Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Inflectra (infliximab) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - L04AB02

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaInflectra
Kodiċi ATCL04AB02
Sustanzainfliximab
ManifatturHospira UK Limited

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Inflectra 100 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kunjett wieħed fih 100 mg ta’ infliximab*. Wara r-rikostituzzjoni kull mL ikun fih 10 mg ta’ infliximab.

* Infliximab huwa antikorp monoklonali IgG1 kimeriku tal-bniedem-ġrieden magħmul f’ċelluli ibridoma tal-ġrieden b’teknoloġija ta’ DNA rikombinata.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

It-trab huwa abjad.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Artrite rewmatojde

Inflectra, flimkien ma’ methotrexate, huwa indikat għat-tnaqqis fis-sinjali u s-sintomi kif ukoll għat- titjib fil-funzjoni fiżika:

f’pazjenti adulti b’marda attiva meta r-rispons għal mediċini kontra r-rewmatiżmu li jbiddlu l- mard (DMARDs), inkluż methotrexate, ma jkunx adegwat.

f’pazjenti adulti b’mard sever, attiv u li qed javanza li ma kienx ikkurat qabel b’methotrexate

jew DMARD’s oħrajn.

F’dawn il-popolazzjonijiet ta’ pazjenti, intwera tnaqqis fir-rata ta’ avvanz tal-ħsara fil-ġogi, hekk kif imkejla permezz ta’ X-ray, (ara sezzjoni 5.1).

Marda ta’ Crohn fl-adulti

Inflectra huwa indikat għal:

kura tal-marda ta’ Crohn attiva b’mod moderat sa qawwi, f’pazjenti adulti li ma kellhomx rispons minkejja kors sħiħ u adegwat ta’ terapija b’kortikosterojdi u/jew immunosoppressant; jew li ma jittollerawx jew ma jistgħux jingħataw dawn it-terapiji għal raġunijiet mediċi.

kura tal-marda ta’ Crohn attiva fistulizzanti, f’pazjenti adulti li ma kellhomx rispons minkejja kors sħiħ u adegwat ta’ terapija b’kura konvenzjonali (li tinkludi antibijotiċi, tneħħija ta’ likwidu u terapija immunosoppressiva).

Marda ta’ Crohn fit-tfal

Inflectra jintuża għal kura tal-marda ta’ Crohn attiva, severa, fi tfal u adoloxxenti ta’ etajiet bejn 6 sa 17-il sena, li ma kellhomx rispons għat-terapija konvenzjonali inklużi kortikosterojd,

immunomodulatur u terapija ta’ nutrizzjoni primarja, jew li huma intolleranti jew għandhom kontra- indikazzjonijiet għal dawn it-tipi ta’ terapiji. Infliximab ġie studjat biss f’kombinazzjoni ma’ terapija konvenzjonali immunosoppressiva.

Kolite ulċerattiva

Inflectra huwa indikat għall-kura ta’ kolite ulċerattiva attiva minn moderata sa severa f’pazjenti adulti li ma kellhomx rispons adegwat għat-terapija konvenzjonali, inkluż kortikosterojdi u 6-mercaptopurine (6-MP) jew azathioprine (AZA), jew li huma intolleranti għal jew għandhom kontra-indikazzjonijiet mediċi għal terapiji bħal dawn.

Kolite ulċerattiva fit-tfal

Inflectra huwa indikat għall-kura ta’ kolite ulċerattiva attiva ħafna fi tfal u adolexxenti li għandhom minn 6 sa 17-il sena, li kellhom rispons mhux adegwat għal terapija konvenzjonali inkluż kortikosterojdi u 6-MP jew AZA, jew li huma intolleranti għal jew għandhom kontra-indikazzjonijiet mediċi għal terapiji bħal dawn.

Ankylosing spondylitis

Inflectra huwa indikat għall-kura ta’ ankylosing spondylitis attiva, severa, f’pazjenti adulti li ma kellhomx rispons adegwat għal terapija konvenzjonali.

Artrite psorijatika

Inflectra huwa indikat għall-kura ta’ artrite psorijatika attiva u li tkun qed tavvanza f’pazjenti adulti meta r-rispons għal terapija DMARD preċedenti ma jkunx adegwat.

Inflectra għandu jingħata:

flimkien ma’ methotrexate

jew waħdu f’pazjenti li juru intolleranza għal methotrexate jew li għalihom methotrexate huwa kontra-indikat.

Infliximab intwera li jtejjeb il-funzjoni fiżika f’pazjenti b’artrite psorijatika, u li jnaqqas ir-rata li bih tavvanza l-ħsara periferali fil-ġogi hekk kif imkejla bl-X-ray f’pazjenti b’sottotipi poliartikulari simmetriċi tal-marda (ara sezzjoni 5.1).

Psorjasi

Inflectra huwa indikat għall-kura għal psorjasi tal-plakka minn moderata sa severa f’pazjenti adulti li ma jkunux urew rispons għal, jew li huma kontra-indikati għal, jew li huma intolleranti għal terapija sistemika oħra li tinkludi cyclosporine, methotrexate jew psoralen ultra-violet A (PUVA) (ara sezzjoni 5.1).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura b’Inflectra għandha tibda u tkun issorveljata minn tobba kkwalifikati b’esperjenza tad- dijanjosi u l-kura ta’ artrite rewmatojde, mard infjammatorju tal-musrana, ankylosing spondylitis, artrite psorijatika jew psorjasi. Inflectra għandu jingħata minn ġol-vina. Infużjonijiet b’Inflectra għandhom jingħataw minn professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa mħarrġa sabiex ikunu kapaċi jagħrfu kwalunkwe problema relatata mal-infużjoni. Pazjenti kkurati b’Inflectra għandhom jingħataw il-fuljett ta’ tagħrif u l-Kartuna ta’ allert speċjali.

Waqt il-kura b’Inflectra, għandu jsir l-aħjar użu ta’ terapiji oħra li qed jingħataw fl-istess ħin, eż. kortikosterojdi u immunosoppressivi.

Pożoloġija

Adulti (≥ 18-il sena)

Artrite rewmatojde

3 mg/kg mogħtija bħala infużjoni ġol-vini segwiti minn dożi tal-infużjoni addizzjonali ta’ 3 mg/kg f’ġimgħat 2 u 6 wara l-ewwel infużjoni, imbagħad, minn hemm ’il quddiem kull 8 ġimgħat.

Inflectra għandu jingħata flimkien ma’ methotrexate.

It-tagħrif disponibbli jissuġġerixxi li r-rispons kliniku s-soltu jseħħ sat-tnax-il ġimgħa tal-kura. Jekk pazjent ma jkollux rispons adegwat jew ma jkollux rispons wara dan il-perjodu, jista’ jiġi kkunsidrat li tiżdiedlu d-doża bil-mod il-mod b’madwar 1.5 mg/kg, sa massimu ta’ 7.5 mg/kg kull 8 ġimgħat.

Inkella, jista’ jiġi kkunsidrat li jingħataw 3 mg/kg għal mhux aktar spiss minn kull 4 ġimgħat. Jekk jinkiseb rispons adegwat, il-pazjenti għandhom jitkomplew fuq id-doża magħżula jew frekwenza ta’ doża. Wieħed għandu jerġa’ jikkunsidra sewwa mill-ġdid jekk għandhiex titkompla t-terapija f’pazjenti li ma wrew l-ebda evidenza ta’ benefiċċju terapewtiku fl-ewwel tnax-il ġimgħa ta’ kura wara li tkun ġiet aġġustata d-doża.

Il-marda ta’ Crohn attiva minn moderata sa severa

5 mg/kg mogħtija bħala infużjoni ġol-vini segwita minn infużjoni oħra ta’ 5 mg/kg ġimagħtejn wara l- ewwel infużjoni. Jekk il-pazjent ma jkollux rispons wara 2 dożi, m’għandhiex tingħata aktar kura b’infliximab. Tagħrif disponibbli mhuwiex favur li titkompla l-kura b’infliximab f’pazjenti li ma jurux rispons fi żmien 6 ġimgħat mill-infużjoni inizjali.

F’pazjenti li juru rispons, strateġiji alternattivi ta’ kif għandha titkompla l-kura huma:

Manteniment: Infużjoni addizzjonali ta’ 5 mg/kg sitt ġimgħat wara l-ewwel doża, segwita minn infużjonijiet kull 8 ġimgħat jew

Għoti mill-ġdid: Infużjoni ta’ 5 mg/kg jekk is-sinjali u s-sintomi tal-marda jerġgħu jitfaċċaw (ara ‘Għoti mill-ġdid’ hawn taħt u sezzjoni 4.4).

Għalkemm dejta komparattiva hi nieqsa, dejta limitata f’pazjenti li fil-bidu kellhom rispons għal

5 mg/kg iżda tilfu r-rispons tindika li xi pazjenti jistgħu jiksbu mill-ġdid ir-rispons b’żieda gradwali tad-doża (ara sezzjoni 5.1). It-tkomplija tal-kura għandha terġa’ tiġi kkunsidrata bir-reqqa f’pazjenti li ma juru l-ebda evidenza ta’ benefiċċju wara li tiġi aġġustata d-doża.

Il-marda ta’ Crohn attiva u fistulizzanti

5 mg/kg mogħtija bħala infużjoni ġol-vini għandha tissokta b'infużjonijiet addizzjonali ta’ 5 mg/kg ġimagħtejn u sitt ġimgħat wara l-ewwel infużjoni. Jekk il-pazjent ma jurix rispons wara tliet dożi, m’għandhiex tingħata kura addizzjonali b’infliximab.

F’pazjenti li juru rispons, strateġiji alternattivi ta’ kif għandha titkompla l-kura huma:

Manteniment: Infużjonijiet oħra ta’ 5 mg/kg kull 8 ġimgħat jew

Għoti mill-ġdid: Infużjoni ta’ 5 mg/kg jekk is-sinjali u s-sintomi tal-marda jerġgħu jitfaċċaw, imbagħad infużjonijiet ta’ 5 mg/kg kull 8 ġimgħat (ara ‘Għoti mill-ġdid’ hawn taħt u sezzjoni 4.4)

Għalkemm dejta komparattiva hi nieqsa, dejta limitata f’pazjenti li fil-bidu kellhom rispons għal

5 mg/kg iżda tilfu r-rispons tindika li xi pazjenti jistgħu jiksbu mill-ġdid ir-rispons b’żieda gradwali tad-doża (ara sezzjoni 5.1). It-tkomplija tal-kura għandha terġa’ tiġi kkunsidrata bil-kawtela f’pazjenti li ma juru l-ebda indikazzjoni ta’ benefiċċju wara li tiġi aġġustata d-doża.

Fil-marda ta’ Crohn, l-esperjenza meta l-mediċina terġa tingħata mill-ġdid jekk is-sinjali u s-sintomi jerġgħu jitfaċċaw hija limitata u hemm nuqqas ta’ dejta komparattiva dwar il-benefiċċji u r-riskji tal- istrateġiji alternattivi ta’ kif titkompla t-terapija.

Kolite ulċerattiva

5 mg/kg mogħtija bħala infużjoni ġol-vini segwita b’infużjonijiet addizzjonali ta’ dożi ta’ 5 mg/kg wara ġimagħtejn u 6 ġimgħat mill-ewwel infużjoni, imbagħad minn hemm ’il quddiem kull 8 ġimgħat.

Tagħrif disponibbli jissuġġerixxi li r-rispons kliniku normalment jinkiseb fi żmien l-14-il ġimgħa ta’ kura, i.e. tliet dożi. It-tkomplija tat-terapija għandha terġa’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid bir-reqqa f’dawk il-pazjenti li ma juru l-ebda evidenza ta’ benefiċċju terapewtiku f’dan il-perjodu ta’ żmien.

Ankylosing spondylitis

5 mg/kg mogħtija bħala infużjoni ġol-vini, segwita minn infużjonijiet addizzjonali ta’ dożi ta’ 5 mg/kg wara ġimagħtejn u 6 ġimgħat wara l-ewwel infużjoni, imbagħad minn kull 6 sa 8 ġimgħat. Jekk pazjent ma jurix rispons mas-6 ġimgħa (i.e. wara 2 dożi), il-kura b’infliximab m’għandhiex titkompla.

Artrite psorijatika

5 mg/kg mogħtija bħala infużjoni ġol-vini segwita minn infużjonijiet addizzjonali ta’ dożi ta’ 5 mg/kg wara ġimagħtejn u 6 ġimgħat wara l-ewwel infużjoni, imbagħad minn hemm ’il quddiem kull

8 ġimgħat.

Psorjasi

5 mg/kg mogħtija bħala infużjoni ġol-vini segwita b’infużjonijiet addizzjonali ta’ dożi ta’ 5 mg/kg wara ġimagħtejn u ma’ 6 ġimgħat wara l-ewwel infużjoni, imbagħad minn hemm ’il quddiem kull 8 ġimgħat. Jekk pazjent ma juri l-ebda rispons wara 14-il ġimgħa (i.e. wara 4 dożi), m’għandha tingħata l-ebda kura addizzjonali b’infliximab.

L-għoti mill-ġdid għall-marda ta’ Crohn u l-artrite rewmatojde

Jekk is-sinjali u s-sintomi tal-marda jerġgħu jitfaċċaw, infliximab jista’ jerġa’ jingħata sa 16-il ġimgħa wara l-aħħar infużjoni. Fi studji kliniċi, reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva li damu ma seħħew ma kinux komuni u seħħew wara intervalli mingħajr l-użu ta’ infliximab ta’ anqas minn sena (ara sezzjoni 4.4 u 4.8). Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ meta jerġa’ jingħata wara intervall mingħajr infliximab ta’ iktar minn 16-il ġimgħa ma kinux stabbiliti. Dan japplika kemm għall-pazjenti bil-marda ta’ Crohn kif ukoll għall-pazjenti bl-artrite rewmatojde.

L-għoti mill-ġdid għal kolite ulċerattiva

Is-sigurtà u l-effikaċja tal-għoti mill-ġdid, ħlief meta tingħata kull 8 ġimgħat, ma kinux stabbiliti (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8).

L-għoti mill-ġdid għal ankylosing spondylitis

Is-sigurtà u l-effikaċja tal-għoti mill-ġdid, ħlief meta tingħata kull 6 sa 8 ġimgħat, ma kinux stabbiliti (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8).

L-għoti mill-ġdid għal artrite psorijatika

Is-sigurtà u l-effikaċja tal-għoti mill-ġdid, ħlief meta tingħata kull 8 ġimgħat, ma kinux stabbiliti (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8).

L-għoti mill-ġdid għal psorjasi

Esperjenza limitata bl-għoti mill-ġdid ta’ doża waħda ta’ infliximab għal psorjasi wara intervall ta’ 20 ġimgħa jindika tnaqqis fl-effikaċja u inċidenza ogħla ta’ reazzjonijiet għall-infużjoni minn ħfief sa moderati meta mqabbla mal-kors tal-bidu tal-induzzjoni (ara sezzjoni 5.1).

Esperjenza limitata mill-kura mill-ġdid wara li ħraxet il-marda permezz ta’ kors ta’ induzzjoni mill- ġdid tissuġġerixxi inċidenza ogħla ta’ reazzjonijiet tal-infużjoni, inklużi wħud serji, meta mqabbla ma’ kura ta’ manteniment li tingħata kull 8 ġimgħat (ara sezzjoni 4.8).

Indikazzjonijiet kontra l-għoti mill-ġdid

F’każ li t-terapija ta’ manteniment titwaqqaf, u jkun hemm bżonn li l-kura terġa’ tinbeda mill-ġdid, l- użu ta’ kors ta’ induzzjoni mill-ġdid mhux rakkomandat (ara sezzjoni 4.8). F’din is-sitwazzjoni, Inflectra għandu jerġa’ jinbeda bħala doża waħda segwit mir-rakkomandazzjonijiet tad-doża ta’ manteniment deskritti hawn fuq.

Pazjenti akbar fl-età (≥ 65 sena)

Studji speċifiċi ta’ Inflectra f’pazjenti anzjani ma sarux. Ma dehrux differenzi kbar fit-tneħħija jew volum ta’ distribuzzjoni relatati mal-età jew volum ta’ distribuzzjoni fi studji kliniċi. M’hemmx bżonn ta’ tibdil tad-doża (ara sezzjoni 5.2). Għal aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ Inflectra f’pazjenti anzjani ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8.

Funzjoni indebolita tal-kliewi u/jew tal-fwied

Inflectra ma ġiex studjat f’dawn il-popolazzjoni ta’ pazjenti. Ma jistgħu jingħataw l-ebda rakkomandazzjonijiet dwar id-doża (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Marda ta’ Crohn (6 sa 17-il sena)

5 mg/kg mogħtija bħala infużjoni ġol-vini segwita minn dożi ta’ infużjoni addizzjonali ta’ 5 mg/kg wara 2 u 6 ġimgħat wara l-ewwel infużjoni, imbagħad kull 8 ġimgħat minn hemm ’il quddiem. Tagħrif disponibbli ma jindikax li jkun jaqbel li titkompla l-kura b’infliximab fi tfal u adoloxxenti li ma jkollhomx rispons fl-ewwel 10 ġimgħat ta’ kura (ara sezzjoni 5.1).

Xi pazjenti għandhom mnejn jeħtieġu intervall iqsar bejn id-dożi sabiex jinżamm benefiċċju kliniku, filwaqt li għal oħrajn, intervall itwal bejn id-dożi jista’ jkun biżżejjed. Pazjenti li kellhom l-intervall ta’ bejn id-dożi mnaqqas għal inqas minn 8 ġimgħat jistgħu jkunu f’riskju akbar ta’ reazzjonijiet avversi. Tkomplija tat-terapija b’intervall imqassar għandha tiġi kkunsidrata b’attenzjoni f’dawk il- pazjenti li ma juru l-ebda xhieda ta’ benefiċċju terapewtiku addizzjonali wara tibdil fl-intervall ta’ bejn id-dożi.

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Inflectra ma ġewx studjati fi tfal taħt is-6 snin bil-marda ta’ Crohn. Dejta farmakokinetika disponibbli hi deskritta fis-sezzjoni 5.2 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il- pożoloġija ma tista’ tingħata fi tfal li għandhom inqas minn 6 snin.

Kolite ulerattiva (6 snin sa 17-il sena)

5 mg/kg mogħtija bħala infużjoni ġol-vini segwita minn dożi oħra ta’ infużjoni ta’ 5 mg/kg f’ġimgħa 2 u 6 wara l-ewwel infużjoni, u minn hemm ’il quddiem kull 8 ġimgħat. Dejta disponibbli ma ssostnix aktar kura b’infliximab f’pazjenti pedjatriċi li ma jkollhomx rispons fl-ewwel 8 ġimgħat ta’ kura (ara sezzjoni 5.1).

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Inflectra ma ġewx studjati fi tfal taħt is-6 snin b’kolite ulċerattiva. Dejta farmakokinetika disponibbli hi deskritta fis-sezzjoni 5.2 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il- pożoloġija ma tista’ tingħata fi tfal li għandhom inqas minn 6 snin.

Psorjasi

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Inflectra fi tfal u adoloxxenti iżgħar minn 18-il sena fl-indikazzjoni tal- psorjasi ma ġewx determinati s’issa. Dejta disponibbli hi deskritta fis-sezzjoni 5.2 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

Artrite idjopatika ġuvenili, artrite psorijatika u ankylosing spondylitis

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Inflectra fi tfal u adoloxxenti iżgħar minn 18-il sena fl-indikazzjoni tal- artrite idjopatka ġuvenili, artrite psorijatika u ankylosing spondylitis ma ġewx determinati s’issa. Dejta disponibbli hi deskritta fis-sezzjoni 5.2 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

Artrite rewmatojde ġuvenili

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Inflectra fi tfal u adoloxxenti iżgħar minn 18-il sena fl-indikazzjoni tal- artrite rewmatojde ġuvenili ma ġewx determinati s’issa. Dejta disponibbli hi deskritta fis- sezzjonijiet 4.8 u 5.2 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

Funzjoni indebolita tal-kliewi u/jew tal-fwied

Inflectra ma kienx studjat f’dawn il-popolazzjonijiet ta’ pazjenti. Ma jistgħux jingħataw rakkomandazzjonijiet dwar id-doża (ara sezzjoni 5.2).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Inflectra għandu jingħata minn ġol-vina fuq perjodu ta’ sagħtejn. Il-pazjenti kollha li jingħataw Inflectra għandhom jiġu osservati għal mill-anqas siegħa sa sagħtejn wara l-infużjoni għal reazzjonijiet akuti marbuta mal-infużjoni. Apparat ta’ emerġenza, bħal adrenaline, antiistaminiċi, kortikosterojdi u passaġġ tan-nifs artifiċjali għandhom ikunu disponibbli. Il-pazjenti jistgħu jiġu kkurati minn qabel b’pereżempju antiistamin, hydrocortisone u/jew paracetamol u r-rata tal-infużjoni tista’ ssir aktar bil-mod sabiex jitnaqqas ir-riskju għal reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni speċjalment jekk ikunu seħħew reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni qabel (ara sezzjoni 4.4).

Infużjonijiet imqassra fost l-indikazzjonijiet tal-adulti

F’pazjenti magħżula b’attenzjoni li ttolleraw mill-anqas 3 infużjonijiet inizjali ta’ sagħtejn ta’ Inflectra (fażi ta’ induzzjoni) u qed jirċievu terapija ta’ manteniment, wieħed jista’ jikkunsidra għoti ta’ infużjonijiet sussegwenti fuq perjodu ta’ mhux anqas minn siegħa. Jekk isseħħ reazzjoni għall- infużjoni b’rabta ma’ infużjoni mqassra, tista’ tiġi kkunsidrata rata tal-infużjoni aktar bil-mod għal infużjonijiet fil-futur jekk il-kura tkun se titkompla. Infużjonijiet imqassra b’dożi ta’ >6 mg/kg ma ġewx studjati (ara sezzjoni 4.8).

Għall-preparazzjoni u istruzzjonijiet dwar l-għoti, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Pazjenti bi storja medika ta’ sensittività eċċessiva għal infliximab (ara sezzjoni 4.8), għal proteini oħra li joriġinaw mill-ġrieden, jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

Pazjenti b’tuberkulożi jew infezzjonijiet oħra qawwija bħal sepsis, qradijiet u infezzjonijiet opportunistiċi (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti b’insuffiċjenza tal-qalb moderata jew serja ħafna (NYHA klassi III/IV) (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Biex titjieb it-traċċabilità tal-prodotti mediċinali bijoloġiċi, it-trejdmark u n-numru tal-lott tal-prodott li jingħata għandhom jitniżżlu (jew jiġu ddikjarati) b’mod ċar fil-fajl tal-pazjent.

Reazzjonijiet tal-infużjoni u sensittività eċċessiva

Infliximab kien assoċjat ma’ reazzjonijiet akuti relatati mal-infużjoni li jinkludu xokk anafilattiku u reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva li ddum ma sseħħ (ara sezzjoni 4.8).

Reazzjonijiet akuti tal-infużjoni jinkludu reazzjonijiet anafilattiċi li jistgħu jiżviluppaw waqt (f’sekondi) jew ftit sigħat wara l-infużjoni. Jekk reazzjonijiet akuti tal-infużjoni jseħħu, l-infużjoni għandha titwaqqaf immedjatament. Tagħmir tal-emerġenza, bħal adrenaline, anti-istaminiċi, kortikosterojdi u passaġġ tan-nifs artifiċjali għandhom ikunu disponibbli. Pazjenti jistgħu jingħataw kura minn qabel, eż. b’anti-istamina, hydrocortisone u/jew paracetamol biex ikunu evitati effetti ħfief u għal żmien qasir.

Antikorpi għal infliximab jistgħu jiżviluppaw u dawn kienu assoċjati ma’ żieda fil-frekwenza tar- reazzjonijiet tal-infużjoni. Proporzjon żgħir tar-reazzjonijiet tal-infużjoni kien ta’ reazzjonijiet allerġiċi serji. Kienet ukoll osservata assoċjazzjoni bejn l-iżvilupp ta’ antikorpi għal infliximab u tnaqqis fid-dewmien tar-rispons. Meta immunomodulaturi ngħataw fl-istess ħin, dan ġie assoċjat ma’ inċidenza inqas ta’ antikorpi għal infliximab u r-reazzjonijiet tal-infużjoni kienu anqas frekwenti. L- effett ta’ terapija b’immunomodulaturi mogħtija fl-istess ħin kien akbar f’pazjenti kkurati b’mod

episodiku milli f’pazjenti li ngħataw terapija ta’ manteniment. Pazjenti li jwaqqfu l- immunosoppressivi qabel jew waqt il-kura b’infliximab għandhom riskju akbar li jiżviluppaw dawn l- antikorpi. Antikorpi għal infliximab mhux dejjem ikunu jistgħu jitkejlu fil-kampjuni tas-serum. Jekk iseħħu reazzjonijiet serji, għandha tingħata kura sintomatika u m’għandhomx jingħataw iktar infużjonijiet ta’ Inflectra (ara sezzjoni 4.8).

Fi studji kliniċi, reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva li ddum ma sseħħ kienu rrappurtati. Tagħrif disponibbli jindika żieda fir-riskju għal sensittività eċċessiva li ddum ma sseħħ ma’ żieda fl-intervall mingħajr Inflectra. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex ifittxu parir mediku immedjatament jekk ikollhom xi effett avvers li jdum ma jseħħ (ara sezzjoni 4.8). Jekk pazjenti jerġgħu jiġu kkurati wara żmien twil, għandhom ikunu mmonitorjati mill-qrib għal sinjali u sintomi ta’ sensittività eċċessiva li ddum ma sseħħ.

Infezzjonijiet

Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib għal infezzjonijiet li jinkludu tuberkulożi qabel, waqt jew wara kura b’Inflectra. Peress li t-tneħħija ta’ infliximab tista’ ddum sa sitt xhur, il- monitoraġġ għandu jitkompla matul dan il-perjodu. Aktar kura b’Inflectra m’għandhiex tingħata jekk il-pazjent jiżviluppa infezzjoni serja jew sepsis.

Għandu jkun hemm attenzjoni meta jiġi kkunsidrat l-użu ta’ Inflectra f’pazjenti b’infezzjoni kronika jew storja medika ta’ infezzjonijiet rikorrenti, inkluż l-użu fl-istess ħin ta’ terapija immunsoppressiva. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir dwar, u jevitaw l-esponiment għall-fatturi potenzali ta’ riskju għal infezzjonijiet kif jixraq.

Fattur alfa tan-nekrożi tat-tumur (TNFα) jikkontrolla l-infjammazzjoni u jimmodula r-rispons immuni taċ-ċelluli. Tagħrif sperimentali juri li TNFα huwa essenzjali biex jitneħħew infezzjonijiet intraċellulari. Esperjenza klinika turi li d-difiża tal-host kontra l-infezzjonijiet tiġi kompromessa f’xi pazjenti li jingħataw infliximab.

Wieħed irid jinnota li s-soppressjoni ta’ TNFα tista’ wkoll taħbi sintomi ta’ infezzjoni bħad-deni. Ir- rikonoxximent minn kmieni ta’ preżentazzjonijiet kliniċi mhux tipiċi ta’ infezzjonijiet serji u ta’ preżentazjoni klinika tipika ta’ infezzjonijiet rari u mhux tas-soltu huwa kritiku sabiex jitnaqqsu d- dewmien tad-dijanjosi u l-kura.

Pazjenti li qed jieħdu imblokkaturi ta’ TNF huma aktar suxxettibbli għal infezzjonijiet serji. Tuberkulożi, infezzjonijiet ta’ batterji, li jinkludu sepsis u pulmonite, infezzjonijiet invażivi fungali, virali, u infezzjonijiet opportunistiċi oħra, ġew osservati f’pazjenti li ngħataw infliximab. Uħud minn dawn l-infezzjonijiet kienu fatali; l-infezzjonijiet opportunistiċi li kienu rrappurtati l-aktar frekwenti b’rata ta’ mortalità > 5% jinkludu pnewmoċistożi, kandidijasi, listerjożi u asperġillożi.

Pazjenti li jiżviluppaw infezzjoni ġdida waqt li jkunu qed jieħdu kura b’Inflectra, għandhom ikunu mmonitorjati mill-qrib u titteħdilhom evalwazzjoni dijanjostika kompleta. L-għoti ta’ Inflectra għandu jitwaqqaf jekk pazjent jiżviluppa infezzjoni ġdida serja jew sepsis, u għandha tinbeda terapija adattata kontra l-mikrobi jew kontra l-fungi sakemm l-infezzjoni tkun ikkontrollata.

Tuberkulożi

Kien hemm rapporti ta’ tuberkulożi attiva f’pazjenti li kienu qed jirċievu infliximab. Ta’ min jinnota li fil-maġġoranza ta’ dawn ir-rapporti, it-tuberkulożi kienet ekstra-pulmonari, u tfaċċat bħala marda lokalizzata jew mifruxa.

Qabel ma jibdew il-kura b’Inflectra, il-pazjenti kollha għandhom ikunu evalwati għat-tuberkulożi kemm attiva kif ukoll mhux attiva (‘moħbija’). Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi l-istorja medika fid-dettall flimkien mal-istorja medika personali ta’ tuberkulożi jew kuntatt li seta’ kien hemm ma’ tuberkulożi u terapija immunosoppressiva qabel u/jew fil-preżent. Screening tests adattati, jiġifieri test tal-ġilda bit-tuberkulin u X-rays tas-sider għandhom isiru fuq il-pazjenti kollha (rakkomandazzjonijiet lokali jistgħu jkunu applikati). Huwa rakkomandat illi meta dawn it-testijiet isiru jitniżżlu fuq il-

Kartuna ta’ allert tal-pazjent. Min jordnahom għandu jżomm f’moħħu r-riskju li r-riżultati tat-test tal- ġilda bit-tuberkulin jistgħu jkunu negattivi foloz, l-aktar f’pazjenti li huma morda ħafna jew immunosoppressi.

Jekk issir dijanjosi ta’ tuberkulożi attiva, it-terapija b’Inflectra m’għandhiex tinbeda (ara sezzjoni 4.3).

Jekk ikun maħsub li hemm tuberkulożi moħbija, tabib espert fil-kura tat-tuberkulożi għandu jiġi konsultat. Fis-sitwazzjonijiet kollha deskritti hawn taħt, il-bilanċ bejn il-benefiċċju/riskju tat-terapija b’Inflectra għandu jiġi kkunsidrat bir-reqqa.

Jekk issir dijanjosi ta’ tuberkulożi mhux attiva (‘moħbija’) terapija kontra t-tuberkulożi għandha tinbeda b’terapija kontra t-tuberkulożi qabel ma jinbeda Inflectra, u skont ir-rakkomandazzjonijiet lokali.

Pazjenti li għandhom ħafna fatturi ta’ riskju jew fatturi ta’ riskju sinifikanti għal tuberkulożi u jkollhom test negattiv għal tuberkulożi moħbija, terapija kontra t-tuberkulożi għandha tiġi kkunsidrata qabel ma jinbeda Inflectra.

L-użu ta’ terapija kontra t-tuberkulożi għandha tiġi kkunsidrata wkoll qabel jinbeda Inflectra f’pazjenti bi storja medika ta’ tuberkulożi moħbija jew attiva li għalihom ma jistax ikun ikkonfermat jekk ħadux kors xieraq.

Xi każijiet ta’ tuberkulożi attiva kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’infliximab waqt u wara l-kura għal tuberkulożi moħbija.

Il-pazjenti kollha għandhom ikunu infurmati sabiex ifittxu parir mediku jekk is-sinjali/sintomi jindikaw tuberkulożi (eż sogħla persistenti, jogħlbu/jitilfu l-piż, deni ħafif) jidhru waqt jew wara l- kura b’Inflectra.

Infezzjonijiet fungali invażivi

F’pazjenti kkurati b’Inflectra, infezzjoni invażiva ta’ fungu bħal asperġillożi, kandidijasi, pnewmoċistożi, istoplasmożi, kokkidjoidomikożi jew blastomikożi għandhom ikunu ssuspettati jekk jiżviluppaw mard sistemiku serju, u tabib espert fid-dijanjosi u kura ta’ infezzjonijiet invażivi fungali għandu jiġi kkonsultat fi stadju bikri meta wieħed ikun qed jeżamina dawn il-pazjenti.

Infezzjonijiet invażivi fungali jistgħu jitfaċċaw bħala mard mifrux aktar milli lokalizzat, u testijiet għall-antiġen u għall-antikorp jistgħu jirriżultaw negattivi f’xi pazjenti li jkollhom infezzjoni attiva. Terapija empirika xierqa kontra l-fungu għandha tiġi kkunsidrata filwaqt li pjan dijanjostiku jkun qed jitwettaq billi jiġi kkunsidrat kemm ir-riskju għal infezzjoni qawwija fungali kif ukoll r-riskji tat- terapija kontra l-fungu.

Għall-pazjenti li għexu jew ivvjaġġaw f’inħawi fejn infezzjonijiet invażivi fungali bħal istoplasmożi, kokkidjomikożi, jew blastomikożi huma endemiċi, il-benefiċċji u r-riskji tal-kura b’Inflectra għandhom jiġu kkunsidrati bir-reqqa qabel ma tinbeda terapija b’Inflectra.

Marda ta’ Crohn fistulanti

Pazjenti bil-marda ta’ Crohn li tkun fistulizzanti b’fistuli akuti li jdennu m’għandhomx jibdew terapija b’Inflectra sakemm wieħed jeskludi s-sors ta’ infezzjoni li jista’ jkun hemm, b’mod speċifiku qrada (ara sezzjoni 4.3).

L-attivazzjoni mill-ġdid ta’ epatite B (HBV)

L-attivazzjoni mill-ġdid ta’ epatite B seħħet f’pazjenti li kienu qed jirċievu antagonist ta’ TNF inkluż infliximab li jġorru b’mod kroniku dan il-virus. Xi każijiet wasslu għall-mewt.

Il-pazjenti għandhom jiġu evalwati għall-infezzjoni b’HBV qabel jibdew il-kura b’Inflectra. Dawk il- pazjenti li jkollhom riżultat pożittiv għall-infezzjoni b’HBV, huwa rakkomandat li jikkonsultaw ma’ tabib li jkun espert fil-kura ta’ epatite B. Dawk li jġorru HBV li jkollhom bżonn kura b’Inflectra għandhom jinżammu taħt osservazzjoni mill-qrib għal sinjali u sintomi ta’ infezzjoni b’HBV attiva waqt it-terapija u għal ħafna xhur wara li tintemm it-terapija. M’hemmx dejta adegwata dwar il-kura ta’ pazjenti li jġorru HBV b’terapija antivirali flimkien ma’ antagonist-TNF sabiex tiġi evitata l- attivazzjoni mill-ġdid tal-HBV. F’pazjenti li jiżviluppaw l-attivazzjoni mill-ġdid tal-HBV, Inflectra għandu jitwaqqaf u terapija effettiva antivirali tinbeda flimkien ma’ kura adattata ta’ appoġġ.

Avvenimenti tal-fwied u tal-marrara

Każijiet ta’ suffejra u ta’ epatite mhux infettiva, xi wħud b’karatteristiċi ta’ epatite awtoimmuni, ġew osservati waqt l-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq ta’ infliximab. Seħħew każijiet iżolati ta’ insuffiċjenza tal-fwied li wasslu għal trapjant tal-fwied jew mewt. Pazjenti li jkollhom sinjali jew sintomi ta’ funzjoni ħażina tal-fwied għandhom ikunu evalwati għall-evidenza ta’ ħsara fil-fwied. Jekk tiżviluppa suffejra u/jew l-ALT jogħla għal 5 darbiet tal-limitu ta’ fuq tan-normal, Inflectra għandu jitwaqqaf, u jsir stħarriġ bir-reqqa dwar l-anormalità.

Għoti fl-istess ħin ta’ inibitur ta’ TNF-alfa u anakinra

Ġew osservati infezzjonijiet serji u newtropenija waqt studji kliniċi bl-użu fl-istess ħin ta’ anakinra ma’ aġent ieħor li jimblokka TNFα, etanercept, u ma nkiseb l-ebda benefiċċju ieħor meta mqabbel ma’ etanercept waħdu. Minħabba n-natura tal-avvenimenti avversi li ġew osservati bil-kombinazzjoni ta’ etanercept u terapija b’anakinra, effetti tossiċi simili jistgħu jitfaċċaw meta anakinra jingħata flimkien ma’ aġenti oħra li jimblokkaw TNFα. Għalhekk, il-kombinazzjoni ta’ Inflectra u anakinra mhijiex rakkomandata.

L-għoti fl-istess ħin mal-inibitur TNF-alpha u abatacept

Fi studji kliniċi l-għoti fl-istess ħin mal-antagonist-TNF u abatacept kienet assoċjata ma’ riskju akbar ta’ infezzjonijiet inklużi infezzjonijiet serji meta mqabbla ma’ antagonisti-TNF waħidhom, mingħajr żieda fil-benefiċċju kliniku. Il-kombinazzjoni ta’ Inflectra ma’ abatacept mhux rakkomandata.

Għoti fl-istess waqt ma’ sustanzi bijoloġiċi terapewtiċi oħra

M’hemmx informazzjoni biżżejjed dwar l-użu ta’ infliximab fl-istess waqt ma’ sustanzi bijoloġiċi terapewtiċi oħra li jintużaw biex jikkuraw l-istess kundizzjonijiet bħal infliximab. L-użu ta’ infliximab fl-istess waqt ma’ dawn is-sustanzi bijoloġiċi mhuwiex irrakkomandat minħabba l- possibbiltà ta’ żieda fir-risku ta’ infezzjoni, u interazzjonijiet farmakoloġiċi oħra potenzjali.

Meta jsir qlib bejn DMARDS bijoloġiċi

Għandu jkun hemm attenzjoni u l-pazjenti għandhom ikomplu jiġu ssorveljati meta jsir qlib minn sustanza bijoloġika għal oħra, minħabba li l-attività bijoloġika komuni għat-tnejn tista’ tkompli żżid ir-riskju ta’ avvenimenti avversi, inkluż infezzjoni.

Tilqim ħaj/sustanzi terapewtiċi infettivi

F’pazjenti li qed jirċievu terapija kontra TNF, hemm disponibbli tagħrif limitat dwar ir-rispons għat- tilqima b’vaċċini ħajjin jew fuq it-trasmissjoni sekondarja ta’ infezzjoni mill-vaċċini ħajjin. L-użu ta’ tilqim ħaj jista’ jwassal għal infezzjonijiet kliniċi, inkluż infezzjonijiet mifruxa. L-għoti fl-istess waqt ta’ vaċċini ħajjin ma’ Inflectra mhux rakkomandat.

Fi trabi esposti in utero għal infliximab, kien irrappurtat riżultat fatali minħabba infezzjoni mifruxa kkawżata minn Bacillus Calmette-Guérin (BCG) wara l-għoti tat-tilqima ta’ BCG wara t-twelid. Huwa rakkomandat perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur wara t-twelid qabel l-għoti ta’ tilqim ħaj lil trabi esposti in utero għal infliximab (ara sezzjoni 4.6).

Użu ieħor ta’ sustanzi terapewtiċi infettivi bħal batterji ħajjin attenwati (eż. l-instillazzjoni ta’ BCG fil-bużżieqa tal-awrina għall-kura tal-kanċer) jista’ jwassal għal infezzjonijiet kliniċi, inkluż infezzjonijiet mifruxa. Huwa rrakkomandat li sustanzi terapewtiċi infettivi ma jingħatawx flimkien ma’ Inflectra.

Proċessi awtoimmuni

In-nuqqas relattiv ta’ TNFα ikkawżat minn terapija kontra TNF jista’ jirriżulta għall-bidu ta’ proċess awtoimmuni. Jekk pazjent jiżviluppa sintomi bħal ta’ sindrome tal-lupus wara kura b’Inflectra, u jkollu riżultat pożittiv għall-antikorpi kontra double stranded DNA, m’għandux jingħata iktar kura b’Inflectra (ara sezzjoni 4.8).

Każijiet newroloġiċi

L-użu ta’ sustanzi imblokkaturi ta’ TNF, inkluż infliximab kien assoċjat ma’ każijiet ta’ bidu mill- ġdid jew taħrix ta’ sintomi kliniċi u/jew evidenza radjografika ta’ disturbi li jneħħu l-majelin tas- sistema nervuża ċentrali, li jinkludu sklerożi multipla u disturbi li jneħħu l-majelin tas-sistema periferali, inkluża s-sindrome Guillain-Barré. F’pazjenti li diġà kellhom disturbi li jneħħu l-majelin jew li żviluppawhom dan l-aħħar, il-benefiċċji u r-riskji ta’ kura b’sustanzi kontra TNF għandhom jiġu kkunsidrati bir-reqqa qabel ma tinbeda t-terapija b’Inflectra. It-twaqqif ta’ Inflectra għandu jiġi kkunsidrat jekk jiżviluppaw dawn id-disturbi.

Tumuri malinni u disturbi limfoproliferattivi

Fil-partijiet ikkontrollati tal-istudji kliniċi ta’ aġenti li jimblokkaw TNF, aktar każijiet ta’ tumuri malinni inkluża limfoma, ġew osservati fost pazjenti li kienu qed jingħataw imblokkatur ta’ TNF meta mqabbla ma’ pazjenti tal-kontroll. Waqt studji kliniċi dwar infliximab fl-indikazzjonijiet kollha li ġew approvati, l-inċidenza ta’ limfoma f’pazjenti kkurati b’infliximab kienet ogħla milli mistennija fil- popolazzjoni ġenerali, iżda l-okkorrenza ta’ limfoma kienet rari. Fi sfond ta’ wara t-tqegħid fis-suq, każijiet ta’ lewkimja kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’antagonist ta’ TNF. Hemm riskju fl-isfond akbar ta’ limfoma u lewkimja f’pazjenti b’artrite rewmatojde b’mard infjammatorju li jkun ilu jeżisti, attiv ħafna, li jikkomplika l-istima tar-riskju.

Fi studju kliniku ta’ stħarriġ li evalwa l-użu ta’ infliximab f’pazjenti b’mard ostruttiv kroniku tal- pulmun (COPD) minn moderat sa sever, kien hemm aktar tumuri rrappurtati fil-pazjenti kkurati b’infliximab meta mqabbla ma’ pazjenti tal-kontroll. Il-pazjenti kollha kellhom storja medika ta’ ħafna tipjip. Għandu jkun hemm kawtela meta tkun qed tiġi kkunsidrata l-kura ta’ pazjenti li jkollhom riskju ogħla ta’ tumuri malinni minħabba li jpejpu ħafna.

Bl-għarfien li hemm bħalissa, riskju li jiżviluppaw limfomi jew tumuri malinni oħrajn f’pazjenti kkurati b’aġent li jimblokka t-TNF ma jistax jiġi eskluż (ara sezzjoni 4.8). Għandu jkun hemm kawtela meta tkun qed tiġi kkunsidrata terapija b’imblokkatur ta’ TNF għall-pazjenti bi storja medika ta’ tumur malinn jew meta tkun qed tiġi kkunsidrata li titkompla l-kura f’pazjenti li jiżviluppaw tumur malinn.

Għandu jkun hemm kawtela wkoll f’pazjenti bil-psorjasi u storja medika ta’ terapija immunosoppressanti estensiva jew kura b’PUVA fit-tul.

Tumuri malinni, xi wħud fatali, kienu rrappurtati fost tfal, adolexxenti u adulti żgħażagħ (sa 22 sena) ikkurati b’sustanzi li jimblokkaw it-TNF (bidu tat-terapija18-il sena), inkluż infliximab fi sfond ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Madwar nofs il-każijiet kienu limfomi. Il-każijiet l-oħra kienu jirrappreżentaw varjetà ta’ tumuri malinni u kienu jinkludu tumuri malinni li s-soltu jkunu assoċjati ma’ immunosoppressjoni. Riskju li jiżviluppaw tumuri malinni f’pazjenti li jkunu kkurati b’imblokkaturi ta’ TNF ma jistax ikun eskluż.

Wara t-tqegħid fis-suq kienu rrappurtati każijiet ta’ limfoma epatosplenika taċ-ċelluli T (HSTCL) f’pazjenti kkurati b’sustanzi imblokkaturi ta’ TNF inkluż infliximab. Din it-tip rari ta’ limfoma taċ- ċelluli T għandha kors ta’ marda aggressiv ħafna u s-soltu tkun fatali. Kważi l-pazjenti kollha kienu rċivew kura b’AZA jew b’6-MP flimkien ma’ jew eżatt qabel imblokkatur ta’ TNF. Il-maġġoranza tal- każijiet kollha b’infliximab seħħew f’pazjenti bil-marda ta’ Crohn jew b’kolite ulċerattiva u l-biċċa l- kbira kienu rrappurtati f’irġiel adolexxenti jew irġiel adulti żgħar. Ir-riskju li jista’ jkun hemm bil- kombinazzjoni ta’ AZA jew 6-MP u infliximab għandu jiġi kkunsidrat bir-reqqa. Riskju li tiżviluppa

limfoma epatosplenika taċ-ċelluli T f’pazjenti kkurati b’Inflectra ma jistax jiġi eskluż (ara sezzjoni 4.8).

Melanoma u karċinoma taċ-ċellula ta’ Merkel kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’terapija li timblokka TNF, inkluż infliximab (ara sezzjoni 4.8). Huwa rrakkomandat li kull tant żmien isir eżami tal-ġilda, b’mod partikolari għal pazjenti b’fatturi ta’ riskju għall-kanċer tal-ġilda.

Studju retrospettiv ta’ ko-orti abbażi ta’ popolazzjoni bl-użu ta’ dejta minn reġistri nazzjonali tas- saħħa tal-Isvezja sab inċidenza akbar ta’ kanċer tal-għonq tal-utru f’nisa b’artrite rewmatika ttrattati b’infliximab meta mqabbel ma’ pazjenti li qatt ma ħadu trattament b’sustanzi bijoloġiċi qabel jew mal-popolazzjoni ġenerali, inklużi dawk b’età ta’ aktar minn 60 sena. Ittestjar perjodiku għandu jkompli f’nisa ttrattati b’Inflectra, inklużi f’dawk b’età ta’ aktar minn 60 sena.

Il-pazjenti kollha b’kolite ulċerattiva li għandhom riskju akbar ta’ displasja jew karċinoma tal-kolon (pereżempju, pazjenti b’kolite ulċerattiva li tkun ilha jew kolanġite bi sklerożi ewlenija), jew bi storja medika ta’ displasja jew karċinoma tal-kolon għandhom ikunu evalwati għal displasja f’intervalli regolari qabel it-terapija u sakemm iddum il-marda tagħhom. Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi kolonoskopija u bijopsiji hekk kif ikun rakkomandat lokalment. Bid-dejta li hemm bħalissa mhux magħruf jekk il-kura b’infliximab taffettwax ir-riskju li jiżviluppaw displasja jew kanċer tal-kolon (ara sezzjoni 4.8).

Peress li l-possibbiltà ta’ riskju akbar li jiżviluppa kanċer f’pazjenti b’displasja li tkun għadha kif ġiet dijanjostikata li jkunu qed jiġu kkurati b’infliximab għadha ma ġietx stabbilita, ir-riskju u l-benefiċċji għall-pazjenti individwali għandu jiġi rivedut bir-reqqa u jkun ikkunsidrat li titwaqqaf it-terapija.

Insuffiċjenza tal-qalb

Inflectra għandu jintuża b’attenzjoni f’pazjenti b’insuffiċjenza ħafifa tal-qalb (NYHA klassi I/II). Il- pazjenti għandhom jinżammu taħt osservazzjoni mill-qrib u Inflectra m’għandux jitkompla f’pazjenti li jiżviluppaw sintomi ġodda ta’ insuffiċjenza tal-qalb jew jiħraxu s-sintomi li kellhom qabel (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.8).

Reazzjonijiet ematoloġiċi

Kien hemm rapporti ta’ panċitopenija, lewkopenija, newtropenija, u tromboċitopenija f’pazjenti li kienu qed jirċievu imblokkaturi ta’ TNF, inkluż infliximab. Il-pazjenti kollha għandhom jingħataw parir sabiex jirreferu għall-attenzjoni medika minnufih jekk jiżviluppaw sinjali u sintomi li jindikaw li hemm diskrasiji tad-demm (eż. deni persistenti, tbenġil, fsada, pallidità). It-twaqqif ta’ Inflectra għandu jkun ikkunsidrat f’pazjenti li jkun ikkonfermat li għandhom anormalitajiet sinifikanti fid- demm.

Oħrajn

Hemm esperjenza limitata dwar is-sigurtà tal-kura b’infliximab f’pazjenti li kellhom proċeduri kirurġiċi, inkluż arthroplasty. Il-half-life twila ta’ infliximab għandha tiġi kkunsidrata jekk proċedura kirurġika qiegħda tkun ippjanata. Pazjent li għandu bżonn operazzjoni waqt li jkun fuq Inflectra għandu jinżamm taħt osservazzjoni mill-qrib għal infezzjonijiet, u għandhom jittieħdu azzjonijiet xierqa.

Jekk ma jkunx hemm rispons għall-kura tal-marda ta’ Crohn, dan jista’ jindika li jkun hemm djuq fibrotiku fiss li jista’ jkollu bżonn kura kirurġika. M’hemm l-ebda evidenza li tindika li infliximab jaggrava jew jikkawża djuq fibrotiku.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti akbar fl-età (≥ 65sena)

Il-frekwenza ta’ infezzjonijiet serji f’pazjenti ta’ 65 sena u akbar ikkurati b’infliximab kienet aktar minn dawk taħt il-65 sena. Ftit minnhom kellhom riżultat fatali. Attenzjoni partikolari dwar ir-riskju għal infezzjoni għandha tingħata meta tkun qed tingħata kura lill-anzjani (ara sezzjoni 4.8).

Popolazzjoni pedjatrika

Infezzjonijiet

Fi studji kliniċi, kienu rrappurtati infezzjonijiet fi proporzjon akbar ta’ pazjenti pedjatriċi meta mqabbla ma’ pazjenti adulti (ara sezzjoni 4.8).

Tilqim

Huwa rakkomandat li pazjenti pedjatriċi, jekk inhu possibbli, jiġu aġġornati bit-tilqim kollu skont il- linji gwida ta’ tilqim kurrenti qabel ma jibdew terapija b’Inflectra.

Tumuri malinni u disturbi limfoproliferattivi

Tumuri malinni, xi wħud fatali, kienu rrappurtati fost tfal, adoloxxenti u adulti żgħażagħ (sal-età ta’ 22 sena) ikkurati b’sustanzi li jimblokkaw it-TNF (bidu tat-terapija18-il sena), inkluż b’infliximab wara t-tqegħid fis-suq. Madwar nofs il-każijiet kienu limfomi. Il-każijiet l-oħra kienu jinvolvu varjetà ta’ tumuri malinni differenti u kienu jinkludu tumuri malinni rari li s-soltu jkunu assoċjati ma’ immunosoppressjoni. Ma jistax ikun eskluż riskju għal żvilupp ta’ tumuri malinni fi tfal u adoloxxenti li jkunu kkurati b’imblokkaturi ta’ TNF.

Każijiet wara t-tqegħid fis-suq ta’ limfoma fil-fwied u l-marrara taċ-ċelluli T ġew irrappurtati f’pazjenti kkurati b’sustanzi li jimblokkaw it-TNF li jinkludu infliximab. Dan it-tip rari ta’ limfoma taċ-ċelluli T għandu kors tal-marda aggressiv ħafna u ġeneralment ikun fatali. Kważi l-pazjenti kollha kienu rċivew kura b’AZA jew b’6-MP flimkien ma’ jew eżatt qabel imblokkatur ta’ TNF. Il- maġġoranza tal-każijiet b’infliximab seħħew f’pazjenti bil-marda ta’ Crohn jew b’kolite ulċerattiva u l-biċċa l-kbira kienu rrappurtati f’irġiel adoloxxenti jew irġiel adulti żgħar. Ir-riskju li jista’ jkun hemm bil-kombinazzjoni ta’ AZA jew 6-MP u infliximab għandu jiġi kkunsidrat b’attenzjoni. Ma jistax jiġi eskluż riskju għall-iżvilupp ta’ limfoma fil-fwied u l-marrara kkawżata minn ċelluli T f’pazjenti kkurati b’Inflectra (ara sezzjoni 4.8).

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju ta’ interazzjoni.

F’pazjenti b’sintomi ta’ artrite rewmatojde, artrite psorijatika u l-marda ta’ Crohn, hemm indikazzjonijiet li meta jingħataw methotrexate u immunomodulaturi oħra fl-istess ħin, dan inaqqas il- formazzjoni ta’ antikorpi kontra infliximab u jżid il-konċentrazzjonijiet ta’ infliximab fil-plażma. Madankollu, ir-riżultati huma inċerti minħabba limitazzjonijiet fil-metodi li ntużaw għall-analiżi ta’ infliximab fis-serum u l-antikorpi kontra infliximab.

Ma jidhirx li kortikosterojdi jaffetwaw il-farmakokinetika ta’ infliximab sa livell li huwa rilevanti b’mod kliniku.

Il-kombinazzjoni ta’ Inflectra ma’ sustanzi bijoloġiċi terapewtiċi oħrajn li jintużaw biex jikkuraw l- istess kundizzjonijiet bħal Inflectra, inkluż anakinra u abatacept, mhix irrakkomandata (ara sezzjoni 4.4).

Huwa rakkomandat li vaċċini ħajjin ma jingħatawx fl-istess ħin ma’ Inflectra (ara sezzjoni 4.4).

Huwa rrakkomandat li sustanzi terapewtiċi infettivi ma jingħatawx flimkien ma’ Inflectra. Huwa rakkomandat ukoll li vaċċini ħajjin ma jingħatawx lil trabi wara espożizzjoni in utero għal infliximab għal mill-inqas 6 xhur wara t-twelid (ara sezzjoni 4.4).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Nisa li jistgħu joħorġu tqal

Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw kontraċettiv effettiv biex jevitaw it-tqala u sa mill-anqas 6 xhur wara l-aħħar kura b’Inflectra.

Tqala

In-numru moderat (madwar 450) ta’ tqaliet esposti għal infliximab b’riżultati magħrufa miġbura b’mod prospettiv, inkluż numru limitat (madwar 230) esposti waqt l-ewwel trimestru, ma jindikax li jista’ jkun hemm effetti mhux mistennija fuq kif tispiċċa t-tqala. Minħabba l-inibizzjoni ta’ TNFα meta infliximab jingħata waqt it-tqala jista’ jaffettwa r-rispons immuni normali tat-tarbija tat-twelid. Fi studju dwar it-tossiċità fuq l-iżvilupp li sar fuq ġrieden bl-użu ta’ antikorp analogu li b’mod selettiv jimpedixxi l-attività funzjonali ta’ TNFα tal-ġrieden, ma kienx hemm indikazzjoni ta’ tossiċità għall- omm, tossiċità għall-embriju jew teratoġeniċità (ara sezzjoni 5.3).

L-esperjenza klinika disponibbli hija limitata wisq biex ikun eskluż riskju, u għalhekk l-għoti ta’ infliximab mhux rakkomandat waqt it-tqala.

Infliximab jgħaddi minn ġol-plaċenta u nstab fis-serum ta’ trabi sa 6 xhur wara t-twelid. Wara espożizzjoni in utero għal infliximab, it-trabi jistgħu jkunu f’riskju akbar ta’ infezzjoni, inkluż infezzjoni mifruxa serja li tista’ ssir fatali. Għoti ta’ tilqim ħaj (eż. tilqima ta’ BCG) lil trabi esposti għal infliximab fil-ġuf mhuwiex irrakkomandat għal mill-inqas 6 xhur wara t-twelid (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.5). Kienu rrappurtati wkoll każijiet ta’ agranuloċitosi (ara sezzjoni 4.8).

Treddigħ

Mhux magħruf jekk infliximab jitneħħiex fil-ħalib tas-sider tal-bniedem jew jekk ikunx assorbit b’mod sistemiku wara li jinbela’. Minħabba li immunoglobulini umani jitneħħew fil-ħalib tas-sider tal-bniedem, in-nisa għandhom iwaqqfu t-treddigћ għal mill-inqas għal 6 xhur wara kura b’Inflectra.

Fertilità

M’hemmx biżżejjed tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku sabiex isiru konklużjonijiet dwar l-effetti ta’ infliximab fuq il-fertilità u funzjoni riproduttiva ġenerali (sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Inflectra jista’ jkollu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Jista’ jkun hemm sturdamenti wara l-għoti ta’ Inflectra (ara sezzjoni 4.8).

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Infezzjoni fin-naħa ta’ fuq tal-apparat tan-nifs kienet l-aktar reazzjoni avversa komuni għall-mediċina (ADR) rrappurtata fi provi kliniċi, li seħħet f’25.3% ta’ pazjenti kkurati b’infliximab meta mqabbla ma’ 16.5% ta’ pazjenti fil-grupp tal-kontroll. L-aktar ADRs serji assoċjati ma’ użu ta’ imblokkaturi ta’ TNF li kienu rrappurtati għal infliximab jinkludu attivazzjoni mill-ġdid ta’ HBV, CHF, infezzjonijiet serji (li jinkludu sepsis, infezzjonijiet opportunistiċi u TB), mard tas-serum (reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva li jdumu biex iseħħu), reazzjonijiet ematoloġiċi, lupus erythematosus sistemiku/sindrome jixbah il-lupus, disturbi ta’ demijelinazzjoni, avvenimenti tal-fwied u tal-marrara, limfoma, HSTCL, lewkimja, karċinoma taċ-ċellula ta’ Merkel, melanoma, tumuri malinni fit-tfal, sarkojdosi/ reazzjoni li tixbah lil sarkojdosi, axxess fl-imsaren jew perianali (fil-marda ta’ Crohn), u reazzjonijiet serji għall-infużjoni (ara sezzjoni 4.4).

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Tabella 1 telenka l-ADRs ibbażati fuq esperjenza minn studji kliniċi kif ukoll reazzjonijiet avversi, li xi wħud wasslu għall-mewt, irrappurtati minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Fil-klassijiet tas- sistema tal-organi, ir-reazzjonijiet avversi huma elenkati taħt it-titli tal-frekwenza bl-użu tal-kategoriji

li ġejjin: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100); rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000); rari ħafna (< 1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid- data disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skont is- serjetà tagħhom b’dawk l-aktar serji mniżżlin l-ewwel.

Tabella 1

Reazzjonijiet avversi fi studji kliniċi u mill-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

Komuni ħafna:

Infezzjoni virali (eż. influwenza, infezzjonijiet bil-virus tal-

 

erpes).

Komuni:

Infezzjonijiet batterjali (eż. sepsis, ċellulite, axxess).

Mhux komuni:

Tuberkulożi, infezzjonijiet ikkawżati minn moffa (eż.

 

kandidijażi).

Rari:

Meninġite, infezzjonijiet opportunistiċi (bħal infezzjonijiet

 

invażivi fungali [pnewmoċistożi, istoplasmożi, asperġillożi,

 

kokkidijoidomikożi, kriptokokkożi, blastomikożi], infezzjonijiet

 

batterjali [b’mikobatterji mhux tipiċi, listerijożi, salmonellożi] u

 

infezzjonijiet virali [ċitomegalovirus]), infezzjonijiet parassitiċi,

 

attivazzjoni mill-ġdid tal-epatite B.

Mhux magħrufa:

Infezzjoni kkawżata mit-tilqima nnifisha (wara espożizzjoni in

 

utero għal infliximab)*.

 

Neoplażmi beninni, malinni u dawk mhux speċifikati (inklużi ċesti u polipi)

Rari:

Limfoma, limfoma mhux ta’ Hodgkin, marda ta’ Hodgkin,

 

lewkimja, melanoma, kanċer tal-għonq tal-utru.

Mhux magħruf:

Limfoma fil-fwied u fil-marrara taċ-ċelluli T (l-aktar

 

f’adolexxenti u adulti żgħażagħ bil-marda ta’ Crohn u kolite

 

ulċerattiva), karċinoma taċ-ċellula ta’ Merkel.

Disturbi tad-demm u tas-sistema limfatika

Komuni:

Newtropenija, lewkopenija, anemija, limfadenopatija.

Mhux komuni:

Tromboċitopenija, limfopenija, limfoċitożi.

Rari:

Agranuloċitożi (inkluż trabi esposti in utero għal infliximab),

 

purpura trombotika tromboċitopenika, panċitopenija, anemija

 

emolitika, purpura tromboċitopenika idjopatika.

Disturbi fis-sistema immuni

 

Komuni:

Sintomu respiratorju allerġiku.

Mhux komuni:

Reazzjoni anafilattika, sindrome bħal tal-lupus, marda tas-serum

Rari:

jew reazzjoni bħal marda tas-serum.

 

Xokk anafilattiku, vaskulite, reazzjoni tat-tip sarkojd.

Disturbi psikjatriċi

 

Komuni:

Depressjoni, insomnja.

Mhux komuni:

Amneżija, aġitazzjoni, konfużjoni, ħedla tan-ngħas, nervożiżmu.

Rari:

Apatija.

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Komuni ħafna:

Uġigħ ta’ ras.

Komuni:

Vertigo, sturdament, ipoestesija, parestesija.

Mhux komuni:

Aċċessjoni, newropatija.

Rari:

Mijelite transversa, disturbi li jneħħu l-majelin tas-sistema

 

nervuża ċentrali (mard li jixbah l-isklerożi multipla u nevrite

 

ottika), disturbi li jneħħu l-majelin tas-sistema periferali (bħal

 

sindrome ta’ Guillain-Barré, polinewropatija bit-telf tal-majelin

 

b’infjammazzjoni kronika u newropatija motorjali multifokali).

Disturbi fl-għajnejn

 

Komuni

Konġuntivite

Mhux komuni:

Keratite, edema mad-dawra tal-għajnejn, xgħira

Rari:

Endoftalmite.

Mhux magħruf:

Telf tal-vista temporanju li jseħħ fi żmien sagħtejn mill-

 

infużjoni.

Disturbi fil-qalb

 

Komuni:

Takikardija, palpitazzjoni.

Mhux komuni:

Insuffiċjenza tal-qalb (bidu mill-ġdid jew li taggrava), arritmja,

 

sinkope, qalb tħabbat bil-mod.

Rari:

Ċijanożi, effużjoni mill-perikardju.

Mhux magħruf:

Iskemija mijokardijaka/infart mijokardijaku

Disturbi vaskulari

 

Komuni:

Pressjoni baxxa, pressjoni għolja, ekkimożi, fawra ta’ sħana,

 

fwawar.

Mhux komuni:

Iskemija periferali, tromboflebite, ematoma.

Rari:

Insuffiċjenza ċirkolatorja, petekje, vażospażmu.

 

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Komuni ħafna:

Infezzjoni fil-parti ta’ fuq tal-apparat tan-nifs, sinusite.

Komuni:

Infezzjoni tan-naħa ta’ isfel tal-passaġġ respiratorju (eż.

 

bronkite, pulmonite), qtugħ ta’ nifs, epistassi.

Mhux komuni:

Edema fil-pulmun, bronkospażmu, plewriżi, effużjoni mill-

 

plewra

Rari:

Mard tal-interstizju tal-pulmun (inkluż mard li javvanza malajr,

 

fibrożi fil-pulmun u pnewmonite).

Disturbi gastro-intestinali

 

Komuni ħafna:

Uġigħ fl-addome, nawseja

Komuni:

Emorraġija gastrointestinali, dijarea, dispepsja, rifluss

 

gastroesofagali, stitikezza.

Mhux komuni:

Titqib fil-musrana, stenożi fil-musrana, divertikulite,

 

pankreatite, kejlite.

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

 

Komuni:

Funzjoni mhux normali tal-fwied, żieda fit-transaminases.

Mhux Komuni:

Epatite, ħsara epatoċellulari, koleċistite.

Rari:

Epatite awtoimmuni, suffejra.

Mhux magħruf:

Insuffiċjenza tal-fwied.

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Komuni:

Bidu ġdid ta’ psorjasi jew taggrava inkluż psorjasi bl-imsiemer

 

(l-aktar fil-pala tal-idejn u s-saqajn), urtikarja, raxx, ħakk,

 

iperidrożi, ġilda xotta, dermatite fungali, ekżema, alopeċja.

Mhux komuni:

Joħorġu l-imsiemer, onikomikożi, seborreja, rosaċeja, papilloma

 

tal-ġilda, iperkeratożi, kulur tal-ġilda anormali

Rari:

Nekroliżi tossika tal-epidermide, sindrome ta’ Stevens-Johnson,

 

erythema multiforme, furunkulosi

Mhux magħruf:

Is-sintomi ta’ dermatomijosite jmorru għall-agħar

 

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-tessuti konnettivi

Komuni:

Artralġja, uġigħ fil-muskoli, uġigħ fid-dahar.

 

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

Komuni:

Infezzjoni fl-apparat tal-awrina.

Mhux komuni:

Pajilonefrite.

Disturbi fis-sistema riproduttiva u fis-sider

Mhux komuni:

Vaġinite

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta' mnejn jingħata

Komuni ħafna:

Reazzjoni marbuta mal-infużjoni, uġigħ.

Komuni:

Uġigħ fis-sider, għeja, deni, reazzjoni mnejn tingħata l-

 

injezzjoni, tkexkix ta’ bard, edema.

Mhux komuni:

Fejqan indebolit.

Rari:

Leżjoni granulomatoża.

 

 

Investigazzjonijiet

 

Mhux komuni:

Awto-antikorpi pożittivi.

Rari:

Fattur tal-komplement mhux normali.

* inkluż tuberkulosi bovina (infezzjoni mifruxa ta’ BCG), ara sezzjoni 4.4

Reazzjonijiet relatati mal-infużjoni

Reazzjoni relatata mal-infużjoni kienet definita fi studji kliniċi bħala kull reazzjoni avversa li sseħħ waqt infużjoni jew fi żmien siegħa mill-infużjoni. Fi studji kliniċi ta’ fażi III, 18% tal-pazjenti kkurati b’infliximab kellhom reazzjoni marbuta mal-infużjoni meta mqabbel ma’ 5% tal-pazjenti kkurati bi plaċebo. Globalment, proporzjon ogħla ta’ pazjenti li kienu qed jirċievu infliximab waħdu kellhom reazzjoni marbuta mal-infużjoni meta ġew imqabbla ma’ pazjenti li kienu qed jirċievu infliximab flimkien ma’ immunomodulaturi fl-istess ħin. Madwar 3% tal-pazjenti waqqfu l-kura minħabba reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni u l-pazjenti kollha rkupraw b’terapija medika jew waħidhom. Mill-pazjenti kkurati b’infliximab li kellhom reazzjoni għall-infużjoni waqt il-perjodu ta’ induzzjoni sa ġimgħa 6, 27% kellhom reazzjoni marbuta mal-infużjoni waqt il-perjodu ta’ manteniment, minn ġimgħa 7 sa ġimgħa 54. Mill-pazjenti li ma kellhomx reazzjoni għall-infużjoni waqt il-perjodu ta’ induzzjoni, 9% kellhom reazzjoni għall-infużjoni waqt il-perjodu ta’ manteniment.

Fi studju kliniku fuq pazjenti b’artrite rewmatojde (ASPIRE), l-infużjonijiet kellhom jingħataw fuq perjodu ta’ sagħtejn għall-ewwel 3 infużjonijiet. It-tul ta’ ħin tal-infużjonijiet sussegwenti seta’ jiqsar sa mhux inqas minn 40 minuta f’pazjenti li ma ħassewx reazzjonijiet serji għall-infużjoni. F’din il- prova, sitta u sittin fil-mija tal-pazjenti (686 minn 1,040) irċevew mill-anqas infużjoni waħda mqassra ta’ 90 minuta jew anqas u 44% tal-pazjenti (454 minn 1,040) irċevew mill-anqas infużjoni waħda imqassra ta’ 60 minuta jew anqas. Mill-pazjenti kkurati b’infliximab li rċevew mill-anqas infużjoni waħda mqassra, reazzjonijiet relatati mal-infużjoni seħħew fi 15% tal-pazjenti u reazzjonijiet serji seħħew f’0.4% tal-pazjenti.

Fi studju kliniku ta’ pazjenti bil-marda ta’ Crohn (SONIC), reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni seħħew f’16.6% (27/163) tal-pazjenti li kienu qed jirċievu terapija b’infliximab waħdu, f’5% (9/179) tal-pazjenti li kienu qed jirċievu infliximab flimkien ma’ AZA, u f’5.6% (9/161) tal-pazjenti li kienu

qed jirċievu terapija b’AZA waħdu. Seħħet reazzjoni għall-infużjoni waħda ta’ grad serju (< 1%) f’pazjent li kien fuq terapija b’infliximab waħdu.

F’esperjenza wara t-tqegħid fis-suq, każijiet ta’ reazzjonijiet jixbhu lil dawk anafilattiċi, fosthom edima tal-larinġi/farinġi u spażmu qawwi tal-bronki, u aċċessjonijiet kienu assoċjati mal-għoti ta’ infliximab (ara sezzjoni 4.4). Każijiet ta’ telf tal-vista temporanju li seħħew fi żmien sagħtejn minn meta ngħatat l-infużjoni ta’ infliximab kienu rrappurtati. Każijiet (xi wħud fatali) ta’ iskemija/infart mijokardijaku ġew rapportati wkoll, xi wħud b’assoċjazzjoni temporali viċina ma’ infużjoni ta’ infliximab.

Reazzjonijiet għall-infużjoni wara l-għoti mill-ġdid ta’ infliximab

Studju kliniku f’pazjenti bi psorjasi moderata sa severa kien maħsub biex tiġi evalwata l-effikaċja u s- sigurtà ta’ terapija fit-tul kontra kura mill-ġdid b’kors ta’ induzzjoni ta’ infliximab (massimu ta’ erba’ infuzjonijiet f’ġimgħat 0, 2 6 u 14) wara li tkun ħraxet il-marda. Il-pazjenti ma rċevew ebda terapija immunosoppressiva fl-istess ħin. Fil-parti tal-istudju dwar dawk li ngħataw kura mill-ġdid, 4% (8/219) tal-pazjenti kellhom reazzjoni serja għall-infużjoni kontra < 1% (1/222) ta’ dawk fuq terapija ta’ manteniment. Il-maġġoranza tar-reazzjonijiet għall-infużjoni serji seħħew fit-tieni infużjoni f’ġimgħa 2. L-intervall bejn l-aħħar doża ta’ manteniment u l-ewwel doża tal-induzzjoni mill-ġdid kienu jvarjaw minn 35-231 jum. Is-sintomi kienu jinkludu, iżda ma kinux limitati għal dispneja, urtikarja, edima tal-wiċċ, u pressjoni baxxa. Fil-każijiet kollha, il-kura b’infliximab twaqqfet u/jew kura oħra ngħatat bil-fejqan totali tas-sinjali u s-sintomi.

Sensittività eċċessiva li ddum ma sseħħ

Fi studji kliniċi reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva illi ddum ma sseħħ ma kinux komuni u seħħew wara intervalli mingħajr infliximab ta’ anqas minn sena. Fl-istudji dwar il-psorjasi, reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva seħħew kmieni fil-kors ta’ kura. Sinjali u sintomi kienu jikludu wġigħ fil- muskoli u/jew artralġja b’deni u/jew raxx b’xi pazjenti kellhom ukoll ħakk, edima fil-wiċċ, idejn jew xufftejn, problemi biex jibilgħu, urtikarja, uġigħ fil-grieżem u/jew uġigħ ta’ ras.

M’hemmx tagħrif biżżejjed dwar l-inċidenza ta’ reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva li ddum ma sseħħ wara intervalli mingħajr infliximab ta’ aktar minn sena iżda t-tagħrif limitat li hemm minn studji kliniċi jindika riskju akbar għal sensittività eċċessiva aktar ma jikber l-intervall mingħajr infliximab (ara sezzjoni 4.4).

Fi studju kliniku ta’ sena b’infużjonijiet ripetuti f’pazjenti bil-marda ta’ Crohn (studju ACCENT I), l- inċidenza ta’ reazzjonijiet bħal dawk ta’ mard tas-serum kienet ta’ 2.4%.

Immunoġeniċità

Pazjenti li żviluppaw antikorpi għal infliximab kellhom probabbiltà akbar (xi 2-3 darbiet aktar) li jiżviluppaw reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni. Meta fl-istess ħin intużaw aġenti immunosoppressivi, ġie osservat tnaqqis fil-frekwenza ta’ reazzjonijiet relatati mal-infużjoni. Fi studji kliniċi fejn intużat doża waħda jew ħafna dożi ta’ infliximab li varjaw minn 1 sa 20 mg/kg, instabu antikorpi għal infliximab f’14% tal-pazjenti fuq xi terapija immunosoppressiva, u f’24% tal-pazjenti mingħajr terapija immunosoppressiva. F’pazjenti b’artrite rewmatojde li rċivew korsijiet ta’ kura b’dożi ripetuti rakkomandati ma’ methotrexate, 8% tal-pazjenti żviluppaw antikorpi għal infliximab. F’pazjenti b’artrite psorijatika li rċevew 5 mg/kg b’methotrexate jew mingħajru, fi 15% tal-pazjenti seħħew antikorpi (l-antikorpi seħħew f’4% tal-pazjenti li rċevew methotrexate u f’26% tal-pazjenti li ma kinux qed jirċievu methotrexate fil-linja bażi). Fil-pazjenti bil-marda ta’ Crohn li rċevew kura ta’ manteniment, antikorpi għal infliximab seħħew f’total ta’ 3.3% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu immunosoppressanti u fi 13.3% tal-pazjenti li ma kinux qed jirċievu immunosoppressanti. L-inċidenza ta’ antikorpi kienet xi 2-3 darbiet ogħla f’pazjenti li kienu kkurati b’mod episodiku. Minħabba l- limitazzjonijiet fil-metodoloġija, assay negattiv ma teskludix il-presenza ta’ antikorpi għal infliximab. Xi pazjenti li jiżviluppaw livelli għoljin ta’ antikorpi għal infliximab kellhom sinjali ta’ effikaċja mnaqqsa. F’pazjenti psorijatiċi kkurati b’infliximab bħala kors ta’ manteniment fl-assenza ta’ immunomodulaturi li jingħataw fl-istess ħin, madwar 28% żviluppaw antikorpi għal infliximab (ara sezzjoni 4.4: “Reazzjonijiet tal-infużjoni u sensittività eċċessiva”).

Infezzjonijiet

Tuberkulożi, infezzjonijiet batteriċi, inkluża sepsis u pulmonite, infezzjonijiet invażivi fungali, virali, u infezzjonijiet opportunistiċi oħra, ġew osservati f’pazjenti li kienu qed jirċievu infliximab. Ftit minn dawn kienu fatali; l-infezzjonijiet opportunistiċi rrappurtati l-aktar frekwenti b’rata ta’ mortalità ta’

> 5% jinkludu pnewmoċistożi, kandidijażi, listerjożi u asperġillożi (ara sezzjoni 4.4).

Fi studji kliniċi, 36% tal-pazjenti li ngħataw infliximab kienu kkurati għal infezzjonijiet mqabbla ma’ 25% ta’ pazjenti li ġew ikkurati bi plaċebo.

Fi studji kliniċi dwar artrite rewmatojde, l-inċidenza ta’ infezzjonijiet serji inkluż pulmonite kienet ogħla fil-pazjenti kkurati b’infliximab u methotrexate meta mqabbel ma’ methotrexate waħdu speċjalment b’dożi ta’ 6 mg/kg jew aktar (ara sezzjoni 4.4).

F’rapporti li saru b’mod spontanju wara t-tqegħid fis-suq, infezzjonijiet kienu l-aktar effett avvers serju. Ftit mill-każijiet kellhom riżultat fatali. Kważi 50% tal-imwiet irrappurtati kienu assoċjati ma’ infezzjoni. Każijiet ta’ tuberkulożi, li xi drabi wasslu għall-mewt, inkluża t-tuberkulożi miljari u tuberkulożi li seħħet f’post ’il barra mill-pulmun, kienu rrappurtati (ara sezzjoni 4.4).

Tumuri malinni u disturbi proliferattivi tas-sistema limfatika

Fi studji kliniċi b’infliximab fejn kienu kkurati 5,780 pazjent, li jirrappreżentaw 5,494 sena ta’ pazjenti, 5 każijiet ta’ limfomi u 26 tumur malinni mhux limfomi nstabu meta mqabbla mal-ebda każ ta’ limfoma u każ wieħed ta’ tumur malinn mhux limfoma f’1,600 pazjent ikkurati bi plaċebo li jirrapreżentaw 941 sena ta’ pazjenti.

Fi studji kliniċi follow-up dwar is-sigurtà fit-tul b’infliximab li ħadu sa 5 snin, li jirrappreżentaw 6,234 snin ta’ pazjenti (3,210 pazjenti), 5 każijiet ta’ limfomi u 38 każ ta’ tumuri malinni mhux limfomi kienu rrappurtati.

Każijiet ta’ tumuri malinni, inkluż limfoma kienu wkoll irrappurtati fl-isfond ta’ wara t-tqegħid fis- suq (ara sezzjoni 4.4).

Fi studju kliniku esploratorju li kien jinvolvi pazjenti b’COPD moderat sa sever li kienu jew ipejpu fil-preżent jew kienu jpejpu fil-passat, 157 pazjent adult kienu kkurati b’infliximab b’dożi simili għal dawk użati f’artrite rewmatojde u l-marda ta’ Crohn. Disgħa minn dawn il-pazjenti żviluppaw tumuri malinni, inkluża limfoma. Il-follow-up dam medjan ta’ 0.8 snin (inċidenza 5.7% [95% CI 2.65%- 10.6%]. Kien hemm każ wieħed ta’ tumur malinn fost is-77 pazjent tal-kontroll (follow-up medjan ta’ 0.8 snin; inċidenza 1.3% [95% CI 0.03%-7.0%]). Il-maġġoranza tat-tumuri żviluppaw fil-pulmun, jew ir-ras u l-għonq.

Studju retrospettiv ta’ ko-orti abbażi ta’ popolazzjoni sab inċidenza akbar ta’ kanċer tal-għonq tal-utru f’nisa b’artrite rewmatika ttrattati b’infliximab meta mqabbel ma’ pazjenti li qatt ma ħadu trattament b’sustanzi bijoloġiċi qabel jew mal-popolazzjoni ġenerali, inklużi dawk b’età ta’ aktar minn 60 sena (ara sezzjoni 4.4).

Barra dan, każijiet wara t-tqegħid fis-suq ta’ limfoma epatosplenika taċ-ċelluli T kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’infliximab, fejn il-maġġoranza tal-każijiet seħħew f’pazjenti bil-marda ta’ Crohn u b’kolite ulċerattiva, u l-biċċa l-kbira tagħhom kienu rġiel adolexxenti jew irġiel adulti żgħar (ara sezzjoni 4.4).

Insuffiċjenza tal-qalb

Fi studju ta’ Fażi II li kellu l-għan li ssir evalwazzjoni ta’ infliximab għall-insuffiċjenza konġestiva tal-qalb (CHF), inċidenza ogħla ta’ rata ta’ mwiet minħabba li ħraxet l-insuffiċjenza tal-qalb ġiet osservata f’pazjenti li ngħataw infliximab, l-aktar f’dawk li ngħataw id-doża aktar għolja ta’ 10 mg/kg (jiġifieri daqs darbtejn id-doża massima approvata). F’dan l-istudju 150 pazjent b’insuffiċjenza konġestiva tal-qalb ta’ Klassi III-IV CHF tal-NYHA (frazzjoni tal-volum tal-ventrikulu tax-xellug

ppumpjat ≤ 35%) kienu kkurati bi tliet infużjonijiet ta’ infliximab ta’ 5 mg/kg, 10 mg/kg, jew plaċebo fuq sitt ġimgħat. Wara 38 ġimgħa, 9 minn 101 pazjent li ngħataw infliximab (2 b’5 mg/kg u 7

b’10 mg/kg) mietu meta mqabbel ma’ mewt waħda fost id-49 pazjent fuq plaċebo.

Kien hemm rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq ta’ każijiet fejn l-insuffiċjenza tal-qalb marret għall- agħar, b’fatturi li setgħu jkunu identifikati jew mingħajrhom, f’pazjenti li kienu qed jieħdu infliximab. Kien hemm ukoll rapporti wara t-tqegħid fis-suq ta’ insuffiċjenza tal-qalb li bdiet mill-ġdid, inkluża insuffiċjenza tal-qalb f’pazjenti li fil-passat ma kellhomx mard kardjovaskulari. Ftit minn dawn il- pazjenti kellhom anqas minn 50 sena.

Avvenimenti tal-fwied u tal-marrara

Fi studji kliniċi, żidiet fl-ALT u fl-AST ħfief jew moderati ġew osservati f’pazjenti li kienu qed jirċievu infliximab mingħajr ma avvanzaw għall-ħsara epatika severa. Żidiet tal-ALT ≥ 5 darbiet il- Limitu ta’ Fuq tan-Normal (ULN) ġew osservati (ara Tabella 2). Żidiet fl-aminotransferases ġew osservati (ALT aktar komuni minn AST) fi proporzjon akbar ta’ pazjenti li kienu qed jirċievu infliximab milli f’dawk tal-kontrolli, kemm meta infliximab ngħata waħdu kif ukoll meta ntuża flimkien ma’ aġenti immunosoppressivi oħrajn. Il-biċċa l-kbira miż-żidiet fl-aminotransferase kienu temporanji; madankollu, numru żgħir ta’ pazjenti kellhom żidiet għal żmien itwal. B’mod ġenerali, pazjenti li żviluppaw żidiet fl-ALT u l-AST ma kellhomx sintomi, u l-anormalitajiet naqsu jew għaddew mat-tkomplija jew mal-waqfien ta’ infliximab, jew billi saru bidliet fit-terapiji l-oħrajn li kienu qed jingħataw. F’sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, każijiet ta’ suffejra u epatite, xi wħud b’epatite awtoimmuni, kienu rrappurtati f’pazjenti li rċevew infliximab (ara sezzjoni 4.4).

Tabella 2

Proporzjon ta’ pazjenti b’żieda fl-attività ALT fi studji kliniċi

 

 

Follow-up medjan

 

 

 

 

Indikazzjoni

Numru ta’ pazjenti

(ġimgħat)4

 

≥ 3 darbiet ULN

≥ 5 darbiet ULN

 

plaċebo

infliximab

plaċebo

 

infliximab

plaċebo

infliximab

plaċebo

infliximab

Artrite

58.1

 

58.3

3.2%

3.9%

0.8%

0.9%

rewmatojde

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Marda ta’

53.7

 

54.0

2.2%

4.9%

0.0%

1.5%

Crohn 2

 

Marda ta’

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Crohn

N/A

N/A

 

53.0

N/A

4.4%

N/A

1.5%

Pedjatrika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kolite

30.1

 

30.8

1.2%

2.5%

0.4%

0.6%

b’ulċera

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kolite

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ulċerattiva

N/A

N/A

 

49.4

N/A

6.7%

N/A

1.7%

fit-tfal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spondilite

24.1

 

101.9

0.0%

9.5%

0.0%

3.6%

Ankylosing

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artrite

18.1

 

39.1

0.0%

6.8%

0.0%

2.1%

psorijatika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Plakka

16.1

 

50.1

0.4%

7.7%

0.0%

3.4%

psorijatika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1Pazjenti fuq plaċebo rċievew methotrexate filwaqt li pazjenti fuq infliximab irċivew kemm infliximab kif ukoll methotrexate.

2Pazjenti fuq plaċebo fiż-2 studji ta’ Fażi III fil-marda ta’ Crohn’s, ACCENT I u ACCENT II, irċivew doża tal-bidu ta’ 5 mg/kg infliximab fil-bidu tal-istudju u kienu fuq plaċebo fil-fażi ta’ manteniment. Pazjenti li ntgħażlu b’mod każwali għall-grupp ta’ manteniment bi plaċebo u mbagħad aktar tard qalbu għal infliximab huma inklużi fil-grupp ta’ infliximab fl-analiżi ALT. Fil-prova ta’ Fażi IIIb fil-marda ta’ Crohn, SONIC,

pazjenti tal-plaċebo rċivew 2.5 mg/kg/kuljum ta’ AZA bħala kontroll attiv flimkien ma’ infużjonijiet ta’ infliximab bħala plaċebo.

3.Numru ta’ pazjenti evalwati għal ALT.

4.Follow-up medju huwa bbażat fuq il-pazjenti kkurati.

Antikorpi antinukleari (ANA)/ antikorpi kontra double stranded DNA (dsDNA)

Madwar nofs il-pazjenti li ngħataw infliximab fi studji kliniċi u li fil-bidu kienu negattivi għal ANA fil-linja bażi żviluppaw ANA waqt l-istudju meta mqabbel ma’ madwar wieħed minn kull ħames pazjenti li ġew ikkurati bi plaċebo. Fi studji kliniċi, antikorpi kontra dsDNA ġew osservati għall- ewwel darba f’madwar 17% tal-pazjent li ngħataw infliximab, mqabbel ma’ 0% tal-pazjent li ngħataw plaċebo. Fl-aħħar stima li saret, 57% tal-pazjenti li kienu ngħataw infliximab baqgħu pożittivi għal kontra dsDNA. Rapporti ta’ lupus u sindromi bħal dawk tal-lupus, madankollu jibqgħu mhux komuni (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjoni pedjatrika

Pazjenti b’artrite rewmatojde ġuvenili

Infliximab kien studjat fi studju kliniku b’120 pazjent (medda ta’ etajiet: 4-17-il sena) b’artrite rewmatojde ġuvenili attiva minkejja methotrexate. Il-pazjenti rċevew 3 jew 6 mg/kg ta’ infliximab bħal kors ta’ induzzjoni bi 3 dożi (ġimgħat 0, 2, 6 jew ġimgħat 14, 16, 20 rispettivament) segwiti minn terapija ta’ manteniment kull 8 ġimgħat, flimkien ma’ methotrexate.

Reazzjonijiet tal-infużjoni

Reazzjonijiet tal-infużjoni seħħew f’35% tal-pazjenti b’artrite rewmatojde ġuvenili li kienu qed jirċievu 3 mg/kg imqabbla ma’ 17.5% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu 6 mg/kg. Fil-grupp ta’ 3 mg/kg infliximab, 4 minn 60 pazjent kellhom reazzjoni serja għall-infużjoni u 3 pazjenti rrappurtaw reazzjoni li setgħet kienet anafilattika (li 2 minnhom kienu fost ir-reazzjonijiet serji għall-infużjoni). Fil-grupp ta’ 6 mg/kg, 2 minn 57 pazjent kellhom reazzjoni serja għall-infużjoni, li wieħed minnhom kellu reazzjoni li setgħet kienet anafilattika (ara sezzjoni 4.4).

Immunoġeniċità

Antikorpi għal infliximab żviluppaw f’38% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu 3 mg/kg imqabbla ma’ 12% tal-pazjenti li kienu qed jirċievu 6 mg/kg. It-tajters tal-antikorp kienu b’mod partikolari ogħla fil- grupp ta’ 3 mg/kg meta mqabbel ma’ dak ta’ 6 mg/kg.

Infezzjonijiet

Infezzjonijiet seħħew f’68% (41/60) tat-tfal li kienu qed jirċievu 3 mg/kg fuq perjodu ta’ 52 ġimgħa, 65% (37/57) tat-tfal li kienu qed jirċievu infliximab 6 mg/kg fuq perjodu ta’ 38 ġimgħa u 47% (28/60) tat-tfal li kienu qed jirċievu plaċebo fuq perjodu ta’ 14-il ġimgħa (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti tfal bil-marda ta’ Crohn

Il-każijiet li ġejjin kienu rrappurtati b’mod aktar komuni f’pazjenti tfal bil-marda ta’ Crohn fl-istudju REACH (ara sezzjoni 5.1) milli f’pazjenti adulti bil-marda ta’ Crohn: anemija (10.7%), demm fl- ippurgar (9.7%), lewkopenja (8.7%), fwawar (8.7%), infezzjonijiet virali (7.8%), newtropenija (6.8%), ksur fl-għadam (6.8%), infezzjoni kkawżata minn batterja (5.8%), u reazzjoni allerġika fil- passaġġ respiratorju (5.8%). Affarijiet oħra li jridu jiġu kkunsidrati qegħdin spjegati hawn taħt.

Reazzjonijiet relatati mal-infużjoni

F’REACH, 17.5% tal-pazjenti li ntgħażlu b’mod każwali ħassew 1 jew aktar reazzjonijiet tal- infużjoni. Ma kien hemm l-ebda reazzjonijiet serji għall-infużjoni, u 2 individwi f’REACH kellhom reazzjonijiet anafilattiċi li ma kinux serji.

Immunoġeniċità

Antikorpi għal infliximab instabu fi 3 (2.9%) pazjenti tfal.

Infezzjonijiet

Fl-istudju REACH, infezzjonijiet kienu rrappurtati f’56.3% tal-individwi li ntgħażlu b’mod każwali kkurati b’infliximab. Infezzjonijiet kienu rrappurtati b’mod aktar frekwenti għal individwi li rċevew ġimgħa q8 għall-kuntrarju ta’ ġimgħa q12 (73.6% u 38.0%, rispettivament), filwaqt li infezzjonijiet serji kienu rrappurtati fi 3 individwi f’ġimgħa q8 u 4 individwi fil-grupp ta’ manteniment

f’ġimgħa q12. L-infezzjonijiet li kienu rrappurtati b’mod l-aktar komuni kienu infezzjonijiet tal-parti

ta’ fuq tal-passaġġ respiratorju u farinġite, u l-aktar infezzjoni serja li kienet irrappurtata b’mod l- aktar komuni kienet axxess. Tliet każijiet ta’ pulmonite (1 serju) u 2 każijiet ta’ herpes zoster (it-tnejn mhux serji) kienu rrappurtati.

Pazjenti pedjatriċi b’kolite bl-ulċeri

B’mod globali, ir-reazzjonijiet avversi rrappurtati fil-prova dwar kolite bl-ulċeri fit-tfal (C0168T72) u fl-istudji dwar kolite bl-ulċeri fl-adulti (ACT 1 u ACT 2) kienu ġeneralment konsistenti. F’C0168T72, l-aktar reazzjonijiet avversi komuni kienu infezzjoni fil-parti ta’ fuq tal-apparat respiratorju, farinġite, uġigħ addominali, deni u wġigħ ta’ ras. L-aktar avveniment avvers komuni kien taħrix tal-kolite bl- ulċeri, li l-inċidenza tiegħu kienet ogħla f’pazjenti fuq skeda ta’ dożaġġ ta’ q12-il ġimgħa vs. kors ta’ dożaġġ ta’ q8 ġimgħat.

Reazzjonijiet relatati mal-infużjoni

B’mod globali, 8 (13.3%) mis-60 pazjent ikkurati kellhom esperjenza ta’ reazzjoni għall-infużjoni waħda jew aktar, b’4 minn 22 (18.2%) fil-grupp ta’ kura ta’ manteniment ta’ q8 ġimgħat u 3 minn 23 (13.0%) fil-grupp ta’ kura ta’ manteniment ta’ q12-il ġimgħa. Ma kinux irrappurtati reazzjonijiet għall-infużjoni serji. Ir-reazzjonijiet għall-infużjoni kienu kollha ta’ intensità ħafifa jew moderata.

Immunoġeniċità

Antikorpi għal infliximab kienu osservati f’4 (7.7%) pazjenti sa ġimgħa 54.

Infezzjonijiet

Infezzjonijiet kienu rrappurtati f’31 (51.7%) minn 60 pazjent ikkurat f’C0168T72 u 22 (36.7%) kellhom bżonn kura b’sustanza orali jew parenterali kontra l-mikrobi. Il-proporzjon ta’ pazjenti b’infezzjonijiet f’C0168T72 kien simili għal dak fl-istudju dwar il-marda ta’ Crohn fit-tfal (REACH) iżda ogħla mill-proporzjon fl-istudji dwar kolite bl-ulċeri fl-adulti (ACT 1 u ACT 2). L-inċidenza globali ta’ infezzjonijiet f’C0168T72 kienet ta’ 13/22 (59%) fil-grupp ta’ kura ta’ manteniment ta’ kull 8 ġimgħat u ta’ 14/23 (60.9%) fil-grupp ta’ kura ta’ manteniment ta’ kull 12-il ġimgħa. Infezzjoni fil-parti ta’ fuq tal-apparat respiratorju (7/60 [12%]) u farinġite (5/60 [8%]) kienu l-aktar infezzjonijiet fis-sistema respiratorja rrappurtati b’mod frekwenti. Infezzjonijiet serji kienu rrappurtati fi 12% (7/60) mill-pazjenti kollha kkurati.

F’dan l-istudju, kien hemm iktar pazjenti fil-grupp ta’ età ta’ 12-17-il sena milli fil-grupp ta’ età ta’ 6-11-il sena (45/60 [75.0%]) vs. 15/60 [25.0%]). Filwaqt li n-numru ta’ pazjenti f’kull sottogrupp huwa żgħir wisq biex isiru konklużjonijiet definittivi dwar l-effett tal-età fuq avvenimenti ta’ sigurtà, kien hemm proporzjonijiet ogħla ta’ pazjenti b’avvenimenti avversi serji u twaqqif minħabba avvenimenti avversi fil-grupp ta’ età iżgħar milli fil-grupp ta’ età akbar. Filwaqt li l-proporzjon ta’ pazjenti b’infezzjonijiet kien ukoll ogħla fil-grupp ta’ età iżgħar, għall-infezzjonijiet serji, il- proporzjonijiet kienu simili fiż-żewġ gruppi ta’ età. Proporzjonijiet globali ta’ avvenimenti avversi u reazzjonijiet għall-infużjoni kienu simili bejn il-gruppi ta’ età ta’ 6 sa 11 u 12 sa 17-il sena.

Esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq

Avvenimenti avversi serji spontanji ta’ wara t-tqegħid fis-suq b’infliximab fil-popolazzjoni pedjatrika kienu jinkludu tumuri malinni inklużi limfomi taċ-ċelluli T, anormalijiet temporanji fl-enzimi epatiċi, sindromi li jixbhu l-lupus, u awtoantikorpi pożittivi (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.8).

Aktar tagħrif dwar popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti akbar fl-età (≥ 65 sena)

Fi studji kliniċi dwar artrite rewmatojde, l-inċidenza ta’ infezzjonijiet serji kienet akbar f’pazjenti ta’ 65 sena u akbar ikkurati b’infliximab flimkien ma’ methotrexate (11.3%) minn f’dawk taħt il-65 sena (4.6%). F’pazjenti kkurati b’methotrexate waħdu, l-inċidenza ta’ infezzjonijiet serji kienet ta’ 5.2% f’pazjenti li kellhom 65 sena jew aktar meta mqabbla ma’ 2.7% f’pazjenti taħt il-65 sena (ara sezzjoni 4.4).

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-ebda każ ta’ doża eċċessiva ma ġie rrappurtat. Dożi b’waħdiet sa 20 mg/kg ġew mogħtija mingħajr effetti tossiċi.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Immunosoppressanti, inibituri tal-fattur tan-necrożi alfa (TNFα), Kodiċi ATC: L04AB02.

Inflectra hu prodott mediċinali bijoloġiku simili. Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Infliximab huwa antikorp kimeriku tal-bniedem-ġrieden monoklonali illi jeħel b’affinità kbira kemm mal-forma li tinħall kif ukoll ma’ dik transmembranika ta’ TNFα iżda mhux ma’ limfotossina α (TNFß).

Effetti farmakodinamiċi

Infliximab jinibixxi l-attività funzjonali ta’ TNFα f’varjetà kbira ta’ bioassays in vitro. Infliximab inibixxa mard fi ġrieden transġeniċi li jiżviluppaw poliartrite minħabba espressjoni kostituttiva ta’ TNFα uman, u meta ngħata wara l-bidu tal-marda, ħalla ġogi mherrija jfiequ. In vivo, infliximab malajr jifforma kumplessi stabbli ma’ TNFα uman, proċess li jimxi b’mod parallel mat-telf ta’ bijoattività ta’ TNFα.

Konċentrazzjonijiet għolja ta’ TNFα instabu fil-ġogi ta’ pazjenti b’artrite rewmatojde u juru korrelazzjoni ma’ żieda fl-attività tal-marda. F’artrite rewmatojde, kura b’infliximab naqqset l- infiltrazzjoni ta’ ċelluli infjammatorji f’partijiet infjammati tal-ġogi, kif ukoll l-espressjoni ta’ molekuli li jikkontrollaw l-adeżjoni taċ-ċelluli, kimoattrazzjoni u degradazzjoni tat-tessuti. Wara kura b’infliximab, il-pazjenti wrew tnaqqis fil-livelli ta’ interleukin 6 (IL-6) fis-serum u proteina reattiva-Ċ (CRP), u żieda fil-livelli ta’ emoglobina f’pazjenti b’artrite rewmatojde b’livelli aktar baxxi ta’ emoglobina, meta mqabbel mal-linja bażi. Minbarra dan, ma kien hemm l-ebda tnaqqis sinifikanti fin- numru ta’ limfoċiti fid-demm periferali jew fir-rispons proliferattiv għal stimulazzjoni mitoġenika

in vitro meta mqabbel maċ-celluli ta’ pazjenti mhux ikkurati. F’pazjenti bi psorjasi, il-kura b’infliximab irriżultat fi tnaqqis tal-infjammazzjoni u normalizzazzjoni tad-differenzazzjoni tal- keratinoċiti fi plakkek psorjatiċi. F’artrite psorijatika, kura fuq perjodu qasir b’infliximab naqqas in- numru ta’ ċelluli T u l-vini tad-demm fis-synovium u ġilda psorjatika.

Evalwazzjoni istoloġika ta’ bijopsiji mill-musrana l-kbira, meħudin qabel u 4 ġimgħat wara l-għoti ta’ infliximab, żvelat tnaqqis sostanzjali fit-TNFα li seta’ jiġi osservat. Kura b’infliximab f’pazjenti bil- marda ta’ Crohn kien ukoll assoċjat ma’ tnaqqis sostanzjali fil-marker infjammatorju tas-serum, CRP, li ġeneralment ikun għoli. L-għadd totali ta’ ċelluli bojod periferiċi tad-demm kien affetwat minimament f’pazjenti li ngħataw infliximab, għalkemm bidliet fil-limfoċiti, monoċiti u newtrofili wrew ċaqliq lejn firxa normali. Ċelluli mononukleari periferiċi tad-demm (PBMC) meħuda minn pazjenti li ngħataw infliximab ma wrew l-ebda tnaqqis fir-rispons proliferattiv għal stimuli meta mqabbla ma’ pazjenti mhux fuq kura, u ma kinux osservati bidliet sostanzjali fil-produzzjoni ta’ ċitokini minn PBMC stimulati wara kura b’infliximab. Analiżi ta’ ċelluli mononukleari tal-lamina

propria miksuba permezz ta’ bijopsija tal-mukuża tal-musrana wriet li kura b’infliximab ikkawżat tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli li kienu kapaċi jesprimu TNFα u interferon γ. Minn studji ħistoloġiċi oħra kien hemm evidenza li kura b’infliximab inaqqas l-infiltrazzjoni ta’ ċelluli infjammatorji fil-partijiet affettwati tal-musrana u l-preżenza ta’ markers kolite f’dawn il-postijiet. Studji endoskopiċi tal- mukuża tal-imsaren wrew evidenza ta’ fejqan tal-mukuża f’pazjenti kkurati b’infliximab.

Effikaċja klinika u sigurtà

Artrite rewmatojde fl-adulti

L-effikaċja ta’ infliximab kienet evalwata f’żewġ studji importanti ħafna multiċentriċi, li fihom il- parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, double-blind: ATTRACT u ASPIRE. Fiż-żewġ studji, l-użu fl- istess ħin ta’ dożi stabbli ta’ folic acid, kortikosterojdi orali (≤ 10 mg/jum) u/jew mediċini antiinfjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs) ġie permess.

Il-punti aħħarin ewlenin kienu t-tnaqqis fis-sinjali u s-sintomi kif imkejla skont il-kriterji tal-American College of Rheumatology (ACR20 għal ATTRACT, landmark ACR-N għal ASPIRE), il-prevenzjoni ta’ ħsara strutturali fil-ġogi, u t-titjib fil-funzjoni fiżika. Tnaqqis fis-sinjali u s-sintomi kien definit bħala titjib ta’ mill-inqas 20% (ACR20) fin-numru ta’ ġogi kemm dawk teneri kif ukoll dawk minfuħin, u fi tlieta minn dawn il-5 kriterji: (1) l-evalwazzjoni globali tal-evalwatur, (2) l- evalwazzjoni globali tal-pazjent, (3) kejl tal-funzjonalità/diżabiltà, (4) skala viżwali analoga tal-uġigħ u (5) rata ta’ sedimentazzjoni tal-eritroċiti jew proteina reattiva-Ċ. ACR-N juża l-istess kriterji bħal ACR20, ikkalkulat billi jittieħed l-aktar perċentwali baxx ta’ titjib fl-għadd ta’ ġogi minfuħin, u l- medjan tal-bqija tal-5 komponenti tar-rispons tal-ACR. Ħsara strutturali fil-ġogi (tmermir u tidjiq fl- ispazju tal-ġogi) kemm fl-idejn kif ukoll fis-saqajn tkejlet permezz tal-bidla mil-linja bażi fil-punteġġ totali ta’ modifikat ta’ van der Heijde Sharp (0-440). Il-Kwestjonarju Dwar l-Evalwazzjoni tas-Saħħa (HAQ; skala 0-3) intuża biex titkejjel il-medja tal-bidla tal-punteġġi mil-linja bażi mal-ħin, fil- funzjoni fiżika.

L-istudju ATTRACT evalwa r-risponsi f’ġimgħa 30, 54 u 102 fl-istudju kkontrollat bi plaċebo fuq 428 pazjent b’artrite rewmatojde attiva minkejja l-kura b’methotrexate. Madwar 50% tal-pazjenti kienu f’Klassi III funzjonali. Pazjenti rċevew plaċebo, 3 mg/kg jew 10 mg/kg infliximab f’ġimgħat 0, 2 u 6, u mbagħad kull 4 jew 8 ġimgħat minn hemm ’il quddiem. Il-pazjenti kollha kienu fuq dożi stabbli ta’ methotrexate (medjan 15 mg/ġimgħa) għal 6 xhur qabel ma rreġistraw u kellhom jibqgħu fuq dożi stabbli matul l-istudju.

Ir-riżultati tal-ġimgħa 54 (ACR20, HAQ u l-punteġġ totali modifikat ta’ van der Heijde Sharp) qed jintwerew f’Tabella 3. Livelli ogħla ta’ rispons kliniku (ACR50 u ACR70) kienu osservati fil-gruppi kollha li ngħataw infliximab fit-30 u l-ġimgħa 54 mqabbel ma’ methotrexate waħdu.

Tnaqqis fir-rata ta’ avvanz tal-ħsara strutturali fil-ġogi (tmermir u tidjiq fl-ispazju tal-ġogi) ġie osservat mal-ġimgħa 54 fil-gruppi kollha li ngħataw infliximab (Tabella 3).

L-effetti osservati mal-ġimgħa 54 nżammu matul il-102 ġimgħat. Minħabba f’għadd ta’ pazjenti li rtiraw mill-kura, id-daqs tad-differenza fl-effett bejn infliximab u l-grupp li ngħata methotrexate waħdu ma jistax ikun definit.

Tabella 3

Effetti fuq ACR20, Ħsara Strutturali fil-Ġogi u Funzjoni Fiżika fil-ġimgħa 54, ATTRACT

 

 

 

 

infliximabb

 

 

 

Kontrolla

 

 

 

 

Kollha

 

3 mg/kg

3 mg/kg

10 mg/kg

10 mg/kg

 

 

q 8 ġimgħ

q 4 ġimgħ

q 8 ġimgħ

q 4

infliximabb

 

 

at

at

at

ġimgħat

 

Pazjenti b’reazzjoni ACR20 /

15/88

36/86

41/86

51/87

48/81

176/340

Pazjenti evalwati (%)ċ

(17%)

(42%)

(48%)

(59%)

(59%)

(52%)

Punteġġ totalid (punteġġ van der Heijde Sharp)

Bdil mil-linja bażi (Medja ± SD

c)

7.0 ± 10.3

1.3 ± 6.0

1.6 ± 8.5

0.2 ± 3.6

-0.7 ± 3.8

0.6 ± 5.9

 

 

 

 

 

 

 

Medjan

 

4.0

0.5

0.1

0.5

-0.5

0.0

(Firxa interkwartili)

 

(0.5, 9.7)

(-1.5, 3.0)

(-2.5, 3.0)

(-1.5, 2.0)

(-3.0, 1.5)

(-1.8, 2.0)

Pazjenti li ma marrux għall-

 

13/64

34/71

35/71

37/77

44/66

150/285

agħar/pazjenti evalwati (%)ċ

 

(20%)

(48%)

(49%)

(48%)

(67%)

(53%)

Bdil fl-HAQ mil-linja bażi fuq

 

medda ta’ żmiene (pazjenti

 

 

 

 

 

 

 

evalwati)

 

0.2 ± 0.3

0.4 ± 0.3

0.5 ± 0.4

0.5 ± 0.5

0.4 ± 0.4

0.4 ± 0.4

Medja ± SDc

 

akontroll=il-pazjenti kollha kellhom RA attiv minkejja kura b’dożi stabbli ta’ methotrexate għal sitt xhur qabel ma ddaħħlu fl-istudju u kellhom jibqgħu fuq dożi stabbli matul l-istudju. Użu fl-istess ħin ta’ kortikosterojdi orali

(≤ 10 mg/kuljum) u/jew NSAIDs ġie permess, u ngħataw supplementi ta’ folate.

bid-dożi kollha ta’ infliximab ngħataw flimkien ma’ methotrexate u folate b’xi wħud fuq kortikosterojdi u/jew NSAIDs.

ċ p < 0.001, għal kull grupp li ngħata infliximab vs. kontroll

dvaluri akbar juru iktar ħsara fil-ġogi.

eHAQ=Kwestjonarju Dwar l-Evalwazzjoni tas-Saħħa; valuri ikbar jindikaw inqas diżabilità.

L-istudju ASPIRE evalwa ir-rispons mal-ġimgħa 54 f’1,004 pazjenti li qatt ma ngħataw methotrexate (marda tkun ilha ≤ 3 snin, medjan 0.6 sena) b’artrite rewmatojde attiva li tkun feġġet kmieni (l-għadd medjan tal-ġogi minfuħin u teneri ta’ 19 u 31 rispettivament). Il-pazjenti kollha rċevew methotrexate (ottimizzati għal 20 mg/kg mat-8 ġimgħa) u jew plaċebo, 3 mg/kg jew 6 mg/kg infliximab f’ġimgħat 0,2, u 6 u kull 8 ġimgħat minn hemm ’il quddiem. Ir-riżultati minn ġimgħa 54 qed jidhru f’Tabella 4.

Wara 54 ġimgħa ta’ kura, iż-żewġ dożi ta’ infliximab + methotrexate irriżultaw f’aktar titjib statistikament sinifikanti fis-sinjali u s-sintomi mqabbla ma’ methotrexate waħdu kif imkejjel mill- proporzjon ta’ nies li kisbu rispons ACR20, 50 u 70.

F’ASPIRE, aktar minn 90% tal-pazjenti kellhom mill-anqas żewġ X-rays li setgħu jkunu evalwati. Tnaqqis fir-rata tal-avvanz fil-ħsara strutturali ġie osservat mat-30 u ġimgħa 54 fil-gruppi ta’ infliximab + methotrexate meta mqabbla ma’ methotrexate waħdu.

Tabella 4

Effetti fuq l-ACRn, Ħsara Strutturali fuq il-Ġogi u Funzjoni Fiżika f’ġimgħa 54, ASPIRE

 

 

 

Infliximab + MTX

 

 

Plaċebo + MTX

3 mg/kg

6 mg/kg

Flimkien

Individwi li ntgħażlu b’mod każwali

Perċentwali fit-titjib tal-ACR

 

 

 

 

Medja ± SDa

24.8 ± 59.7

37.3 ± 52.8

42.0 ± 47.3

39.6 ± 50.1

Bidla mil-linja bażi fit-total tal-punteġġ van der Heijde modifikat Sharpb

 

 

Medja ± SDa

3.70 ± 9.61

0.42 ± 5.82

0.51 ± 5.55

0.46 ± 5.68

Medjan

0.43

0.00

0.00

0.00

Titjib mil-linja bażi fl-HAQ li nkiseb bħala medja meħuda maż-żmien minn ġimgħa 30 sa ġimgħa 54c

Medja ± SDd

0.68 ± 0.63

0.80 ± 0.65

0.88 ± 0.65

0.84 ± 0.65

ap < 0.001, għal kull grupp li ngħata kura b’infliximab vs. kontroll

baktar ma jkunu għoljin il-valuri, aktar tkun il-ħsara fil-ġogi

ċ HAQ=Kwestjonarju fuq l-Evalwazzjoni tas-Saħħa; aktar ma jkunu għoljin il-valuri jindikaw anqas diżabilità. d p=0.030 u < 0.001 għall-gruppi ta’ kura b’3 mg/kg u 6 mg/kg rispettivament vs. plaċebo + MTX.

Tagħrif li jindika li jkun aħjar li d-doża tiġi miżjuda bil-mod b’artrite rewmatojde jiġu mill-istudju ATTRACT, ASPIRE u START. START kien studju li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, multiċentriku, double-blind, bi 3 partijiet tal-istudji, ta’ grupp parallel. F’wieħed mill-partijiet tal- istudji (grupp 2, n=329), pazjenti li ma kellhomx rispons adegwat kellhom id-dożi ttitrati b’inkrementi ta’ 1.5 mg/kg minn 3 sa 9 mg/kg. Il-maġġoranza (67%) ta’ dawn il-pazjenti ma kellhomx bżonn xi titrazzjoni fid-doża. Mill-pazjenti li kellhom bżonn żieda fid-doża, 80% kisbu rispons kliniku u l- maġġoranza (64%) ta’ dawn kellhom bżonn bidla waħda biss ta’ 1.5 mg/kg.

Marda ta’ Crohn fl-adulti

Kura ta’ induzzjoni fil-marda ta’ Crohn attiva b’mod moderat sa qawwi

L-effikaċja ta’ kura b’doża waħda ta’ infliximab kienet evalwata f’108 pazjenti bil-marda ta’ Crohn attiva (Indiċi ta’ Attività tal-marda ta’ Crohn (CDAI) ≥ 220 ≤ 400) fi studju li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, double-blinded, ikkontrollat bi plaċebo u li juri rispons għad-doża. Minn dawn il-108 pazjent, 27 kienu kkurati bid-doża rakkomandata ta’ infliximab 5 mg/kg. Il-pazjenti kollha ma kellhomx rispons adegwat għal terapiji konvenzjonali li kienu ngħataw qabel. L-użu fl- istess ħin ta’ dożi stabbli ta’ terapiji konvenzjonali, ġie permess u 92% tal-pazjenti komplew jingħataw dawn it-terapiji.

Il-punt aħħari primarju kien il-proporzjon tal-pazjenti li kellhom rispons kliniku, definit bħala tnaqqis fil-CDAI ta’ ≥ 70 punt mil-linja bażi fl-evalwazzjoni tar-4 ġimgħa u mingħajr żieda fl-użu ta’ prodotti mediċinali jew kirurġija għall-marda ta’ Crohn. Pazjenti li kellhom rispons fir-4 ġimgħa kienu segwiti sat-12-il ġimgħa. Il-punti aħħarin sekondarji kienu jinkludu l-proporzjon ta’ pazjenti b’fejqan kliniku fir-4 ġimgħa (CDAI < 150) u rispons kliniku maż-żmien.

Fir-4 ġimgħa, wara l-għoti ta’ doża waħda tal-mediċina studjata, 22/27 (81%) tal-pazjenti kkurati b’infliximab li ngħataw doża ta’ 5 mg/kg kellhom rispons kliniku kontra 4/25 (16%) tal-pazjenti li ngħataw plaċebo (p < 0.001). Fir-raba’ ġimgħa wkoll, 13/27 (48%) tal-pazjenti li ngħataw infliximab kellhom fejqan kliniku mill-marda (CDAI < 150) kontra 1/25 (4%) tal-pazjenti li ngħataw plaċebo. Rispons kien osservat fi żmien ġimagħtejn, bl-akbar rispons f’4 ġimgħat. Meta saret l-aħħar osservazzjoni wara 12-il ġimgħa, 13/27 (48%) tal-pazjenti li ngħataw infliximab kienu għadhom qed juru rispons.

Kura ta’ manteniment fil-marda ta’ Crohn attiva b’mod moderat sa qawwi fl-adulti

L-effikaċja ta’ infużjonijiet ripetuti ta’ infliximab kienu studjati fi studju kliniku li dam sena (ACCENT I). B’kollox 573 pazjenti bil-marda ta’ Crohn attiva b’mod moderat sa sever

(CDAI ≥ 220 ≤ 400) irċevew infużjoni waħda ta’ 5 mg/kg f’ġimgħa 0. 178 mill-580 pazjent irreġistrat (30.7%) kienu definiti bħala li kellhom marda severa (punteġġ CDAI > 300 u kortikosterojdi fl-istess

ħin u/jew immunosoppressanti) jikkorrispondu għall-popolazzjoni definita fl-indikazzjoni (ara sezzjoni 4.1). F’ġimgħa 2, il-pazjenti kollha kienu evalwati għar-rispons kliniku u li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali f’wieħed minn tliet gruppi ta’ kura: grupp ta’ manteniment li ngħata plaċebo, grupp ta’ manteniment li ngħata 5 mg/kg u grupp ta’ manteniment li ngħata 10 mg/kg. It-tliet gruppi rċivew infużjonijiet ripetuti f’ġimgħa 2, f’ġimgħa 6, u mbagħad kull 8 ġimgħat.

Mill-573 pazjent li ntgħażlu b’mod każwali, 335 (58%) kisbu rispons kliniku sa ġimgħa 2. Dawn il- pazjenti kienu kklassifikati bħala persuni li rrispondew sa ġimgħa 2 u kienu inklużi fl-analiżi primarja (ara Tabella 5). Fost il-pazjenti kklassifikati bħala persuni li ma rrispondewx f’ġimgħa 2, 32% (26/81) fil-grupp ta’ manteniment fuq plaċebo u 42% (68/163) fil-grupp fuq infliximab kisbu rispons kliniku sas-6 ġimgħa. Ma kienx hemm differenza bejn il-gruppi fin-numru ta’ dawk li kellhom rispons aktar tard minn hemm ’il quddiem.

Il-ko-punti aħħarin ewlenin kienu l-proporzjon ta’ pazjenti fit-tnaqqis kliniku (CDAI< 150) f’ġimgħa 30 u ż-żmien sakemm intilef ir-rispons sa ġimgħa 54. It-tnaqqis gradwali fil-kortikosterojde kien permess wara ġimgħa 6.

Tabella 5

Effetti fuq ir-rispons u r-rata ta’ tnaqqis, dejta minn ACCENT I (persuni li rrispondew sa ġimgħa 2)

 

ACCENT I (persuni li rrispondew ta’ ġimgħa 2)

 

 

% ta’ Pazjenti

 

 

 

 

 

 

Manteniment bi

Manteniment

Manteniment

 

Plaċebo

b’Infliximab

b’Infliximab

 

 

5 mg/kg

10 mg/kg

 

(n=110)

(n=113)

(n=112)

 

 

(Valur p)

(Valur p)

 

 

 

 

Medja taż-żmien sakemm intilef ir-rispons

19-il ġimgħa

38 ġimgħa

> 54 ġimgħa

sa ġimgħa 54

 

(0.002)

(< 0.001)

Ġimgħa 30

 

 

 

Rispons Klinikua

27.3

51.3

59.1

 

 

(< 0.001)

(< 0.001)

Tnaqqis Kliniku

20.9

38.9

45.5

 

 

(0.003)

(< 0.001)

Tnaqqis Mingħajr Sterojdi

10.7 (6/56)

31.0 (18/58)

36.8 (21/57)

 

 

(0.008)

(0.001)

Ġimgħa 54

 

 

 

Rispons Klinikua

15.5

38.1

47.7

 

 

(< 0.001)

(< 0.001)

Tnaqqis Kliniku

13.6

28.3

38.4

Tnaqqis Mingħajr Sterojdib

 

(0.007)

(< 0.001)

5.7 (3/53)

17.9 (10/56)

28.6 (16/56)

 

(0.075)

(0.002)

 

 

aTnaqqis fis-CDAI ≥ 25% u ≥ 70 punt.

bCDAI< 150 kemm f’ġimgħa 30 kif ukoll f’54 u mhux jirċievu kortikosterojdi fit-3 xhur qabel ġimgħa 54 fost il-pazjenti li kienu qed jirċievu kortikosterojdi fil-linja bażi.

Minn ġimgħa 14, il-pazjenti li kellhom rispons għall-kura, iżda li imbagħad tilfu l-benefiċċju kliniku tagħhom, tħallew jaqilbu għal doża ta’ infliximab ta’ 5 mg/kg ogħla mid-doża li għaliha kienu ntgħażlu b’mod każwali oriġinarjament. Disgħa u tmenin fil-mija (50/56) tal-pazjenti li tilfu r-rispons kliniku fuq infliximab 5 mg/kg bħala terapija ta’ manteniment wara ġimgħa 14 kellhom rispons għal kura b’infliximab 10 mg/kg.

Titjib fil-miżuri tal-kwalità tal-ħajja, tnaqqis fil-każijiet li kienu jeħtieġu jmorru l-isptar minħabba l- marda u l-użu tal-kortikosterojdi ġew osservati fil-gruppi ta’ manteniment b’infliximab meta mqabbel mal-grupp ta’ manteniment bi plaċebo f’ġimgħa 30 u 54.

Infliximab b’AZA jew mingħajru kien evalwat fi studju komparatur b’mod attiv, li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, double-blind (SONIC) ta’ 508 pazjenti adulti b’marda ta’ Crohn minn moderata sa severa (CDAI ≥ 220 ≤ 450) li qatt ma kienu ħadu sustanzi bijoloġiċi u immunosoppressanti u li kellhom il-marda għal tul ta’ żmien medjan ta’ 2.3 snin. Fil-linja bażi 27.4% tal-pazjenti kienu qed jirċievu kortikosterojdi sistemiċi, 14.2% tal-pazjenti kienu qed jirċievu budesonide, u 54.3% tal-pazjenti kienu qed jirċievu komposti ta’ 5-ASA. Il-pazjenti ntgħażlu b’mod każwali biex jirċievu terapija b’ASA waħdu, terapija b’infliximab waħdu, jew terapija mħallta ta’ AZA flimkien ma’ infliximab. Infliximab ingħata f’doża ta’ 5 mg/kg fil-ġimgħat 0, 2, 6, u mbagħad kull 8 ġimgħat. AZA ngħata f’doża ta’ 2.5 mg/kg kuljum.

Il-punt aħħari primarju tal-istudju kien in-nuqqas totali ta’ sinjali u sintomi kliniċi mingħajr kortikosterojdi f’ġimgħa 26, definit bħala dawk il-pazjenti b’nuqqas totali ta’ sinjali u sintomi kliniċi (CDAI ta’ < 150) li, għal mill-anqas 3 ġimgħat, ma kinux ħadu kortikosterojdi sistemiċi mill-ħalq (prednisone jew ekwivalenti) jew budesonide f’doża ta’ > 6 mg/kuljum. Għar-riżultati ara t-Tabella 6. Il-proporzjonijiet ta’ pazjenti b’fejqan tal-membrana mukuża f’ġimgħa 26 kienu ogħla b’mod sinifikanti fil-gruppi tal-kombinazzjoni ta’ infliximab flimkien ma’ AZA (43.9%, p < 0.001) u ta’ terapija b’infliximab waħdu (30.1%, p=0.023) meta mqbbla mal-grupp ta’ terapija b’AZA waħdu (16.5%).

Tabella 6

Perċentwali ta’ pazjenti li kisbu nuqqas totali tas-sinjali u s-sintomi kliniċi mingħajr kortikosterojdi f’ġimgħa 26, SONIC

 

Kura b’infliximab

Kura mħallta

Kura b’AZA waħdu

waħdu

b’infliximab + AZA

Ġimgħa 26

Il-pazjenti kollha ntgħażlu b’mod

30.0% (51/170)

44.4% (75/169)

56.8% (96/169)

każwali

 

(p=0.006)*

(p=0.001)*

 

 

*Il-valuri P jirrappreżentaw kull grupp ta’ kura b’infliximab vs. terapija b’AZA waħdu

Tendenzi jixxiebhu fil-kisba ta’ nuqqas totali ta’ sinjali u sintomi kliniċi mingħajr kortikosterojdi kienu osservati f’ġimgħa 50. Barra dan, titjib fil-kwalità tal-ħajja kif imkejjel b’IBDQ kien osservat b’infliximab.

Kura ta’ induzzjoni għal marda ta’ Crohn fistulizzanti attiva

L-effikaċja ġiet valutata wkoll fi studju li ntgħażlu b’mod każwali, double-blinded, ikkontrollat bi plaċebo f’94 pazjent bil-marda ta’ Crohn fistulizzanti li kellhom fistuli li kienu ilhom mill-inqas

3 xhur. Wieħed u tletin minn dawn il-pazjenti kienu kkurati b’infliximab 5 mg/kg. Madwar 93% tal- pazjenti qabel kienu ngħataw antibijotiċi jew terapija immunosoppressiva.

L-użu fl-istess ħin ta’ dożi stabbli ta’ terapiji konvenzjonali kien permess, u 83% mill-pazjenti baqgħu jirċievu mill-inqas waħda minn dawn it-terapiji. Il-pazjenti ngħataw tliet dożi jew ta’ plaċebo jew ta’ infliximab f’ġimgħat 0, 2 u 6. Il-pazjenti kienu segwiti sas-26 ġimgħa. Il-punt aħħari primarju kien il- proporzjon ta’ pazjenti li kellhom rispons kliniku, definit bħala tnaqqis ta’ ≥ 50% mil-linja bażi fin- numru ta’ fistuli li jnixxu meta jkunu magħfusa bil-mod mill-inqas f’żewġ eżamijiet konsekuttivi

(b’4 ġimgħat bejniethom), mingħajr żieda fl-użu tal-prodotti mediċinali jew kirurġija għal marda ta’ Crohn.

Tmienja u sittin fil-mija (21/31) tal-pazjenti li ngħataw infliximab b’kors b’doża ta’ 5 mg/kg kellhom reazzjoni klinika kontra 26% (8/31) tal-pazjenti li ngħataw plaċebo (p=0.002). Iż-żmien medjan sakemm beda r-rispons fil-grupp li ngħata infliximab kien ta’ ġimagħtejn. Id-dewmien medju tar-

rispons kien ta’ 12-il ġimgħa. Barra dan, kien hemm għeluq tal-fistuli kollha f’55% tal-pazjenti li ngħataw infliximab meta mqabbel ma’ 13% tal-pazjenti li ngħataw plaċebo (p=0.001).

Kura ta’ manteniment fil-marda ta’ Crohn fistulizzanti attiva

L-effikaċja ta’ infużjonijiet ripetuti ta’ infliximab f’pazjenti bil-marda ta’ Crohn fistulizzanti kienet studjata fi studju kliniku ta’ sena (ACCENT II). B’kollox 306 pazjent ngħataw 3 dożi ta’ 5 mg/kg infliximab f’ġimgħat 0, 2 u 6. Fil-linja bażi, 87% tal-pazjenti kellhom fistuli perianali, 14% kellhom fistuli fl-addome, 9% kellhom fistuli rektovaġinali. Il-punteġġ CDAI medjan kien 180. F’ġimgħa 14, 282 pazjent kienu evalwati għar-rispons kliniku u tqassmu b’mod li ntgħażlu b’mod każwali biex jingħataw plaċebo jew 5 mg/kg infliximab kull 8 ġimgħat sas-46 ġimgħa.

Persuni li rrispondew sa Ġimgħa 14 (195/282) kienu analizzati għall-punt aħħari primarju, li kien iż- żmien minn meta ntgħażlu b’mod każwali sakemm tilfu r-rispons (ara Tabella 7). It-tnaqqis gradwali tal-kortikosterojdi kien permess wara ġimgħa 6.

Tabella 7

Effetti fuq ir-rata ta’ rispons, dejta minn ACCENT II (persuni li rrispondew sa ġimgħa 14)

ACCENT II (Persuni li rrispondew sa ġimgħa 14)

 

Manteniment bi

Manteniment

Valur p

 

Plaċebo

b’Infliximab

 

 

(n=99)

(5 mg/kg)

 

 

 

(n=96)

 

Medja taż-żmien sakemm intilef ir-rispons

14-il ġimgħa

> 40 ġimgħa

< 0.001

sa ġimgħa 54

 

 

 

Ġimgħa 54

 

 

 

Rispons Fistula (%) a

23.5

46.2

0.001

Rispons fistula komplet (%) b

19.4

36.3

0.009

aTnaqqis ta’ ≥ 50% mil-linja bażi fin-numru ta’ fistuli li kienu qed inixxu fuq perjodu ta’ ≥ 4 ġimgħat

bMa kien hemm l-ebda fistula li tnixxi

Minn ġimgħa 22, pazjenti li fil-bidu kellhom rispons għall-kura u mbagħad tilfu r-rispons tagħhom kienu eliġibbli biex jinqalbu għall-kura mill-ġdid attiva kull 8 ġimgħat b’doża ta’ infliximab 5 mg/kg ogħla mid-doża li għaliha ntgħażlu b’mod każwali oriġinarjament. Fost il-pazjenti fil-grupp fuq infliximab 5 mg/kg li qalbu minħabba li tilfu r-rispons għal fistuli wara gimgħa 22, 57% (12/21) kellhom rispons għall-kura mill-ġdid b’infliximab 10 mg/kg kull 8 ġimgħat.

Ma kien hemm l-ebda differenza sinifikanti bejn plaċebo u infliximab fil-proporzjon ta’ pazjenti li l- fistuli tagħhom baqgħu kollha magħluqa sal-ġimgħa 54, għal sintomi bħal proktalġja, qradi u infezzjonijiet fis-sistema awrinarja jew fin-numru ta’ fistuli ġodda li jiżviluppaw waqt il-kura.

It-terapija ta’ manteniment b’infliximab kull 8 ġimgħat naqqset b’mod sinifikanti n-numru ta’ każijiet li kienu jeħtieġu li jmorru l-isptar jew jiġu operati minħabba l-marda meta mqabbla mal-plaċebo. Minbarra hekk, ġie osservat tnaqqis fl-użu tal-kortikosterojde u titjib fil-kwalità tal-ħajja.

Kolite ulċerattiva fl-adulti

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ infliximab kienu evalwati f’żewġ studji kliniċi (ACT 1 u ACT 2) li fihom il- parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, double blind, ikkontrollati bi plaċebo f’pazjenti adulti b’kolite ulċerattiva attiva b’mod moderat sa sever (Punteġġ Mayo 6 sa 12; Sottopunteġġ tal-endoskopija ≥ 2) b’rispons inadegwat għat-terapiji konvenzjonali [kortikosterojdi orali, aminosalicylates u/jew immunomodulaturi (6-MP, AZA)]. Dożi stabbli ta’ aminosalicylates orali, kortikosterojdi, u/jew aġenti immunomodulaturi mogħtija fl-istess ħin kienu permessi. Fiż-żewġ studji, li fihom il-pazjenti ntgħażlu b’mod każwali biex jirċievu plaċebo, jew 5 mg/kg infliximab, jew 10 mg/kg infliximab f’ġimgħa 0, 2, 6, 14 u 22, u fl-ACT 1 f’ġimgħat 30, 38 u 46. It-tnaqqis gradwali ta’ kortikosterojdi kien permess wara ġimgħa 8.

Tabella 8

Effetti fuq ir-rispons kliniku, tnaqqis kliniku u fejqan tal-mukuża f’ġimgħat 8 u 30. Dejta kollettiva minn ACT 1 u 2.

 

 

 

Infliximab

 

 

Plaċebo

5 mg/kg

10 mg/kg

Flimkien

Individwi li ntgħażlu b’mod

 

 

 

 

każwali

Perċentwali ta’ individwi b’rispons kliniku u b’rispons kliniku sostnut

 

 

Rispons kliniku f’ġimgħa 8a

33.2%

66.9%

65.3%

66.1%

Rispons kliniku f’ġimgħa 30a

27.9%

49.6%

55.4%

52.5%

Rispons sostnut (rispons kliniku

 

 

 

 

f’ġimgħa 8 kif ukoll f’ġimgħa 30)a

19.3%

45.0%

49.6%

47.3%

Perċentwali ta’ individwi li kellhom tnaqqis kliniku u tnaqqis sostnut

 

 

Rispons kliniku f’ġimgħa 8a

10.2%

36.4%

29.8%

33.1%

Rispons kliniku f’ġimgħa 30a

13.1%

29.8%

36.4%

33.1%

Rispons sostnut (rispons kliniku

5.3%

19.0%

24.4%

21.7%

f’ġimgħa 8 kif ukoll f’ġimgħa 30)a

Perċentwali ta’ individwi b’fejqan tal-mukuża

 

 

 

Fejqan tal-mukuża f’ġimgħa 8a

32.4%

61.2%

60.3%

60.7%

Fejqan tal-mukuża f’ġimgħa 30a

27.5%

48.3%

52.9%

50.6%

a p < 0.001, għal kull grupp ta’ infliximab vs. plaċebo.

L-effikaċja ta’ infliximab f’ġimgħa 54 kienet evalwata mill-istudju ACT 1.

Wara ġimgħa 54, 44.9% tal-pazjenti fil-grupp ta’ kura b’infliximab kombinat kellhom rispons kliniku meta mqabbla ma’ 19.8% fil-grupp ta’ plaċebo (p < 0.001). Tnaqqis kliniku u fejqan tal-mukuża seħħew fi proporzjon akbar ta’ pazjenti fil-grupp ta’ kura li kienu fuq infliximab kombinat meta mqabbla mal-grupp ta’ kura fuq il-plaċebo f’ġimgħa 54 (34.6% vs 16.5%, p < 0.001 u 46.1% vs 18.2%, p < 0.001, rispettivament). Il-proporzjonijiet tal-pazjenti b’rispons sostnut u tnaqqis sostnut f’ġimgħa 54 kien akbar fil-grupp ta’ kura b’infliximab milli fil-grupp ta’ kura bil-plaċebo (37.9% vs. 14.0%, p < 0.001, u 20.2% vs 6.6%, p < 0.001, rispettivament).

Proporzjon akbar ta’ pazjenti fil-grupp ta’ kura b’infliximab kombinat setgħu jwaqqfu l- kortikosterojdi fil-waqt li baqgħu bi tnaqqis kliniku meta mqabbla ma’ grupp ta’ kura bi plaċebo kemm f’ġimgħa 30 (22.3% vs 7.2%, p < 0.001, dejta ACT 1 u ACT 2 mgħaqqdin flimkien) u ġimgħa 54 (21.0% vs. 8.9%, p=0.022, dejta ACT 1).

L-analiżi tad-dejta miġbura flimkien mill-istudji ACT 1 u ACT 2 u l-estenzjonijiet tagħhom, analizzati mil-linja bażi tul l-ġimgħa 54, wriet tnaqqis fin-numru tal-pazjenti li ddaħħlu l-isptar minħabba każijiet relatati ma’ kolite ulċerattiva u operazzjonijiet kirurġiċi bil-kura b’infiximab. In-numru ta’ dawk li kellhom imorru l-isptar minħabba kolite ulċerattiva kien aktar baxx b’mod sinifikanti fil- gruppi ta’ kura b’5 u 10 mg/kg infliximab milli fil-grupp tal-plaċebo (il-medja tan-numru ta’ dawk li marru l-isptar għal kull 100 sena ta’ individwu: 21 u 19 kontra 40 fil-grupp tal-plaċebo; p=0.019 u p=0.007, rispettivament). In-numru ta’ operazzjonijiet kiruġiċi relatati mal-kolite ulċerattiva kien ukoll aktar baxx fil-gruppi ikkurati b’5 u 10 mg/kg infliximab milli fil-grupp tal-plaċebo (il-medja tan- numru ta’ dawk li kellhom operazzjonijiet kirurġiċi għal kull 100 sena ta’ individwu: 22 u 19 kontra 34; p=0.145 u p=0.022, rispettivament).

Il-proporzjon tal-individwi li għamlu kolektomija f’kwalunkwe ħin tul ġimgħa 54 wara l-ewwel infużjoni tal-istudju kienu miġbura u mgħaqqdin mill-istudji ACT 1 u ACT 2 u l-estenzjonijiet tagħhom. Kien hemm anqas individwi li għamlu kolektomija fil grupp ta’ 5 mg/kg infliximab (28/242 jew 11.6% [N.S.]) u l-grupp ta’ 10 mg/kg infliximab (18/242 jew 7.4% [p=0.011]) milli fil-grupp tal- plaċebo (36/244; 14.8%).

It-tnaqqis fl-inċidenza tal-kolektomija kien eżaminat ukoll fi studju ieħor li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, double blind (C0168Y06) f’pazjenti fl-isptar (n=45) b’kolite ulċerattiva moderata sa severa li ma kellhomx rispons għal kortekosterojdi IV u li għalhekk kellhom riskju akbar li jkollhom

kolektomija. Kien hemm numru anqas b’mod sinifikanti ta’ kolektomiji fit-3 xhur tal-istudju f’pazjenti li rċevew doża waħda ta’ 5 mg/kg infliximab meta mqabbla ma’ pazjenti li rċevew plaċebo (29.2% kontra 66.7% rispettivament, p=0.017).

F’ACT 1 u ACT 2, infliximab tejjeb il-kwalità tal-ħajja, u dan ġie kkonfermat b’titjib statistikament sinifikanti kemm f’kejl speċifiku għall-marda, IBDQ, kif ukoll f’titjib fi stħarriġ qasir ġeneriku SF-36 b’36 mistoqsija.

Ankylosing spondylitis fl-adulti

L-effikaċja u s-sigurtà ta’ infliximab kienu evalwati f’żewġ studji multiċentriċi, double-blind, ikkontrollati bi plaċebo f’pazjenti b’ankylosing spondylitis attiva (Indiċi tal-Marda Ankylosing Spondylitis ta’ Bath [BASDAI] punteġġ ≥ 4 u wġigħ fis-sinsla ≥ 4 fuq skala minn 1 – 10).

Fl-ewwel studju (P01522), li kellu fażi ta 3 xhur double-blind, 70 pazjent irċevew jew 5 mg/kg infliximab jew plaċebo f’ġimgħat 0, 2, 6 (35 pazjent f’kull grupp). F’ġimgħa 12, pazjenti fuq plaċebo inqalbu fuq infliximab 5 mg/kg kull 6 ġimgħat sa ġimgħa 54. Wara l-ewwel sena tal-istudju,

53 pazjent komplew fuq estensjoni open-label sa ġimgħa 102.

Fit-tieni studju kliniku (ASSERT), 279 pazjent intgħażlu b’mod każwali sabiex jirċievu jew plaċebo (Grupp 1, n=78) jew 5 mg/kg infliximab (Grupp 2, n=201) f’ġimgħa 0, 2 u 6 u kull 6 ġimgħat sa ġimgħa 24. Minn hemm ’il quddiem, l-individwi kollha komplew fuq infliximab kull 6 ġimgħat sa ġimgħa 96. Il-parteċipanti fi Grupp 1 irċevew 5 mg/kg infliximab. Fi Grupp 2, mis-36 ġimgħa, pazjenti li kellhom BASDAI ≥ 3 wara żewġ viżti konsekuttivi, irċevew 7.5 mg/kg infliximab kull

6 ġimgħat minn hemm ’il quddiem sa ġimgħa 96.

F’ASSERT, titjib fis-sinjali u s-sintomi ġew osservati sa mit-2 ġimgħa. Mal-24 ġimgħa, in-numru ta’ persuni li rrispondew għal ASAS 20 kienu 15/78 (19%) fil-grupp tal-plaċebo, u 123/201 (61) fil-grupp fuq 5 mg/kg infliximab (p < 0.001). Kien hemm 95 individwu minn Grupp 2 li komplew fuq il-

5 mg/kg kull 6 ġimgħat. F’ġimgħa 102 kien hemm 80 individwu li kienu għadhom fuq il-kura b’infliximab u fost dawk, 71 (89%) irrispondew għal ASAS 20.

F’P01522, titjib fis-sinjali u s-sintomi ġie osservat ukoll sa mit-2 ġimgħa. F’ġimgħa 12, in-numru ta’ dawk li kellhom rispons BASDAI 50 kienu 3/35 (9%) fil-grupp tal-plaċebo, u 20/35 (57%) fil-grupp tal-5 mg/kg (p < 0.01). Kien hemm 53 individwu li komplew fuq 5 mg/kg kull 6 ġimgħat.

F’ġimgħa 102 kien hemm 49 individwu li kienu għadhom fuq il-kura b’infliximab u fost dawk, 30 (61%) kellhom rispons BASDAI 50.

Fiż-żewġ studji, il-funzjoni fiżika u l-kwalità tal-ħajja hekk kif imkejla bil-BASFI u l-punteġġ tal- komponent fiżiku ta’ SF-36 tjiebu wkoll b’mod sinifikanti.

Artrite psorijatika fl-adulti

L-effikaċja u s-sigurtà kienu evalwati f’żewġ studji multiċentriċi, double-blind, ikkontrollati bi plaċebo f’pazjenti b’artrite psorijatika attiva.

Fl-ewwel studju kliniku (IMPACT), l-effikaċja u s-sigurtà ta’ infliximab kienu studjati f’104 pazjenti b’artrite psorijatika li taffettwa ħafna ġogi. Waqt is-16-il ġimgħa tal-fażi double-blind, il-pazjenti rċevew 5 mg/kg infliximab jew plaċebo f’ġimgħat 0, 2, 6, 14 (52 pazjent f’kull grupp). F’ġimgħa 16, il-pazjenti fuq plaċebo nqalbu għal infliximab u minn hemm ’il quddiem ingħataw 5 mg/kg infliximab kull 8 ġimgħat sa ġimgħa 46. Wara l-ewwel sena tal-istudju, 78 pazjent komplew f’estensjoni open- label sa ġimgħa 98.

Fit-tieni studju kliniku (IMPACT 2), l-effikaċja u s-sigurtà ta’ infliximab kienu studjati f’200 pazjent b’artrite psorjatika attiva (≥ 5 ġogi minfuħin u ≥ 5 ġogi teneri). Sitta u erbgħin fil-mija tal-pazjenti komplew fuq dożi stabbli ta’ methotrexate (≤ 25 mg/ġimgħa). Waqt l-24 ġimgħa tal-fażi double-blind, pazjenti rċevew 5 mg/kg infliximab jew placebo f’ġimgħa 0, 2, 6, 14 u 22 (100 pazjent f’kull grupp). F’ġimgħa 16, 47 pazjent fuq plaċebo b’< 10% titjib mil-linja bażi kemm fl-għadd ta’ dawk b’ġogi

minfuħin kif ukoll b’dawk teneri inqalbu għall-induzzjoni fuq infliximab (early escape). F’ġimgħa 24, il-pazjenti kollha kkurati bi plaċebo qalbu għall-induzzjoni fuq infliximab. Id-dożaġġ kompla jingħata lill-pazjenti kollha sa ġimgħa 46.

Ir-riżultati ewlenin tal-effikaċja għal IMPACT u IMPACT 2 qed jintwerew f’Tabella 9 hawn taħt.

Tabella 9

Effetti fuq l-ACR u PASI f’IMPACT u IMPACT 2

 

 

IMPACT

 

 

 

IMPACT 2*

 

 

Plaċebo

Infliximab

Infliximab

Placebo

Infliximab

Infliximab

Pazjenti li ntgħażlu

(ġimgħa 16)

(ġimgħa 16)

(ġimgħa 98)

(ġimgħa 24)

(ġimgħa 24)

(ġimgħa 54)

N/Aa

 

b’mod każwali

 

 

 

 

 

 

 

ACR rispons

 

 

 

 

 

 

 

(% ta’ pazjenti)

 

 

 

 

 

 

 

N

 

ACR 20

5(10%)

34 (65%)

48 (62%)

(16%)

54 (54%)

53 (53%)

rispons*

 

 

 

 

 

 

 

ACR 50

0(0%)

24 (46%)

35 (45%)

(4%)

41(41%)

33 (33%)

rispons*

 

 

 

 

 

 

 

ACR 70

0(0%)

15 (29%)

27 (35%)

(2%)

27 (27%)

20 (20%)

rispons*

 

 

 

 

 

 

 

Rispons PASI

 

 

 

 

 

 

 

(% ta’ pazjenti)b

 

 

 

 

 

 

 

N

 

 

 

 

Rispons PASI 75**

 

 

 

(1%)

50 (60%)

40 (48.8%)

* Analiżi-ITT fejn l-individwi b’dejta nieqsa kienu kkunsidrati ma’ dawk li ma kellhomx rispons

a Dejta ta’ Ġimgħa 98 għal IMPACT jinkludi plaċebo kombinat crossover u pazjenti fuq infliximab li daħlu għall-estensjoni open-label

b Bażata fuq pazjenti li kellhom PASI > 2.5 fil-linja bażi għal IMPACT, u pazjenti b’> 3% BSA kellhom ukoll ġilda bi psorjasi fil-linja bażi f’IMPACT 2

**Rispons PASI 75 għal IMPACT mhux inkluż minħabba N baxx; p< 0.001 għal infliximab vs plaċebo f’ġimgħa 24 għal IMPACT 2

F’IMPACT u IMPACT 2, rispons kliniċi kienu diġà bdew jidhru mat-2 ġimgħa u baqgħu sa ġimgħa 98 u ġimgħa 54 rispettivament. L-effikaċja ntweriet bi jew mingħajr l-użu fl-istess ħin ta’ methotrexate. Tnaqqis fil-parametri ta’ attività periferali karatteristika ta’ artrite psorijatika (bħan- numru ta’ ġogi minfuħin, numru ta’ ġogi bl-uġigħ/teneri, daktilite u preżenza ta’ entesopatija) ġew osservati f’pazjenti kkurati b’infliximab.

Bidliet radjografiċi kienu evalwati f’IMPACT 2. X-rays tal-idejn u s-saqajn inġabru fil-linja bażi, f’ġimgħa 24 u 54. Il-kura b’infliximab naqqset r-rata tal-avvanz tal-ħsara periferali fil-ġogi meta mqabbla mal-kura bi plaċebo fil-punt aħħari primarju ta’ ġimgħa 24 hekk kif imkejla mill-bidla mil- linja bażi fil-punteġġ totali modifikat ta’ vdH-S (medja ± punteġġ SD kien 0.82 ± 2.62 fil-grupp fuq plaċebo mqabbel ma’ -0.70 ± 2.53 fil-grupp fuq infliximab; p < 0.001). Fil-grupp fuq infliximab, il- medja tal-bidla fil-punteġġ totali modifikat ta’ vdH-S baqa’ taħt 0 sat-timepoint ta’ ġimgħa 54.

Pazjenti li kienu kkurati b’infliximab urew titjib sinifikanti fil-funzjoni fiżika evalwata minn HAQ. Titjib sinifikanti fil-kwalità tal-ħajja relatata mas-saħħa ntwerew ukoll bil-kejl tal-punteġġi tas- sommarju tal-komponent fiżiku u mentali ta’ SF-36 f’IMPACT 2.

Psorjasi fl-adulti

L-effikaċja ta’ infliximab kienet evalwata f’żewġ studji multiċentriċi, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, double-blind: SPIRIT u EXPRESS. Il-pazjenti fiż-żewġ studji kellhom psorjasi tal- plakka (Erja tas-Superfiċje tal-Ġisem [BSA] ≥ 10% u punteġġ tal-Indiċi tas-Severità u l-Erja tal- Psorjasi [PASI] ≥ 12). Il-punt primarju fiż-żewġ studji kien il-perċentwali tal-pazjenti li kisbu ≥ 75% titjib fil-PASI mil-linja bażi f’ġimgħa 10.

SPIRIT evalwa l-effikaċja tat-terapija ta’ induzzjoni b’infliximab f’249 pazjent bi psorjasi tal-plakka li qabel kienu rċevew PUVA jew terapija sistemika. Il-pazjenti rċevew 3 jew 5 mg/kg infliximab jew infużjonijiet ta’ plaċebo f’ġimgħat 0, 2 u 6. Pazjenti b’punteġġ PGA ≥ 3 kienu eliġibbli li jirċievu infużjoni oħra bl-istess kura f’ġimgħa 26.

Fi SPIRIT, il-proporzjon ta’ pazjenti li kisbu PASI 75 f’ġimgħa 10 kien 71.7% fil-grupp fuq 3 mg/kg infliximab, 87.9% fil-grupp fuq 5 mg/kg infliximab, u 5.9% fil-grupp fuq plaċebo (p < 0.001). F’ġimgħa 26, għoxrin ġimgħa wara l-aħħar doża ta’ induzzjoni, 30% tal-pazjenti fil-grupp fuq

5 mg/kg u 13.8% fil-grupp fuq 3 mg/kg urew rispons skont PASI 75. Bejn ġimgħa 6 u 26, is-sintomi ta’ psorjasi bil-mod reġgħu ġew osservati b’ħin medjan biex terġa’ tirkadi l-marda ta’ > 20 ġimgħa. Ma deherx effett rebound.

EXPRESS evalwa l-effikaċja tat-terapija ta’ induzzjoni b’infliximab u terapija ta’ manteniment f’378 pazjent bi psorjasi tal-plakka. Il-pazjenti rċevew 5 mg/kg bħala infużjonijiet ta’ infliximab jew plaċebo f’ġimgħa 0, 2 u 6 segwiti b’terapija ta’ manteniment kull 8 ġimgħat sa ġimgħa 22 għal grupp fuq plaċebo u sa ġimgħa 46 fil-grupp fuq infliximab. F’ġimgħa 24, il-grupp fuq plaċebo nqaleb fuq it- terapija ta’ induzzjoni b’infliximab (5 mg/kg) segwit minn terapija ta’ manteniment b’infliximab

(5 mg/kg). Il-psorjasi fid-dwiefer kienet evalwata permezz tal-Indiċi tas-Severità tal-Psorjasi tad- Dwiefer (NAPSI). Terapija fil-passat b’PUVA, methotrexate, cyclosporin jew acitretin kienet ingħatat lil 71.4% tal-pazjenti, għalkemm ma kinux neċessarjament reżistenti għat-terapija. Ir-riżultati ewlenin qed jidhru f’Tabella 10. F’individwi kkurati b’infliximab, risponsi sinifikanti PASI 50 kienu evidenti mal-ewwel żjara (ġimgħa 2) u rispons PASI 75 mat-tieni żjara (ġimgħa 6). L-effikaċja kienet simili fis-sottogrupp ta’ pazjenti li qabel kienu esposti għal terapiji sistemiċi fil-passat meta mqabbla mal- popolazzjoni totali li ħadet sehem fl-istudju.

Tabella 10

Sommarju tar-rispons PASI, rispons PGA u perċentwali tal-pazjenti li fiqulhom difrejhom kollha f’ġimgħat 10, 24 u 50. EXPRESS

 

Plaċebo → Infliximab

Infliximab

 

5 mg/kg (f’ġimgħa 24)

5 mg/kg

Ġimgħa 10

 

 

 

N

 

Titjib ta’ ≥ 90%

(1.3%)

172 (57.1%)a

Titjib ta’ ≥ 75%

(2.6%)

242 (80.4%)a

Titjib ta’ ≥ 50%

(7.8%)

274 (91.0%)

PGA ta’ pazjenti bid-dwiefer imfejqa (0) jew minimu (1)

(3.9%)

242 (82.9%)ab

PGA ta’ pazjenti bid-dwiefer imfejqa (0), minimu (1), jew

 

 

275 (94.2%)ab

ħafif (2)

(18.2%)

Ġimgħa 24

 

 

 

N

 

Titjib ta’ ≥ 90%

(1.3%)

161 (58.3%)a

Titjib ta’ ≥ 75%

(3.9%)

227 (82.2%)a

Titjib ta’ ≥ 50%

(6.5%)

248 (89.9%)

PGA ta’ pazjenti bid-dwiefer imfejqa (0) jew minimu (1)

(2.6%)

203 (73.6%)a

PGA ta’ pazjenti bid-dwiefer imfejqa (0), minimu (1), jew

 

 

246 (89.1%)a

ħafif (2)

(19.5%)

 

Plaċebo → Infliximab

Infliximab

 

5 mg/kg (f’ġimgħa 24)

5 mg/kg

Ġimgħa 50

 

 

 

N

 

Titjib ta’ ≥ 90%

34 (50.0%)

(45.2%)

Titjib ta’ ≥ 75%

52 (76.5%)

(60.5%)

Titjib ta’ ≥ 50%

61 (89.7%)

(68.7%)

PGA ta’ pazjenti bid-dwiefer imfejqa (0) jew minimu (1)

46 (67.6%)

(53.0%)

PGA ta’ pazjenti bid-dwiefer imfejqa (0), minimu (1), jew

 

 

 

ħafif (2)

59 (86.8%)

(67.3%)

Dwiefer kollha fiequc

 

 

 

Ġimgħa 10

1/65(1.5%)

16/235 (6.8%)

Ġimgħa 24

3/65 (4.6%)

58/223 (26.0%) a

Ġimgħa 50

27/64 (42.2%)

92/226 (40.7%)

ap < 0.001, għal kull grupp ta’ kura b’infliximab vs il-kontroll.

bn=292

ċAnaliżi kienet ibbażata fuq individwi psorijatika tad-dwiefer fil-linja bażi (81.8% tal-individwi). Punteġġi medji fil-linja bażi kienu 4.6 u 4.3 fil-grupp fuq infliximab u fuq il-plaċebo.

Titjib sinifikanti mil-linja bażi ġew osservati fil-DLQI (p < 0.001) u l-punteġġi fiżiċi u mentali tal- komponenti tal-SF 36 (p < 0.001 għall-paragun ta’ kull komponent).

Popolazzjoni pedjatrika

Marda ta’ Crohn fit-tfal (6 sa 17-il sena)

Fl-istudju REACH, 112-il pazjent (6 sa 17-il sena, età medjana 13.0-il sena) b’marda ta’ Crohn attiva minn moderata sa severa (CDAI pedjatriku medjan ta’ 40) u rispons inadegwat għal terapiji konvenzjonali kellhom jirċievu 5 mg/kg infliximab fil-ġimgħat 0, 2, u 6. Kien meħtieġ li l-pazjenti kollha jkunu fuq doża stabbli ta’ 6-MP, AZA jew MTX (35% kienu qed jingħataw ukoll kortikosterojdi fil-linja bażi). Pazjenti li kienu evalwati mill-investigatur bħala li kellhom rispons kliniku f’ġimgħa 10 intgħażlu b’mod każwali u rċevew 5 mg/kg infliximab f’ġimgħat q8 jew ġimgħat q12 bħala kors ta’ kura ta’ manteniment. Jekk ir-rispons intilef waqt il-kura ta’ manteniment,

kien permess li jinqalbu fuq doża ogħla (10 mg/kg) u/jew li jkollhom intervall ta’ għoti tad-doża iqsar (q8 ġimgħat). Tnejn u tletin (32) pazjenti tfal li setgħu jiġu evalwati qalbu minn doża għall-oħra

(9 individwi f’ġimgħa q8 u 23 individwu fil-gruppi ta’ manteniment f’ġimgħa q12). Erbgħa u għoxrin minn dawn il-pazjenti (75.0%) reġgħu kisbu rispons kliniku wara li qalbu.

Il-proporzjon ta’ individwi li kellhom rispons kliniku f’ġimgħa 10 kien 88.4% (99/112). Il-proporzjon ta’ individwi li fiequ b’mod kliniku f’ġimgħa 10 kien 58.9% (66/112).

F’ġimgħa 30, il-proporzjon ta’ individwi li fiequ b’mod kliniku kienu ogħla fil-ġimgħa q8 (59.6%, 31/52) milli fil-grupp ta’ manteniment tal-kura f’ġimgħa q12 (35.3%, 18/51; p=0.013). F’ġimgħa 54, il-figuri kienu 55.8% (29/52) u 23.5% (12/51) fil-gruppi ta’ manteniment tal-ġimgħat q8 u q12, rispettivament (p < 0.001).

Tagħrif dwar fistuli nkisbu mill-punteġġi PCDAI. Minn 22 individwu li kellhom fistuli fil-linja bażi, 63.6% (14/22), 59.1% (13/22) u 68.2% (15/22) kellhom rispons sħiħ tal-fistula f’ġimgħa 10, 30 u 54, rispettivament, fil-gruppi ta’ manteniment kombinati tal-ġimgħat q8 u ġimgħat q12.

Minbarra hekk, titjib statistiku u kliniku b’mod sinifikanti fil-kwalità tal-ħajja u t-tul, kif ukoll tnaqqis sinifikanti fl-użu ta’ kortikosterojd, kienu osservati kontra l-linja bażi.

Kolite ulċerattiva fit-tfal (6 snin sa 17-il sena)

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ infliximab kienu evalwati fi studju kliniku, b’aktar minn ċentru wieħed, li fih il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali, open label u bi grupp parallel (C0168T72) f’60 pazjent

pedjatriku b’età minn 6 sa 17-il sena (età medjana ta’ 14.5 snin) b’kolite bl-ulċeri attiva b’mod moderat sa sever (punteġġ Mayo ta’ 6 sa 12; sottopunteġġ endoskopiku ta’ ≥ 2) b’rispons mhux adegwat għal terapiji konvenzjonali. Fil-linja bażi 53% tal-pazjenti kienu qed jirċievu terapija b’immunomodulatur (6-MP, AZA u/jew MTX) u 62% tal-pazjenti kienu qed jirċievu kortikosterojdi. Twaqqif tal-immunomodulaturi u tnaqqis bil-mod tal-kortikosterojdi kienu permessi wara ġimgħa 0.

Il-pazjenti kollha rċevew skeda ta’ induzzjoni ta’ 5 mg/kg infliximab f’ġimgħa 0, 2, u 6. Pazjenti li ma rrispondewx għal infliximab f’ġimgħa 8 (n=15) ma rċevewx aktar mediċina u rritornaw għall-vista ta’ sigurtà. F’ġimgħa 8, 45 pazjent intgħażlu b’mod każwali u rċevew 5 mg/kg infliximab f’ġimgħa q8 jew f’ġimgħa q12 bħala skeda ta’ kura ta’ manteniment.

Il-proporzjon ta’ pazjenti b’rispons kliniku f’ġimgħa 8 kien ta’ 73.3% (44/60). Rispons kliniku f’ġimgħa 8 kien simili bejn dawk bi jew mingħajr l-użu ta’ immunomodulatur fl-istess ħin fil-linja bażi. Tnaqqis kliniku f’ġimgħa 8 kienet ta’ 33.3% (17/51) kif imkejjel bil-punteġġ tal-Indiċi tal- Attività ta’ Kolite ulerattiva fit-Tfal (PUCAI).

F’ġimgħa 54, il-proporzjon ta’ pazjenti fi tnaqqis kliniku kif imkejjel bil-punteġġ PUCAI kien ta’ 38% (8/21) fil-grupp ta’ manteniment ta’ q8 ġimgħat u ta’ 18% (4/22) fil-grupp ta’ kura ta’ manteniment ta’ q12-il ġimgħa. Għall-pazjenti li kienu qed jirċievu kortikosterojdi fil-linja bażi, il-proporzjon ta’ pazjenti fi tnaqqis u li ma kinux qed jirċievu kortikosterojdi f’ġimgħa 54 kien ta’ 38.5% (5/13) fil- grupp ta’ kura ta’ manteniment ta’ q8 ġimgħat u 0% (0/13) fil-grupp ta’ kura ta’ manteniment ta’ q12-il ġimgħa.

F’dan l-istudju, kien hemm aktar pazjenti fil-grupp ta’ età ta’ 12-17-il sena milli fil-grupp ta’ età ta’ 6 sa 11-il sena (45/60 vs. 15/60). Filwaqt li n-numri ta’ pazjenti f’kull sottogrupp huwa żgħir wisq biex isiru konklużjonijiet definittivi dwar l-effett tal-età, kien hemm numru akbar ta’ pazjenti fil-grupp ta’ età iżgħar li żiedu d-doża jew waqqfu l-kura minħabba effikaċja mhux adegwata.

Indikazzjonijiet pedjatriċi oħra

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji bil-prodott mediċinali ta’ referenza li jkun fih infliximab f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fl- artrite rewmatojde, artrite idjopatika taż-żgħar, artrite psorjatika, ankylosing spondylitis, psorjasi u l- marda ta’ Crohn (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Infużjonijiet ġol-vina ta’ darba ta’ 1, 3, 5, 10 jew 20 mg/kg ta’ infliximab irriżultaw f’żidiet proporzjonali għad-dożi tal-konċentrazzjoni massima fis-serum (Cmax) u fl-erja taħt il-kurva tal- konċentrazzjoni mal-ħin (AUC). Il-volum ta’ distribuzzjoni fi stat fiss (Vd medjan ta’ 3.0 sa 4.1 litri) ma kienx jiddependi fuq id-doża mogħtija u wera li infliximab huwa distribwit fil-biċċa l-kbira tiegħu fil-kompartiment vaskulari. Il-farmakokinetika ma dehritx li kienet tiddependi fuq il-ħin. Il-passaġġi tat-tneħħija ta’ infliximab għadhom ma ġewx individwati. Ma kienx osservat infliximab mhux mibdul fl-awrina. Ma dehrux differenzi kbar relatati mal-età jew mal-piż fit-tneħħija jew fil-volum ta’ distribuzzjoni f’pazjenti b’sintomi ta’ artrite rewmatojde. Il-farmakokinetika ta’ infliximab f’pazjenti anzjani ma ġietx studjata. Ma sarux studji f’pazjenti b’mard tal-fwied jew tal-kliewi.

F’dożi waħidhom ta’ 3, 5, jew 10 mg/kg, il-valuri Cmax medjani kienu 77, 118 u 277 mikrogrammi/mL rispettivament. Il-half-life terminali medjan ta’ infliximab b’dawn id-dożi jvarja bejn 8 u 9.5 ijiem. Fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti, infliximab seta’ jitkejjel fis-serum għal mill-anqas 8 ġimgħat wara d- doża waħda rakkomandata għal marda ta’ Crohn ta’ 5 mg/kg u d-doża ta’ manteniment ta’ 3 mg/kg kull 8 ġimgħat għal sintomi ta’ artrite rewmatojde.

L-għoti ripetut ta’ infliximab (5 mg/kg f’ġimgħat 0, 2 u 6 għall-marda ta’ Crohn fistulizzanti, 3 jew 10 mg/kg kull 4 jew 8 ġimgħat għal artrite rewmatojde) irriżultat f’akkumulazzjoni żgħira ta’ infliximab fis-serum wara t-tieni doża. L-ebda akkumulazzjoni oħra li kienet klinikament rilevanti ma

ġiet osservata. Fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti bil-marda ta’ Crohn fistulizzanti, infliximab instab fis- serum għal 12-il ġimgħa (b’medda ta’ 4-28 ġimgħa) wara li ngħata l-kors.

Popolazzjoni pedjatrika

Analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni bbażata fuq dejta miksuba minn pazjenti b’kolite ulċerattiva (N=60), marda ta’ Crohn (N=112), artrite rewmatojde ġuvenili (N=117) u l-marda ta’ Kawasaki (N=16) b’medda totali ta’ età minn xahrejn sa 17-il sena, indikat espożizzjoni għal infliximab li kienet tiddependi fuq il-piż tal-ġisem b’mod mhux lineari. Wara għoti ta’ 5 mg/kg ta’ infliximab kull

8 ġimgħat, il-medjan imbassar tal-esponiment fi stat fiss ta’ infliximab (żona taħt il-kurva konċentrazzjoni-ħin fi stat fiss, AUCss) f’pazjenti pedjatriċi li kellhom minn 6 snin sa 17-il sena kien madwar 20% iktar baxx mill-medjan imbassar tal-espożizzjoni tal-mediċina fi stat fiss f’persuni adulti. Il-medjan tal-AUCss f’pazjenti pedjatriċi li kellhom minn sentejn sa inqas minn 6 snin kien imbassar li jkun ta’ madwar 40% iktar baxx minn dak f’persuni adulti, għalkemm in-numru ta’ pazjenti li jissostanzjaw din l-istima hu limitat.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Infliximab ma jagħmilx cross reaction ma’ TNFα minn speċi oħra barra mill-bniedem u x-ximpanżì. Għalhekk, dejta preklinika konvenzjonali dwar s-sigurtà ta’ infliximab hija limitata. Fi studju dwar tossiċità fl-iżvilupp li sar fi ġrieden billi ntuża antikorp analogu li jinibixxi l-attività funzjonali ta’ TNFα tal-ġrieden b’mod selettiv, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ tossiċità, embrijutossiċità jew teratoġeniċità fl-omm. Fi studju dwar il-fertilità u l-funzjoni riproduttiva ġenerali, in-numru ta’ ġrieden tqal naqas wara l-għoti tal-istess antikorp analogu. Mhux magħruf jekk din is-sejba kinetx minħabba effetti fuq il-ġrieden irġiel u/jew in-nisa. Fi studju li dam 6 xhur dwar tossiċità b’dożi ripetuti li sar fil-ġrieden, fejn intuża l-istess antikorp analogu kontra TNFα tal-ġrieden, depożiti kristallini kienu osservati fuq il-kapsula tal-lenti ta’ wħud mill-ġrieden irġiel ikkurati. Ma saru l-ebda studji speċifiċi fl-għajnejn tal-pazjenti biex tiġi mistħarrġa r-rilevanza ta’ din is-sejba għall-bnedmin.

Ma sarux studji fit-tul biex issir evalwazzjoni dwar il-potenzjal karċinoġeniku ta’ infliximab. Studji fi ġrieden b’nuqqas ta’ TNFα ma wrew l-ebda żieda ta’ tumuri meta ġew stimulati b’sustanzi li huma magħrufin li jikkawżaw tumuri u/jew promoturi.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Sucrose

Polysorbate 80

Sodium dihydrogen phosphate monohydrate

Disodium phosphate dihydrate

6.2Inkompatibbiltajiet

Fin-nuqqas ta’ studji ta’ kompatibbiltà, dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Qabel ir-rikostituzzjoni:

60 xahar f’temperatura ta’ 2°C – 8°C.

Inflectra jista’ jinħażen f’temperaturi sa massimu ta’ 25°C għal perjodu wieħed sa 6 xhur, iżda li ma jaqbiżx id-data ta’ skadenza oriġinali. Id-data ta’ skadenza l-ġdida għandha tinkiteb fuq il-kartuna. Ladarba jitneħħa minn ħażna fil-friġġ, Inflectra m’għandux jitpoġġa lura f’ħażna fil-friġġ.

Wara r-rikostituzzjoni:

L-istabilità kimika u fiżika waqt l-użu tas-soluzzjoni rikostitwita f’temperatura ta’ 25 C kienet aċċertata għal 24 siegħa. Mil-lat mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża kemm jista’ jkun malajr iżda fi żmien tliet sigħat wara li jkun rikostitwit u dilwit. Jekk ma jintużax immedjatament, iż-żmien tal-ħażna waqt l-użu u l-kundizzjonijiet qabel l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min qed jużah u m’għandhomx ikunu iktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2 sa 8 C.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fi friġġ (2 C - 8 C).

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna sa 25°C qabel ir-rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett tal-ħġieġ tat-tip 1 b’tapp tal-lasktu (butyl) u siġill tal-aluminium b’buttuna li tista’ tiftaħha.

Daqsijiet tal-pakketti ta’ 1, 2, 3, 4, 5 kunjetti. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

1.Id-doża u n-numru ta’ kunjetti ta’ Inflectra għandhom jiġu kkalkulati. Kull kunjett ta’ Inflectra fih 100 mg ta’ infliximab. Il-volum kollu meħtieġ tas-soluzzjoni Inflectra rikostitwit irid jiġi kkalkulat.

2.Taħt kundizzjonijiet asettiċi, kull kunjett ta’ Inflectra għandu jiġi rrikostiwit b’10 mL ta’ ilma għall-injezzjonijiet, billi tuża siringa mgħammra b’labra 21-gauge (0.8 mm) jew iżgħar. It-tapp li jinqala’ b’daqqa ta’ saba’ mill-kunjett irid jitneħħa u l-wiċċ irid jintmesaħ b’tajjara b’70% alkoħol. Il-labra tas-siringa għandha tiddaħħal fil-kunjett min-nofs tat-tapp tal-lasktu u l-fluss ta’ ilma għall-injezzjonijiet għandu jiġi dirett lejn il-ġenb tal-ħġieġ tal-kunjett. Is-soluzzjoni għandha tiddawwar bil-mod billi ddawwar il-kunjett biex jinħall it-trab. Għandek tevita li tħawwad fit-tul jew bis-saħħa. IL-KUNJETT MA JRIDX JIĠI MĊAQLAQ BIS-SAĦĦA. Ragħwa fis-soluzzjoni meta tiġi rikostitwita ġieli tifforma. Is-soluzzjoni rikostitwita għandha titħalla toqgħod għal 5 minuti. Is-soluzzjoni għandha tkun bejn bla kulur għal isfar ċar u

opalexxenti. Is-soluzzjoni tista’ tifforma ftit frak transluċidu, peress li infliximab huwa proteina. Is-soluzzjoni ma tridx tintuża jekk ikun hemm xi frak mhux ċar, telf tal-kulur jew xi frak ieħor preżenti.

3.Il-volum meħtieġ tad-doża tas-soluzzjoni rikostitwita Inflectra għandu jiġi dilwit għal 250 mL b’soluzzjoni għall-infużjoni ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9%). Tiddilwix is-soluzzjoni rrikostitwita ta’ Inflectra bi kwalunkwe dilwent ieħor. Dan jista’ jsir billi jinġibed volum tas- soluzzjoni għall-infużjoni ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9%) mill-flixkun tal-ħġieġ jew borża tal-infużjoni ta’ 250 mL li jkun daqs il-volum ta’ Inflectra rikostitwit. Il-volum meħtieġ tas- soluzzjoni ta’ Inflectra rikostitwita għandu jiżdied bil-mod mal-flixkun jew borża tal-infużjoni ta’ 250 mL u jitħallat bil-mod.

4.Is-soluzzjoni tal-infużjoni trid tingħata fuq perjodu ta’ mhux inqas mill-ħin ta’ infużjoni rakkomandat (ara sezzjoni 4.2). Is-sett tal-infużjoni li jkollu filtru fil-pajp, sterili, li ma jikkawżax id-deni, u li jeħel miegħu livell baxx ta’ proteini (daqs tal-pori 1.2 mikrometru jew inqas) biss għandu jintuża. Peress li m’hemm l-ebda preservattiv, huwa rakkomandat li s- soluzzjoni għall-infużjoni għandha tibda tingħata kemm jista’ jkun malajr u fi żmien tliet sigħat minn meta tkun rikostitwita u dilwita. Meta tkun rikostitwita u dilwita taħt kundizzjonijiet

asettiċi, is-soluzzjoni ta’ Inflectra għall-infużjoni tista’ tintuża fi żmien 24 siegħa jekk tinħażen f’temperatura ta’ 2 C sa 8 C. Kwalunkwe parti mis-soluzzjoni għall-infużjoni m’għandhiex tinħażen biex tużaha darb’oħra.

5.Inflectra għandu jiġi eżaminat viżwalment għal frak jew telf tal-kulur qabel ma jingħata. Jekk jidher xi frak mhux ċar, telf tal-kulur jew frak ieħor, m’għandux jintuża.

6.Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Hospira UK Limited

Horizon

Honey Lane

Hurley

Maidenhead

SL6 6RJ

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/13/854/001

EU/1/13/854/002

EU/1/13/854/003

EU/1/13/854/004

EU/1/13/854/005

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 10 ta’ Setembru 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati