Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
Agħżel il-lingwa tas-sit

Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva (Irbesartan Hydrochlorothiazide Winthrop) (irbesartan / hydrochlorothiazide) - C09DA04

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaIrbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva (Irbesartan Hydrochlorothiazide Winthrop)
Kodiċi ATCC09DA04
Sustanzairbesartan / hydrochlorothiazide
Manifattursanofi-aventis groupe  

Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva1

irbesartan/idroklorotijażide (hydrochlorothiazide)

Dan huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni (EPAR) għal Irbesartan

Hydrochlorothiazide Zentiva. Dan jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill- Bniedem (CHMP) ivvaluta l-mediċina sabiex wasal għall-opinjoni favorevoli tiegħu li tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kundizzjonijiet ta’ użu għal Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva.

X'inhu Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva?

Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva huwa mediċina li fiha żewġ sustanzi attivi, l-irbesartan u l- idroklorotijażide. Jiġi bħala pilloli (150 mg jew 300 mg irbesartan u 12.5 mg idroklorotijażide; 300 mg irbesartan u 25 mg idroklorotijażide).

Din il-mediċina hija l-istess bħal CoAprovel, li hija diġà awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE). Il- kumpanija li tipproduċi CoAprovel qablet li t-tagħrif xjentifiku tagħha jista' jintuża għal Irbesartan

Hydrochlorothiazide Zentiva.

Għal xiex jintuża Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva?

Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jintuża f'adulti li għandhom ipertensjoni essenzjali (pressjoni tad-demm għolja) li mhijiex ikkontrollata adegwatament bl-irbesartan jew bl-idroklorotijażide meħudin waħedhom. ‘Essenzjali’ tfisser li l-ipertensjoni ma jkollhiex kawża evidenti.

Il-mediċina tista’ tinkiseb biss b’riċetta tat-tabib.

Kif jintuża Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva?

Id-doża ta' Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva li għandha tintuża tiddependi mid-doża ta' irbesartan jew ta' idroklorotijażide li l-pazjent kien qiegħed jieħu qabel. Mhuwiex rakkomandat dożaġġ

1 Dak li qabel kien magħruf bħala Irbesartan Hydrochlorothiazide Winthrop.

© European Medicines Agency, 2013. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

ogħla minn 300 mg irbesartan jew 25 mg idroklorotijażide darba kuljum. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jista' jintuża flimkien ma' trattamenti oħra għall-ipertensjoni.

Kif jaħdem Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva?

Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva fih żewġ sustanzi attivi, l-irbesartan u l-idroklorotijażide.

L-irbesartan hija tip ta’ ‘antagonista tar-riċetturi tal-anġjotensina II’, jiġifieri sustanza li timblokka l- azzjoni tal-ormon fil-ġisem imsejjaħ anġjotensina II. L-anġjotensina II hija vażokostrittur qawwi

(sustanza li traqqaq l-arterji u l-vini). Billi timblokka r-riċetturi li magħhom is-soltu teħel l-anġjotensina II, l-irbesartan twaqqaf l-ormon milli jkollu effett u b'hekk tħalli l-arterji u l-vini jitwessgħu.

L-idroklorotijażide huwa dijuretiku, li huwa tip ieħor ta’ trattament għall-ipertensjoni. Dan jaħdem billi jżid il-kwantità ta’ awrina li toħroġ mill-ġisem, u b’hekk inaqqas l-ammont ta’ fluwidu fid-demm u jbaxxi l-pressjoni tad-demm.

It-taħlita taż-żewġ sustanzi attivi flimkien għandha effett addittiv, u għandha ħila tnaqqas il-pressjoni tad-demm aktar minn waħda miż-żewġ mediċini meħuda weħidha. Bit-tnaqqis tal-pressjoni tad-demm, jitnaqqsu r-riskji assoċjati ma’ pressjoni għolja tad-demm, bħall-puplesija.

Kif ġie studjat Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva?

Irbesartan waħdu ilu approvat fl-UE bl-ismijiet ta' Karvea u Aprovel mill-1997. Jista' jintuża flimkien mal-idroklorotijażide għat-trattament tal-ipertensjoni. Bħala appoġġ għall-użu ta' Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva, intużaw l-istudji mwettqa b'Karvea/Aprovel flimkien mal-idroklorotijażide bħala pilloli separati. Twettqu wkoll aktar studji b'dożaġġi ta' 300 mg irbesartan f'kombinazzjoni ma' 25 mg idroklorotijażide. Il-kejl ewlieni tal-effikaċja kien it-tnaqqis tal-pressjoni tad-demm dijastolika (pressjoni tad-demm imkejla bejn żewġ taħbitiet tal-qalb).

X'benefiċċji wera Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva waqt l-istudji mwettqa?

Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva rriżulta aktar effikaċi mill-plaċebo (trattament finta) u mill- idroklorotijażide waħdu fit-tnaqqis tal-pressjoni tad-demm dijastolika. Żieda fid-dożaġġ għal 300 mg irbesartan u 25 mg idroklorotijażide jista' jwassal għal iktar tnaqqis fil-pressjoni tad-demm.

X'inhuma r-riskji assoċjati ma' Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva?

L-effetti sekondarji l-aktar komuni b'Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva (li dehru f'bejn pazjent 1 u

10 minn 100) huma sturdament, nawżea (dardir) jew remettar, disturbi urinarji, għeja kbira u żieda fil- livelli tan-nitroġenu urejku tad-demm (blood urea nitrogen, BUN, prodott ta' skart mill-proteini), tal- kreatinina (prodott ta' skart mill-muskoli) u kreatina kinażi (creatine kinase, enzima li tinsab fil- muskoli). Għal-lista sħiħa tal-effetti sekondarji rrappurtati b'Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva, ara l-fuljett ta' tagħrif.

Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva ma għandux jintuża f'persuni li jistgħu jkunu ipersensittivi (allerġiċi) għal irbesartan, għall-idroklorotijażide, għas-sulfonamidi, jew għal kwalunkwe ingredjent ieħor. Ma għandux jintuża lanqas minn nisa li jkollhom aktar minn tliet xhur tqala. Mhuwiex rakkomandat li jintuża waqt l-ewwel tliet xhur tat-tqala. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva ma għandux jintuża wkoll minn pazjenti li jbatu minn problemi gravi fil-fwied, kliewi jew problemi biljari, persuni li jkollhom livelli wisq baxxi ta' potassju fid-demm, jew livelli wisq għoljin ta' kalċju fid-demm.

Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva

Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva ma għandux jintuża flimkien ma’ mediċini li fihom l-aliskiren (użat fil-kura tal-ipertensjoni essenzjali) f’pazjenti bid-dijabete, jew insuffiċjenza moderata jew gravi fil-kliewi. Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva għandu jintuża b'kawtela meta użat ma' mediċini oħra li jkollhom effett fuq il-livelli ta' potassju fid-demm. Il-lista sħiħa ta' dawn il-mediċini tinsab fil- fuljett ta' tagħrif.

Għaliex ġie approvat Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva?

Is-CHMP iddeċieda li l-benefiċċji ta’ Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva huma akbar mir-riskji tiegħu u għaldaqstant irrakkomanda li jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Aktar tagħrif dwar Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal Irbesartan Hydrochlorothiazide Winthrop fid-19 ta’ Jannar 2007. L-isem tal-mediċina nbidel u sar Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva fis-6 ta’ Frar 2012.

L-EPAR sħiħ ta’ Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva jinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European Public Assessment Reports. Għal aktar informazzjoni rigward il-kura b’Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva, aqra l-fuljett ta' tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’ 07-2013.

Irbesartan Hydrochlorothiazide Zentiva

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati