Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Jalra (vildagliptin) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - A10BH02

Updated on site: 08-Oct-2017

Isem tal-MediċinaJalra
Kodiċi ATCA10BH02
Sustanzavildagliptin
ManifatturNovartis Europharm Limited

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Jalra 50 mg pilloli

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola fiha 50 mg ta’ vildagliptin.

Eċċipjent b’effett magħruf: Kull pillola fiha 47.82 mg lactose (anidru).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola.

Pillola bajda tagħti ftit fl-isfar, tonda (8 mm dijametru), wiċċ ċatt, b’ xifer imżerżaq. Naħa waħda mnaqqxa b’“NVR”, u n-naħa l-oħra b’“FB”.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Vildagliptin jintuża għall-kura ta’ dijabete mellitus tat-tip 2 fl-adulti:

Bħala monoterapija

-f’pazjenti li mhumiex ikkontrollati b’mod adegwat permezz tad-dieta u tal-eżerċizzju biss u li ma jistgħux jieħdu metformin minħabba li hu kontraindikat jew għax ma jittollerawhx.

Bħala terapija bi tnejn f’kombinazzjoni ma’

-metformin, f’pazjenti li ma jkollhomx kontroll suffiċjenti taz-zokkor fid-demm minkejja li jkunu qed jieħdu l-ogħla doża tollerata ta’ metformin waħdu,

-sulphonylurea, f’pazjenti li ma jkollhomx kontroll suffiċjenti taz-zokkor fid-demm minkejja li jkunu qed jieħdu l-ogħla doża tollerata ta’ sulphonylurea u li ma jistgħux jieħdu metformin minħabba li hu kontra-indikat jew għax ma jittollerawhx,

-thiazolidinedione, f’pazjenti li ma jkollhomx kontroll suffiċjenti taz-zokkor fid-demm u għal min l-użu ta’ thiazolidinedione huwa adattat.

Bħala terapija bi tlieta f’kombinazzjoni ma’

-xi sulphonylurea u metformin meta d-dieta u l-eżerċizzju flimkien ma’ terapija doppja b’dawn il-prodotti mediċinali ma jipprovdux kontroll gliċemiku xieraq.

Vildagliptin huwa wkoll indikat biex jintuża f’kombinazzjoni mal-insulina (ma’ metformin jew mingħajru) meta d-dieta u l-eżerċizzju flimkien ma’ doża stabbli ta’ insulina ma jipprovdux kontroll gliċemiku xieraq.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Adulti

Meta jintuża bħala monoterapija, f’kombinazzjoni ma’ metformin, f’kombinazzjoni ma’ thiazolidinedione, f’kombinazzjoni ma’ metformin u xi sulphonylurea, jew f’kombinazzjoni mal- insulina (ma’ metformin jew mingħajru), id-doża ta’ vildagliptin rakkomandata hija ta’ 100 mg kuljum mogħtija bħala doża waħda ta’ 50 mg filgħodu u doża waħda ta’ 50 mg filgħaxija.

Meta jintuża f’kombinazzjoni doppja ma’ sulphonylurea, id-doża ta’ vildagliptin rakkomandata hija 50 mg kuljum mogħtija filgħodu. F’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti, vildagliptin 100 mg kuljum ma kienitx aktar effettiva minn vildagliptin 50 mg darba kuljum.

Meta jintuża f’kombinazzjoni ma’ sulphonylurea, doża aktar baxxa ta’ sulphonylurea għandha tiġi kkonsidrata sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ ipogliċemija.

Dożi ogħla minn 100 mg mhumiex rakkomandati.

Jekk il-pazjent jinsa jieħu doża ta’ Jalra, għandu jeħodha eżatt meta jiftakar. M’għandhiex tittieħed doża doppja fl-istess ġurnata.

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ vildagliptin bħala terapija orali tripla flimkien ma’ metformin u thiazolidinedione għadhom mhumiex stabbiliti.

Aktar informazzjoni fuq popolazzjonijiet speċjali

Anzjani (≥ 65 sena)

M’hemmx bżonn ta’ aġġustar tad-doża f’pazjenti anzjani (ara wkoll sezzjonijiet 5.1 u 5.2).

Indeboliment renali

M’hemmx bżonn ta’ aġġustamenti fid-doża f’pazjenti b’indeboliment ħafif renali (tneħħija tal- krejatinina ≥ 50 ml/min). F’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi moderat jew qawwi jew b’mard tal- kliewi fl-aħħar stadju (ESRD), id-doża rrakkomandata ta’ Jalra hija ta’ 50 mg darba kuljum (ara wkoll sezzjonijiet 4.4, 5.1 u 5.2).

Indeboliment tal-fwied

Jalra mgħandux jintuża f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied, inklużi pazjenti li jkollhom alanine aminotransferase (ALT) jew aspartate aminotransferase (AST) qabel il-kura > 3 darbiet il-limitu ta’ fuq tan-normal (ULN) (ara wkoll sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Jalra mhux irrakkomandat għall-użu fi tfal u adolexxenti (< 18-il sena). Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Jalra fi tfal u adolexxenti (< 18-il sena) ma ġewx determinati s’issa. Dejta mhux disponibbli (ara wkoll sezzjoni 5.1).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Użu orali

Jalra jista’ jingħata ma’ ikla jew waħdu (ara wkoll sezzjoni 5.2).

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Ġenerali

Jalra mhux sostitut ta’ l-insulina f’pazjenti li jeħtieġu l-insulina. Jalra m’għandux jintuża f’pazjenti b’dijabete tat-tip 1 jew għall-kura ta’ ketoaċidożi dijabetika.

Indeboliment renali

Hemm esperjenza limitata f’pazjenti b’ESRD li qegħdin fuq l-emodijalisi. Għalhekk Jalra għandu jintuża b’kawtela f’dawn il-pazjenti (ara wkoll sezzjonijiet 4.2, 5.1 u 5.2).

Indeboliment tal-fwied

Jalra mgħandux jintuża f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied, inklużi pazjenti li jkollhom ALT jew AST qabel il-kura ta > 3 darbiet l-ULN (ara wkoll sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Monitoraġġ ta’ l-enzimi tal-fwied

Każijiet rari ta’ funzjoni mhux normali tal-fwied (inkluża l-epatite) kienu rrappurtati. F’dawn il- każijiet. il-pazjenti b’mod ġenerali ma kellhomx konsegwenzi kliniċi u r-riżultati tat-testijiet tal- funzjoni tal-fwied reġgħu lura għan-normal wara li twaqfet il-kura. It-testijiet tal-funzjoni tal-fwied għandhom isiru qabel ma tinbeda l-kura b’Jalra sabiex ikun magħruf il-valur tal-linja bażi tal-pazjent. Il-funzjoni tal-fwied għandha tiġi monitorata waqt il-kura b’Jalra f’intervalli ta’ tlett xhur fl-ewwel sena u darba kulltant minn hemm ’l quddiem. Pazjenti li jiżviluppaw żiediet fil-livelli ta’ transaminases għandhom jiġu monitorati b’evalwazzjoni oħra tal-funzjoni tal-fwied sabiex tiġi kkonfermata s-sejba u jibqgħu jiġu segwiti minn hemm ‘l quddiem b’testijiet tal-funzjoni tal-fwied frekwenti sakemm l-anormalità(jiet) jiġi(u) lura għan-normal. Jekk żieda fl-AST jew ALT ta’ 3 darbiet il-ULN jew aktar jippersisti, huwa rakkomandat li t-terapija b’Jalra titwaqqaf.

Pazjenti li jiżviluppaw is-suffejra jew sinjali li jindikaw funzjoni anormali tal-fwied għandhom iwaqqfu Jalra.

Wara t-twaqqif tal-kura b’Jalra u LFT ikun ġie lura għan-normal, il-kura b’Jalra mgħandhiex terġa tinbeda.

Insuffiċejnza kardijaka

Waqt prova klinika b’vildagliptin fost pazjenti bi klassi I-III funzjonali New York Heart Association (NYHA) intwera li trattament b’vildagliptin ma wassalx għal bidla fil-funzjoni tal-ventrikolu tax- xellug jew biex tiggrava l-insuffiċjenza konġestiva tal-qalb eżistenti diġà (CHF) meta mqabbel mal- plaċebo. L-esperjenza klinika ma’ pazjenti bi klassi funzjonali III NYHA ttrattati b’vildagliptin għadha limitata u r-riżultati mhumiex konklussivi (ara sezzjoni 5.1).

M’hemmx esperjenza bl-użu ta’ vildagliptin fi provi kliniċi f’pazjenti bi klassi funzjonali NYHA IV u għalhekk l-użu mhux rakkomandat f’dawn il-pazjenti.

Disturbi fil-ġilda

Feriti fil-ġilda, inklużi bżieżaq u ulċeri kienu irrappurtati fit-truf ta’ xadini fi studji tossikoloġi mhux kliniċi (ara sezzjoni 5.3). Għalkemm feriti fil-ġilda ma dehrux aktar spissi waqt provi kliniċi, kien hemm esperjenza limitata b’pazjenti li kellhom komplikazzjonijiet tal-ġilda minħabba d-dijabete. Barra minn hekk, kien hemm rapporti ta’ bullożi u ta’ feriti esflojattivi tal-ġilda wara t-tqegħid tal- prodott fis-suq. Għalhekk, waqt il-kura ta’ pazjenti dijabetiċi, monitoraġġ ta’ disturbi fil-ġilda, bħall bżieżaq jew ulċeri, huwa rakkomandat.

Pankreatite akuta

L-użu ta’ vildagliptin kien assoċjat ma’ riskju li tiżviluppa pankreatite qawwija. Il-pazjenti għandhom ikunu infurmati dwar is-sintomu karatteristiku ta' pankreatite qawwija.

Jekk hemm suspett ta’ pankreatite, vildagliptin għandu jitwaqqaf; jekk tkun ikkonfermata pankreatite akuta, vildagliptin m’għandux jerġa’ jinbeda. Għandu jkun hemm attenzjoni f’pazjenti b’passat ta’ pankreatite akuta.

Ipogliċemija

Sulphonylureas huma magħrufa li jikkaġunaw ipogliċemija. Pazjenti mogħtija vildagliptin flimkien ma’ sulfhonylurea jista’ jkollhom riskju ta’ ipogliċemija. Għalhekk, doża aktar baxxa ta’ sulphonylurea għandha tiġi kkonsidrata sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ ipogliċemija.

Sustanzi mhux attivi

Il-pilloli fihom lactose. Pazjenti li għandhom problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għall-galactose, nuqqas ta’ Lapp lactase jew malassorbiment tal-glucose-galactose m’għandhomx jieħdu din il- mediċina.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Vildagliptin għandu potenzjali baxx għal interazzjonijiet meta jingħata flimkien ma’ prodotti mediċinali. Peress li vildagliptin mhuwiex sottostrat ta’ l-enzima cytochrome P (CYP) 450 u la jinibixxi u l-anqas jinduċi l-enzimi CYP 450, x’aktarx li ma tinteraġġixxix ma’ sustanzi attivi li huma sottostrati, inibituri jew indutturi ta’ dawn l-enzimi.

Kombinazzjoni ma’ pioglitazone, metformin u glyburide

Riżultati minn studji li saru b’dawn l-antidijabetiċi orali ma wrew l-ebda interazzjonijiet farmakokinetiċi.

Digoxin (sottostrat Pgp), warfarin (sottostrat CYP2C9)

Provi kliniċi li saru b’individwi b’saħħithom ma wrew l-ebda interazzjonijiet farmakonikentiċi. Madankollu, dan ma ġiex stabbilit fil-popolazzjoni milquta.

Kombinazzjoni ma’ amlodopine, ramipril, valsartan jew simvastatin

Studji ta’ interazzjonijiet bejn il-mediċini f’individwi b’saħħithom saru b’amlodipine, ramipril, valsartan u simvastatin. F’dawn l-istudji, ma dehrux interazzjonijiet farmakokinetiċi li kienu klinikament relevanti wara li ngħataw ma’ vildagliptin.

Teħid ma’ inibituri-ACE

Jista’ jkun hemm żieda fir-riskju ta’ anġjoedima f’każ ta’ pazjenti li jieħdu l-prodott ma’ inibituri-ACE (ara sezzjoni 4.8).

Bħal prodotti mediċinali antidijabetiċi orali oħrajn l-effett ipogliċemiku ta’ vildagliptin jista’ jitnaqqas b’ċerti sustanzi attivi, inklużi thiazides, kortikosterojdi, prodotti tat-tirojde u simpatomimetiċi.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx tagħrif biżżejjed dwar l-użu ta’ vildagliptin waqt it-tqalaStudji f’annimali urew effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva b’dożi għoljin (ara sezzjoni 5.3). Ir-riskju li jista jkun hemm fuq in- nies, mhux magħruf. Minħabba nuqqas ta’ dejta fil-bniedem, Jalra m’għandux jintuża waqt it-tqala.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk Jalra jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Studji fl-annimali wrew li vildagliptin jitneħħa fil-ħalib. Jalra m’għandux jintuża waqt it-treddigħ.

Fertilità

Ma saru l-ebda studji dwar l-effett fuq il-fertilità tal-bniedem għal Jalra (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Pazjenti li jaqbadhom sturdament bħala reazzjoni avversa għandhom jevitaw li jsuqu karozzi jew jħaddmu magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil dwar is-sigurtà

Tagħrif dwar is-sigurtà inkiseb minn 3,784 pazjent espost għal vildagliptin b’doża ta’ 50 mg kuljum (darba kuljum) jew 100 mg (50 mg darbtejn kuljum jew 100 mg darba kuljum) fi provi kliniċi kontrollati li damu mill-anqas 12-il ġimgħa. Minn dawn, 2,264 pazjent rċievew vildagliptin waħdu u

1,520 pazjent rċievew vildagliptin f’kombinazzjoni ma’ prodott mediċinali ieħor. 2,682 pazjent kienu kkurati b’vildagliptin 100 mg kuljum (50 mg darbtejn kuljum jew 100 mg darba kuljum) u

1,102 pazjent kienu kkurati b’vildagliptin 50 mg darba kuljum.

Il-parti l-kbira tar-reazzjonijiet avversi f’dawn il-provi kienu ħfief u momentanji, mingħajr ma kienu jeħtieġu twaqqif tal-kura. Ma nstabitx assoċjazzjoni bejn ir-reazzjonijiet avversi u l-età, razza, tul ta’ l- esponiment jew doża ta’ kuljum.

Każijiet rari ta’ funzjoni mhux normali tal-fwied (inkluża l-epatite) kienu rrappurtati. F’dawn il- każijiet, il-pazjenti kienu b’mod ġenerali mingħajr sintomi u ma kellhomx konsegwenzi kliniċi u l- funzjoni tal-fwied marret lura għan-normal wara li twaqqfet il-kura. Minn dejta minn monoterapija kontrollata u provi add-on li damu sa 24 ġimgħa, l-inċidenza ta’ żiediet fl-ALT jew AST kienet

3 darbiet ULN (klassifikata bħala preżenti f’mill-anqas 2 kejliet wara xulxin jew fl-aħħar żjara fuq il-kura) kienu 0.2%, 0.3% u 0.2% għal vildagliptin 50 mg kuljum, vildagliptin 50 mg darbtejn kuljum u l-kumparaturi kollha, rispettivament. Dawn iż-żiediet fit-transaminases kienu ġeneralment mingħajr sintomi, ta’ natura li ma javvanzawx u mhux assoċjati ma’ kolestażi jew suffejra.

Każijiet rari ta’ anġjoedema kienu rrappurtati b’vildagliptin b’rati simili għall-dawk bil-kontroll. Proporzjon akbar ta’ każijiet kienu rrappurtati meta vildagliptin ingħata flimkien ma’ inibitur ta’ l- enzima li tikkonverti l-angiotensin (inibitur-ACE). Il-parti l-kbira tal-każijiet kienu ħfief fil-qawwa u għaddew bit-tkomplija tal-kura b’vildagliptin.

Lista ta’ reazzjonijiet avversi f’tabella

Reazzjonijiet avversi rrappurtati f’pazjenti li rċievew Jalra fi studji double blind bħala monoterapija u terapiji miżjuda huma elenkati hawn taħt għall-kull indikazzjoni bil-klassi ta’ l-organi tas-sistema u frekwenza assoluta. Il-frekwenzi huma definiti bħala komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1,000), rari ħafna (<1/10,000), mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, ir- reazzjonijiet avversi għandhom jitniżżlu skond is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji.

Meta jittieħed flimkien ma’ metformin

Tabella 1 Reazzjonijiet avversi rrappurtati f’pazjenti li rċievew Jalra 100 mg kuljum ma’ metformin fi studji double-blind (N=208)

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni

Ipogliċemija

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Tregħid

Komuni

Uġigħ ta’ ras

Komuni

Strudament

Mhux komuni

Għeja

Disturbi gastro-intestinali

 

Komuni

Tqalligħ

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Fi provi kliniċi bil-kontrol meta vildagliptin 100 mg kuljum ingħata flimkien ma’ metformin, l-ebda twaqqif minħabba reazzjonijiet avversi ma kien irrappurtat kemm fil-gruppi ta’ kura b’vildagliptin 100 mg kuljum flimkien ma’ metformin jew fil grupp tal-plaċebo flimkien ma’ metformin.

Fi studji kliniċi, l-inċidenza ta’ l-ipogliċemija kienet komuni f’pazjenti li kienu qed jirċievu vildagliptin 100 mg kuljum f’kombinazzjoni ma’ metformin (1%) u mhux komuni f’pazjenti li kienu qed jirċievu plaċebo + metformin (0.4%). Ma kienx hemm każijiet ta’ ipogliċemija severa rrappurtati fil-friegħi ta’ vildagliptin.

Fi provi kliniċi, l-piż ma nbidilx mil-linja bażi meta vildagliptin 100 mg kuljum, kien miżjud ma’ metformin (+0.2 kg u -1.0 kg għal vildagliptin u plaċebo, rispettivament).

Provi kliniċi li damu għaddejjin għal aktar minn sentejn ma wrewx xi sinjali oħrajn marbuta mas- sigurtà tal-prodott jew xi riskji mhux imbassra meta vildagliptin kien miżjud ma’ metformin.

Meta jittieħed flimkien ma’ sulphonylurea

Tabella 2 Reazzjonijiet avversi rrappurtati f’pazjenti li rċievew Jalra 100 mg kuljum ma’ sulphonylurea fi studji double-blind (N=170)

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

Rari ħafnaNażofarinġite

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni

Ipogliċemija

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Tregħid

Komuni

Uġigħ ta’ ras

Komuni

Strudament

Komuni

Astenja

Disturbi gastro-intestinali

 

Mhux komuni

Stitikezza

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Fi provi kliniċi bil-kontroll meta vildagliptin 50 mg ingħata ma’ sulphonylurea, l-inċidenza globali tat- twaqqif minħabba reazzjonijiet avversi kienet 0.6% fil-grupp ta’ kura b’vildagliptin 50 mg ma’ sulphonylurea kontra 0% fil-grupp bil-plaċebo ma’ sulphonylurea.

Fi provi kliniċi, l-inċdenza ta’ ipoglċemija meta vildagliptin 50 mg ingħata darba kuljum flimkien ma’ glimepiride kienet ta’ 1.2% kontra 0.6% għall-plaċebo flimkien ma’ glimepiride. L-ebda każijiet ta’ ipogliċemija severa ma kienu rrappurtati fil-friegħi b’vildagliptin.

Fi provi kliniċi, il-piż ma nbidilx mil-linja bażi meta vildagliptin 50 mg kien miżjud ma’ glimepiride (-0.1 kg u -0.4 kg għal vildagliptin u plaċebo, rispettivament).

Meta jittieħed flimkien ma’ thiazolidinedione

Tabella 3 Reazzjonijiet avversi rrappurtati f’pazjenti li rċievew Jalra 100 mg flimkien ma’ thiazolidinedione fi studji double-blind (N=158)

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni

Żieda fil-piż

Mhux komuni

Ipogliċemija

Disturbi fis-sistema nervuża

Mhux komuni

Uġigħ ta’ ras

Mhux komuni

Astenja

Disturbi vaskulari

 

Komuni

Edema periferali

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Fi provi kliniċi bil-kontroll meta vildagliptin 100 mg kuljum ingħata ma’ thiazolidinedione, ma kien irrappurtat l-ebda każ ta’ twaqqif minħabba reazzjonijiet avversi kemm fil-grupp ta’ kura b’vildagliptin 100 mg kuljum flimkien ma’ thiazolidinedione jew fil-plaċebo flimkien ma’ thiazolidinedione.

Fi provi kliniċi, l-inċidenza ta’ ipogliċemija ma kienitx komuni f’pazjenti li kienu qed jirċievu vildagliptin flimkien ma’ pioglitazone (0.6%) iżda komuni f’pazjenti li kienu qed jirċievu plaċebo flimkien ma’ pioglitazone (1.9%). Ma kienu rrappurtati l-ebda każijiet ta’ ipogliċemija severa fil- friegħi b’vildagliptin.

Fl-istudju biż-żieda ta’ pioglitazone, il-piż assolut jiżdied bil-plaċebo u b’Jalra 100 mg kuljum kienu 1.4 u 2.7 kg rispettivament.

L-inċidenza ta’ edema periferali meta kien miżjud vildagliptin 100 mg kuljum ma’ doża massima ta’ pioglitazone fl-isfond (45 mg darba kuljum) kienet 7.0%, imqabbla ma’ 2.5% għall-pioglitazone fl- isfond waħdu.

Monoterapija

Tabella 4 Reazzjonijiet avversi rrappurtati f’pazjenti li rċievew Jalra 100 mg kuljum bħala monoterapija fi studji double-blind (N=1,855)

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

Rari ħafna

Infezzjoni respiratorja fin-naħa ta’ fuq

Rari ħafna

Nażofarinġite

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Mhux komuni

Ipogliċemija

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Sturdament

Mhux komuni

Uġigħ ta’ ras

Disturbi vaskulari

 

Mhux komuni

Edema periferali

Disturbi gastro-intestinali

 

Mhux komuni

Stitikezza

Disturbi muskolu-skeltriċi u tat-tessuti konnettivi

Mhux komuni

Artralġja

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Minbarra hekk, fi provi kontrollati b’monoterapija b’vildagliptin, l-inċidenza globali ta’ dawk li kellhom iwaqqfuh minħabba reazzjonijiet avversi ma kienitx akbar għal pazjenti ikkurati b’vildagliptin b’dożi ta’ 100 mg kuljum (0.3%) milli għall-plaċebo (0.6%) jew kumparaturi (0.5%).

Fi studji kontrollati b’monoterapija għat-tqabbil, l-ipogliċemija kienet mhux komuni, irrappurtata f’0.4% (7 minn 1,855) tal-pazjenti ikkurati b’vildagliptin 100 mg kuljum imqabbla ma’ 0.2% (2 minn 1,082) tal-pazjenti ikkurati fil-gruppi bi plaċebo jew mediċina attiva għat-tqabbil, mingħajr ma ġew rappurtati każijiet serji sew severi.

Fi provi kliniċi, il-piż ma nbidilx mil-linja bażi meta vildagliptin 100 mg kuljum ingħata bħala monoterapija (-0.3 kg u -1.3 kg għal vildagliptin u plaċebo rispettivament).

Provi kliniċi li damu għaddejjin sa sentejn ma wrewx xi sinjali oħrajn marbuta mas-sigurtà tal-prodott jew xi riskji mhux imbassra b’monoterapija b’vildagliptin.

Kombinazzjoni ma’ metformin u xi sulphonylurea

Tabella 5 Reazzjonijiet avversi rapportati f’pazjenti li ħadu Jalra 50 mg darbtejn kuljum ma’ metformin u xi sulphonylurea (N=157)

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni

Ipogliċemija

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Sturdament, rogħda

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

KomuniIperidrosi

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata

KomuniAstenja

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Ma kienx hemm reazzjonijiet ta’ tiżmim minħabba reazzjonijiet avversi rapportati fil-grupp ta’ trattament ta’ vildagliptin + metformin + glimepiride meta mqabbel ma’ 0.6% fil-grupp ta’ trattament bi plaċebo + metformin + glimepride.

L-inċidenza ta’ ipogliċemija kienet komuni fiż-żewġ gruppi ta’ kura (5.1% għall-grupp ta’ vildagliptin + metformin + glimepride kontra 1.9% għall-grupp tal-plaċebo + metformin + glimpride). Każ wieħed ta’ ipogliċemija severa kienet rapportata fil-grupp ta’ vildagliptin).

Fi tmiem l-istudju, l-effett fuq il-piż medju tal-ġisem kien newtrali (+0.6 kg fil-grupp ta’ kura ta’ vildagliptin u -0.1 kg fil-grupp tal-plaċebo).

Kombinazzjoni mal-insulina

Tabella 6 Reazzjonijiet avversi rapportati f’pazjenti li rċevew Jalra 100 mg kuljum f’kombinazzjoni mal-insuluna (bi jew mingħajr metformin) fi studji double blind

(N=371)

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Komuni

Tnaqqis taz-zokkor fid-demm

Disturbi fis-sistema nervuża

Komuni

Uġigħ ta’ ras, sirdat

Disturbi gastro-intestinali

 

Komuni

Tqalligħ, mard ta’ rifluss gastro-esofaġeali

Mhux komuni

Dijarea, gass

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Fi provi kliniċi b’kontrolli li fihom intuża vildagliptin 50 mg darbtejn kuljum f’kombinazzjoni mal-insulina, bi jew mingħajr metformin fl-istess waqt, l-inċidenza globali ta’ tiżmim minħabba reazzjonijiet avversi kienet ta’ 0.3% fil-grupp ta’ trattament b’vildagliptin u ma kien hemm ebda tiżmim fil-grupp tal-plaċebo.

L-inċidenza ta’ ipogliċemija kienet simili fiż-żewġ gruppi ta’ trattament (14.0% fil-grupp ta’ vildagliptin kontra 16.4% fil-grupp tal-plaċebo). Żewġ pazjenti rraportaw każijiet ta’ ipogliċemija severa fil-grupp ta’ vildagliptin, u 6 pazjenti fil-grupp tal-plaċebo.

Fi tmiem l-istudju, l-effett fuq il-piż tal-ġisem medju kien newtrali (+0.6 kg bidla mil-linja bażi ta’ riferiment fil-grupp ta’ vildagliptin u l-ebda bidla fil-piż fil-grupp tal-plaċebo).

Wara t-tqegħid fis-suq

Tabella 7 Reazzjonijiet avversi wara t-tqegħid fis-suq

Disturbi gastro-intestinali

 

Mhux magħruf

Pankreatite

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Mhux magħruf

Epatite (riversibbli mat-twaqqif tal-prodott mediċinali)

 

Testijiet mhux normali tal-funzjoni tal-fwied (riversibbli mat-twaqqif

 

tal-prodott mediċinali)

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-tessuti konnettivi

Mhux magħruf

Majalġja

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda

Mhux magħruf

Urtikarja

 

Leżjonijiet fil-ġilda esfoljattivi u bl-infafet, inkluż pemphigoid bl-

 

infafet

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Informazzjoni dwar doża eċċessiva b’vildagliptin hija limitata.

Sintomi

L-informazzjoni dwar x’aktarx li jkunu s-sintomi ta’ doża eċċessiva inkisbu minn studju dwar it- tolleranza għal doża ta’ Jalra miżjuda mogħtija lill-individwi b’saħħithom għal 10 ijiem. B’400 mg, kien hemm tlett każijiet ta’ uġigħ fil-muskoli, u każijiet individwali ta’ parasteżija ħafifa u mumentanja, deni, edema u żiediet mumentanji fil-livelli ta’ lipase. B’600 mg, individwu wieħed kellu edema tas-saqajn u l-idejn, u żiediet tal-krejatinina phosphokinase (CPK), aspartate amintotransferase (AST), proteina reattiva-C (CRP) u livelli ta’ mijoglobina. Tlett individwi oħra kellhom edema f’saqajhom, bi parasteżija f’żewġ każijiet. Is-sintomi kollha u l-anormalitajiet tal-laboratorju għaddew mingħajr kura wara li l-prodott mediċinali li kien qed jiġi studjat twaqqaf.

Maniġġar

F’każ ta’ doża eċċessiva, huwa rakkomandat maniġġar ta’ support. Vildagliptin ma jistax jitneħħa b’emodijalisi. Madankollu, il-metabolu ta’ l-idroliżi ewlieni (LAY 151) jista’ jitneħħa b’emodijalisi.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini li jintużaw fid-dijabete, impedituri dipeptidyl peptidase (DPP-4), Kodiċi ATC: A10BH02

Vildagliptin, membru tal-klassi islet enhancer, huwa inibitur qawwi u silettiv DPP-4.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

L-għotja ta’ vildagliptin twassal għal impediment mgħaġġel u komplet ta’ l-attività DPP-4, li twassal għal livelli endoġeni ogħla ta’ waqt is-sawm u wara l-ikel ta’ ormoni inkretin GLP-1 (peptidu 1 li jixbah il-glukagon) u GIP (polypeptidu insulinotropiku dipendenti fuq glucose).

Effetti farmakodinamiċi

Bis-saħħa taż-żieda li jġib fil-livelli endoġeni ta’ dawn l-ormoni inkretin, vildagliptin itejjeb is- sensittività taċ-ċelluli beta għal glucose, li jwassal għal sekrezzjoni aħjar ta’ l-insulina dipendenti mill- glucose. Kura b’vildagliptin 50-100 mg kuljum f’pazjenti bid-dijabete tat-tip 2 tejbet b’mod sinifikanti l-markaturi tal-funzjoni taċ-ċelluli beta inkuż HOMA- (Evalwar- tal-Mudell ta’ Omejostażi), proporzjon tal-pro-insulina ma’ l-insulina u l-kejl ta’ kemm juru rispons iċ-ċelluli beta mit-test tat- tolleranza li jieħu ħafna kampjuni. F’individwi mhux dijabetiċi (gliċemija normali), vildagliptin ma jikkawżax stimulazzjoni tas-sekrezzjoni ta’ l-insulina jew inaqqas il-livelli ta’ glucose.

Bis-saħħa taż-żieda li jġib fil-livelli endoġeni GLP-1, vildagliptin itejjeb ukoll is-sensittività taċ-ċelluli alfa għal glucose, li jwassal għal sekrezzjoni ta’ glukagon aktar xierqa għal glucose.

It-titjib fiż-żieda tal-proporzjon insulina/glukagon waqt ipergliċemija minħabba ż-żiediet fil-livelli ta’ ormoni inkretin iwassal għal tnaqqis fil-produzzjoni epatika ta’ glucose waqt is-sawm u wara l-ikel, li jwassal għal tnaqqis fil-gliċemija.

L-effett magħruf li għandhom żiediet fil-livelli ta’ GLP-1 li jittardja t-tbattil ta’ l-istonku ma jidhirx waqt il-kura b’vildagliptin.

Effikaċja klinika u sigurtà

Aktar minn 15,000 pazjent b’dijabete tat-tip 2 ħadu sehem fi provi kliniċi double-blind kontrollati bi plaċebo jew attivi b’kura li damet għaddejja għal aktar minn sentejn. F’dawn l-istudji, vildagliptin ingħata lil aktar minn 9,000 pazjent kuljum b’dożi ta’ 50 mg darba kuljum, 50 mg darbtejn kuljum jew 100 mg darba kuljum Aktar minn 5,000 pazjent maskili u aktar minn 4,000 pazjenta femminili ngħataw vildagliptin 50 mg darba kuljum jew 100 mg kuljum. . Aktar minn 1,900 pazjent li kienu qed jirċievu vildagliptin 50 mg darba kuljum jew 100 mg kuljum kellhom ≥ 65 sena. F’dawn il-provi, vildagliptin ingħata bħala monoterapija f’pazjenti naive għall-mediċina b’dijabete tat-tip 2 jew f’kombinazzjoni f’pazjenti li ma kienux kontrollati b’mod xieraq bi prodotti mediċinali kontra d- dijabete oħrajn.

B’mod ġenerali, vildagliptin tejjeb il-kontroll gliċemiku meta ngħata bħala monoterapija jew meta ntuża f’kombinazzjoni ma’ metformin, sulphonylurea u thiazolidinedione kif imkejjel minn tnaqqis klinikament rilevanti fl-HbA1c mil-linja bażi fl-endpoint ta’ l-istudju (ara Tabella 8).

Fi provi kliniċi, il-grad ta’ tnaqqis fl-HbA1c b’vildagliptin kien akbar fil-pazjenti li kellhom HbA1c ogħla fil-linja bażi.

Fi prova double-blind kontrollata li damet 52-ġimgħa, vildagliptin (50 mg darbtejn kuljum) naqqas l- HbA1c mil-linja bażi b’-1% meta mqabbel ma’ -1.6% għal metformin (miżjud għal 2 g/jum) ma nstabx li ma kienx inferjuri b’mod statistiku. Pazjenti kkurati b’vildagliptin irrappurtaw effetti avversi gastro- intestinali b’inċidenza aktar baxxa b’mod sinifikanti kontra dawk ikkurati b’metformin.

Fi prova double-blind kontrollata li damet 24-ġimgħa, vildagliptin (50 mg darbtejn kuljum) kien imqabbel ma’ rosiglitazone (8 mg darba kuljum). Il-medji tat-tnaqqis kienu -1.20% b’vildagliptin u -1.48% b’rosiglitazone f’pazjenti bil-linja bażi ta’ HbA1c ta’ 8.7%. Pazjenti li kienu qed jirċievu rosiglitazone kellhom żieda fil-piż (+1.6 kg) fil-waqt li dawk li kienu qed jirċievu vildagliptin ma kellhomx żieda fil-piż (-0.3 kg). L-inċidenza ta’ edema periferali kienet aktar baxxa fil-grupp b’vildagliptin milli fil-grupp b’rosiglitazone (2.1% kontra 4.1% rispettivament).

Waqt prova klinika li damet għaddejja sentejn, vildagliptin (50 mg darbtejn kuljum) tqabbel ma’ gliclazide (sa 320 mg kuljum). Wara sentejn, it-tnaqqis medju ta’ HbA1c kien ta’ -0.5% għal vildagliptin u ta’ -0.6% għal gliclazide, mil-linja bażi medja ta’ HBA1c ta’ 8.6%. Il-fatt li juri li l-effett tal-mediċina l-ġdida huwa ekwivalenti għal dik standard ma nkisibx. Vildagliptin kien assoċjat ma’ anqas każijiet ta’ ipogliċemija (0.7%) milli kien gliclazide (1.7%).

Waqt prova li damet għaddejja 24 ġimgħa, vildagliptin (50 mg darbtejn kuljum) tqabbel ma’ pioglitazone (30 mg darba kuljum) f’pazjenti kkontrollati b’mod mhux adegwat b’metformin (doża medja kuljum: 2020 mg). It-tnaqqisiet fil-medja mil-linja bażi fl-HbA1c ta’ 8.4% kienu ta’ -0.9% meta vildagliptin kien miżjud ma’ metformin u ta’ -1.0% meta pioglitazone kien miżjud ma’ metformin. Kienet osservata żieda medja ta’ +1.9 kg fil-piż ta’ pazjenti li kienu qed jingħataw pioglitazone miżjud ma’ metformin meta’ tqabbel ma’ żieda ta’ +0.3 kg f’dawk il-pazjenti li kienu qed jingħataw vildagliptin miżjud ma’ metformin.

Waqt prova klinika li damet għaddejja sentejn, vildagliptin (50 mg darbtejn kuljum) tqabbel ma’ glimepiride (sa 6 mg kuljum – doża medja fl-aħħar tas-sentejn: 4.6 mg) f’pazjenti kkurati b’metformin (doża medja kuljum: 1894 mg). Wara sena t-tnaqqisiet medji ta’ HbA1c kienu ta’ -0.4% meta vildagliptin kien miżjud ma’ metformin u ta’ -0.5% meta glimepiride kien miżjud ma’ metformin, mil- linja bażi ta’ HBA1c ta’ 7.3%. Il-bidla fil-piż b’vildagliptin kienet ta’ -0.2 kg kontra +1.6 kg b’glimepiride. L-inċidenza ta’ ipogliċemija kienet ħafna anqas fil-grupp mogħti vildagliptin (1.7%) milli fil-grupp mogħti glimepiride (16.2%). Fl-endpoint ta’ l-istudju (sentejn), l-HbA1c kien jixbah il- valuri fil-linja bażi fiż-żewġ gruppi ta’ kura u nżammu l-bidliet fil-piż u d-differenzi fl-ipogliċemija.

Waqt prova li damet għaddejja 52 ġimgħa, vildagliptin (50 mg darbtejn kuljum) tqabbel ma’ gliclazide (id-doża medja ta’ kuljum: 229.5 mg) f’pazjenti kkontrollati mhux kif jixraq b’metformin (id-doża ta’ metformin fil-linja bażi ta’ 1928 mg kuljum). Wara sena, tnaqqisiet medji ta' HbA1c kienu ta’ -0.81% meta vildagliptin kien miżjud ma’ metformin (linja bażi medja ta’ HbA1c ta’ 8.4%) u ta’ -0.85% meta gliclazide kien miżjud ma’ metformin (linja bażi medja ta’ HbA1c ta’ 8.5%); ma nstabx li kienu inferjuri b’mod statistiku (95% CI -0.11 – 0.20). Il-bidla fil-piż tal-ġisem b’vildagliptin kienet ta’

+0.1 kg meta mqabbla maż-żieda fil-piż ta’ +1.4 kg b’gliclazide.

Waqt prova li damet għaddejja 24 ġimgħa saret evalwazzjoni tal-effikaċja ta’ doża fissa ta’ vildagliptin u metformin mogħtija flimkien (miżjuda gradwalment għal doża ta’ 50 mg/500 mg darbtejn kuljum jew għal 50 mg/1000 mg darbtejn kuljum) fil-bidu tal-kura lil pazjenti naive għall- mediċini. Doża ta’ 50 mg/1000 mg vildagliptin/metformin darbtejn kuljum naqqset l-HbA1c b’-1.82%, doża ta’ 50 mg/500 mg vildagliptin/metformin darbtejn kuljum naqqsitu b’-1.61%, 1000 mg metformin darbtejn kuljum naqqsuh b’-1.36% u 50 mg vildagliptin darbtejn kuljum naqqsuh b’-1.09% mill-medja tal-linja bażi ta’ HbA1c ta’ 8.6%. It-tnaqqis ta’ HbA1c osservat f’pazjenti b’linja bażi ≥10.0% kien akbar.

Prova f’ħafna ċentri, randomised, double blind u kkontrollata bi plaċebo li damet għaddejja 24 ġimgħa saret biex tistma l-effett tal-kura b’50 mg ta’ vildagliptin darba kuljum meta mqabbel ma’ plaċebo f’515-il pazjent b’dijabete tat-tip 2 u indeboliment moderat tal-kliewi (N=294) jew indeboliment qawwi tal-kliewi (N=221). 68.8% u 80.5% tal-pazjenti b’indeboliment moderat u qawwi tal-kliewi rispettivament ġew ikkurati bl-insulina (doża medja ta’ 56 unità u 51.6 unità kuljum rispettivament) fil-linja bażi. F’pazjenti b’indeboliment moderat tal-kliewi vildagliptin naqqas l-HbA1c b’mod sinifikanti meta tqabbel mal-plaċebo (differenza ta’ -0.53%) mill-medja tal-linja bażi ta’ 7.9%. F’pazjenti b’indeboliment qawwi tal-kliewi, vildagliptin naqqas l-HbA1c b’mod sinifikanti meta tqabbel mal-plaċebo (differenza ta’ -0.56%) mill-medja tal-linja bażi ta’ 7.7%.

Saret prova double-blind u każwali ta’ 24 ġimgħa bil-plaċebo bħala kontroll fuq 318-il pazjent sabiex tiġi evalwata l-effikaċja u s-sigurtà ta’ vildagliptin (50 mg darbtejn kuljum) f’kombinazzjoni ma’ metformin (1500 mg kuljum) u glimepiride (≥4 mg kuljum). Vildaglipdin f’kombinazzjoni ma’ metformin u glimepiride naqqas b’mod sinifikanti l-HbA1c meta kkomparat ma’ plaċebo. It-tnaqqis medju aġġustat għall-plaċebo minn linja ta’ riferiment medju għal HbA1c ta’ 8.8% kien ta’ -0.76%.

Saret prova double-blind u każwali ta’ 24 ġimgħa bil-plaċebo bħala kontroll fuq 449 pazjent sabiex tiġi evalwata l-effikaċja u s-sigurtà ta’ vildaglipdin (50 mg darbtejn kuljum) f’kombinazzjoni ma’ doża fissa ta’ insulina bażilari jew mħallta minn qabel (doża medja ta’ kuljum 41 unità), bl-użu fl-istess ħin ta’ metformin (N=276) jew mingħajr l-użu fl-istess ħin ta’ metformin (N=173). Vildagliptin f’kombinazzjoni mal-insulina nnaqqas b’mod sinifikanti l-HbA1c meta mqabbel ma’ plaċebo. Fil-popolazzjoni globali, it-tnaqqis medju aġġustat għal plaċebo minn linja ta’ riferiment medju għal ta’ 8.8% ta’ HbA1c kien ta’ -0.72%. Fis-sottogruppi kurati b’insulina bi jew mingħajr metformin mogħti fl-istess ħin it-tnaqqis medju aġġustat għal plaċebo f’HbA1c kien ta’ -0.63% u -0.84% rispettivament. L-inċidenza ta’ ipogliċemija fil-popolazzjoni globali kienet ta’ 8.4% u 7.2% fil-gruppi ta’ vildagliptin u plaċebo, rispettivament. Pazjenti li kienu qed jieħdu vildagliptin ma esperjenzawx żieda fil-piż (+0.2 kg) waqt li dawk li kienu qed jirċievu plaċebo esperjenzaw tnaqqis fil-piż (-0.7 kg).

Fi studju ieħor ta’ 24 ġimgħa fuq pazjenti li għandhom dijabete avvanzata ta’ tip 2 mhix adegwatament ikkontrollata bl-insulina (li taġixxi fuq perjodu qasir jew itwal, doża medja tal-insulina ta’ 80 IU/jum) it-tnaqqis medju f’HbA1c meta vildagliptin (50 mg darbtejn kuljum) kien miżjud mal-insulina kien statistikament ogħla b’mod sinifikanti mill-plaċebo u l-insulina (0.5% kontra 0.2%). L-inċidenza ta’ ipogliċemija kienet aktar baxxa fil-grupp ta’ vildagliptin milli fil-grupp tal-plaċebo

(22.9% kontra 29.6%).

Saret prova multiċentrika, randomizzata, double-blind li damet għaddejja 52 ġimgħa fost pazjenti b’dijabete tat-tip 2 u b’insuffiċjenza konġestiva tal-qalb (klassi I-III funzjonali NYHA) sabiex jitqies l- effett ta’ 50 mg vildagliptin darbtejn kuljum (N=128) imqabbel mal-plaċebo (N=126) fuq il-porzjon imbuttat ’il barra mill-ventrikolu tax-xellug (LVEF). Vildagliptin ma wassalx għal bidla fil-funzjoni tal-ventrikolu tax-xellug jew biex tiggrava s-CHF eżistenti diġà. L-episodji kardjovaskulari aġġudikati kienu kollox ma’ kollox ibbilanċjati. Kien hemm aktar episodji kardijaċi fost il-pazjenti ttrattati b’vildagliptin u li kellhom insuffiċjenza tal-qalb bi klassi III NYHA mqabbel mal-plaċebo. Madanakollu, kien hemm żbilanċi fir-riskju kardjovaskulari fil-linja bażi li jiffavorixxu l-plaċebo u l- għadd ta’ episodji kien baxx, li jipprevjenu konklużjonijiet b’saħħithom. Vildagliptin naqqas b’qawwa l-HbA1c mqabbel mal-plaċebo (differenza ta’ 0.6%) mill-medja fil-linja bażi ta’ 7.8%. fis-16-

il ġimgħa. Fis-sottogrupp bi klassi III NYHA, it-tnaqqis tal-HbA1c imqabbel mal-plaċebo kien aktar baxx (differenza ta’ 0.3%) imma din il-konklużjoni hi limitata minħabba l-għadd żgħir ta’ pazjenti (n=44). L-inċidenza ta’ ipogliċemija fil-popolazzjoni sħiħa kienet ta’ 4.7% u ta’ 5.6% fil-gruppi mogħtija vildagliptin u plaċebo, rispettivament.

Ir-riskju kardjovaskulari

Saret meta-analiżi ta’ episodji kardjovaskulari aġġudikati b'mod indipendenti u prospettiv minn

37 studju kliniku f'fażi III u IV b’monoterapija u terapija kkombinata li damu għaddejjin sa aktar minn sentejn (esponiment medju ta’ 50 ġimgħa għal vildagliptin u 49 weeks għas-sustanzi ta’ paragun) li wriet li trattament b’vildagliptin ma kienx assoċjat ma’ żieda fir-riksju kardovaskulari mqabbel mal- komparaturi. L-endpoint kompost ta’ avvenimenti kardjovaskulari avversi ewlenin (MACE - major adverse cardiovascular events) aġġudikati inkluż infart mijokardijaku akut, puplesija jew mewt kardjovaskulari kien simili għal vildagliptin kontra komparaturi attivi u tal-plaċebo kkombinati [il- proporzjon tar-riskju Mantel–Haenszel (M-H RR - Mantel–Haenszel risk ratio) ta’ 0.82 (CI ta’

0.61-1.11)]. MACE seħħew fi 83 minn 9,599 (0.86%) pazjent ittrattati b’vildagliptin u f’85 minn 7,102 (1.20%) pazjent ittrattati b’sustanza ta’ paragun. Valutazzjoni ta’ kull komponent individwali ta’ MACE ma wriet l-ebda żieda fir-riskju (M-H RR simili). Avvenimenti ta’ insuffiċjenza tal-qalb (HF - heart failure) ikkonfermata definiti bħala HF li teħtieġ dħul l-isptar jew bidu ġdid ta’ HF kienu rrappurtati f’41 (0.43%) pazjent ittrattati b’vildagliptin u 32 (0.45%) pazjent ittrattati b’sustanza ta’ paragun b’M-H RR ta’ 1.08 (CI ta’ 95% 0.68-1.70).

Tabella 8 Riżultati importanti dwar l-effikaċja ta’ vildagliptin fi provi b’monoterapija kontrollati bi plaċebo u fi provi b’terapija ta’ kombinazzjoni miżjuda (l-effikaċja ewlenija tal-popolazzjoni ITT)

Studji kontrollati b’monoterapija

Medja ta’

Il-medja tal-

Il-bidla aġġustata

ta’ plaċebo

HbA1c fil-

bidla mil-linja

bil-plaċebo mill-

 

linja bażi (%)

bażi fl-HbA1c

medja tal-bidla fl-

 

 

(%) ma’

HbA1c (%) ma’

 

 

ġimgħa 24

ġimgħa 24

 

 

 

(95%CI)

Studju 2301: Vildagliptin 50 mg

8.6

-0.8

-0.5* (-0.8, -0.1)

darbtejn kuljum (N=90)

 

 

 

Studju 2384: Vildagliptin 50 mg

8.4

-0.7

-0.7* (-1.1, -0.4)

darbtejn kuljum (N=79)

 

 

 

 

 

* p< 0.05 għat-tqabbil kontra plaċebo

Studji miżjuda/Kombinazzjoni

 

 

 

Vildagliptin 50 mg darbtejn kuljum

8.4

-0.9

-1.1* (-1.4, -0.8)

+ metformin (N=143)

 

 

 

Vildagliptin 50 mg kuljum +

8.5

-0.6

-0.6* (-0.9, -0.4)

glimepiride (N=132)

 

 

 

Vildagliptin 50 mg darbtejn kuljum

8.7

-1.0

-0.7* (-0.9, -0.4)

+ pioglitazone (N=136)

 

 

 

Vildagliptin 50 mg darbtejn kuljum

8.8

-1.0

-0.8* (-1.0, -0.5)

+ metformin + glimepiride (N=152)

 

 

 

* p< 0.05 għat-tqabbil kontra plaċebo + kumparatur

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’vildagliptin f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika b’dijabete mellitus tat-tip 2 (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Wara li jittieħed mill-ħalq fi stat ta’ sawm, vildagliptin jiġi assorbit malajr bl-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma jidhru mal-1.7 sigħat. L-ikel jittardja bi ftit il-ħin biex jintlaħaq l-ogħla konċentrazzjoni fil- plażma għal 2.5 sigħat, iżda ma jibdilx l-esponiment globali (AUC). L-għotja ta’ vildagliptin ma’ l- ikel wasslet għal tnaqqis fis-Cmax (19%). Madankollu, id-daqs tal-bidla mhiex klinikament sinfikanti, b’hekk Jalra jista’ jingħata ma’ l-ikel jew mingħajr ikel. Il-biodisponibilità assoluta hija 85%.

Distribuzzjoni

Vildagliptin jeħel ftit (9.3%) mal-proteini tal-plażma u vildagliptin jinfirex b’mod ugwali bejn il- plażma u ċ-ċelluli ħomor tad-demm. Il-medja tal-volum tad-distribuzzjoni ta’ vildagliptin fi stat fiss wara li jingħata minn ġol-vina (Vss) hija 71 litru, li jindika distribuzzjoni ekstravaskulari.

Bijotrasformazzjoni

Il-metaboliżmu huwa l-mezz ewlieni ta’ l-eliminazzjoni ta’ vildagliptin fil-bniedem, li jgħodd għal 69% tad-doża. Il-metabolu maġġuri (LAY 151) huwa inattiv mill-lat farmakoloġiku u huwa l-prodott ta’ l-isdroliżi tal-parti cyano, li tgħodd għal 57% tad-doża, segwit mill-prodotti tal-glucuronide (BQS867) u ta’ l-idroliżi ta’ l-amide (4% tad-doża). Dejta in vitro fil-mikrosomi tal-kilwa tal-bniedem jindikaw li il-kilwa tista’ tkun wieħed mill-organi ewlenin li jikkontribwixxu għall-idroliżi ta’ vildagliptin fil-metabolu ewlieni tiegħu, LAY151. DPP-4 jieħu sehem b’mod parzjali fl-idroliżi ta’ vildagliptin skond studji in vivo bl-użu ta’ firien li għandhom deffiċjenza ta’ DPP-4. Vildagliptin mhux metabolizzat b’enzimi cytochrome P450 f’ammont li jista’ jiġi kwantifikat. B’hekk, it-tneħħija metabolika ta’ vildagliptin mhux mistennija li teffettwa l-medikazzjonijiet li jingħataw miegħu li huma impedituri jew/u indutturi ta’ CYP 450. Studji in vitro wrew li vildagliptin ma jikkawżax l- impediment/induzzjoni ta’ l-enzimi CYP 450. Għalhekk, vildagliptin x’aktarx ma jeffettwax it- tneħħija metabolika ta’ medikazzjonijiet li jiġu metabolizzati permezz ta’ CYP 1A2, CYP 2C8, CYP 2C9, CYP 2C19, CYP 2D6, CYP 2E1 jew CYP 3A4/5.

Eliminazzjoni

Wara li [14C] vildagliptin jittieħed mill-ħalq, madwar 85% tad-doża kienet eskretata fl-awrina u 15% tad-doża kienet irkuprata fl-ippurgar. L-eskrezzjoni renali ta’ vildagliptin mhux mibdul kienet tgħodd għal 23% tad-doża wara li jittieħed mill-ħalq. Wara li jingħata minn ġol-vina f’individwi b’saħħithom, it-tneħħija totali tal-plażma u renali ta’ vildagliptin huma 41 u 13 l/h rispettivament. Il-medja tal-half- life ta’ l-eliminazzjoni wara li jingħata minn ġol-vina hija madwar sagħtejn. Il-half-life ta’ l- eliminazzjoni wara li jittieħed mill-ħalq hija madwar 3 sigħat.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

Is-Cmax ta’ vildagliptin u l-erja taħt il-kurvi tal-konċentrazzjonijiet fil-plażma kontra l-ħin (AUC) żdiedet b’mod kważi proporzjonali mad-doża fil-medda tad-doża terapewtika.

Karatteristiċi fi gruppi speċifiċi ta’ pazjenti

Sess

Ma dehrux differenzi ta’ rilevanza klinika fil-farmakokinetika ta’ vildagliptin bejn individwi b’saħħithom maskili u femminili f’medda wiesa’ ta’ etajiet u indiċi tal-massa tal-ġisem (BMI). L- inibizzjoni ta’ DPP-4 minn vildagliptin mhiex effettwata mis-sess.

Anzjani

F’individwi anzjani (≥ 70 sena) b’saħħithom, l-esponiment globali ta’ vildagliptin (100 mg darba kuljum) żdied b’32%, b’żieda ta’ 18% ta’ l-ogħla konċentrazzjoni fil-plażma meta mqabbel ma’ individwi żgħażagħ (18-40 sena) b’saħħithom. Dawn il-bidliet, madankollu, mhux meqjusa li huma klinikament rilevanti. L-inibizzjoni ta’ DPP-4 minn vildagliptin mhux effettwat mill-età.

Indeboliment tal-fwied

L-effett ta’ indeboliment fil-funzjoni epatika fuq il-farmakokinetika ta’ vildagliptin kienet studjata f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied ħafif, moderat u sever skond il-punteġġi Child-Pugh (minn 6 għal ħafif sa 12 għal sever) imqabbla ma’ individwi b’saħħithom. L-esponiment għal vildagliptin wara doża waħda f’pazjenti b’indeboliment ħafif u moderat kien imnaqqas (20% u 8%, rispettivament), fil-waqt li l-esponiment għal vildagliptin f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied sever kien miżjud b’22%. Il-bidla massima (żieda jew tnaqqis) fl-esponiment għal vildagliptin hija ~30% li mhix meqjusa klinikament rilevanti. Ma kienx hemm korrelazzjoni bejn is-severità tal-mard tal-fwied u l-bidliet fl-esponiment għal vildagliptin.

Indeboliment renali

Prova open label b’ħafna dożi saret biex tistma l-farmakokinetika tad-doża terapewtika l-baxxa ta’ vildagliptin (50 mg darba kuljum) f’pazjenti bi gradi varji ta’ indeboliment kroniku tal-kliewi ddefinit permezz tat-tneħħija tal-krejatinina (ħafif: 50 sa <80 ml/min, moderat: 30 sa <50 ml/min u qawwi: <30 ml/min) meta mqabbla ma’ individwi normali f’saħħithom bħala kontroll.

L-AUC ta’ vildagliptin żdiedet b’medja ta’ 1.4, 1.7 u darbtejn aktar f’pazjenti b’indeboliment ħafif, moderat u qawwi tal-kliewi, rispettivament, meta mqabbel ma’ individwi normali f’saħħithom. L- AUC tal-metaboliti LAY151 u BQS867 żdiedet b’medja ta’ madwar 1.5, 3 u 7 darbiet aktar f’pazjenti b’indeboliment ħafif, moderat u qawwi tal-kliewi, rispettivament. Dejta limitata minn pazjenti b’mard tal-kliewi fl-aħħar stadju (ESRD) tindika li esponiment għal vildagliptin jixbah lil dak ta’ pazjenti b’indeboliment qawwi tal-kliewi. Il-konċentrazzjonijiet ta’ LAY151 kienu madwar darbtejn sa

3 darbiet ogħla minn dawk ta’ pazjenti b’indeboliment qawwi tal-kliewi.

Tneħħa biss ammont limitat ta’ vildagliptin permezz tad-dijalisi tad-demm (3% f’sessjoni ta’ dijalisi tad-demm li damet sejra bejn 3-4 sigħat u li bdiet 4 sigħat wara t-teħid tad-doża).

Grupp etniku

Dejta limitata tindika li r-razza m’għandiex teffettwa l-farmakokinetika ta’ vildagliptin.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Il-konduzzjoni ta’ l-impulsi fil-qalb dehru ttardjati fi klieb b’doża mingħajr effett ta’ 15 mg/kg (7- darbiet l-esponiment fil-bniedem ibbażat fuq is-Cmax).

L-akkumulu ta’ makrofaġi alveolari li jgħamlu r-rawgħa fil-pulmun deher fil-firien u fil-ġrieden. Id- doża mingħajr effett fil-firien kienet 25 mg/kg (5-darbiet l-esponiment fil-bniedem ibbażat fuq l-AUC) u fil-ġrieden 750 mg/kg (142-darba l-esponiment fil-bniedem).

Sintomi gastro-intestinali, l-aktar ippurgar artab, ippurgar bi żlieġa, dijarea u, b’dożi ogħla, demm fl- ippurgar dehru fi klieb. Livell mingħajr effett ma ġiex stabbilit.

Vildagliptin ma kienx mutaġeniku f’testijiet konvenzjonali in vitro u in vivo għal ġenotossiċità.

Studju dwar il-fertilità u l-ewwel żvilupp ta’ l-embriju fil-firien wera li mhemmx tixkil fil-fertilità, ħila ta’ riproduzzjoni jew l-ewwel żvilupp ta’ l-embriju minn vildagliptin. It-tossiċità fuq l-embriju u l-fetu kienet evalwata fil-firien u fil-fniek. Inċidenza akbar ta’ kustilji mbewqa dehret fil-firien b’mod assoċjat ma’ tnaqqis fil-parametri tal-piż tal-ġisem ta’ l-omm, b’doża mingħajr effett ta’ 75 mg/kg (10- darbiet l-esponiment fil-bniedem). Fil-fniek, tnaqqis fil-piż tal-fetu u bidliet fl-għadam li jindikaw ittardjar fl-iżvilupp dehru biss fil-preżenza ta’ tossiċità severa għall-omm, b’doża mingħajr effett ta’

50 mg/kg (9-darbiet l-esponiment fil-bniedem). Studju ta’ qabel u wara t-twelid sar fil-firien. Is-sejbiet dehru biss ma’ tossiċità fl-omm b’≥ 150 mg/kg u kienu jinkludu tnaqqis mumentanju fil-piż tal-ġisem u tnaqqis fl-attività motorjali fil-ġenerazzjoni F1.

Studju dwar il-kanċeroġeniċità li dam sentejn sar fuq firien b’dożi orali sa 900 mg/kg (madwar

200 darba l-esponiment fil-bniedem bl-ogħla doża rakkomandata). Ma dehrietx żieda fl-inċidenza ta’ tumuri li kienu ġejjin minn vildagliptin. Studju ieħor dwar il-kanċeroġeniċità sar fi ġrieden b’dożi orali sa’ 1,000 mg/kg. Dehret żieda fl-inċidenza ta’ adenokarċenomi tal-mammarji u haemangiosarcomas b’doża mingħajr effett ta’ 500 mg/kg (59-darba l-esponiment fil-bniedem) u 100 mg/kg (16-il darba l- esponiment fil-bniedem), rispettivament. Iż-żieda fl-inċidenza ta’ dawn it-tumuri fil-ġrieden mhiex meqjusa li tirrappreżenta riskju sinifikanti għal bnedmin ibbażat minn-nuqqas ta’ ġenotossiċità ta’ vildagliptin u l-metabolu ewlieni, il-fatt li t-tumuri seħħew fi speċi waħda biss u l-proporzjonijiet għoljin ta’ l-esponimenti sistemiċi li bihom dehru t-tumuri.

Fi studju tossikioloġiku li dam 13-il ġimgħa fuq xadini cynomolgus, leżjonijiet fil-ġilda kienu reġistrati b’dożi ta’≥ 5 mg/kg/jum. Dawn seħħew b’modkonsistenti fl-estremitajiet (l-idejn, saqajn, widnejn u d-demb). B’5 mg/kg/jum (kważi daqs l-esponiment AUC fil-bniedem bid-doża ta’ 100 mg), dehru biss bżieżaq. Fiequ minkejja li tkompliet il-kura u ma kienux assoċjati ma’ anormalitajiet istopatoloġiċi. Ġilda li tfarfar, ġilda li titqaxxar, skorċa u selħiet fid-demb bil-bidliet istopatoloġici korrelatati kienu nnutati b’dożi ta’ ≥ 20 mg/kg/jum (madwar 3 darbiet l-esponiment AUC fil-bniedem bid-doża ta’ 100 mg). Leżjonijiet nekrotiċi tad-demb dehru b’ ≥ 80 mg/kg/jum. Leżjonijiet fil-ġilda ma kienux riversibbli fix-xadini kkurati b’160 mg/kg/jum waqt perijodu ta’ rkupru ta’ 4 gimgħat.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Lactose, anhydrous

Cellulose, microcrystalline

Sodium starch glycolate (type A)

Magnesium stearate

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Aluminium/Aluminium (PA/Al/PVC//Al) folja

Jiġi f’pakketti li jkun fihom 7, 14, 28, 30, 56, 60, 90, 112, 180 jew 336 pillola u f’pakketti b’hafna li jkollhom 336 (3 pakketti ta’ 112) pilloli.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/08/485/001-011

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 19 Novembru 2008

Data tal-aħħar tiġdid: 23 Lulju 2012

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati