Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Incresync (alogliptin / pioglitazone) – Fuljett ta’ tagħrif - A10BD09

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaIncresync
Kodiċi ATCA10BD09
Sustanzaalogliptin / pioglitazone
ManifatturTakeda Pharma A/S

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Incresync 25 mg/30 mg pilloli miksija b’rita

Incresync 25 mg/45 mg pilloli miksija b’rita

Incresync 12.5 mg/30 mg pilloli miksija b’rita

Incresync 12.5 mg/45 mg pilloli miksija b’rita

Alogliptin/Pioglitazone

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Incresync u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Incresync

3.Kif għandek tieħu Incresync

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Incresync

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Incresync u għalxiex jintuża

X’inhu Incresync

Incresync fih żewġ mediċini differenti msejħin alogliptin u pioglitazone f’pillola waħda:

-alogliptin jappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jissejħu impedituri DPP-4 (impedituri ta’ dipeptidyl peptidase-4). Alogliptin jaġixxi billi jżid il-livelli tal-insulina fil-ġisem wara ikla u jnaqqas l-ammont ta’ zokkor fil-ġisem.

-pioglitazone jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa thiazolidinediones. Hu jgħin lill-ġismek jagħmel użu aħjar mill-insulina li jipproduċi.

Dawn iż-żewġ gruppi ta’ mediċini huma “antidijabetiċi orali”.

Għalxiex jintuża Incresync

Huwa jintuża biex ibaxxi l-livell ta’ zokkor fid-demm f’adulti b’dijabete ta’ tip 2. Id-dijabete ta’ tip 2 tissejjaħ ukoll dijabete mellitus li ma tiddependix mill-insulina jew NIDDM.

Incresync jittieħed meta z-zokkor fid-demm tiegħek ma jkunx jista’ jiġi kkontrollat b’mod adegwat mid-dieta, l-eżerċizzju fiżiku u mediċini antidijabetiċi oħra li jittieħdu mill-ħalq bħal pioglitazone, jew pioglitazone u metformin meta jittieħdu flimkien. It-tabib tiegħek ser jiċċekkja jekk Incresync hux jaħdem 3 sa 6 xhur wara li tibda tieħdu.

Jekk diġà qed tieħu kemm alogliptin u pioglitazone bħala pilloli individwali, Incresync jista’ jieħu posthom f’pillola waħda.

Huwa importanti li tkompli ssegwi l-pariri dwar id-dieta u l-eżerċizzju li l-infermiera jew tabib tiegħek ikunu tawk.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Incresync

TIĦUX Incresync:

jekk inti allerġiku għal aloglipidin, pioglitazone jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

jekk kellek reazzjoni allerġika serja għal kwalunkwe mediċini simili oħrajn li tieħu biex tikkontrolla l-ammont ta’ zokkor fid-demm tiegħek. Sintomi ta’ reazzjoni allerġika serja jistgħu jinkludu; raxx, irqajja’ ħomor imtella’ fuq il-ġilda (urtikarja), nefħa tal-wiċċ, xufftejn, ilsien, u gerżuma li jistgħu jikkawżaw diffikultà biex tieħu n-nifs jew tibla’.

jekk għandek insuffiċjenza tal-qalb jew fil-passat kellek insuffiċjenza tal-qalb.

jekk għandek mard tal-fwied.

jekk għandek ketoaċidożi dijabetika (kumplikazzjoni serja tad-dijabete kkontrollata ħażin). Is-sintomi jinkludu għatx eċċessiv, awrina frekwenti, nuqqas ta’ aptit, dardir jew rimettar u telf ta’ piż malajr.

jekk kellek jew qatt kellek kanċer tal-bużżieqa tal-awrina.

jekk għandek id-demm fl-awrina li t-tabib tiegħek ma vverifikax. Tiħux Incresync u għid lit-tabib tiegħek jiċċekkjalek l-awrina kemm jista’ jkun malajr.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Incresync:

jekk għandek dijabete ta’ tip 1 (ġismek ma jipproduċix insulina).

jekk qed tieħu mediċina antidijabetika magħrufa bħala sulphonylurea (eż. glipizide, tolbutamide, glibenclamide) jew insulina.

jekk tbati minn mard tal-qalb jew żamma ta’ fluwidi. Jekk tieħu mediċini anti-infjammatorji li wkoll jistgħu jikkawżaw żamma ta’ fluwidu u nefħa, għandek tgħid lit-tabib tiegħek ukoll.

jekk inti anzjan u qed tieħu l-insulina, peress li inti tista’ tkun f’riskju ogħla ta’ problemi fil-qalb.

jekk għandek problema fil-fwied jew kliewi. Qabel ma tibda tieħu din il-mediċina ser ikollok kampjun tad-demm meħud biex jiġi ċċekkjat kif qed jaħdmu l-fwied u l-kliewi tiegħek. Din il-verifika tista’ tiġi ripetuta f’intervalli. F’każ ta’ mard tal-kliewi, it-tabib tiegħek jista’ jnaqqas id-doża ta’ Incresync.

jekk għandek tip speċjali ta’ marda tal-għajnejn dijabetika li tissejjaħ oedema makulari (nefħa fil-parti ta’ wara tal-għajn).

jekk għandek ċisti fl-ovarji tiegħek (sindromu poliċistiku fl-ovarji). Jista’ jkun hemm possibilità akbar li toħroġ tqila għax inti tista’ tovula mill-ġdid meta tieħu Incresync. Jekk dan japplika għalik, uża kontraċezzjoni adattata sabiex tevita il-possibilità mhux ippjanata li tinqabad tqila.

jekk kellek reazzjonijiet allerġiċi għal xi mediċini oħra li inti tieħu biex tikkontrolla z-zokkor fid-demm tiegħek.

Is-sintomi jistgħu jinkludu ħakk ġenerali u sensazzjoni ta’ sħana speċjalment li jaffettwaw l-ġilda tar-ras, il-ħalq, il-gerżuma, il-pali tal-idejn u l-qiegħ tas-saqajn (Sindrome ta’ Stevens-Johnson).

jekk għandek jew kellek mard tal-frixa.

Bidliet żgħar fl-għadd ta’ ċelluli jistgħu jidhru fit-testijiet tad-demm tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jiddiskuti r-riżultati miegħek.

Għadd ogħla ta’ ksur fl-għadam ġie osservat fil-pazjenti, speċjalment fin-nisa li kienu qed jieħdu pioglitazone. It-tabib tiegħek se jikkunsidra dan meta jkun qed jittratta d-dijabete tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Incresync mhux rakkomandat għal tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena minħabba n-nuqqas ta’ tagħrif f’dawn il-pazjenti.

Mediċini oħra u Incresync

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

B’mod partikolari għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu xi wieħed minn dawn il-mediċini li ġejjin:

gemfibrozil (li jintuża biex ibaxxi l-kolesterol)

rifampicin (li jintuża għall-kura tat-tuberkolosi u infezzjonijiet oħra)

Iz-zokkor fid-demm tiegħek ser jiġi ċċekkjat u d-doża tiegħek ta’ Incresync għandha mnejn tiġi mibdula.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’hemm l-ebda esperjenza bl-użu ta’ Incresync f’nisa tqal jew waqt it-treddigħ. Incresync m’għandux jintuża waqt it-tqala jew it-treddigħ.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jista’ jkun li tesperjenza disturbi viżivi waqt li qed tieħu din il-mediċina. Jekk dan jiġri lilek, issuqx jew tuża xi għodod jew magni. Li tieħu Incresync flimkien ma’ mediċini oħrajn kontra d-dijabete jista’ jikkawża livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija), u dan jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq u tuża l-magni.

Incresync fih lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi zokkrijiet, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tieħu Incresync

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

It-tabib tiegħek ser jgħidlek kemm għandek tieħu Incresync u jekk ikollok bżonn tibdel l-ammont ta’ mediċini oħra li qed tieħu.

Id-doża massima rakkomandata ta’ kuljum hija ta’ pillola waħda ta’ 25 mg/45 mg.

Ibla’ l-pillol(a/i) tiegħek sħiħa bl-ilma. Tista’ tieħu din il-mediċina bi jew mingħajr ikel.

Pazjenti b’mard tal-kliewi

Jekk għandek mard tal-kliewi t-tabib tiegħek għandu mnejn jordnalek doża mnaqqsa.

Jekk qed issegwi dieta dijabetika, għandek tkompli biha waqt li qed tieħu Incresync.

Il-piż tiegħek għandu jiġi ċċekkjat f’intervalli regolari; jekk il-piż tiegħek jiżdied, għid lit-tabib tiegħek.

Jekk tieħu aktar Incresync milli suppost

Jekk tieħu aktar pilloli milli suppost, jew jekk xi ħadd ieħor jew tifel jew tifla jieħdu l-mediċina tiegħek, ikkuntattja jew mur fl-eqreb ċentru ta’ emerġenza minnufih. Ħu dan il-fuljett jew xi pilloli miegħek sabiex it-tabib tiegħek ikun jaf eżattament dak li tkun ħadt.

Jekk tinsa tieħu Incresync

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha hekk kif tiftakar dan. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Incresync

M’għandekx tieqaf tieħu Incresync mingħajr ma tikkonsulta lit-tabib tiegħek l-ewwel. Il-livelli ta’ zokkor fid-demm tiegħek jistgħu jiżdiedu meta tieqaf tieħu Incresync.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

WAQQAF it-teħid ta’ Incresync u kkuntattja lit-tabib immedjatament jekk tinnota xi effetti sekondarji serji minn dawn li ġejjin:

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

Uġigħ fl-għadam f’daqqa u sever jew immobilità (partikolarment fin-nisa).

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

Sintomi ta’ kanċer tal-bużżieqa tal-awrina li jinkludu demm fl-awrina, uġigħ meta tgħaddi l-awrina jew ħtieġa f’daqqa li tgħaddi l-awrina.

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

Reazzjoni allerġika. Is-sintomi jistgħu jinkludu: raxx, ħorriqija, problemi biex tibla’ jew tieħu n-nifs, nefħa tax-xufftejn, il-wiċċ, griżmejn jew ilsien u li jħossok ħażin.

Reazzjoni allerġika severa: leżjonijiet tal-ġilda jew tikek fuq il-ġilda tiegħek, li jistgħu jagħmlu progress għall selħiet mdawra minn ċrieki ħomor, nfafet u / jew tqaxxir tal-ġilda possibilment b’sintomi bħal ħakk, deni, tħossok marid in ġenerali, uġigħ fil-ġogi, problemi fil-vista, ħruq, uġigħ jew ħakk fl-għajnejn u selħiet fil-ħalq (sindromu ta’ Stevens-Johnson u Eritema multiforme).

Uġigħ sever u persistenti fiż-żaqq (fiż-żona tal-istonku) li jista’ jilħaq f’dahrek, kif ukoll dardir u rimettar, peress li dan jista’ jkun sinjal ta’ infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite).

Għandek ukoll tiddiskuti mat-tabib tiegħek jekk tesperjenza l-effetti sekondarji li ġejjin:

Komuni:

Sintomi ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) jistgħu jseħħu meta Incresync jittieħed flimkien ma’ insulina jew sulphonylureas (eż. glipizide, tolbutamide, glibenclamide). Is-sintomi jistgħu jinkludu: tregħid, għaraq, ansjetà, vista mċajpra, xufftejn inemnmu, sfurija, bidla fil-burdata jew tħossok konfuż. Iz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jaqa’ taħt il-livell normali, iżda jista’ jiżdied mill-ġdid bit-teħid ta’ zokkor. Huwa rakkomandat li inti żżomm fuqek xi kubi taz-zokkor, ħelu, gallettini jew meraq tal-frott biz-zokkor.

Sintomi ta’ riħ jew tal-influwenza bħal uġigħ fil-griżmejn, imnieħer miżdud jew imblokkat tħossok għajjien, deni, tkexkix ta’ bard, uġigħ tal-ġisem, sogħla xotta

Ħakk tal-ġilda

Uġigħ ta’ ras

Uġigħ fl-istonku

Dijarea

Indiġestjoni, ħruq ta’ stonku

Tħossok imdardar

Uġigħ fl-għadam

Diffikultà biex torqod

Tħoss tmewwit fi kwalunkwe parti ta’ ġismek

Vista mċajpra jew tara kollox mgħawweġ

Żieda fil-piż

Idejn jew saqajn minfuħin

Mhux komuni:

Raxx

Mhux magħruf:

Disturbi fil-vista (ikkawżati minn kundizzjoni msejħa edema makulari).

Problemi tal-fwied bħal dardir jew rimettar, uġigħ fl-istonku, għeja mhux tas-soltu jew inspjegabbli, telf ta’ aptit, awrina skura jew sfurija tal-ġilda jew tal-abjad tal-għajnejn.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Incresync

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja, wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata tax-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali. Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdita’.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Incresync

-Is-sustanzi attivi huma alogliptin u pioglitazone.

Kull pillola miksija b’rita ta’ 25 mg/30 mg fiha alogliptin benzoate u pioglitazone hydrochloride ekwivalenti għal 25 mg alogliptin u 45 mg pioglitazone.

-Is-sustanzi l-oħra huma mannitol, microcrystalline cellulose, hydroxypropylcellulose, croscarmellose sodium, magnesium stearate, lactose monohydrate, hypromellose, talc, titanium

dioxide (E171), yellow iron oxide (E172), red iron oxide (E172), macrogol 8000, shellac u black iron oxide (E172).

Kull pillola miksija b’rita ta’ 25 mg/45 mg fiha alogliptin benzoate u pioglitazone hydrochloride ekwivalenti għal 25 mg ta’ alogliptin u 45 mg ta’ pioglitazone.

-Is-sustanzi l-oħra huma mannitol, microcrystalline cellulose, hydroxypropylcellulose, croscarmellose sodium, magnesium stearate, lactose monohydrate, hypromellose, talc, titanium dioxide (E171), red iron oxide (E172), macrogol 8000, shellac u black iron oxide (E172)

Kull pillola miksija b’rita ta’ 12.5 mg/30 mg fiha alogliptin benzoate u pioglitazone hydrochloride ekwivalenti għal 12.5 mg ta’ alogliptin u 30 mg ta’ pioglitazone.

-Is-sustanzi l-oħra huma mannitol, microcrystalline cellulose, hydroxypropylcellulose, croscarmellose sodium, magnesium stearate, lactose monohydrate, hypromellose, talc, titanium dioxide (E171), yellow iron oxide (E172), red iron oxide (E172), macrogol 8000, shellac,

carnauba wax u glycerol mono-oleate

Kull pillola miksija b’rita ta’ 12.5 mg/45 mg fiha alogliptin benzoate u pioglitazone hydrochloride ekwivalenti għal 12.5 mg ta’ alogliptin u 45 mg ta’ pioglitazone.

-Is-sustanzi l-oħra huma mannitol, microcrystalline cellulose, hydroxypropylcellulose, croscarmellose sodium, magnesium stearate, lactose monohydrate, hypromellose, talc, titanium dioxide (E171), red iron oxide (E172), macrogol 8000, shellac, carnauba wax u glycerol mono-oleate

Kif jidher Incresync u l-kontenut tal-pakkett

-Incresync 25 mg/30 mg pilloli miksija b’rita huma lewn il-ħawħ, f’għamla tonda (b’dijametru ta’ madwar 8.7 mm), imżaqqin fiż-żewġ naħat li fuqhom hemm kemm “A/P” u “25/30” stampati b’linka griża fuq naħa waħda.

-Incresync 25 mg/45 mg pilloli miksija b’rita huma ħomor f’għamla tonda (b’dijametru ta’ madwar 8.7 mm), imżaqqin fiż-żewġ naħat li fuqhom hemm kemm “A/P” u “25/45” stampati b’linka griża fuq naħa waħda.

-Incresync 12.5 mg/30 mg pilloli miksija b’rita huma lewn il-ħawħ ċar, f’għamla tonda (b’dijametru ta’ madwar 8.7 mm), imżaqqin fiż-żewġ naħat li fuqhom hemm kemm “A/P” u “12.5/30” stampati b’linka ħamra fuq naħa waħda.

-Incresync 12.5 mg/45 mg pilloli miksija b’rita huma ta’ lewn aħmar ċar, f’għamla tonda (b’dijametru ta’ madwar 8.7 mm), imżaqqin fiż-żewġ naħat li fuqhom hemm hemm kemm “A/P” u “12.5/45” stampati b’linka ħamra fuq naħa waħda.

Incresync huwa disponibbli f’pakketti b’folji li fihom 10, 14, 28, 30, 56, 60, 90, 98 jew 100 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Takeda Pharma A/S

Dybendal Alle 10 2630 Taastrup Id-Danimarka

Manifattur

Takeda Ireland Limited

Bray Business Park

Kilruddery

Co. Wicklow

L-Irlanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien/

Lietuva

Luxembourg/Luxemburg

“Takeda” UAB

Takeda Belgium

Tel: +370 521 09 070

Tél/Tel: +32 2 464 06 11

lt-info@takeda.com

takeda-belgium@takeda.com

 

България

Magyarország

Такеда България

Takeda Pharma Kft.

Тел.: +359 2 958 27 36; +359 2 958 15 29

Tel: +361 2707030

Česká republika

Malta

Takeda Pharmaceuticals Czech Republic s.r.o.

Takeda Italia S.p.A.

Tel: +420 234 722 722

Tel: +39 06 502601

Danmark

Nederland

Takeda Pharma A/S

Takeda Nederland bv

Tlf./Tel: +45 46 77 11 11

Tel: +31 23 56 68 777

 

nl.medical.info@takeda.com

Deutschland

Norge

Takeda GmbH

Takeda AS

Tel: 0800 825 3325

Tlf: +47 6676 3030

medinfo@takeda.de

infonorge@takeda.com

Eesti

Österreich

Takeda Pharma AS

Takeda Pharma Ges m.b.H

Tel: +372 6177 669

Tel: +43 (0) 800-20 80 50

Ελλάδα

Polska

TAKEDA ΕΛΛΑΣ Α.Ε

Takeda Polska Sp. z o.o

Tel: +30 210 6387800

tel. +48 22 608 13 00

gr.info@takeda.com

 

España

Portugal

Takeda Farmacéutica España S.A.

Takeda Farmacêuticos Portugal, Lda.

Tel: +34 917 14 99 00

Tel: +351 21 120 1457

spain@takeda.com

 

France

România

Takeda France S.A.S

Takeda Pharmaceuticals SRL

Tél: +33 1 46 25 16 16

Tel: +40 21 335 03 91

Hrvatska

Slovenija

Takeda Pharmaceuticals Croatia d.o.o

Takeda GmbH, Podružnica Slovenija

Tel: +385 1 377 88 96

Tel: +386 (0) 59 082 480

Ireland

Slovenská republika

Takeda Products Ireland Limited

Takeda Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Tel: +353 (0) 1 6420021

Tel: +421 (2) 20 602 600

Ísland

Suomi/Finland

Vistor hf.

Takeda Oy

Sími: +354 535 7000

Tel. +358 20 746 5000

vistor@vistor.is

 

Italia

Sverige

Takeda Italia S.p.A.

Takeda Pharma AB

Tel: +39 06 502601

Tel: +46 8 731 28 00

 

infosweden@takeda.com

Κύπρος

United Kingdom

Takeda Pharma A/S

Takeda UK Ltd

Τηλ: +45 46 77 11 11

Tel: +44 (0) 1628 537 900

Latvija

 

Takeda Latvia SIA

 

Tel: +371 67840082

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati