundizzjonijiet tal-ħażna qabel l-użu huma r-responsabilità ta’ min jużah u normalment ma jkunx ta’ iktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ bejn 2°C – 8°C, sakemm id-dilwizzjoni ma sseħħx f’kundizzjoni asettika kontrollata u vvalidata.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li s-soluzzjoni mhijiex ċara jew fiha xi frak.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Ibandronic acid Accord

Is-sustanza attiva hi ibandronic acid.

Ibandronic acid Accord 2 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Kunjett wieħed b’2 ml ta’ konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni fih 2 mg ibandronic acid

(bħala 2.25 mg ibandronate sodium monohydrate)

Ibandronic acid Accord 6 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Kunjett wieħed b’6 ml ta’ konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni fih 6 mg ibandronic acid

(bħala 6.75 mg ibandronate sodium monohydrate)

Is-sustanzi l-oħra huma sodium chloride, sodium acetate trihydrate, acetic acid glaċjat u ilma għall-injezzjonijiet

Kif jidher Ibandronic acid Accord u l-kontenut tal-pakkett:

Ibandronic Acid Accord huwa soluzzjoni bla kulur u ċara.

Jiġi fi:

Ibandronic acid Accord 2 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Kunjett tal-ħġieġ ta' 6 ml (tip I) bi stopper tal-fluorotec u gomma u siġilli tal-aluminju b'tapp kulur il- lavandra tat-tip 'flip-off'.

Ibandronic acid Accord 6 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Kunjett tal-ħġieġ ta' 6 ml (tip I) bi stopper tal-fluorotec u gomma u siġilli tal-aluminju b'tapp roża tat- tip 'flip-off'.

Daqs tal-pakkett:

Ibandronic acid Accord 2 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Jiġi bħala pakketti li fihom 1 kunjett.

Ibandronic acid Accord 6 mg konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Jiġi f’pakketti li fihom kunjett 1, 5 u 10 kunjetti. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Accord Healthcare Limited Sage House

319, Pinner Road North Harrow Middlesex HA1 4HF Ir-Renju Unit

Manifattur

Accord Healthcare Ltd.

Sage House

319 Pinner Road

North Harrow, Middx HA1 4HF

Ir-Renju Unit

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċini: http://www.ema.europa.eu/

Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa

Dożaġġ: Prevenzjoni ta’ AvvenimentiSkeletriċi f’Pazjenti b’Kanċer tas-Sider u Metastasi fl- Għadam

Id-doża rrakkomandata għall-prevenzjoni ta’ avvenimenti skeletriċi f’pazjenti b’kanċer tas-sider u metastasi fl-għadam hija ta’ 6 mg bħala injezzjoni ġol-vini li tingħata kull 3-4 ġimgħat. Id-doża għandha tiġi infuża fuq medda ta’ mill-inqas 15-il minuta.

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

L-ebda aġġustament fid-doża ma huwa meħtieġ għall-pazjenti b’indeboliment ħafif tal-kliewi

(CLcr ≥50 u <80 ml/min). Għall-pazjenti b’indeboliment moderat tal-kliewi (CLcr ≥ 30 u <50 ml/min) jew b’indeboliment sever tal-kliewi (CLcr <30 ml/min) li qed jiġu ttrattati għall-prevenzjoni ta’ avvenimenti skeletriċi f’pazjenti b’kanċer tas-sider u mard metastatiku tal-għadam għandhom jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet ta’ dożaġġ li ġejjin:

Tneħħija tal-

 

Dożaġġ

Volum tal-infużjoni 1 u Ħin 2

Krejatinina (ml/min)

 

 

 

50 CLcr<80

6 mg

(6 ml ta’ konċentrat għal

100 ml fuq 15-il minuta

 

soluzzjoni għall-infużjoni)

 

 

 

30 CLcr <50

4 mg

(4 ml ta’ konċentrat għal

500 ml fuq siegħa

 

soluzzjoni għall-infużjoni)

 

 

 

<30

2 mg

(2 ml ta’ konċentrat għal

500 ml fuq siegħa

 

soluzzjoni għall-infużjoni)

 

 

 

1Soluzzjoni ta’ 0.9% sodium chloride jew soluzzjoni ta’ 5% glucose

2Għoti kull 3 sa 4 ġimgħat

Ħin tal-infużjoni ta’ 15-il minuta ma ġiex studjat f’pazjenti tal-kanċer bi CLcr < 50 ml/min.

Dożaġġ: Trattament ta’ Iperkalċimija kkawżata minn tumur

Ibandronic acid Accord normalment jigħata fi sptar. Id-doża hija determinata mit-tabib li jikkunsidra il-fatturi li ġejjin.

Qabel it-trattament b’Ibandronic acid Accord il-pazjent għandu jiġi idratat mill-ġdid biżżejjed

b’9 mg/ml (0.9%) sodium chloride. Għandha tiġi kkunsidrata s-severità tal-iperkalċimija kif ukoll it- tip ta’ tumur. Fil-parti l-kbira tal-pazjenti b’iperkalċimija severa (kalċju fis-serum ikkoreġut għall- albumina*>3 mmol/l jew mg/dl)12 doża waħda ta’ 4 mg hija adegwata. F’pazjenti b’iperkalċimija moderata (kalċju fis-serum ikkoreġut għall-albumina < 3 mmol/l jew < 12 mg/dl) 2 mg hija doża effettiva. L-għola doża użata fiprovi kliniċi kienet ta’ 6 mg iżda din id-doża ma żżid l-ebda benefiċċju ieħor f’termini ta’ effikaċja.

* Nota: il-konċentrazzjonijiet tal-kalċju fis-serum ikkoreġut għall-albumina huma kkalkulati kif ġej:

Kalċju fis-serum ikkoreġut

=

 

Kalċju fis-serum (mmol/l) - [0.02 x albumina (g/l)] + 0.8

għall-albumina (mmol/l)

 

 

 

 

 

Jew

Kalċju fis-serum ikkoreġut

=

 

Kalċju fis-serum (mg/dl) + 0.8 x [4 - albumina (g/dl)]

għall-albumina (mg/dl)

 

 

 

 

 

 

Biex taqleb il-valur tal-kalċju fis-serum

ikkoreġut għall-albumina minn mmol/l għal mg/dl,

immultiplika b’4.

 

 

 

 

 

 

 

Fil- biċċa l-kbira tal-każijiet, livell għoli ta’ kalċju fis-serum jista’ jitnaqqas għal livell normali f’7 ijiem. Iż-żmien medjan sa biex il-livell jerġa jogħla (żieda mill-ġdid ta’ 'l fuq minn 3 mmol/l ta’ kalċju fis-serum ikkoreġut għall-albumina tas-serum) kien ta’ 18–19-il ġurnata b’dożi ta’ 2 mg u 4 mg. Iż-

żmien medjan biex il-livell jerġa jogħla kien ta’ 26 ġurnata b’doża ta’ 6 mg.

Il-metodu u rotta tal-amministrazzjoni

Ibandronic acid Accord konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jingħata bħala infużjoni ġol-vina.

Għal dan il-għan il-kontenut tal-kunjett għandu jiġi wżat kif ġej:

Prevenzjoni ta’ AvvenimentiSkeletriċi f’pazjenti bil-kanċer tas-sider u metastasi fl-għadam - miżjud ma’ 100 ml ta’ soluzzjoni isotonika ta’ sodium chloride jew ma’ 100 ml 5 % dextrose u infuż fuq medda ta’ mill-anqas 15-il minuta. Ara wkoll is-sezzjoni hawn fuq dwar id-dożaġġ għall-pazjenti b’indeboliment renali

Trattament ta’ iperkalċimija kkawżata minn tumur - miżjud ma’ 500 ml ta’ soluzzjoni isotonika ta’ sodium chloride jew 500 ml ta’ soluzzjoni ta’ 5% dextrose u infuż fuq medda ta’ sagħtejn

Nota:

Sabiex jiġu evitati inkompatibilitajiet potenzjali, Ibandronic acid Accord konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jitħallat biss ma’ soluzzjoni isotonika ta’ sodium chloride jew ma’ soluzzjoni ta’ 5 % dextrose. Soluzzjonijiet li fihom il-kalċju m’għandhomx jitħalltu ma’ Ibandronic acid Accord konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni.

Soluzzjonijiet dilwiti huma għall-użu ta’ darba biss. Għandhom jintużaw bisssoluzzjonijiet ċari mingħajr frak.

Huwa rrakkommandat li l-prodott la darba jkun dilwit jintuża immedjatament (ara l-punt 5 ta’ dan il- fuljett ‘Kif taħżen Ibandronic acid Accord’).

Ibandronic acid Accord konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni għandu jingħata bħala infużjoni fil- vini. Għandu jkun hemm attenzjoni biex ma tagħtix Ibandronic acid Accord konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni permezz ta’ għoti ġewwa arterja jew ħdejn vina għax dan jista’ jwassal għal ħsara lit- tessut.

Frekwenza tal-amministrazzjoni

Għal trattament ta’ iperkalċimija kkawżata minn tumur, Ibandronic acid Accord konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni ġeneralment jingħata bħala infużjoni waħda.

Għall-prevenzjoni ta’ avvenimenti skeletriċi f’pazjenti b’kanċer tas-sider u metastasi fl-għadam, l- infużjoni ta’ Ibandronic acid Accord hija ripetuta f’intervalli ta’ 3-4 ġimgħat.

Tul tat-trattament

Numru limitat ta’ pazjenti (50 pazjent) irċevew it-tieni infużjoni għal iperkalċimjia. Trattament ripetut jista’ jiġi ikkunsidrat f’każ ta’ iperkalċimija rikurrenti jew effikaċja insuffiċjenti.

Għal-pazjenti b’kanċer tas-sider u metastasi fl-għadam, l-infużjoni ta’ Ibandronic acid Accord għandha tiġi amministrata kull 3-4 ġimgħat. Fil-provi kliniċi, it-terapija baqgħet sejra sa 96 ġimgħa.

Doża eċċessiva

Sa issa ma hemm l-ebda esperjenza ta’ avvelenament akut b’ibandronic acid Accord konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni. Minħabba li fi studji b’dożi għolja ta’ qabel l-użu kliniku , kemm il-kliewi kif ukoll il-fwied instabu li kienu organi li setgħu kienu milquta minn tossiċittà, l-funzjoni tal-kliewi u tal-fwied għandha tiġi mmonitorjata.

Ipokalċemija (livelli baxxi ħafna ta’ kalċju fis-serum) li tkun klinikament rilevanti għandha tkun ikkoreġuta permezz ta’ amministrazzjoni ġol-vina ta’ calcium gluconate.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Ibandronic acid Accord 3 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Ibandronic acid

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Ibandronic acid Accord u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tirċievi Ibandronic acid Accord

3.Kif għandek tuża Ibandronic acid Accord

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Ibandronic acid Accord

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Ibandronic acid Accord u għalxiex jintuża

Ibandronic acid Accord jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa bisphosphonates. Fih is- sustanza attiva ibandronic acid.

Ibandronic acid Accord jista’ jreġġa’ lura t-telf tal-għadam billi jwaqqaf aktar telf ta’ għadam u jżid il- massa tal-għadam fil-biċċa l-kbira tan-nisa, anki jekk ma jkunux jistgħu jaraw jew iħossu differenza. Ibandronic acid Accord jista’ jgħin inaqqas ir-riskju ta’ ksur ta’ għadam (fratturi). Dan it-tnaqqis fil- fratturi kien osservat għas-sinsla tad-dahar iżda mhux għall-ġenbejn.

Ibandronic acid Accord huwa preskritt lilek biex jikkura l-osteoporożi ta’ wara l-menopawsa għax għandek riskju ogħla ta’ ksur. L-osteoporożi hija traqqiq u tidgħif tal-għadam, li hija komuni

f’nisa wara l-menopawsa. Fil-menopawsa, l-ovarji tal-mara jieqfu jipproduċu l-ormon femminili, l- estroġenu, li jgħin biex iżomm l-iskeletru tagħha b’saħħtu. Iżjed ma l-mara tilħaq il-menopawsa kmieni, iktar ikun kbir r-riskju tagħha ta’ ksur fl-osteoporożi.

Affarijiet oħra li jistgħu jżidu r-riskju ta’ ksur jinkludu:

insuffiċjenza ta’ kalċju u vitamina D fid-dieta

tipjip ta’ sigaretti, jew xorb ta’ alkoħol żejjed

mhux biżżejjed mixi jew eżerċizzju ieħor ta’ rfigħ ta’ piżijiet

passat mediku ta’ osteoporożi fil-familja

Stil ta’ ħajja f’saħħitha ukoll jgħinek biex tieħu l-benefiċċju massimu mill-kura tiegħek. Dan jinkludi:

li tiekol dieta bilanċjata b’ħafna kalċju u vitamina D

li timxi jew tagħmel eżerċizzju ieħor ta’ rfigħ ta’ piżijiet

li ma tpejjipx u li ma tixrobx wisq alkoħol.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tirċievi Ibandronic acid Accord Tiħux Ibandronic acid Accord

jekk għandek, jew kellek fil-passat, kalċju baxx fid-demm. Jekk jogħoġbok kellem lit-tabib tiegħek

jekk inti allerġiku għal ibandronic acid, jew għal xi sustanza oħra din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Effett sekondarju li jissejjaħ osteonekrosi tax-xedaq (ONJ) (ħsara fl-għadam tax-xedaq) ġie rrapportat b’mod rari ħafna fl-ambjent ta’ wara t-tqegħid fis-suq f’pazjenti li jirċievu ibandronic acid għal indikazzjonijiet onkoloġiċi. L-ONJ tista’ sseħħ ukoll wara li titwaqqaf il-kura.

Huwa importanti li tipprova tipprevjeni l-iżvilupp tal-ONJ minħabba li hija kundizzjoni ta’ uġigħ li tista’ tkun diffiċli sabiex tikkura. Sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-iżvilupp tal-osteonekrosi tax-xedaq, hemm xi prekawzjonijiet li għandek tieħu.

Qabel ma tirċievi l-kura, għid lit-tabib/infermier (professjonist tal-kura tas-saħħa) jekk:

għandek problemi b’ħalqek jew bi snienek bħal saħħa dentali batuta, mard tal-ħanek, jew qlugħ ippjanat tas-sinna

ma tirċevix kura dentali ta’ rutina jew ma kellekx spezzjoni dentali għal żmien twil

tpejjep (minħabba li dan jista’ jżid ir-riskju ta’ problemi dentali)

kont ikkurat/a minn qabel b’bisfosfonat (użat sabiex jikkura jew jipprevjeni disturbi fll-għadam)

qed tieħu mediċini li jissejħu kortikosterojdi (bħal prednisolone jew dexamethasone)

għandek kanċer.

It-tabib tiegħek jista’ jitolbok li tagħmel eżaminazzjoni dentali qabel ma tibda l-kura b’ibandronic acid.

Waqt li qed tiġi kkurat/a, għandek iżżomm iġjene orali tajba (inkluż ħasil regolari tas-snien) u tirċievi spezzjonijiet dentali ta’ rutina. Jekk tilbes id-dentatura għandek tkun ċert li din toqgħod sew. Jekk tkun qiegħed/qiegħda taħt kura dentali jew ser ikollok kirurġija dentali (eż. qlugħ tas-sinna), informa lit- tabib tiegħek dwar il-kura dentali tiegħek u għid lid-dentist tiegħek li qed tiġi kkurat/a b’ibandronic acid.

Ikkuntattja lit-tabib u lid-dentist tiegħek minnufih jekk tesperjenza xi problemi b’ħalqek jew bi snienek bħal telf ta’ snien, uġigħ jew nefħa, nuqqas ta’ fejqan ta’ selħiet jew rilaxx, minħabba li dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ osteonekrosi tax-xedaq.

Xi pazjenti għandhom joqgħdu attenti ħafna meta jużaw Ibandronic acid Accord. Kellem lit-tabib tiegħek qabel tirċievi Ibandronic acid Accord:

Jekk għandek jew qatt kellek problemi fil-kliewi, insuffiċjenza tal-kliewi jew kellek bżonn dijalisi, jew jekk għandek xi mard ieħor li jista’ jaffettwa l-kliewi tiegħek

Jekk għandek xi disturbi fil-metaboliżmu tal-minerali (bħal defiċjenza ta’ vitamina D)

Għandek tieħu supplimenti ta’ kalċju u vitamina D waqt li qed tirċievi Ibandronic acid Accord. Jekk ma tistax tagħmel dan, għandek tinforma lit-tabib tiegħek

Jekk għandek problemi fil-qalb u t-tabib irrakkomanda li tillimita l-konsum ta’ fluwidu ta’ kuljum.

Każijiet ta’ reazzjoni allerġika serja, xi kultant fatali, kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati ibandronic acid fil-vini. Jekk ikollok wieħed mis-sintomi li ġejjin, bħal qtugħ ta’ nifs/diffikultà biex tieħu nifs, griżmejn jinħassu mitbuqa, nefħa fl-ilsien, sturdament, sensazzjoni ta’ telf ta’ koxjenza, ħmura jew nefħa tal-wiċċ, raxx fil-ġisem, dardir u rimettar, għandek tavża lit-tabib jew l-infermier tiegħek minnufih (ara sezzjoni 4).

Tfal u adolexxenti

Ibandronic acid Accord m’għandux jintuża fi tfal jew adolexxenti ta’età inqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u Ibandronic acid Accord

Għid lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Tqala u treddigħ

Ibandronic acid Accord huwa għall-użu minn nisa wara l-menopawsa biss u m’għandux tittieħed minn nisa li għad jista’ jkollhom tarbija.

Tiħux Ibandronic acid Accord jekk inti tqila jew qed tredda’.

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Tista’ issuq u tħaddem magni għax huwa mistenni li Ibandronic acid Accord ma jkollu l-ebda effett jew li ftit li xejn ikollu effett fuq l-abbiltà tiegħek li ssuq u tħaddem magni.

Ibandronic acid Accord fih anqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull doża (3 ml), i.e. essenzjalment “bla sodium”.

3.Kif għandek tirċievi Ibandronic acid Accord

Id-doża rakkomandata ta’ Ibandronic acid Accord għall-injezzjoni ġol-vina hija 3 mg (siringa mimlija għal-lest waħda) darba kull 3 xhur.

L-injezzjoni għandha tingħata ġol-vina minn tabib jew ħaddiem ikkwalifikat/imħarreġ fil-qasam mediku. Tagħtix l-injezzjoni lilek innifsek.

Is-soluzzjoni għall-injezzjoni għandha tingħata ġol - vina biss, u fl-ebda post ieħor fil-ġisem.

Kompli rċievi Ibandronic acid Accord

Biex tieħu l-aktar benefiċċju mill-kura huwa mportanti li tkompli tirċievi l-injezzjonijiet kull 3 xhur, sakemm jippreskrivihomlok it-tabib tiegħek. Ibandronic acid Accord jista’ jikkura l-osteoporożi biss sakemm tibqa’ tirċievi l-kura, għalkemm ma tkunx tista’ tara jew tħoss id-differenza. Wara li tkun ilek tirċievi Ibandronic acid Accord għal 5 snin, jekk jogħġbok ikkonsulta mat-tabib tiegħek dwar jekk għandekx tkompli tirċievi Ibandronic acid Accord.

Għandek tieħu ukoll supplimenti ta’ kalċju u vitamina D, kif irrakkomandat mit-tabib tiegħek.

Jekk tuża Ibandronic acid Accord aktar milli suppost

Tista’ tiżviluppa livelli baxxi ta’ kalċju, fosfru jew manjeżju fid-demm. It-tabib tiegħek jista’ jieħu passi biex jikkoreġi dawn il-bidliet u jista’ jtik injezzjoni li fiha dawn il-minerali.

Jekk tinsa tuża doża Ibandronic acid Accord

Għandek tirranġa appuntament biex tieħu l-injezzjoni li jmiss malajr kemm jista’ jkun. Wara kompli ħu l-injezzjonijiet kull 3 xhur mid-data tal-aktar injezzjoni reċenti.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Kellem lill-infermier jew lit-tabib minnufih jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji serji li

ġejjin – għandu mnejn ikollok bżonn kura medika urġenti:

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000):

ħakk, nefħa fil-wiċċ, xufftejn, ilsien u griżmejn, b’diffikultà biex tieħu n-nifs

uġigħ u infjammazzjoni persistenti fl-għajn (jekk għal tul ta’ żmien)

uġigħ ġdid, dgħufija jew skomdu fil-koxxa, ġenbejn jew fl-irqiq ta’ bejn il-koxxa u ż-żaqq. Jista’ jkollok sinjali bikrija ta’ ksur mhux tas-soltu possibbli tal-għadma tal-koxxa

Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000):

uġigħ jew skomdu fil-ħalq jew fix-xedaq. Jista’ jkollok sinjali bikrija ta’ problemi severi fix-xedaq (nekrosi (tessut tal-għadam mejjet) fl-għadma tax-xedaq)

Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek uġigħ f’widnejk, widnejk tnixxi, u/jew infezzjoni f’widnejk. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam ta’ widnejk.

reazzjoni allerġika serja li tista’ tkun fatali (ara sezzjoni 2)

reazzjonijiet avversi severi fil-ġilda

Effetti sekondarji possibbli oħra

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

uġigħ ta’ ras

uġigħ ta’ stonku (bħal gastrite) jew uġigħ ta’ żaqq, indiġestjoni, tqalligħ, dijarea (tagħmel imsarnek) jew stitikezza

uġigħ fil-muskoli, fil-ġogi, jew fid-dahar

tħossok għajjien u eżawst

sintomi jixbħu lill-influwenza, inkluż deni, tregħid u tertir, sensazzjoni ta’ skomdu, uġigħ fl- għadam u muskoli u ġogi juġgħu. Kellem lill-infermier jew lit-tabib jekk xi effett jibda jdejqek jew idum aktar minn ftit jiem

raxx

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

infjammazzjoni ta’ vina

uġigħ jew ferita fis-sit tal-injezzjoni

uġigħ fl-għadam

tħossok debboli

attakki tal-ażżma

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1000):

ħorriqija

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effetti sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendix V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Ibandronic acid Accord

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq is-siringa wara “EXP”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Il-persuna li tagħti l-injezzjoni għandha tarmi kull soluzzjoni li ma ntużatx u tpoġġi is-siringa użata u l-labra tal-injezzjoni f’kontenitur għar-rimi xieraq.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Ibandronic acid Accord

Is-sustanza attiva hi ibandronic acid. Siringa waħda mimlija għal-lest fiha 3 mg ta’ ibandronic acid f’3 ml ta’ soluzzjoni (bħala sodium monohydrate).

Is-sustanzi l-oħra huma sodium chloride, acetic acid, sodium acetate trihydrate u ilma għall- injezzjonijiet.

Kif jidher Ibandronic acid Accord u l-kontenut tal-pakkett

Ibandronic acid Accord 3 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringi mimlija għal-lest huwa soluzzjoni ċara u bla kulur. Kull siringa mimlija għal-lest fiha 3 ml ta’ soluzzjoni. Ibandronic acid Accord huwa disponibbli f’pakketti ta’ siringa waħda mimlija għal-lest u labra waħda għall-injezzjoni jew 4 siringi mimlija għal-lest u 4 labar għall-injezzjoni.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Accord Healthcare Limited Sage House

319, Pinner Road. North Harrow Middlesex HA1 4HF

Ir-Renju Unit

Il-manifattur

Accord Healthcare Limited

Sage House

319, Pinner Road, North Harrow

Middlesex HA1 4HF

Ir-Renju Unit

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{data}.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Dan it-tagħrif huwa maħsub biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

TAGĦRIF GĦALL-PROFESSJONISTI FIL-QASAM MEDIKU

Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ara s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott.

L-għoti ta’ Ibandronic acid Accord 3 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest:

Ibandronic acid Accord 3 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest għandha tiġi njettata ġol-vina fuq perjodu ta’ 15 - 30 sekonda.

Is-soluzzjoni hija irritanti, għalhekk huwa importanti li tintuża biss ir-rotta ġol-vina. Jekk bi żball injettajt ġot-tessuti ta’ madwar il-vina, il-pazjenti jista’ jkollhom esperjenza ta’ rritazzjoni, uġigħ u infjammazzjoni lokali fil-post tal-injezzjoni.

Ibandronic acid Accord 3 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest m’għandux jitħallat ma’ soluzzjonijet li fihom il-kalċju (bħal soluzzjoni Ringer-Lactate, calcium heparin) jew prodotti mediċinali oħra li jingħataw ġol-vina. Fejn Ibandronic acid Accord jingħata minn ġo pajp tal- infużjoni ġol-vina eżistenti, l-infusat għal ġol-vina għandu jiġi ristrett għal isotonic saline jew soluzzjoni ta’ 50 mg/ml (5 %) ta’ glukosju.

Doża minsija:

Jekk tintesa doża, l-injezzjoni għandha tingħata minnufih meta konvenjenti. Minn hemm ’l quddiem, l- injezzjonijiet għandhom jiġu pprogrammati kull 3 xhur mid-data tal-aħħar injezzjoni.

Doża eċċessiva:

M’hemmx tagħrif speċifiku disponibbli dwar il-kura ta’ doża eċċessiva b’Ibandronic acid Accord.

Ibbażat fuq tagħrif ta’ din il-klassi ta’ sustanzi, doża eċċessiva ġol-vina tista’ twassal għal ipokalċimja, ipofosfatimja, u ipomanjesimja, li jista’ jikkawża parasteżija. F’każijiet severi jista’ jkun hemm bżonn ta’ infużjoni ġol-vina ta’ dożi xierqa ta’ calcium gluconate, potassium jew sodium phosphate, u magnesium sulfate.

Parir ġenerali:Ibandronic acid Accord 3 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest bħal bisphosphonates oħra mogħtija ġol-vina, jista’ jikkawża tnaqqis temporanju fil-valuri ta’ kalċju fis-serum.

Ipokalċimja u disturbi oħra tal-metaboliżmu tal-għadam u tal-minerali għandhom jiġu stmati u kkurati b’mod effettiv qabel tinbeda terapija ta’ injezzjoni b’Ibandronic acid Accord. Teħid xieraq ta’ kalċju u vitamina D huwa importanti fil-pazjenti kollha. Il-pazjenti kollha għandhom jirċievu kalċju u vitamina D supplimentari.

Pazjenti b’mard fl-istess waqt, jew li jużaw prodotti mediċinali li għandhom il-potenzjal għall-effetti mhux mixtieqa fuq il-kilwa, għandhom jiġu nvistati regolarment waqt il-kura skont prattika medika tajba.

Kull soluzzjoni għall-injezzjoni, siringa jew labra għall-injezzjoni mhux użati għandhom jintremew skont il-liġijiet lokali.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati