Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Inovelon (rufinamide) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N03AF03

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaInovelon
Kodiċi ATCN03AF03
Sustanzarufinamide
ManifatturEisai Ltd

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Inovelon 100 mg pilloli miksija b’rita

Inovelon 200 mg pilloli miksija b’rita

Inovelon 400 mg pilloli miksija b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Pillola Orali

Kull pillola miksija b’rita fiha 100 mg rufinamide.

Kull pillola miksija b’rita fiha 200 mg rufinamide.

Kull pillola miksija b’rita fiha 400 mg rufinamide.

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull pillola miksija b’rita ta’ 100 mg fiha 20 mg lactose (bħala monohydrate) Kull pillola miksija b’rita ta’ 200 mg fiha 40 mg lactose (bħala monohydrate) Kull pillola miksija b’rita ta’ 400 mg fiha 80 mg lactose (bħala monohydrate)

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita.

100 mg: Pillola roża, forma ovali, daqsxejn imżaqqa, imnaqqxa fuq iż-żewġ naħat, fuq naħa minnhom hemm ‘Є261’ imbuzzati u xejn fuq in-naħa l-oħra.

200 mg: Pillola roża, forma ovali, daqsxejn imżaqqa, imnaqqxa fuq iż-żewġ naħat, fuq naħa minnhom hemm ‘Є262’ imbuzzati u xejn fuq in-naħa l-oħra.

400 mg: Pillola roża, forma ovali, daqsxejn imżaqqa, imnaqqxa fuq iż-żewġ naħat, fuq naħa minnhom hemm ‘Є263’ imbuzzati u xejn fuq in-naħa l-oħra.

Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi ndaqs.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Inovelon huwa indikat bħala terapija aġġuntiva fit-trattament ta’ aċċessjonijiet assoċjati mas-sindromu Lennox-Gastaut f’pazjenti li għandhom 4 snin jew aktar.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-trattament b’rufinamide għandu jinbeda minn tabib speċjalizzat fil-pedjatrija jew in-newroloġija b’esperjenza fit-trattament ta’ l-epilessija.

Inovelon suspensjoni orali u Inovelon pilloli miksija b’rita jistgħu jiġu skambjati bejniethom f’dożi indaqs. Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati matul il-perijodu meta jaqilbu bejn dawn it-tipi ta’ mediċini.

Pożoloġija

Użu fi tfal ta’ erba’ snin jew aktar u li jiżnu nqas minn 30 kg

Pazjenti <30 kg li ma jingħatawx valproate:

It-trattament għandu jibda b’doża ta’ 200 mg kuljum. Skont ir-rispons kliniku u t-tolerabbilità, id-doża tista’ tiżdied b’200 mg/kuljum, fi frekwenza ta’ kull jumejn, sa doża massima rrakkomandata ta’ 1000 mg/kuljum.

Dożi sa 3600 mg/kuljum ġew studjati f’għadd limitat ta’ pazjenti.

Pazjenti <30 kg li jirċievu wkoll valproate

Peress li valproate inaqqas b’mod sinifikanti t-tneħħija ta’ rufinamide, doża massima mnaqqsa ta’ Inovelon hi rrakkomandata għal pazjenti <30 kg li jingħataw valproate wkoll. It-trattament għandu jibda b’doża ta’ 200 mg kuljum. Skont ir-rispons kliniku u t-tolerabilità, wara minimu ta’ jumejn, id- doża tista’ tiġi miżjuda b’200 mg/kuljum, għad-doża massima rrakkomandata ta’ 600 mg/kuljum

Użu fl-adulti, adolexxenti u fi tfal ta’ erba’ snin jew aktar li jiżnu 30 kg jew aktar

It-trattament għandu jinbeda b’doża ta’ 400 mg kuljum. Skont ir-rispons kliniku u t-tolerabbilità, id- doża tista’ tiżdied b’400 mg/kuljum kull jumejn, sa doża massima rrakkomandata kif hemm indikat fit-tabella t’hawn isfel.

Medda ta’ piżijiet

30.0 – 50.0 kg

50.1 – 70.0 kg

70.1 kg

Doża massima

1,800 mg/kuljum

2,400 mg/kuljum

3,200 mg/kuljum

rrakkomandata

 

 

 

(mg/kuljum)

 

 

 

Dożi sa 4,000 mg kuljum (pazjenti li jiżnu bejn 30 – 50 kg) jew 4,800 mg kuljum (’il fuq minn 50 kg) ġew studjati f’numru limitat ta’ pazjenti.

Anzjani

Hemm informazzjoni limitata fuq l-użu ta’ rufinamide f’persuni akbar fl-età. Peress li l-farmakokinetika ta’ rufinamide ma tinbidelx f’persuni akbar fl-età (ara sezzjoni 5.2), aġġustament fid-doża mhuwiex meħtieġ f’pazjenti ta’ iktar minn 65 sena.

Indeboliment tal-kliewi

Studju li sar f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi jindika li l-ebda aġġustament tad-doża m’hu meħtieġ għal dawn il-pazjenti (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-fwied

L-użu f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied ma ġiex studjat. Huwa rrakkomandat li tintuża l-kawtela u tingħata attenzjoni fit-titrazzjoni tad-doża fit-trattament ta’ pazjenti li jkollhom indeboliment tal-fwied minn ħafif sa moderat. L-użu f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied sever mhux irrakkomandat.

It-twaqqif ta’ rufinamide

Meta t-terapija b’rufinamide tkun se titwaqqaf, din għandha titnaqqas bil-mod. Fil-provi kliniċi, rufinamide twaqqaf billi d-doża tnaqqset b’madwar 25% kull jumejn (ara sezzjoni 4.4).

F’każ li doża waħda jew iktar tinqabeż, wieħed għandu juża ġudizzju kliniku individwali.

Studji open-label mhux ikkontrollati jissuġġerixxu effikaċja sostnuta fuq perijodu twil ta’ żmien, għalkemm ma sar l-ebda studju kkontrollat li dam sejjer għal aktar minn tliet xhur.

Popolazzjoni pedjatrika

L-effikaċja ta’ rufinamide fit-tfal minn età ta’ 4 snin u inqas għadha ma ġietx determinata s’issa. Data disponibbli hija deskritta fis-sezzjoni 4.8 u 5.1 iżda ma tista’ ssir l-ebda rakkomandazzjoni dwar pożoloġija.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Rufinamide hu għal użu orali. Għandu jittieħed darbtejn kuljum mal-ilma filgħodu u filgħaxija, f’żewġ dożi maqsumin l-istess. Billi ġie osservat effett pożittiv tal-ikel, Inovelon għandu jingħata mal-ikel (ara sezzjoni 5.2). Jekk pazjent ikollu diffikultà biex jibla’, il-pilloli jistgħu jitfarrku u jingħataw f’nofs tazza ilma.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għad-derivattivi ta’ triazole jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Status epilepticus

Każijiet ta’ status epilepticus ġew osservati waqt l-istudji ta’ żvilupp kliniku, b’kura b’rufinamide, filwaqt li l-ebda każ bħal dan ma ġie osservat bi plaċebo. Dawn il-każijiet wasslu għal waqfien ta’ rufinamide f’20% tal-pazjenti. Jekk pazjenti jiżviluppaw tipi ġodda ta’ aċċessjonijiet u/jew frekwenza akbar ta’ status epilepticus li hi differenti mill-linja bażi tal-kundizzjoni ta’ riferiment tal-pazjent, allura l-proporzjon ta’ riskju ta’ benefiċċju tat-terapija għandha tiġi assessjata mill-ġdid.

Twaqqif ta’ rufinamide

Rufinamide għandu jitnaqqas gradwalment sabiex titnaqqas il-possibbiltà ta’ aċċessjonijiet hekk kif dawn jitwaqqafu. Fi provi kliniċi Inovelon twaqqaf billi d-doża tnaqqset bejn wieħed u ieħor b’25% kull jumejn. M’hemmx biżżejjed dejta dwar it-twaqqif ta’ prodotti medicinali antiepilettiċi oħra li jkunu qegħdin jittieħdu fl-istess waqt, la darba l-kontroll fuq l-aċċessjonijiet ikun sar biż-żieda ta’ rufinamide.

Reazzjonijiet fis-Sistema Nervuza Ċentrali

It-trattament b’rufinamide kien assoċjat ma’ sturdamenti, ħedla, atassja u disturbi fil-mixi, li jistgħu jżidu l-każijiet ta’ waqgħat aċċidentali f’din il-popolazzjoni (ara sezzjoni 4.8). Il-pazjenti u dawk li jieħdu ħsiebhom għandhom jeżerċitaw il-kawtela sakemm ikunu familjari ma’ l-effetti potenzjali ta’ dan il-prodott mediċinali.

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva

Il-każijiet ta’ sindromu serju ta’ sensittività eċċessiva għall-prodott mediċinali antiepilettiku li jinkludu DRESS (Reazzjoni tal-Mediċina b’Eosinofilija u Sintomi Sistemiċi) u s-sindromu ta’ Stevens-Johnson ġew assoċjati mat-terapija b’rufinamide. Is-sinjali u s-sintomi ta’ dan id-disturb kienu diversi, madankollu, il-pazjenti ġeneralment, għalkemm mhux dejjem, kellhom deni u raxx assoċjat ma’ l- involviment ta’ sistemi ta’ organi oħrajn. Manifestazzjonijiet assoċjati oħra jinkludu n-nefħa tal- glandoli limfatiċi, testijiet tal-funzjoni tal-fwied mhux normali, u demm fl-awrina. Peress li dan id- disturb jesprimi ruħu b’modi differenti, jista’ jkun hemm sinjali u sintomi ta’ sistemi u organi oħrajn li mhumiex innutati hawn. Is-sindromu ta’ sensittività eċċessiva seħħ qrib il-bidu tat-teħid tat-terapija b’rufinamide u fil-popolazzjoni pedjatrika. Jekk din ir-reazzjoni tiġi ssuspettata, rufinamide għandu jiġi mwaqqaf u għandu jinbeda trattament differenti. Kull pazjent li jiżviluppa raxx waqt li jkun qed jieħu rufinamide għandu jkun issorveljat mill-qrib.

Tnaqqis fil-QT

Fi studju QT magħmul bir-reqqa, rufinamide wera tnaqqis fl-intervall ta’ QTc

proporzjonalment mal-konċentrazzjoni. Għalkemm il-mekkaniżmu bażiku u s-sigurtà rilevanti ta’ dan ir-riżultat mhumiex magħrufa, it-tobba għandhom jużaw l-isfond kliniku biex jiddeċiedu jekk

għandhomx jippreskrivu rufinamide lil pazjenti li għandhom riskju li jitnaqqas aktar l-intervall QTc (eż., Sindromu Konġenitali ta’ QT qasir, jew pazjenti bi storja fil-familja ta’ sindromu bħal dan).

Nisa li jista’ jkollhom it-tfal

Nisa li jista’ jkollhom it-tfal għandhom jużaw miżuri kontraċettivi waqt it-trattament b’Inovelon. It-tobba għandhom jippruvaw jiżguraw li tintuża kontraċezzjoni xierqa u għandhom jużaw il-ġudizzju kliniku meta jqisu jekk kontraċettivi orali, jew id-dożi tal-komponenti tal-kontraċettiv orali, humiex adegwati msejsa fuq is-sitwazzjoni klinika individwali tal-pazjenti individwali (ara sezzjonijiet 4.5 u 4.6).

Lactose

Inovelon fih lactose, għalhekk pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għal galactose, li jbatu mil-Lapp lactase deficiency jew minn malassorbiment ta’ glucose-galactose m’għandhomx jieħdu din il-medicina.

Jekk ikun hemm ħsieb biex jitwettaq suwiċidju

Ħsieb u mġiba biex jitwettaq suwiċidju ġew irrappurtati f’pazjenti kkurati b’mediċini antiepilettiċi f’diversi indikazzjonijiet. Meta-analiżi ta’ provi fuq mediċini antiepilettiċi li ntgħażlu b’mod każwali u li kienu kkontrollati bil-plaċebo, urew ukoll żieda żgħira fir-riskju ta’ formazzjoni ta’ ħsieb u mġiba biex jitwettaq suwiċidju. Il-mekkaniżmu ta’ dan ir-riskju mhux magħruf u d-dejta disponibbli ma teskludix il-possibbiltà ta’ żieda fir-riskju għal Inovelon.

Għalhekk il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għal sinjali u mġiba ta’ formazzjoni ta’ ħsieb biex jitwettaq suwiċidju, u kura adattata għandha tiġi kkunsidrata. Pazjenti (u persuni li jieħdu ħsieb il-pazjenti) għandhom jingħataw parir biex ifittxu parir mediku jekk jitfaċċaw sinjali jew imġiba ta’ formazzjoni ta’ ħsieb biex jitwettaq suwiċidju.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Il-potenzjal ta’ prodotti mediċinali oħrajn li jaffetwaw rufinamide

Prodotti mediċinali antiepilettiċi oħrajn

Konċentrazzjonijiet ta’ rufinamide mhumiex suġġetti għal tibdil klinikament rilevanti waqt l-għoti flimkien ma’ prodotti mediċinali antiepilettiċi magħrufa li jinduċu l-enzimi.

Għal pazjenti fuq trattament ta’ Inovelon li għandhom l-għoti ta’ valproate mibdi, żidiet sinifikanti fil-konċentrazzjonijiet tal-plażma ta’ rufinamide jistgħu jseħħu. L-akbar bidliet innotati kienu osservati f’pazjenti li għandhom piż baxx tal-ġisem (<30 kg).

Għalhekk konsiderazzjonijiet għandhom jittieħdu għal doża mnaqqsa ta’ Inovelon f’pazjenti <30 kg li huma mibdija fuq terapija ta’ valproate (ara sezzjoni 4.2).

Iż-żieda jew il-waqfien ta’ dawn il-prodotti mediċinali jew l-aġġustament tad-doża ta’ dawn il-prodotti mediċinali waqt trattament b’rufinamide jistgħu jeħtiegu aġġustament fid-doża ta’ rufinamide (ara sezzjoni 4.2).

L-ebda bidliet sinifikanti fil-konċentrazzjoni ta’ rufenamide ma huma osservati waqt għoti flimkien ma’ lamotrigine, topiramate jew benzodiazepines.

Il-potenzjal ta’ rufinamide li jaffettwa prodotti mediċinali oħrajn

Prodotti mediċinali antiepilettiċi oħrajn

L-interazzjonijiet farmakokinetici bejn rufinamide u prodotti mediċinali antiepilettiċi oħrajn ġew evalwati f’pazjenti bl-epilessija, billi ntużaw mudelli farmakokinetiċi fuq il-popolazzjoni. Rufinamide jidher li ma kellu l-ebda effett klinikament relevanti fuq konċentrazzjonijiet ta’ fissi ta’ carbamazepine, lamotrigine, phenobarbital, topiramate, phenytoin jew valproate.

Kontraċettivi orali

L-għoti ta’ rufinamide 800 mg b.i.d. flimkien ma’ kontraċettiv orali kkombinat (ethinyloestradiol 35 μg u norethindrone 1 mg) għal 14-il jum irriżulta fi tnaqqis medju fl-ethinyl estradiol AUC0-24 ta’

22% u norethindrone AUC0-24 ta’ 14%. Studji b’kontraċettivi orali jew impjantati oħra ma sarux. Nisa li jista’ jkollhom it-tfal li jkunu qed jużaw ormoni kontraċettivi huma avżati biex jużaw metodu kontraċettiv addizzjonali li jkun sikur u effettiv (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.6).

Enżimi tas-ċitokromju P450

Rufinamide jiġi mmetabollizzat b’idroliżi u mhuwiex immetabollizzat sa xi grad notevoli minn enżimi tas-ċitokromju P450. Barra minn hekk, rufinamide ma jwaqqafx l-azzjonijiet ta’ l-enżimi ċitokromju P450 (ara sezzjoni 5.2). Għalhekk, interazzjonijiet klinikament sinifikattivi li jsiru permezz ta’ l-impediment tas-sistema ċitokromju P450 minn rufinamide, aktarx li mhux se jseħħu. Rufinamide ġie muri li jinduċi l-enżima ċitokromju P450 tat-tip CYP3A4 u għalhekk jista’ jnaqqas il-konċentrazzjoni fil-plażma ta’ sustanzi li huma mmetabolizzati minn din l-enżima. L-effett kien bejn modest u moderat. L-attività medja ta’ CYP3A4, imkejla bħala r-rata ta’ l-tneħħija ta’ triazolam, żdiedet b’55% wara trattament ta’ 11-il jum b’rufinamide 400 mg b.i.d. L-espożizzjoni ta’ triazolam ġiet imnaqqsa b’36%. Dożi iktar għoljin ta’ rufinamide jistgħu jirriżultaw f’induzzjoni iktar qawwija. Għandu mnejn li ma jistax jiġi eskluż li rufinamide jista’ jnaqqas ukoll l-espożizzjoni ta’ sustanzi mmetabolizzati minn enżimi oħra, jew ittrasportati minn proteini ta’ trasport bħal P-glycoprotein.

Huwa rrakkomandat li pazjenti ttrattati b’sustanzi li huma mmetabolizzati bis-sistema ta’ enżimi CYP3A4 għandhom jiġu mmonitorjati b’reqqa għal ġimgħatejn mill-bidu ta’, jew wara t-tmiem tat- trattament b’rufinamide, jew wara kull bidla fid-doża. Għandu mnejn li trid tiġi kkonsidrata kull bidla fid-doża ta’ kull prodott mediċinali li jingħata miegħu. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati wkoll meta rufinamide jingħata ma’ sustanzi li għandhom tieqa terapewtika ristretta bħal warfarin u digoxin.

Studju fuq interazzjoni speċifika fuq suġġetti b’saħħithom ma wera l-ebda influwenza ta’ rufinamide f’doża ta’ 400 mg b.i.d fuq il-farmakokinetika ta’ olanzapine, li huwa sottostrat ta’ CYP1A2. M’hemm l-ebda tagħrif disponibbli dwar l-interazzjoni ta’ rufinamide ma’ l-alkoħol.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Riskju relatat ma’ l-epilessija u mediċinali antiepilettiċi b’mod ġenerali:

Ġie muri li fit-tfal ta’ nisa bl-epilessija, il-prevalenza ta’ malformazzjonijiet hija minn tnejn sa tliet darbiet ogħla mir-rata ta’ madwar 3% fil-popolazzjoni ġenerali. Fil-popolazzjoni li tieħu

t-trattament, żieda ta’ malformazzjonijiet ġiet innutata fejn ikun hemm politerapija; madankollu, mhux ċar jekk hux minħabba l-marda nfisha jew inkella minħabba l-kura.

Barra minn hekk, trattament antiepilettiku effettiv m’għandux jiġi mwaqqaf f’daqqa, għaliex l- aggravazzjoni tal-marda tagħmel ħsara kemm lill-omm u kemm lill-fetu. Kura b’AED (anti-epileptic drug, mediċina kontea l-epilessija) waqt it-tqala għandha tiġi diskussa bir-reqqa mal-tabib kuranti.

Riskju relatat ma’ rufinamide:

Studji fl-annimali ma wrewx effetti teratoġenici imma kien hemm tossicità fil-fetu fil-preżenza ta’ tossicità fl-omm ġie osservat (ara sezzjoni 5.3). Ir-riskju potenzjali għall-bniedem mhux magħruf.

Għal rufinamide, m’hemmx tagħrif kliniku dwar l-użu waqt it-tqala.

B’konsiderazzjoni ta’ din id-data, rufinamide m’għandux jintuża waqt it-tqala, jew f’nisa ta’ età li jista’ jkollhom it-tfal li ma jkunux qegħdin jużaw miżuri kontraċettivi, ħlief meta huwa assolutament meħtieġ.

Nisa li jista’ jkollhom it-tfal għandhom jużaw miżuri kontraċettivi waqt it-trattament b’rufinamide. It-tobba għandhom jippruvaw li kontraċezzjoni xierqa tiġi wżata u għandhom jużaw il-ġudizzju

kliniku meta jassessjaw jekk kontraċettivi orali, jew id-dożi tal-komponenti tal-kontraċettiv orali, humiex adegwati skont is-sitwazzjoni klinika individwali tal-pazjenti (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.5).

Jekk nisa li qegħdin jiġu ttrattati b’rufinamide qegħdin jippjanaw li joħorgu tqal, l-użu kontinwu ta’ dan il-prodott trid tiġi mwieżna sewwa. Matul it-tqala, l-interruzzjoni ta’ antiepilettiku effettiv tista’ tagħmel ħsara kemm lill-omm u kemm lill-fetu jekk tirriżulta f’aggravament tal-marda.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk rufinamide jiġix eliminat fil-ħalib tas-sider tal-omm. Minħabba l-effetti ta’ ħsara potenzjali għat-tarbija li tkun qed tiġi mredda’, it-treddigħ għandu jiġi evitat waqt it-trattament tal- omm b’rufinamide.

Fertilità

M’hemm l-ebda dejta disponibbli dwar l-effetti fuq il-fertilità wara l-kura b’rufinamide.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Inovelon jista’ jikkawża sturdamenti, ħedla u vista mċajpra. Skont is-sensittività individwali, rufinamide jista’ jkollu effett minn minuri sa sever fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Il-pazjenti għandhom jiġu mħeġġa jkunu kawti waqt attivitajiet li jkunu jeħtieġu grad għoli ta’ viġilanza eż. sewqan jew tħaddim ta’ makkinarju.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Il-programm ta’ żvilupp kliniku inkluda ’l fuq minn 1,900 pazjent, b’tipi differenti ta’ epilessija, esposti għal rufinamide. L-iktar reazzjonijiet avversi komuni rrapportati kienu ugigħ ta’ ras, sturdamenti, għeja u ngħas tqil. L-iktar reazzjonijiet avversi komuni osservati f’inċidenza iktar għolja mill-plaċebo f’pazjenti bis-sindromu Lennox-Gastaut kienu n-ngħas u r-rimettar. Ir-reazzjonijiet avversi kienu ġeneralment minn ħfief sa moderati fis-severità tagħhom. Ir-rata ta’ sospensjoni minħabba r-reazzjonijiet avversi fis-sindromu ta’ Lennox-Gastaut kienet 8.2% għall-pazjenti li qegħdin jieħdu rufinamide u 0% għall-pazjenti li kienu qegħdin jieħdu l-plaċebo. L-iktar reazzjonijiet avversi komuni li rriżultaw f’sospensjoni mill-grupp li kien qiegħed jingħata trattament b’rufinamide kienu r-raxx u r-rimettar.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Reazzjonijiet avversi rrapportati, b’inċidenza ikbar mill-plaċebo, waqt l-istudji double-blind li saru fis-sindromu Lennox-Gastaut jew fil-popolazzjoni esposta għal rufinamide jinsabu mnizzlin fit-tabella hawn taħt skont it-terminoloġija ppreferuta minn MedDRA, il-klassifika tas-sistema ta’ l-organi u l-frekwenza.

Il-frekwenzi huma mfissra bħala: komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 < 1/10), mhux komuni (≥ 1/1,000 < 1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1,000).

Klassifika

 

 

 

 

tas-Sistema ta’

 

 

 

 

l-Organi

Komuni Ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Infezzjonijiet u

 

Pnewmonja

 

 

infestazzjonijiet

 

Influwenza

 

 

 

 

Nasofarinġite

 

 

 

 

Infezzjonijiet fil-widna

 

 

 

 

Sinusite

 

 

 

 

Rinite

 

 

Disturbi

 

 

 

 

tas-sistema

 

 

 

 

immunitarja

 

 

Sensittività eċċessiva*

 

Klassifika

 

 

 

 

tas-Sistema ta’

 

 

 

 

l-Organi

Komuni Ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Disturbi fil-

 

Anoreksja

 

 

metaboliżmu u

 

Disturbi biex tiekol

 

 

n-nutrizzjoni

 

Nuqqas t’aptit

 

 

Disturbi

 

Ansjetà

 

 

psikjatriċi

 

Nuqqas ta’ rqad

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

Ħedla*

Status epilepticus*

 

 

tas-sistema

Uġigħ ta' ras

Aċċessjoni

 

 

nervuża

Sturdament*

Koordinazzjoni Anormali*

 

 

 

 

Nystagmus

 

 

 

 

Iperattività psiko-motriċi

 

 

 

 

Rogħda

 

 

Disturbi fl-

 

Diplopja

 

 

għajnejn

 

Vista mċajpra

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Vertigo

 

 

fil-widnejn u

 

 

 

 

s-sistema

 

 

 

 

labirintika

 

 

 

 

Disturbi

 

Epistassi

 

 

respiratorji,

 

 

 

 

toraċiċi u

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

Disturbi gastro-

Nawsea

Uġigħ fin-naħa ta’ fuq taż-

 

 

intestinali

 

żaqq

 

 

 

Remettar

Stitikezza

 

 

 

 

Dispepsja

 

 

 

 

Dijarrea

 

 

Disturbi epato-

 

 

Żieda fl-enżimi tal-

 

biljari

 

 

fwied

 

Disturbi tal-ġilda

 

Raxx*

 

 

u tat-tessuti taħt

 

 

 

 

il-ġilda

 

Akne

 

 

Disturbi

 

Uġigħ fid-dahar

 

 

muskolu-

 

 

 

 

skeletriċi u tat-

 

 

 

 

tessuti konnettivi

 

 

 

 

Disturbi tas-

 

Oligomenorreja

 

 

sistema

 

 

 

 

riproduttiva u tas-

 

 

 

 

sider

 

 

 

 

Disturbi ġenerali

Għeja

Disturbi fil-pass*

 

 

u kundizzjonijiet

 

 

 

 

ta’ mnejn

 

 

 

 

jittieħed

 

 

 

 

Stħarriġ

 

Tnaqqis fil-piż

 

 

Korriment,

 

Feriti fir-ras

 

 

Klassifika

 

 

 

 

tas-Sistema ta’

 

 

 

 

l-Organi

Komuni Ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

avvelenament u

 

Kontużjoni

 

 

komplikazzjoni-

 

 

 

 

jiet ta’ xi

 

 

 

 

proċedura

 

 

 

 

* Referenza inkroċjata ma’ sezzjoni 4.4.

Informazzjoni addizzjonali dwar popolazzjonijiet speċjali

Popolazzjoni Pedjatrika (età minn sena sa inqas minn 4 snin)

Fi studju multiċentriku, open-label, li qabbel iż-żieda ta’ rufinamide maż-żieda ta’ kwalunkwe AED ieħor tal-għażla tal-investigatur mal-kors eżistenti ta’ minn 1 sa 3 AEDs f’pazjenti pedjatriċi, li kellhom minn sena sa inqas minn 4 snin, b’LGS (Lennox-Gastaut syndrome, sindromu ta’ Lennox-Gastaut) li ma kinux ikkontrollati b’mod adegwat. F’dan l-istudju, 25 pazjent, li minnhom 10 individwi kellhom bejn sena u sentejn, ġew esposti għal rufinamide bħala terapija miżjuda għal 24 ġimgħa f’doża ta’ sa 45 mg/kg/jum, f’2 dożi maqsumin. L-aktar TEAEs (treatment-emergent

adverse events, avvenimenti avversi li jiżviluppaw mill-kura) frekwenti fil-grupp ta’ kura b’rufinamide (li seħħew f’≥10% tal-individwi) kienu infezzjonijiet fil-parti ta’ fuq tal-passaġġ respiratorju u rimettar (28.0% kull wieħed), pnewmonja u ngħas (20.0% kull wieħed), sinusite, otitis media, dijarea, sogħla, u deni (16.0% kull wieħed), u bronkite, stitikezza, konġestjoni nażali, raxx, irritabilità, u tnaqqis fl-aptit (12.0% kull wieħed). Il-frekwenza, it-tip u s-severità ta’ dawn ir-reazzjonijiet avversi kienu simili għal dakk fi tfal li kellhom 4 snin u aktar, adolexxenti u bħal fl-adulti. Il-karatterizzazzjoni tal-età f'pazjenti iżgħar minn 4 snin ma ġietx identifikata fid-database limitata tas-sigurtà minħabba n-numru żgħir ta’ pazjenti fl-istudju.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Wara doża eċċessiva akuta, ħasil ta’ l-istonku jew emesi biex tbattal l-istonku. M’hemm l-ebda antidotu speċifiku għal rufinamide. It-trattament għandu jkun wieħed t’appoġġ u jista’ jinkludi t-tisfija tad-demm (ara sezzjoni 5.2).

Dożaġġ multiplu ta’ 7,200 mg/kuljum ma kien assoċjat ma’ l-ebda sinjal jew sintomu maġġuri.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: antiepilettiċi, derivattivi tal-carboxamide, Kodiċi ATC: N03AF03.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Rufinamide jimmodula l-attività tal-kanali tas-sodju b’mod li jtawwal l-istat innattiv tagħhom. Rufinamide huwa attiv f’serje ta’ mudelli ta’ annimali bl-epilessija.

Esperjenza klinika

Inovelon (pilloli rufinamide) ġie mogħti fi studju double-blind, b’kontrolli bi plaċebo, f’dożi sa

45 mg/kg/kuljum għal 84 jum, lil 139 pazjent b’aċċessjonijiet ikkontrollati inadegwatament assoċjati

mas-Sindromu ta’ Lennox-Gastaut (li jinkludu kemm aċċessjonijiet ta’ assenza atipika u drop attacks). Pazjenti rġiel u nisa (li kellhom bejn 4 u 30 sena) kienu eliġibbli jekk kellhom storja medika ta’ tipi ta’ aċċessjonijiet multipli, li kellhom jinkludu aċċessjonijiet ta’ assenza atipika u drop attacks (i.e., aċċessjonijiet toniċi-atoniċi jew aċċessjonijiet astatiċi); li kienu qed jiġu kkurati b’minn 1 sa 3 dożi fissi ta’ prodotti mediċinali antiepilettiċi fl-istess ħin; minimu ta’ 90 aċċessjoni fix-xahar ta’ qabel il- perjodu ta’ 28 jum fil-linja bażi; EEG fi żmien 6 xhur mid-dħul fl-istudju li juri xejra ta’ kumplessi spike-and-wave (2.5 Hz) bil-mod; piż ta’ mill-inqas 18 kg; u CT scan jew studju MRI li jikkonfermaw l-assenza ta’ leżjoni progressiva. L-aċċessjonijiet kollha ġew ikklassifikati skont l-International League Against Epilepsy Revised Classification of Seizures. Minħabba li huwa diffiċli għal persuni li jieħdu ħsieb il-pazjenti li jisseparaw b’mod preċiż aċċessjonijiet toniċi u atoniċi, il-panel ta’ esperti internazzjonali ta’ newroloġisti tat-tfal qabel li jgħaqqad dawn it-tipi ta’ aċċessjonijiet u jsejħilhom aċċessjonijiet toniċi-atoniċi jew “drop attacks”. Bħala tali, drop attacks intużaw bħala wieħed mill- punti aħħarin primarji. Titjib sinifikanti kien muri fit-tliet varjabbli primarji: il-bidla perċentwali fil- frekwenza totali ta’ aċċessjonijiet kull 28 jum waqt il-fażi ta’ manteniment relattiva għal-linja bażi ta’ riferiment (-35.8% fuq Inovelon vs. -1.6% fuq placebo, p=0.0006), l-għadd ta’ aċċessjonijiet toniċi- atoniċi (-42.9% fuq Inovelon vs. 2. 2% fuq placebo, p = 0.0002), u r-rata tas-severità ta’ l-aċċessjoni mill-Evalwazzjoni Globali mwettqa mill-ġenitur/gwardjan fl-aħħar tal-fażi double-blind (titjib tajjeb u tajjeb ħafna fi 32,2% fuq Inovelon vs. 14.5% fuq il-placebo arm, p=0.0041).

Ukoll, Inovelon (rufinamide suspensjoni orali) ingħata fi studju multiċentriku, open-label, li qabbel iż- żieda ta’ rufinamide maż-żieda ta’ kwalunkwe AED ieħor tal-għażla tal-investigatur mal-kors eżistenti ta’ minn 1 sa 3 AEDs f’pazjenti pedjatriċi, li kellhom minn sena sa inqas minn 4 snin, b’LGS li ma kinux ikkontrollati b’mod adegwat. F’dan l-istudju, 25 pazjent ġew esposti għal rufinamide bħala terapija miżjuda għal 24 ġimgħa f’doża ta’ sa 45 mg/kg/jum, f’2 dożi maqsumin. Total ta’ 12-il pazjent irċivew kwalunkwe AED ieħor fid-deskrizzjoni tal-investigatur fil-parti tal-istudju dwar il- kontroll. L-istudju kien maħsub l-aktar għas-sigurtà, u ma kienx imfassal b’mod adegwat tajjeb biżżejjed biex juri differenza fir-rigward tal-varjabbli tal-effikaċja tal-aċċessjonijiet. Il-profil tal-effetti avversi kien simili għal dik fi tfal li kellhom 4 snin, u pazjenti anzjani, adolexxenti, u adulti. Barra minn hekk, l-istudju investiga l-iżvilupp konjittiv, l-imġiba, u l-iżvilupp tal-lingwa ta’ individwi kkurati b’rufinamide meta mqabbel ma’ individwi li kienu qed jirċievu kwalunkwe AED ieħor. Il- bidla medja tal-Least Squares tal-punteġġ taċ-Child Behaviour Checklist (CBCL) Total Problems wara sentejn ta’ kura kienet score 53.75 għall-grupp ta’ kwalunkwe AED ieħor, u 56.35 għall-grupp ta’ rufinamide (differenza medja ta’ LS ta’ [95% CI] +2.60 [-10.5,15.7]; P=0.6928), u d-differenza bejn il-kuri kienet ta’ -2.776 (95% CI: -13.3, 7.8, P=0.5939). Madankollu, minħabba l-limitazzjonijiet tad- dejta disponibbli, l-istudju kien inkonklussiv fir-rigward tal-effikaċja.

Mudelli farmakokinetiċi/farmakodinamiċi tal-popolazzjoni wrew tnaqqis fil-frekwenza ta’ aċċessjonijiet totali u toniċi-atoniċi, it-titjib fl-evalwazzjoni totali tas-severità ta’ l-aċċessjoni u ż-żieda fil-probabbiltà ta’ tnaqqis ta’ frekwenza ta’ l-aċċessjoni kienu dipendenti fuq il-konċentrazzjonijiet ta’ rufinamide.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Il-livelli massimi fil-plażma jintlaħqu madwar 6 sigħat wara l-għoti. L-ogħla konċentrazzjoni (Cmax) u l-AUC fil-plażma ta’ rufinamide jiżdiedu proporzjonalment inqas b’dożi f’suġġetti u pazjenti sajma u li jieklu b’mod san, u dan probabbilment hu dovut minħabba l-imġieba ta’ l-assorbiment limitat tad- doża. Wara dożi waħdiet l-ikel iżid il-bijodisponibilità (AUC) ta’ rufinamide b’madwar 34%, u l-ogħla konċentrazzjoni ta’ plażma b’56%.

Intwera li Inovelon suspensjoni orali u Inovelon pilloli miksija b’rita huma bijoekwivalenti.

Distribuzzjoni

Fi studji in-vitro, porzjon żgħir ħafna biss ta’ rufinamide (34%) kien marbut mal-proteini li jinsabu fis-sirum tal-bniedem, bl-albumina li tagħmel madwar 80% ta’ din ir-rabta. Dan jindika riskju minimu ta’ interazzjonijiet bejn mediċina-mediċina permezz ta’ sostituzzjoni mis-siti ta’ rabta waqt l-għoti flimkien ma’ sustanzi oħrajn. Rufinamide kien mifrux indaqs bejn l-eritroċiti u l-plażma.

Bijotrasformazzjoni

Rufinamide jiġi kważi kollu eliminat bil-metaboliżmu. Il-passaġġ ewlieni tal-metaboliżmu huwa l-idroliżi tal-grupp carboxylamide għad-derivat farmakoloġikament inattiv ta’ l-aċidu CGP 47292. Il-metaboliżmu li jsir permezz ta’ ċitokromju P450 huwa tassew ftit. Il-formazzjoni ta’ ammonti żgħar ta’ konjugati ta’ glutathione ma tistax tiġi kompletament eskluża.

Rufinamide wera ftit jew xejn kapaċità sinifikanti in-vitro sabiex jaġixxi bħala impeditur kompettiv jew wieħed ibbażżat fuq mekkaniżmu ta' l-enżimi umani P450 li ġejjin: CYP1A2, CYP2A6, CYP2C9, CYP2C19, CYP2D6, CYP2E1, CYP3A4/5 jew CYP4A9/11-2.

Eliminazzjoni

Il-half-life tat-tneħħija mill-plażma hija ta’ madwar 6-10 sigħat f’suġġetti b’saħħithom u pazjenti b’epilessija. Meta jingħata darbtejn kuljum f'intervalli ta' 12-il siegħa, rufinamide jakkumula sa fejn hemm previst fil-half life terminali tiegħu, li jindika li l-farmakokinetika ta’ rufinamide hija dipendenti fuq il-ħin (i.e. m’hemm l-ebda awto-induzzjoni tal-metaboliżmu).

Fi studju li sar b’radiotracer fuq tliet voluntieri b'saħħithom, il-kompost ewlieni (rufinamide) kien il- komponent radjuattiv ewlieni fil-plażma li jirrapreżenta madwar 80% tar-radjuattività totali, u b’madwar 15% biss ikun magħmul mill-metabolit CGP 47292. It-tneħħija mill-kliewi kienet ir-rotta ewlenija tat-tneħħija għal materjal relatat mas-sustanza attiva, u dan jgħodd għal 84.7% tad-doża.

Linearità/nuqqas ta’ linearità:

Il-biodisponibilità ta' rufinamide hija dipendenti fuq id-doża. Hekk kif id-doża tiżdied, il- biodisponibilità tonqos.

Il-farmakokinetika fi gruppi ta’ pazjenti speċjali

Sess

Mudelli farmakokinetiċi tal-popolazzjoni ġew użati biex jevalwaw l-influwenza tas-sess fuq il-farmakokinetika ta’ rufinamide. Evalwazzjonijiet bħal dawn jindikaw li s-sess ma jaffettwax il-farmakokinetika ta’ rufinamide b’mod klinikament rilevanti.

Indeboliment tal-kliewi

Il-farmakokinetika ta’ doża waħda ta’ 400 mg ta’ rufinamide ma ġietx mibdula f’suġġetti li għandhom indeboliment tal-kliewi kroniku jew sever meta mqabbel ma’ voluntieri b’saħħithom. Madankollu, il- livelli ta’ plażma ġew imnaqqsa b’madwar 30% meta ġiet applikata dijaliżi tad-demm wara l-għoti ta’ rufinamide, li jissuġġerixxi li din tkun proċedura utli f’każ ta’ doża eċċessiva (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.9).

Indeboliment tal-fwied

L-ebda studju ma twettaq fuq pazjenti b’indeboliment tal-fwied u għalhekk Inovelon m’għandux jingħata f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied sever (ara sezzjoni 4.2).

Anzjani

Studju farmakokinetiku f’voluntiera b’saħħithom akbar fl-età ma weriex differenza sinifikanti fil- parametri farmakokinetiċi meta mqabbla ma’ adulti iżgħar.

Tfal (1-12-il sena)

It-tfal ġeneralment għandhom rata ta’ tneħħija ta’ rufinamide aktar baxxa, u din id-differenza hi relatata mal-piż tal-ġisem. Ma sarux studji fuq tfal li għadhom jitwieldu jew trabi u tfal żgħar li huma taħt sena.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika ma wrew l-ebda perikli b’dożi klinikament rilevanti.

Tossiċitajiet osservati fil-klieb f’livelli simili għal esposizzjoni umana fid-doża massima rrakkomandata kienu bidliet fil-fwied, li jinkludi trombożi biljari, kolestasi u elevazzjonijiet ta’ l- enżimi tal-fwied li huma maħsuba li huma relatati ma’ nixxiegħa ogħla ta’ bili f’din l-ispeċi. L-ebda evidenza ta’ risku assoċjat ma ġie identifikat fl-istudji tossiċi ta’ dożi ripetuti fil-firien u x-xadini.

Fi studji tossikoloġiċi dwar ir-riproduzzjoni u l-iżvilupp, kien hemm tnaqqis fl-iżvilupp tal-fetu u s- sopravivenza, u xi trabi mwielda mejta minħabba t-tossiċità ta’ l-omm. Madankollu, ma kien hemm l- ebda effetti osservati fuq il-morfoloġija u l-funzjoni, inkluż it-tagħlim jew il-memorja, tal-wild. Rufinamide ma kienx teratoġeniku fuq il-ġrieden, il-firien jew il-fniek.

Il-profil tat-tossiċità ta’ rufinamide f’annimali ġuvenili kien simili għal dak f’annimali adulti. Tnaqqis fiż-żieda fil-piż tal-ġisem ġie osservat kemm f’firien u klieb ġuvenili kif ukoll adulti. Ġiet osservata tossiċità ħafifa fil-fwied f’annimali ġuvenili kif ukoll f’annimali adulti f’livelli ta’ esponiment li kienu aktar baxxi minn, jew simili għal dawk li ntlaħqu fil-pazjenti. Ir-riversibbiltà tas-sejbiet kollha ntweriet wara t-twaqqif tal-kura.

Rufinamide ma kienx ġenotossiku u ma kellux potenzjal karċinoġeniku. Effett avvers mhux osservat fi studji kliniċi, imma li deher fl-annimali f’livelli ta’ espożizzjoni simili għal-livelli ta’ espożizzjoni klinika u b’rilevanza possibbli għall-użu fil-bniedem, kienet majelofibrosi tal-mudullun fl-istudju dwar il-karċinoġeniċità tal-ġurdien. Neoplażmi beninnji ta’ l-għadam (osteomi) u l-iperstosi osservati fil-ġrieden kienu kkonsidrati bħala riżultat ta’ l-attivazzjoni ta’ vajrus speċifiku tal-ġurdien minn ijoni tal-fluoride rilaxxati waqt il-metaboliżmu ossidattiv ta’ rufinamide.

Dwar il-potenzjal immunotossiku, timu żgħira u involuzzjoni tat-timu kienu osservati fi klieb fi studju ta’ 13-il ġimgħa b’rispons sinifikanti fid-doża għolja fir-raġel. Fl-istudju ta’ 13-il ġimgħa, il-mudullun tal-mara u bidliet fil-limfojde kienu rraportati fid-doża għolja b’inċidenza żgħira. Fil-firien, ċellularità mnaqqsa tal-mudullun u atrofija tat-timu kienu osservati fl-istudju karċinoġeniku biss.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Il-qalba

Lactose monohydrate

Cellulose, microcrystalline

Lamtu tal-qamħirrun

Croscarmellose sodium

Hypromellose

Magnesium stearate

Sodium laurilsulfate

Silika kollojdali, anidru

Il-kisi tar-rita:

Hypromellose

Macrogols (8000)

Titanium dioxide (E171)

Talkum

Ferric oxide aħmar (E172).

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

4 snin.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30 ºC.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Aluminju/strixxi ta’ l-aluminju, pakketti ta’ 10, 30, 50, 60 u 100 pillola miksija b’rita.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali għar-rimi.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eisai Limited, European Knowledge Centre, Mosquito Way, Hatfield, Hertfordshire, AL10 9SN, Ir- Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/06/378/001-005

EU/1/06/378/006-010

EU/1/06/378/011-016

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 16 ta’ Jannar 2007

Data tal-aħħar tiġdid: 09 ta’ Jannar 2012

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Inovelon 40 mg/ml suspensjoni orali

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull ml ta’ suspensjoni orali fih 40 mg ta’ rufinamide.

1 flixkun ta’ 460 ml fih 18400 mg ta’ rufinamide.

Eċċipjent(i) b’effett magħruf: Kull ml ta’ suspensjoni orali fih:

1.2 mg ta’ methyl parahydroxybenzoate (E218),

0.3 mg propyl parahydroxybenzoate (E216),

250 mg sorbitol (E420).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Suspensjoni orali.

Suspensjoni ftit viskuża, li tagħti fl-abjad.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Inovelon hu indikat bħala terapija aġġuntiva fil-kura ta’ aċċessjonijiet assoċjati mas-sindrome ta’ Lennox-Gastaut f’pazjenti li għandhom 4 snin jew aktar.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura b’rufinamide għandha jinbeda minn tabib speċjalizzat fil-pedjatrija jew fin-newroloġija b’esperjenza fil-kura tal-epilessija.

Inovelon suspensjoni orali u Inovelon pilloli miksija b’rita jistgħu jiġu skambjati bejniethom f’dożi indaqs. Il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati matul il-perijodu meta jaqilbu bejn dawn it-tipi ta’ mediċini.

Pożoloġija

Użu fi tfal ta’ erba’ snin jew aktar u li jiżnu inqas minn 30 kg

Pazjenti li jiżnu <30 kg li ma jingħatawx valproate:

Il-kura għandha tinbeda b’doża ta’ kuljum ta’ 200 mg (dożaġġ ta’ 5 ml ta’ sospensjoni mogħtija bħala żewġ dożi ta’ 2.5 ml, waħda filgħodu u waħda filgħaxija). Skont ir-rispons kliniku u t-tolerabbilità, id- doża tista’ tiżdied b’inkrementi ta’ 200 mg/kuljum, frekwenti daqs kull jumejn, sa doża massima rakkomandata ta’ 1000 mg/kuljum (25 ml/kuljum). Dożi sa 3600 mg/kuljum (90 ml/kuljum) ġew studjati f’għadd limitat ta’ pazjenti.

Pazjenti li jiżnu <30 kg li jirċievu wkoll valproate:

Peress li valproate jnaqqas b’mod sinifikanti t-tneħħija ta’ rufinamide, doża massima iktar baxxa ta’ Inovelon hi rrakkomandata għal pazjenti li jiżnu <30 kg li jingħataw valproate fl-istess ħin. Il-kura għandha tinbeda b’doża ta’ 200 mg/kuljum. Skont ir-rispons kliniku u t-tolerabilità, wara minimu ta’

jumejn, id-doża tista’ tiżdied b’200 mg/kuljum, sad-doża massima rrakkomandata ta’ 600 mg/kuljum (15 ml/kuljum).

L-użu fl-adulti, fl-adolexxenti u fit-tfal ta’ erba’ snin jew iżjed u li jiżnu 30 kg jew aktar

Il-kura għandha tinbeda b’doża ta’ kuljum ta’ 400 mg (dożaġġ ta’ 10 ml ta’ sospensjoni mogħtija bħala żewġ dożi ta’ 5 ml. Skont ir-rispons kliniku u t-tolerabbilità, id-doża tista’ tiżdied b’inkrementi ta’ 400 mg/kuljum kull jumejn, sa doża massima rakkomandata kif indikat fit-tabella t’hawn taħt.

Medda ta’ piżijiet

30.0 – 50.0 kg

50.1 – 70.0 kg

70.1 kg

Doża massima

1,800 mg/kuljum jew

2,400 mg/kuljum jew

3,200 mg/kuljum jew

rakkomandata

45 ml/kuljum

60 ml/kuljum

80 ml/kuljum

Dożi sa 4000 mg/kuljum (100 ml/kuljum) (f’piż ta’ bejn 30 – 50 kg jew 4800 mg/kuljum

(120 ml/kuljum) fil-kategorija ta’ persuni li jiżnu iktar minn 50 kg ġew studjati f’numru limitat ta’ pazjenti.

Anzjani

Hemm informazzjoni limitata fuq l-użu ta’ rufinamide f’persuni akbar fl-età. Peress li l-farmakokinetika ta’ rufinamide ma tinbidelx f’persuni akbar fl-età (ara sezzjoni 5.2), aġġustament fid-doża mhuwiex meħtieġ f’pazjenti ta’ iktar minn 65 sena.

Indeboliment tal-kliewi

Studju li sar f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi jindika li l-ebda aġġustament tad-doża m’hu meħtieġ għal dawn il-pazjenti (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-fwied

L-użu f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied ma ġiex studjat. Huwa rrakkomandat li tintuża l-kawtela u tingħata attenzjoni fit-titrazzjoni tad-doża fit-trattament ta’ pazjenti li jkollhom indeboliment tal-fwied minn ħafif sa moderat. L-użu f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied sever mhux irrakkomandat.

It-twaqqif ta’ rufinamide

Meta t-terapija b’rufinamide tkun se titwaqqaf, din għandha titnaqqas bil-mod. Fil-provi kliniċi, rufinamide twaqqaf billi d-doża tnaqqset b’madwar 25% kull jumejn (ara sezzjoni 4.4).

F’każ li doża waħda jew iktar tinqabeż, wieħed għandu juża ġudizzju kliniku individwali.

Studji open-label mhux ikkontrollati jissuġġerixxu effikaċja sostnuta fuq perijodu twil ta’ żmien, għalkemm ma sar l-ebda studju kkontrollat li dam sejjer għal aktar minn tliet xhur.

Popolazzjoni pedjatrika

L-effikaċja ta’ rufinamide fit-tfal minn età ta’ 4 snin u inqas għadha ma ġietx determinata s’issa. Data disponibbli hija deskritta fis-sezzjoni 4.8 u 5.1 iżda ma tista’ ssir l-ebda rakkomandazzjoni dwar pożoloġija.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Rufinamide hu għall-użu orali. Għandu jittieħed darbtejn kuljum filgħodu u filgħaxija, f’żewġ dożi maqsumin l-istess. Billi ġie osservat effett pożittiv tal-ikel, il-mediċina għandha tingħata mal-ikel (ara sezzjoni 5.2).

Is-suspensjoni orali għandha tiġi mċaqilqa bis-saħħa qabel kull għoti. Jekk jogħġbok irreferi għal sezzjoni 6.6 għal aktar dettalji.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva, derivattivi ta’ triazole jew għal kwalunkwe wieћed mill- eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Status epilepticus

Każijiet ta’ status epilepticus ġew osservati waqt l-istudji ta’ żvilupp kliniku, b’kura b’rufinamide, filwaqt li l-ebda każ bħal dan ma ġie osservat bi plaċebo. Dawn l-avvenimenti wasslu għall-waqfien ta’ rufinamide f’20% tal-każijiet. Jekk il-pazjenti jiżviluppaw tipi ġodda ta’ aċċessjonijiet u/jew ikollhom frekwenza akbar ta’ status epilepticus li hi differenti mil-linja bażi tal-kundizzjoni tal- pazjent, allura l-proporzjon ta’ benefiċċju-riskju tat-terapija għandu jiġi evalwat mill-ġdid.

Twaqqif ta’ rufinamide

Rufinamide għandu jitwaqqaf gradwalment biex titnaqqas il-possibbiltà ta’ aċċessjonijiet meta titwaqqaf il-mediċina. Fil-provi kliniċi, it-twaqqif inkiseb billi d-doża tnaqqset b’madwar 25% kull jumejn. M’hemmx biżżejjed dejta dwar it-twaqqif ta’ prodotti mediċinali antiepilettiċi oħrajn meħuda fl-istess ħin, ġaladarba jkun inkiseb kontroll fuq l-aċċessjonijiet biż-żieda ta’ rufinamide.

Reazzjonijiet fis-Sistema Nervuza Ċentrali

Il-kura b’rufinamide ġiet assoċjata ma’ sturdament, ngħas, atassija u disturbi fil-mixi, li jistgħu jżidu l- okkorrenza ta’ waqgħat aċċidentali f’din il-popolazzjoni (ara sezzjoni 4.8). Il-pazjenti u dawk li jieħdu ħsiebhom għandhom jużaw il-kawtela sakemm isiru familjari mal-effetti potenzjali ta’ dan il-prodott mediċinali.

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva

Il-każijiet ta’ sindromu serju ta’ sensittività eċċessiva għall-prodott mediċinali antiepilettiku li jinkludu DRESS (Reazzjoni tal-Mediċina b’Eosinofilija u Sintomi Sistemiċi) u s-sindromu ta’ Stevens-Johnson ġew assoċjati mat-terapija b’rufinamide. Is-sinjali u s-sintomi ta’ dan id-disturb kienu varji; madankollu, il-pazjenti tipikament, għalkemm mhux b’mod esklussiv, kellhom deni u raxx assoċjati mal-involviment ta’ sistemi oħrajn ta’ organi. Manifestazzjonijiet assoċjati oħrajn jinkludu limfadenopatija, testijiet tal-funzjoni tal-fwied b’riżultat mhux normali, u ematurja. Billi dan id-disturb jidher b’modi differenti, jista’ jkun hemm sinjali u sintomi ta’ sistemi u organi oħrajn li mhumiex deskritti hawn. Is-sindromu ta’ sensittività eċċessiva seħħ qrib il-bidu tat-terapija b’rufinamide u fil- popolazzjoni pedjatrika. Jekk din ir-reazzjoni tiġi ssuspettata, rufinamide għandu jitwaqqaf u għandha tinbeda kura alternattiva. Kull pazjent li jiżviluppa raxx waqt li jkun qed jieħu rufinamide għandu jiġi ssorveljat mill-qrib.

Tnaqqis fil-QT

Fi studju bir-reqqa dwar il-QT, rufinamide ipproduċa tnaqqis fl-intervall tal-QTc li kien proporzjonali għall-konċentrazzjoni. Għalkemm ir-rilevanza tal-mekkaniżmu bażiku u tas-sigurtà ta’ dan ir-riżultat mhumiex magħrufa, it-tobba kliniċi għandhom jużaw il-ġudizzju kliniku biex jevalwaw jekk għandhomx jippreskrivu rufinamide lil pazjenti li huma f’riskju li jkollhom tnaqqis ulterjuri tat-tul tal- intervall tal-QTc (eż. Sindrome Konġenitali ta’ QT Qasir, jew pazjenti bi storja medika fil-familja ta’ dan is-sindrome).

Nisa li jista’ jkollhom it-tfal

Nisa li jista’ jkollhom it-tfal iridu jużaw miżuri kontraċettivi waqt Il-kura b’Inovelon. It-tobba għandhom jippruvaw jiżguraw li tintuża kontraċezzjoni xierqa, u għandhom jużaw il-ġudizzju kliniku meta jqisu jekk kontraċettivi orali, jew id-dożi tal-komponenti tal-kontraċettivi orali, humiex adegwati bbażat fuq is-sitwazzjoni klinika individwali tal-pazjenti (ara sezzjonijiet 4.5 u 4.6).

Parahydroxybenzoates

Inovelon suspensjoni orali fiha parahydroxybenzoates li jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi (possibbilment ittardjati).

Sorbitol

Inovelon suspensjoni orali fih ukoll sorbitol u, għalhekk, m’għandux jingħata lil pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għal fructose.

Jekk ikun hemm ħsieb biex jitwettaq suwiċidju

Ħsieb u mġiba biex jitwettaq suwiċidju ġew irrappurtati f’pazjenti kkurati b’mediċini antiepilettiċi f’diversi indikazzjonijiet. Meta-analiżi ta’ provi fuq mediċini antiepilettiċi li ntgħażlu b’mod każwali u li kienu kkontrollati bil-plaċebo, urew ukoll żieda żgħira fir-riskju ta’ formazzjoni ta’ ħsieb u mġiba biex jitwettaq suwiċidju. Il-mekkaniżmu ta’ dan ir-riskju mhux magħruf u d-dejta disponibbli ma teskludix il-possibbiltà ta’ żieda fir-riskju għal Inovelon.

Għalhekk il-pazjenti għandhom jiġu mmonitorjati għal sinjali u mġiba ta’ formazzjoni ta’ ħsieb biex jitwettaq suwiċidju, u kura adattata għandha tiġi kkunsidrata. Pazjenti (u persuni li jieħdu ħsieb il- pazjenti) għandhom jingħataw parir biex ifittxu parir mediku jekk jitfaċċaw sinjali jew imġiba ta’ formazzjoni ta’ ħsieb biex jitwettaq suwiċidju.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Il-potenzjal ta’ prodotti mediċinali oħrajn li jaffettwaw rufinamide

Prodotti mediċinali antiepilettiċi oħrajn

Il-konċentrazzjonijiet ta’ rufinamide mhumiex suġġetti għal tibdil klinikament rilevanti waqt l-għoti flimkien ma’ prodotti mediċinali antiepilettiċi li jinduċu l-enzimi.

Għal pazjenti fuq kura ta’ Inovelon li jinbdielhom l-għoti ta’ valproate, jistgħu jseħħu żidiet sinifikanti fil-konċentrazzjonijiet ta’ rufinamide fil-plażma. L-iktar tibdil notevoli ġew osservati f’pazjenti li għandhom piż baxx tal-ġisem (<30 kg). Għalhekk għandha tingħata konsiderazzjoni għal tnaqqis fid- doża ta’ Inovelon f’pazjenti li jiżnu <30 kg li jinbdew fuq it-terapija b’valproate (ara sezzjoni 4.2).

Iż-żieda jew il-waqfien ta’ dawn il-prodotti mediċinali jew l-aġġustament tad-doża ta’ dawn il-prodotti mediċinali waqt il-kura b’rufinamide, jista’ jkollhom bżonn ta’ aġġustament fid-doża ta’ rufinamide (ara sezzjoni 4.2).

L-ebda tibdil sinifikanti fil-konċentrazzjoni ta’ rufenamide ma ġie osservat waqt l-għoti flimkien ma’ lamotrigine, topiramate jew benzodiazepines.

Il-potenzjal ta’ rufinamide li jaffettwa prodotti mediċinali oħrajn

Prodotti mediċinali antiepilettiċi oħrajn

L-interazzjonijiet farmakokinetici bejn rufinamide u prodotti mediċinali antiepilettiċi oħrajn ġew evalwati f’pazjenti bl-epilessija billi ntuża mmudellar farmakokinetiku fuq il-popolazzjoni. Rufinamide jidher li ma kellu l-ebda effett klinikament rilevanti fuq konċentrazzjonijiet fl-istat fiss ta’ carbamazepine, lamotrigine, phenobarbital, topiramate, phenytoin jew valproate.

Kontraċettivi orali

L-għoti flimkien ta’ rufinamide 800 mg darbtejn kuljum ma’ kontraċettiv orali kombinat (ethinyloestradiol 35 μg u norethindrone 1 mg) għal 14-il jum irriżulta fi tnaqqis medju fl-AUC0-24 ta’ ethinyl estradiol ta’ 22% u u fl-AUC0-24 ta’ norethindrone ta’ 14%. Ma sarux studji b’kontraċettivi orali jew kontraċettivi impjantati oħrajn. Nisa li jista’ jkollhom it-tfal li jkunu qed jużaw ormoni kontraċettivi huma avżati biex jużaw metodu kontraċettiv addizzjonali li jkun sigur u effettiv (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.6).

Enzimi ta’ ċitokrom P450

Rufinamide jiġi mmetabolizzat b’idrolisi u ma jiġix immetabolizzat għal xi grad notevoli minn enzimi ta’ ċitokrom P450. Barra minn hekk, rufinamide ma jwaqqafx l-attività tal-enzimi ta’ ċitokrom P450 (ara sezzjoni 5.2). Għalhekk, interazzjonijiet klinikament sinifikanti li jiġu medjati permezz tal- inibizzjoni tas-sistema ta’ ċitokrom P450 minn rufinamide, x’aktarx li mhux se jseħħu. Intwera li

rufinamide jinduċi l-enzima CYP3A4 ta’ ċitokrom P450, u għalhekk jista’ jnaqqas il- konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi fil-plażma li jiġu metabolizzati minn din l-enzima. L-effett kien bejn modest u moderat. L-attività medja ta’ CYP3A4, imkejla bħala t-tneħħija ta’ triazolam, żdiedet b’55% wara 11-il jum ta’ kura b’rufinamide 400 mg darbtejn kuljum. L-espożizzjoni ta’ triazolam tnaqqset b’36%. Dożi iktar għoljin ta’ rufinamide jistgħu jirriżultaw f’induzzjoni iktar notevoli. Ma jistax jiġi eskluż li rufinamide jista’ jnaqqas ukoll l-espożizzjoni ta’ sustanzi mmetabolizzati minn enzimi oħrajn, jew ittrasportati minn proteini tat-trasport bħal P-glikoproteina.

Hu rrakkomandat li pazjenti kkurati b’sustanzi li jiġu mmetabolizzati mis-sistema tal-enzima CYP3A4 għandhom jiġu mmonitorjati bir-reqqa għal ġimagħtejn mill-bidu ta’, jew wara t-tmiem tal-kura b’rufinamide, jew wara kull tibdil notevoli fid-doża. Aġġustament fid-doża tal-prodott mediċinali li jingħata fl-istess ħin jista’ jkollu bżonn jiġi kkunsidrat. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati wkoll meta rufinamide jintuża fl-istess ħin ma’ sustanzi li għandhom tieqa terapewtika dejqa bħal warfarin u digoxin.

Studju speċifiku dwar l-interazzjonijiet li sar fuq individwi b’saħħithom ma wera l-ebda influwenza ta’ rufinamide f’doża ta’ 400 mg darbtejn kuljum fuq il-farmakokinetika ta’ olanzapine, li hu sottostrat ta’ CYP1A2.

M’hemm l-ebda dejta disponibbli dwar l-interazzjoni ta’ rufinamide mal-alkoħol.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Riskju relatat mal-epilessija u prodotti mediċinali antiepilettiċi b’mod ġenerali:

Intwera li fit-tfal ta’ nisa bl-epilessija, il-prevalenza ta’ malformazzjonijiet hi minn darbtejn sa tliet darbiet aktar mir-rata ta’ madwar 3% fil-popolazzjoni ġenerali. Fil-popolazzjoni kkurata, ġiet osservata żieda fil-malformazzjonijiet meta jkun hemm politerapija; madankollu, mhux ċar jekk hux minħabba l-marda nfisha jew inkella minħabba l-kura.

Barra minn hekk, terapija antiepilettika effettiva m’għandhiex tiġi interrotta f’daqqa, għaliex l- aggravament tal-marda tagħmel ħsara kemm lill-omm kif ukoll lill-fetu. Kura b’AED (anti-epileptic drug, mediċina kontea l-epilessija) waqt it-tqala għandha tiġi diskussa bir-reqqa mal-tabib kuranti.

Riskju relatat ma’ rufinamide:

Studji fl-annimali ma żvelaw l-ebda effett teratoġeniku iżda kien hemm fetotossicità fil-preżenza ta’ tossicità fl-omm ġie osservat (ara sezzjoni 5.3). Mhux magħruf ir-riskju potenzjali fuq in-nies.

Għal rufinamide, m’hemmx tagħrif kliniku dwar l-użu waqt it-tqala.

Meta wieħed jikkunsidra din id-dejta, rufinamide m’għandux jintuża waqt it-tqala, jew f’nisa ta’ età li jista’ jkollhom it-tfal li ma jkunux qegħdin jużaw miżuri kontraċettivi, ħlief meta huwa assolutament meħtieġ.

Nisa li jista’ jkollhom it-tfal iridu jużaw miżuri kontraċettivi waqt il-kura b’rufinamide. It-tobba għandhom jiżguraw li tkun qed tintuża kontraċezzjoni adattata, u għandhom jużaw il-ġudizzju kliniku meta jevalwaw jekk il-kontraċettivi orali, jew id-dożi tal-komponenti tal-kontraċettiv orali, humiex adegwati, skont is-sitwazzjoni klinika individwali tal-pazjenta (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.5).

Jekk nisa li qegħdin jiġu kkurati b’rufinamide jippjanaw li joħorgu tqal, l-użu kontinwu ta’ dan il- prodott għandha tintiżen bir-reqqa. Matul it-tqala, l-interruzzjoni ta’ antiepilettiku effettiv tista’ tagħmel ħsara kemm lill-omm u kif ukoll lill-fetu jekk tirriżulta f’aggravament tal-marda.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk rufinamide jiġix eliminat fil-ħalib tas-sider tal-omm. Minħabba l-effetti potenzjali ta’ ħsara lit-tarbija li tkun qed tiġi mredda’, it-treddigħ għandu jiġi evitat waqt il-kura tal-omm b’rufinamide.

Fertilità

M’hemm l-ebda dejta disponibbli dwar l-effetti fuq il-fertilità wara l-kura b’rufinamide.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Inovelon jista’ jikkawża sturdament, ngħas u vista mċajpra. Skont is-sensittività tal-individwu, rufinamide jista’ jkollu effett minn minuri sa sever fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex jużaw il-kawtela waqt attivitajiet li jkunu jeħtieġu grad għoli ta’ viġilanza, eż. sewqan jew it-tħaddim ta’ makkinarju.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Il-programm ta’ żvilupp kliniku kien jinkludi iktar minn 1,900 pazjent, b’tipi differenti ta’ epilessija, esposti għal rufinamide. L-iktar reazzjonijiet avversi komuni rrappurtati kienu uġigħ ta’ ras, sturdament, għeja u ngħas tqil. L-iktar reazzjonijiet avversi komuni osservati f’inċidenza ogħla mill- plaċebo f’pazjenti bis-sindrome ta’ Lennox-Gastaut kienu n-ngħas u r-rimettar. Ir-reazzjonijiet avversi kienu ġeneralment minn ħfief sa moderati fis-severità tagħhom. Ir-rata ta’ twaqqif tal-mediċina minħabba r-reazzjonijiet avversi f’pazjenti bis-sindrome ta’ Lennox-Gastaut kienet ta’ 8.2% għal pazjenti li kien qed jieħdu rufinamide u 0% għal pazjenti li kienu qegħdin jieħdu l-plaċebo. L-iktar reazzjonijiet avversi komuni li rriżultaw fit-twaqqif tal-mediċina mill-grupp ta’ pazjenti li kienu qed jiġu kkurati b’Rufinamide kienu r-raxx u r-rimettar.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Reazzjonijiet avversi rrappurtati, b’inċidenza ikbar mill-plaċebo, waqt l-istudji double-blind li saru f’pazjenti bis-sindrome ta’ Lennox-Gastaut jew fil-popolazzjoni totali esposta għal rufinamide, huma elenkati fit-tabella hawn taħt skont it-terminoloġija ppreferuta edDRA, il-klassi tal-organi tas-sistema u l-frekwenza.

Il-frekwenzi huma definiti bħala: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 sa < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1,000)

Klassi tal-Organi

 

 

 

 

tas-Sistema

Komuni Ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

Infezzjonijiet u

 

Pnewmonja

 

 

infestazzjonijiet

 

Influwenza

 

 

 

 

Nażofarinġite

 

 

 

 

Infezzjoni fil-widnejn

 

 

 

 

Sinusite

 

 

 

 

Rinite

 

 

Disturbi fis-

 

 

 

 

sistema immuni

 

 

Sensittività

 

 

 

 

eċċessiva*

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

Anoreksja

 

 

metaboliżmu u

 

Disturbi biex tiekol

 

 

n-nutrizzjoni

 

Nuqqas ta’ aptit

 

 

Disturbi psikjatriċi

 

Ansjetà

 

 

 

 

Nuqqas ta’ rqad

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-

Ngħas*

Status epilepticus*

 

 

sistema nervuża

Uġigħ ta’ ras

Aċċessjoni

 

 

 

Sturdament*

Koordinazzjoni Anormali*

 

 

 

 

Nystagmus

 

 

 

 

Iperattività psikomotorea

 

 

Klassi tal-Organi

 

 

 

 

tas-Sistema

Komuni Ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

 

 

Rogħda

 

 

Disturbi fl-

 

Diplopja

 

 

għajnejn

 

Vista mċajpra

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

Mejt

 

 

widnejn u s-

 

 

 

 

sistema labirintika

 

 

 

 

Disturbi

 

Tifriġ

 

 

respiratorji,

 

 

 

 

toraċiċi u

 

 

 

 

medjastinali

 

 

 

 

Disturbi gastro-

Nawseja

Uġigħ fin-naħa ta’ fuq taż-

 

 

intestinali

 

żaqq

 

 

 

Rimettar

Stitikezza

 

 

 

 

Dispepsja

 

 

 

 

Dijarea

 

 

Disturbi fil-fwied

 

 

Żieda fl-enzimi tal-

 

u fil-marrara

 

 

fwied

 

Disturbi fil-ġilda u

 

Raxx*

 

 

fit-tessuti ta’ taħt

 

 

 

 

il-ġilda

 

Akne

 

 

Disturbi muskolu-

 

Uġigħ fid-dahar

 

 

skeletriċi u tat-

 

 

 

 

tessuti konnettivi

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

Oligomenorreja

 

 

sistema

 

 

 

 

riproduttiva u fis-

 

 

 

 

sider

 

 

 

 

Disturbi ġenerali u

Għeja kbira

Disturbi fil-mixi*

 

 

kundizzjonijiet ta’

 

 

 

 

mnejn jingħata

 

 

 

 

Investigazzjonijiet

 

Tnaqqis fil-piż

 

 

Korriment,

 

Feriti fir-ras

 

 

avvelenament u

 

Kontużjonijiet

 

 

komplikazzjonijiet

 

 

 

 

ta’ xi proċedura

 

 

 

 

*Referenza inkroċjata ma’ sezzjoni 4.4.

Informazzjoni addizzjonali dwar popolazzjonijiet speċjali

Popolazzjoni Pedjatrika (età minn sena sa inqas minn 4 snin)

Fi studju multiċentriku, open-label, li qabbel iż-żieda ta’ rufinamide maż-żieda ta’ kwalunkwe AED ieħor tal-għażla tal-investigatur mal-kors eżistenti ta’ minn 1 sa 3 AEDs f’pazjenti pedjatriċi, li kellhom minn sena sa inqas minn 4 snin, b’LGS (Lennox-Gastaut syndrome, sindromu ta’ Lennox-Gastaut) li ma kinux ikkontrollati b’mod adegwat. F’dan l-istudju, 25 pazjent, li minnhom 10 individwi kellhom bejn sena u sentejn, ġew esposti għal rufinamide bħala terapija miżjuda għal 24 ġimgħa f’doża ta’ sa 45 mg/kg/jum, f’2 dożi maqsumin. L-aktar TEAEs (treatment-emergent

adverse events, avvenimenti avversi li jiżviluppaw mill-kura) frekwenti fil-grupp ta’ kura b’rufinamide (li seħħew f’≥10% tal-individwi) kienu infezzjonijiet fil-parti ta’ fuq tal-passaġġ respiratorju u rimettar (28.0% kull wieħed), pnewmonja u ngħas (20.0% kull wieħed), sinusite, otitis media, dijarea, sogħla, u deni (16.0% kull wieħed), u bronkite, stitikezza, konġestjoni nażali, raxx, irritabilità, u tnaqqis fl-aptit (12.0% kull wieħed). Il-frekwenza, it-tip u s-severità ta’ dawn ir-reazzjonijiet avversi kienu simili għal dakk fi tfal li kellhom 4 snin u aktar, adolexxenti u bħal fl-adulti. Il-karatterizzazzjoni tal-età f'pazjenti

iżgħar minn 4 snin ma ġietx identifikata fid-database limitata tas-sigurtà minħabba n-numru żgħir ta’ pazjenti fl-istudju.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Wara doża eċċessiva akuta, l-istonku jista’ jitbattal permezz ta’ ħasil gastriku jew permezz tal- induzzjoni ta’ emesi. M’hemm l-ebda antidot speċifiku għal rufinamide. Il-kura għandha tkun ta’ appoġġ u tista’ tinkludi emodijalisi (ara sezzjoni 5.2).

Dożaġġ multiplu ta’ 7,200 mg/kuljum ma’ kien assoċjat mal-ebda sinjali jew sintomi maġġuri.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: antiepilettiċi, derivattivi tal-carboxamide; Kodiċi ATC: N03AF03.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Rufinamide jimmodula l-attività tal-kanali tas-sodium, u jtawwal l-istat inattiv tagħhom. Rufinamide hu attiv fil-medda ta’ mudelli ta’ annimali bl-epilessija.

Esperjenza klinika

Inovelon (pilloli rufinamide) ingħata fi studju double-blind, ikkontrollat bi plaċebo, f’dożi sa

45 mg/kg/kuljum għal 84 jum, lil 139 pazjent b’aċċessjonijiet ikkontrollati b’mod inadegwat assoċjati mas-sindrome ta’ Lennox-Gastaut (li jinkludu kemm aċċessjonijiet ta’ assenza atipika u attakki ta’ waqgħat). Pazjenti rġiel u nisa (li kellhom bejn 4 u 30 sena) kienu eliġibbli jekk kellhom storja medika ta’ tipi ta’ aċċessjonijiet multipli, li kellhom jinkludu aċċessjonijiet ta’ assenza atipika u drop attacks (i.e., aċċessjonijiet toniċi-atoniċi jew aċċessjonijiet astatiċi); li kienu qed jiġu kkurati b’minn 1 sa

3 dożi fissi ta’ prodotti mediċinali antiepilettiċi fl-istess ħin; minimu ta’ 90 aċċessjoni fix-xahar ta’ qabel il-perjodu ta’ 28 jum fil-linja bażi; EEG fi żmien 6 xhur mid-dħul fl-istudju li juri xejra ta’ kumplessi spike-and-wave (2.5 Hz) bil-mod; piż ta’ mill-inqas 18 kg; u CT scan jew studju MRI li jikkonfermaw l-assenza ta’ leżjoni progressiva. L-aċċessjonijiet kollha ġew ikklassifikati skont l- International League Against Epilepsy Revised Classification of Seizures. Minħabba li huwa diffiċli għal persuni li jieħdu ħsieb il-pazjenti li jisseparaw b’mod preċiż aċċessjonijiet toniċi u atoniċi, il- panel ta’ esperti internazzjonali ta’ newroloġisti tat-tfal qabel li jgħaqqad dawn it-tipi ta’ aċċessjonijiet u jsejħilhom aċċessjonijiet toniċi-atoniċi jew “drop attacks”. Bħala tali, drop attacks intużaw bħala wieħed mill-punti aħħarin primarji. Titjib sinifikanti ġie osservat għat-tliet varjabbli primarji kollha: il- bidla perċentwali fil-frekwenza totali ta’ aċċessjonijiet għal kull 28 jum waqt il-fażi ta’ manteniment meta mqabbla mal-linja bażi (-35.8% fuq Inovelon vs. -1.6% fuq il-placebo, p=0.0006), in-numru ta’ aċċessjonijiet toniċi-atoniċi (-42.9% fuq Inovelon vs. 2.2% fuq il-placebo, p = 0.0002), u l-klassika tas-severità tal-aċċessjoni mill-Evalwazzjoni Globali mwettqa mill-ġenitur/gwardjan fl-aħħar tal-fażi double-blind (titjib tajjeb jew tajjeb ħafna fi 32,2% fuq Inovelon vs. 14.5% fuq il-parti tal-istudju dwar il-placebo, p=0.0041).

Ukoll, Inovelon (rufinamide suspensjoni orali) ingħata fi studju multiċentriku, open-label, li qabbel iż- żieda ta’ rufinamide maż-żieda ta’ kwalunkwe AED ieħor tal-għażla tal-investigatur mal-kors eżistenti ta’ minn 1 sa 3 AEDs f’pazjenti pedjatriċi, li kellhom minn sena sa inqas minn 4 snin, b’LGS li ma kinux ikkontrollati b’mod adegwat. F’dan l-istudju, 25 pazjent ġew esposti għal rufinamide bħala terapija miżjuda għal 24 ġimgħa f’doża ta’ sa 45 mg/kg/jum, f’2 dożi maqsumin. Total ta’ 12-il pazjent irċivew kwalunkwe AED ieħor fid-deskrizzjoni tal-investigatur fil-parti tal-istudju dwar il-

kontroll. L-istudju kien maħsub l-aktar għas-sigurtà, u ma kienx imfassal b’mod adegwat tajjeb biżżejjed biex juri differenza fir-rigward tal-varjabbli tal-effikaċja tal-aċċessjonijiet. Il-profil tal-effetti avversi kien simili għal dik fi tfal li kellhom 4 snin, u pazjenti anzjani, adolexxenti, u adulti. Barra minn hekk, l-istudju investiga l-iżvilupp konjittiv, l-imġiba, u l-iżvilupp tal-lingwa ta’ individwi kkurati b’rufinamide meta mqabbel ma’ individwi li kienu qed jirċievu kwalunkwe AED ieħor. Il- bidla medja tal-Least Squares tal-punteġġ taċ-Child Behaviour Checklist (CBCL) Total Problems wara sentejn ta’ kura kienet score 53.75 għall-grupp ta’ kwalunkwe AED ieħor, u 56.35 għall-grupp ta’ rufinamide (differenza medja ta’ LS ta’ [95% CI] +2.60 [-10.5,15.7]; P=0.6928), u d-differenza bejn il-kuri kienet ta’ -2.776 (95% CI: -13.3, 7.8, P=0.5939). Madankollu, minħabba l-limitazzjonijiet tad- dejta disponibbli, l-istudju kien inkonklussiv fir-rigward tal-effikaċja.

Immudellar farmakokinetiku/farmakodinamiku tal-popolazzjoni wera li t-tnaqqis fil-frekwenza ta’ aċċessjonijiet totali u toniċi-atoniċi, it-titjib fl-evalwazzjoni totali tas-severità tal-aċċessjonijiet u ż- żieda fil-probabbilità ta’ tnaqqis fil-frekwenza tal-aċċessjonijiet kienu dipendenti fuq il- konċentrazzjonijiet ta’ rufinamide.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Il-livelli massimi fil-plażma jintlaħqu madwar 6 sigħat wara l-għoti. L-ogħla konċentrazzjoni (Cmax) u l-AUC fil-plażma ta’ rufinamide jiżdiedu proporzjonalment inqas b’dożi f’individwi u f’pazjenti fl- istat sajjem u dawk li jkunu kielu, probabbilment minħabba l-imġiba tal-assorbiment limitat mid-doża. Wara dożi waħdiet, l-ikel iżid il-bijodisponibilità (AUC) ta’ rufinamide b’madwar 34%, u l-ogħla konċentrazzjoni fil-plażma b’56%.

Intwera li Inovelon suspensjoni orali u Inovelon pilloli miksija b’rita huma bijoekwivalenti.

Distribuzzjoni

Fi studji in-vitro porzjon żgħir ħafna biss ta’ rufinamide (34%) kien imwaħħal mal-proteini tas-serum tal-bniedem, bl-albumina li kienet tammonta għal madwar 80% ta’ dan it-twaħħil. Dan jindika riskju minimu ta’ interazzjonijiet bejn mediċina u oħra permezz tal-ispostament mis-siti tat-twaħħil waqt l- għoti flimkien ta’ sustanzi oħrajn. Rufinamide kien mifrux b’mod ugwali bejn l-eritroċiti u l-plażma.

Bijotrasformazzjoni

Rufinamide jiġi kważi mneħħi b’mod esklussiv permezz tal-metaboliżmu. Il-passaġġ ewlieni tal- metaboliżmu hi l-idrolisi tal-grupp carboxylamide għad-derivat tal-aċidu farmakoloġikament inattiv CGP 47292. Il-metaboliżmu medjat minn ċitokrom P450 hu minuri ħafna. Il-formazzjoni ta’ ammonti żgħar ta’ konjugati ta’ glutathione ma tistax tiġi eskluża kompletament.

Rufinamide wera ftit jew xejn kapaċità sinifikanti in-vitro biex jaġixxi bħala inibitur kompettiv jew ibbażat fuq il-mekkaniżmu tal-enzimi umani P450 li ġejjin: CYP1A2, CYP2A6, CYP2C9, CYP2C19, CYP2D6, CYP2E1, CYP3A4/5 jew CYP4A9/11-2.

Eliminazzjoni

Il-half-life tat-tneħħija mill-plażma hi ta’ madwar 6-10 sigħat f’individwi b’saħħithom u pazjenti bl- epilessija. Meta jingħata darbtejn kuljum f’intervalli ta’ 12-il siegħa, rufinamide jakkumula sal-grad imbassar mill-half life terminali tiegħu, li jindika li l-farmakokinetika ta’ rufinamide tiddependi fuq il- ħin (i.e. m’hemm l-ebda awtoinduzzjoni tal-metaboliżmu).

Fi studju li sar b’radiotracer fuq tliet volontieri b’saħħithom, il-kompost ewlieni (rufinamide) kien il- komponent radjuattiv ewlieni fil-plażma li jirrappreżenta madwar 80% tar-radjuattività totali, u l- metabolit CGP 47292 li kien jikkostitwixxi madwar 15% biss. It-tneħħija mill-kliewi kienet ir-rotta ewlenija tat-tneħħija għal materjal relatat mas-sustanza attiva, u dan kien jammonta għal 84.7% tad- doża.

Linearità/nuqqas ta’ linearità:

Il-bijodisponibilità ta’ rufinamide tiddependi fuq id-doża. Hekk kif id-doża tiżdied, il-bijodisponibilità tonqos.

Il-farmakokinetika fi gruppi ta’ pazjenti speċjali

Sess

Immudellar farmakokinetiku tal-popolazzjoni intuża biex jevalwa l-influwenza tas-sess fuq il- farmakokinetika ta’ rufinamide. Dawn l-evalwazzjonijiet jindikaw li s-sess ma jaffettwax il- farmakokinetika ta’ rufinamide b’mod klinikament rilevanti.

Indeboliment tal-kliewi

Il-farmakokinetika ta’ doża waħda ta’ 400 mg ta’ rufinamide ma tinbidilx f’individwi li jkollhom indeboliment kroniku jew sever tal-kliewi meta mqabbel ma’ voluntieri b’saħħithom. Madankollu, il- livelli fil-plażma tnaqqsu b’madwar 30% meta ġiet applikata l-emodijalisi wara l-għoti ta’ rufinamide, u dan jissuġġerixxi li din tkun proċedura utli f’każ ta’ doża eċċessiva (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.9).

Indeboliment tal-fwied

Ma saru l-ebda studji fuq pazjenti b’indeboliment tal-fwied u għalhekk Inovelon m’għandux jingħata lil pazjenti b’indeboliment sever tal-fwied (ara sezzjoni 4.2).

Anzjani

Studju farmakokinetiku f’voluntiera b’saħħithom akbar fl-età ma weriex differenza sinifikanti fil- parametri farmakokinetiċi meta mqabbla ma’ adulti iżgħar.

Tfal (1-12-il sena)

It-tfal ġeneralment għandhom rata ta’ tneħħija aktar baxxa ta’ rufinamide, u din id-differenza hi relatata mal-piż tal-ġisem. Ma sarux studji fuq trabi tat-twelid jew trabi u tfal żgħar li għandhom inqas minn sena.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika ma wrew l-ebda perikli b’dożi klinikament rilevanti.

Tossiċitajiet osservati fil-klieb f’livelli simili għall-esposizzjoni umana fid-doża massima rrakkomandata kienu tibdil fil-fwied, li jinkludi emboli fil-bila, kolestasi u żidiet fl-enzimi tal-fwied li hu maħsub li huma relatati ma’ żieda fit-tnixxija tal-bili f’din l-ispeċi. Ma kienet identifikata l-ebda evidenza ta’ riskju fl-istudji dwar dwar tossiċità minn dożi ripetuti fil-firien u x-xadini.

Fi studji dwar it-tossiċità fir-riproduzzjoni u l-iżvilupp, kien hemm tnaqqis fit-tkabbir tal-fetu u s- sopravivenza, u xi frieħ li twieldu mejta minħabba t-tossiċità fl-omm. Madankollu, ma ġew osservati l- ebda effetti fuq il-morfoloġija u l-funzjoni, li jinkludu t-tagħlim jew il-memorja, fil-frieħ. Rufinamide ma kienx teratoġeniku fil-ġrieden, fil-firien jew fil-fniek.

Il-profil tat-tossiċità ta’ rufinamide f’annimali ġuvenili kien simili għal dak f’annimali adulti. Tnaqqis fiż-żieda fil-piż tal-ġisem ġie osservat kemm f’firien u klieb ġuvenili kif ukoll adulti. Ġiet osservata tossiċità ħafifa fil-fwied f’annimali ġuvenili kif ukoll f’annimali adulti f’livelli ta’ esponiment li kienu aktar baxxi minn, jew simili għal dawk li ntlaħqu fil-pazjenti. Ir-riversibbiltà tas-sejbiet kollha ntweriet wara t-twaqqif tal-kura.

Rufinamide ma kienx ġenotossiku u ma kellu l-ebda potenzjal karċinoġeniku. Effett avvers mhux osservat fi studji kliniċi, imma li deher fl-annimali f’livelli ta’ espożizzjoni simili għal-livelli ta’ espożizzjoni klinika u b’rilevanza possibbli għall-użu fil-bniedem, kienet majelofibrożi tal-mudullun fl-istudju dwar il-karċinoġeniċità fil-ġrieden. Neoplażmi beninnji tal-għadam (osteomi) u iperstosi osservati fil-ġrieden, kienu kkunsidrati bħala riżultat tal-attivazzjoni ta’ virus speċifiku fil-ġrieden minn joni tal-fluoride li jiġu rilaxxati waqt il-metaboliżmu ossidattiv ta’ rufinamide.

Dwar il-potenzjal immunotossiku, involuzzjoni żgħira tat-timu u involuzzjoni tat-timu ġew osservati fil-klieb fi studju li dam 13-il ġimgħa, b’rispons sinifikanti f’dożi għoljin fi klieb irġiel. Fl-istudju li dam 13-il ġimgħa, il-mudullun ta’ klieb nisa u t-tibdil fil-limfojde kienu rrappurtati f’dożi għoljin

b’inċidenza dgħajfa. Fil-firien, tnaqqis fiċ-ċellularità tal-mudullun u atrofija tat-timu kienu osservati fl-istudju karċinoġeniku biss.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Microcrystalline cellulose (E460) Carmellose sodium (E466) Hydroxyethylcellulose

Citric acid, anhydrous (E330)

Emulsjoni ta’ simeticone, 30% li fiha benzoic acid, cyclotetrasiloxane, dimethicone, glycol stearate and glyceryl distearate, methylcellulose, PEG-40 stearate (polyethylene glycol stearate), polysorbate 65, silica gel, sorbic acid, sulphuric acid u ilma.

Poloxamer 188

Methyl parahydroxybenzoate (E218) Propyl parahydroxybenzoate (E216) Propylene glycol (E1520).

Potassium sorbate (E202)

Sorbitol (E420), liquid (non-crystallising) Togħma tal-larinġ

Ilma

6.2 Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Tliet snin.

Wara li jinfetaħ għall-ewwel darba: 90 jum.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali. Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara l-ewwel ftuħ tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Flixkun oriented-polyethylene terephthalate (o-PET) b’tapp tal-polypropylene (PP) li ma jistax jinfetaħ mit-tfal; kull flixkun fih 460 ml ta’ suspensjoni f’kaxxa ta’ barra tal-kartun.

Kull kaxxa tal-kartun fiha flixkun wieħed, żewġ siringi identiċi kkalibrati għal dożaġġ orali u press-in- bottle adapter (PIBA). Is-siringi għal dożaġġ orali huma ggradwati f’inkrementi ta’ 0.5 ml.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Preparazzjoni: Il-press-in-bottle adapter (PIBA) li hu fornut fil-kaxxa tal-kartun tal-prodott għandu jiddaħħal sew ġol-għonq tal-flixkun qabel l-użu u jibqa’ hemmhekk għal kemm idum jintuża l-flixkun. Is-siringa għad-dożaġġ għandha tiddaħħal ġol-PIBA u d-doża għandha tinġibed mill-ġol flixkun maqlub ta’ taħt fuq. L-għatu għandu jitpoġġa f’postu wara kull użu. L-għatu jaqbel bl-eżatt meta l- PIBA ikun f’postu.

Rimi: L-ebda ħtiġijiet speċjali għar-rimi.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7. DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Eisai Limited, European Knowledge Centre, Mosquito Way, Hatfield, Hertfordshire, AL10 9SN, Ir- Renju Unit

8. NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/06/378/017

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 16 ta’ Jannar, 2007

Data tal-aħħar tiġdid: 09 ta’ Jannar 2012

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati