Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Jakavi (ruxolitinib (as phosphate)) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XE18

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaJakavi
Kodiċi ATCL01XE18
Sustanzaruxolitinib (as phosphate)
ManifatturNovartis Europharm Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent Jakavi 5 mg pilloli

Jakavi 10 mg pilloli Jakavi 15 mg pilloli Jakavi 20 mg pilloli ruxolitinib

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta' mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Jakavi u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Jakavi

3.Kif għandek tieħu Jakavi

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Jakavi

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Jakavi u għalxiex jintuża

Jakavi fih is-sustanza attiva ruxolitinib.

Jakavi jintuża sabiex jikkura pazjenti adulti b’milsa mkabbra jew b’sintomi marbuta ma’ mjelofibrożi, forma rari ta’ kanċer tad-demm.

Jakavi jintuża wkoll sabiex jikkura pazjenti b’poliċitemija vera li jkunu reżistenti jew intolleranti għal hydroxyurea.

Kif jaħdem Jakavi

Waħda mill-karatteristiċi ta’ mjelofibrożi hi t-tkabbir tal-milsa. Il-mjelofibrożi hi disturb tal-mudullun, fejn il-mudullun jinbidel fil-merk tal-ferita. Il-mudullun mhux normali ma jkunx jista jipproduċi aktar biżżejjed ċelloli normali tad-demm u bħala riżultat il-milsa tikber mhux ħażin. Billi jimblokka l- azzjoni ta’ ċerti enzimi (imsejħa Kinasi Assoċjat ma’ Janus), Jakavi jista’ jnaqqas id-daqs tal-milsa f’pazjenti b’mjelofibrożi u jserraħ lil dak li jkun minn sintomi bħalma huma deni, għaraq billejl, uġigħ fl-għadam u telf tal-piż f’pazjenti bi mjelofibrożi. Jakavi jista’ jgħinek tnaqqas ir-riskju ta’ kumplikazzjonijiet tad-demm jew vaskulari serji.

Poliċitemija vera hija disturb tal-mudullun, fejn il-mudullun jipproduċi wisq ċelloli ħomor tad-demm. Id-demm jeħxien bħala riżultat taż-żieda fiċ-ċelloli ħomor tad-demm. Jakavi jista’ jtaffi s-sintomi u jnaqqas id-daqs tal-milsa u l-volum taċ-ċelloli ħomor prodotti f’pazjenti b’poliċitemija vera billi jimblokka b’mod selettiv enzimi msejħa Janus Associated Kinases (JAK1 u JAK2), sabiex b’hekk potenzjalment inaqqas ir-riskju ta’ kumplikazzjonijiet vaskulari jew tad-demm serji.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif jaħdem Jakavi jew għala din il-mediċina ngħatat lilek, staqsi lit- tabib tiegħek.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Jakavi

Imxi sew mal-istruzzjonijiet li tak it-tabib. Dawn jistgħu jkunu differenti mit-tagħrif ġenerali li hemm f’dan il-fuljett.

Tiħux Jakavi

-jekk inti allerġiku għal ruxolitinib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

-jekk inti tqila jew qed tredda’.

Jekk kwalunkwe waħda minn dawn tgħodd għalik, kellem lit-tabib tiegħek li mbagħad jiddeċiedi jekk għandekx tibda t-trattament b'Jakavi.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Jakavi

-jekk tbati minn xi infezzjonijiet. Jista’ jkun hemm bżonn li tittratta l-infezzjoni li għandek qabel tibda tieħu Jakavi. Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qatt kellek it-tuberkulosi jew jekk ġejt f’kuntatt mill-qrib ma’ xi ħadd li għandu jew kellu t-tuberkulosi. It-tabib tiegħek jista’ jagħmel testijiet biex jara jekk għandekx it-tuberkulosi jew kwalunkwe infezzjoni oħra. Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qatt kellek l-epatite B.

-jekk għandek xi problemi fil-kliewi. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jagħtik doża different ta’

Jakavi.

-jekk għandek jew qatt kellek xi problemi fil-fwied. It-tabib tiegħek jista' jkollu bżonn jagħtik doża differenti ta' Jakavi.

-jekk qed tieħu mediċini oħrajn (ara s-sezzjoni “Mediċini oħra u Jakavi”).

-jekk qatt kellek tuberkulosi.

-jekk qatt kellek kanċer tal-ġilda.

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek matul it-trattament tiegħek b’Jakavi

-jekk tesperjenza xi tbenġil u/jew fsada għal għarrieda, għejja mhux tas-soltu, qtugħ ta' nifs inti u tagħmel l-eżerċizzju jew waqt li mistrieħ, ġilda ċassa f’daqqa, jew infezzjonijiet spissi (dawn huma sinjali ta’ disturbi fid-demm).

-jekk qed tesperjenza deni, irjiħat jew sintomi ta’ infezzjonijiet oħrajn.

-jekk tesperjenza sogħla kronika bi bżieq imċappas bid-demm, deni, għaraq bil-lejl u telf ta’ piż (dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ tuberkulosi).

-jekk għandek xi sintomu minn dawn li ġejjin jew jekk xi ħadd viċin tiegħek jinnota li għandek xi sintomi minn dawn: konfużjoni jew diffikultà biex taħseb, telf tal-bilanċ jew diffikultà biex timxi, guffaġni, diffikultà biex titkellem, nuqqas ta’ saħħa jew dgħufija fuq naħa waħda tal-

ġisem, vista mċajpra u/jew telf tal-vista. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ infezzjoni serja fil-moħħ u t-tabib tiegħek jista’ jissuġġerixxi aktar testijiet u segwitu.

-jekk tiżviluppa xi raxx tal-ġilda bl-infafet (dawn huma sinjali ta’ ħruq ta’ Sant’Antnin).

-jekk tinnota bidliet fil-ġilda. Dan jista’ jirrikjedi osservazzjoni ulterjuri, minħabba li ġew irrapportati ċerti tipi ta’ kanċer tal-ġilda (non-melanoma).

Testijiet tad-demm

Qabel ma tibda bit-trattament tiegħek b’Jakavi, it-tabib tiegħek se jagħmillek testijiet tad-demm biex jiddetermina b'liema doża l-aħjar li jibdielek. Se jkollok bżonn tagħmel aktar testijiet tad-demm matul it-trattament biex b’hekk it-tabib tiegħek ikun jista’ jiċċekkja l-ammont ta’ ċelloli tad-demm (ċelloli bojod, ċelloli ħomor u plejtlits) f’ġismek u jevalwa kif qed tirrispondi għat-trattament u jekk Jakavi hux qed ikollu xi effett mhux mixtieq fuq dawn iċ-ċelloli. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġustalek id-doża jew iwaqqaflek it-trattament. It-tabib tiegħek se jiċċekkjak bir-reqqa biex jara hemmx sinjali jew sintomi ta’ infezzjoni qabel ma jinbeda t-trattament b’Jakavi u waqtu. It-tabib tiegħek se jiċċekkja wkoll b’mod regolari l-livell tal-lipidi (xaħam) fid-demm tiegħek.

Twaqqif ta’ Jakavi

Meta tieqaf tieħu Jakavi, is-sintomi mjelofibrożi jistgħu jerġgħu fjeġġu. It-tabib tiegħek jista’ jkun irid inaqqas bil-mod il-mod l-ammont ta' Jakavi li tieħu kuljum, qabel ma jwaqqafu għal kollox.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina mhix maħsuba għall-użu fi tfal jew adolexxenti ta’ età anqas minn 18-il sena peress li ma ġietx studjata f’dan il-grupp ta’ età.

Mediċini oħra u Jakavi

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Hu mill-aktar importanti li ssemmi kwalunkwe waħda mill-mediċini li ġejjin li fihom xi waħda mis- sustanzi attivi li ġejjin, minħabba li t-tabib tiegħek jaf ikollu bżonn jaġġustalek id-doża ta’ Jakavi.

Dawn li ġejjin jistgħu jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji b’Jakavi:

-Xi mediċini użati għat-trattament ta’ infezzjonijiet. Dawn jinkludu mediċini użati biex wieħed jittratta l-mard tal-moffa (bħalma huma ketoconazole, itraconazole, posaconazole, fluconazole u voriconazole), mediċini użati biex wieħed jittratta ċerti tipi ta’ infezzjonijiet batteriċi (antibijotiċi bħalma huma clarithromycin, telithromycin, ciprofloxacin, jew erythromycin), mediċini biex jittrattaw infezzjonijiet virali, li jinkludu infezzjoni tal-HIV/AIDS (bħalma huma amprenavir, atazanavir, indinavir, lopinavir/ritonavir, nelfinavir, ritonavir, saquinavir), mediċini biex jittrattaw l-epatite Ċ (boceprevir, telaprevir).

-Nefazodone, mediċina biex tittratta d-dipressjoni.

-Mibefradil jew diltiazem, mediċini biex jittrattaw il-pressjoni għolja u l-angina pectoris kronika.

-Cimetidine, mediċina biex tittratta l-aċdu fl-istonku.

Dawn li ġejjin jistgħu jnaqqsu l-effettività ta’ Jakavi:

-Avasimibe, mediċina biex tittratta l-mard tal-qalb.

-Phenytoin, carbamazepine jew phenobarbital u anti-epilettiċi oħrajn użati biex iwaqqfu l- aċċessjonijiet.

-Rifabutin jew rifampicin, mediċini użati biex jittrattaw it-tuberkolożi (TB).

-St. John’s Wort (Hypericum perforatum), prodott mill-ħxejjex użat biex jittratta d-dipressjoni.

Waqt li qed tieħu Jakavi m’għandek qatt tibda tieħu mediċina ġdida mingħajr l-ewwel ma tiċċekkja mat-tabib li ordnalek Jakavi. Dan jinkludi mediċini bir-riċetta tat-tabib, mediċini mingħajr ir-riċetta tat-tabib u mediċini mill-ħxejjex jew alternattivi.

Tqala u treddigħ

Tiħux Jakavi waqt it-tqala. Kellem lit-tabib tiegħek dwar kif tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tevita li toħroġ tqila inti u tieħu t-trattament b’Jakavi.

Treddax waqt li qed tieħu Jakavi. Jekk qed tredda’, għid lit-tabib tiegħek.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk tħossok stordut wara li tieħu Jakavi, issuqx jew tħaddem magni.

Jakavi fih il-lattosju

Jakavi fih il-lattosju (zokkor tal-ħalib). Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta' zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu Jakavi

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża ta’ Jakavi tiddependi mill-ammont ta’ ċelloli tad-demm tal-pazjent. It-tabib tiegħek se jkejjel l-ammont ta’ ċelloli tad-demm fil-ġisem tiegħek u jara liema hi l-aħjar doża għalik, l-aktar jekk għandek problemi ta’ fwied jew kliewi.

-Id-doża tal-bidu rrakkomandata fi mjelofibrożi hija ta’ 15 mg darbtejn kuljum jew 20 mg darbtejn kuljum, jiddependi mill-ammont tiegħek ta’ ċelloli tad-demm.

-Id-doża tal-bidu rrakkomandata f’poliċitemija vera hija ta’ 10 mg darbtejn kuljum, skont l- ammont ta’ ċelloli tad-demm tiegħek.

-L-ogħla doża hi ta’ 25 mg darbtejn kuljum.

It-tabib tiegħek dejjem se jgħidlek eżattament kemm il-pillola ta’ Jakavi għandek tieħu.

Waqt it-trattament it-tabib tiegħek jista' jirrakkomandalek doża anqas jew ogħla jekk ir-riżultati tat- testijiet tad-demm juru li dan hu meħtieġ, jekk għandek problemi fil-fwied jew il-kliewi, jew jekk ikollok bżonn ukoll ta’ trattament b’ċerti mediċini oħrajn.

Jekk qiegħed fuq dijaliżi, ħu doża waħda jew żewġ dożi separati ta' Jakavi dakinhar tad-dijaliżi biss, wara li tkun spiċċajt tieħu d-dijaliżi. It-tabib tiegħek se jgħidlek jekk għandekx tieħu doża waħda jew tnejn u kemm-il pillola għandek tieħu għal kull doża.

Inti għandek tieħu Jakavi kuljum fl-istess ħin, mal-ikel jew waħdu.

Għandek tibqa’ tuża Jakavi sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek. Dan hu trattament fit-tul.

It-tabib tiegħek se jiċċekkja regolarment il-kundizzjoni tiegħek biex ikun ċert li t-trattament qed iħalli l-effett mixtieq.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar għal kemm żmien għandek tibqa’ tieħu Jakavi, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk ikollok ċerti effetti sekondarji (eż. disturbi fid-demm), it-tabib tiegħek jaf ikollu bżonn ibiddel l- ammont ta’ Jakavi li għandek tieħu jew jgħidlek biex tieqaf tieħu Jakavi għal xi żmien.

Jekk tieħu Jakavi aktar milli suppost

Jekk bi żball tieħu aktar Jakavi milli jkun kitiblek it-tabib, ikkuntattja t-tabib jew l-ispiżjar tiegħek minnufih.

Jekk tinsa tieħu Jakavi

Jekk tinsa tieħu Jakavi sempliċiment ħu d-doża li jkun imissek meta suppost. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Jakavi

Jekk twaqqaf it-trattament tiegħek b’Jakavi s-sintomi relatati mal-mjelofibrożi tiegħek jistgħu jerġgħu lura. Għaldaqstant, m’għandekx tieqaf tieħu Jakavi mingħajr ma tiddiskuti qabel mat-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Ħafna mill-effetti sekondarji ta’ Jakavi huma bejn ħfief u moderati u normalment jitilqu wara ftit jiem jew ftit ġimgħat wara t-trattament.

Għid minnufih lit-tabib tiegħek jekk tesperjenza xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin. Xi wħud huma komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda fost 10), uħud huma komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 10):

-kull sinjal ta’ fsada fil-moħħ, bħalma huma bdil għal għarrieda fil-livell ta’ koxjenza, uġigħ ta’ ras persistenti, titrix, tnemnim, dgħufija jew paraliżi (komuni)

-kull sinjal ta’ fsada fl-istonku jew l-imsaren, bħalma huma li tgħaddi ppurgar iswed jew imċappas bid-demm, jew tirremetti d-demm (komuni)

-tbenġil u/jew fsada bla mistenni, għeja mhux tas-soltu, qtugħ ta’ nifs inti u tagħmel l-eżerċizzju jew meta tkun mistrieħ, ġilda bajda mhux tas-soltu, jew infezzjonijiet ta’ spiss (sintomi possibbli ta’ disturbi fid-demm) (komuni ħafna)

-raxx fil-ġilda bl-infafet u l-uġigħ (sintomi possibbli ta’ ħruq ta’ Sant’Antnin (herpes zoster)) (komuni)

-deni, irjiħat jew sintomi oħrajn ta’ infezzjonijiet (komuni ħafna)

-livell baxx taċ-ċelloli l-ħomor tad-demm (anemija), livell baxx taċ-ċelloli l-bojod tad-demm (newtropenija) jew livell baxx tal-plejtlits (tromboċitopenija) (komuni ħafna)

Effetti sekondarji oħrajn b’Jakavi

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10):

-livell għoli ta’ kolesterol jew xaħam fid-demm (ipertrigliċeridemija)

-riżultati mhux normali tal-funzjoni tal-fwied

-sturdament

-uġigħ ta’ ras

-infezzjonijiet fil-passaġġ tal-awrina

-żieda fil-piż

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

-tgħaddi l-gass spiss (gass)

-stitikezza

-pressjoni għolja fid-demm (ipertensjoni), li tista’ tkun ukoll il-kawża ta’ sturdament u uġigħ ta’ ras.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

-tuberkulosi

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Jakavi

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna jew il-folja wara “JIS”.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Jakavi

-Is-sustanza attiva ta’ Jakavi hi ruxolitinib.

-Kull pillola Jakavi tal-5 mg fiha 5 mg ruxolitinib.

-Kull pillola Jakavi tal-10 mg fiha 10 mg ruxolitinib.

-Kull pillola Jakavi tal-15 mg fiha 15 mg ruxolitinib.

-Kull pillola Jakavi tal-20 mg fiha 20 mg ruxolitinib.

-Is-sustanzi l-oħra huma: microcrystalline cellulose, magnesium stearate, colloidal anhydrous silica, sodium starch glycolate, povidone, hydroxypropylcellulose, lactose monohydrate.

Kif jidher Jakavi u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Jakavi tal-5 mg huma pilloli tondi bojod jew kważi bojod b’“NVR” imbuzzata fuq naħa waħda u b’“L5” mbuzzata fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli Jakavi tal-10 mg huma pilloli tondi bojod jew kważi bojod b’“NVR” imnaqqxa fuq naħa waħda u b’“L10” imnaqqxa fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli Jakavi tal-15 mg huma pilloli ovali bojod jew kważi bojod b’“NVR” imbuzzata fuq naħa waħda u b’“L15” mbuzzata fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli Jakavi tal-20 mg huma pilloli tawwalija bojod jew kważi bojod b’“NVR” imbuzzata fuq naħa waħda u b’“L20” mbuzzata fuq in-naħa l-oħra.

Il-pilloli Jakavi huma jiġu fi pakketti b'folji li fihom 14 jew 56 pillola jew pakketti b’ħafna li fihom

168 (3 pakketti ta’ 56) pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

Manifattur

Novartis Pharma GmbH

Roonstrasse 25

90429 Nuremberg

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft. Pharma

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

Novartis Pharma GmbH

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 911 273 0

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Novartis Farmacéutica, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 306 42 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati